EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1446

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1446/2002 tat-8 ta' Awissu 2002 dwar is-sospensjoni u ftuħ ta' kwoti ta' tariffi applikabli għal importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw fil-Bulgarija u jemenda Regolament (KE) Nru 1477/2000

ĠU L 213, 9.8.2002, p. 3–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1446/oj

32002R1446



Official Journal L 213 , 09/08/2002 P. 0003 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1446/2002

tat-8 ta' Awissu 2002

dwar is-sospensjoni u ftuħ ta' kwoti ta' tariffi applikabli għal importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw fil-Bulgarija u jemenda Regolament (KE) Nru 1477/2000

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jispeċifika l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti beni li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nru 2580/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/278/KE tad-9 ta' Marzu 1999 li għandha x'taqsam mal-konklużjoni ta' Protokoll li jaġġusta aspetti kummerċjali tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jieħdu f'konsiderazzjoni d-dħul tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea w ir-riżultat tan-negozjati ma' l-Urugwaj dwar l-agrikoltura, inkluż titjib fil-ftehim preferenzjali eżistenti [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1) Protokoll 3 tal-Ftehim Ewropew li waqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, fuq in-naħa l-oħra, approvati b'Deċiżjoni 94/908/KEFA, KE, Eurarom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [4], tispeċifika l-arranġamenti kummerċjali għal prodotti agrikoli proċessati li huma mnizzla hawn.

(2) Protokoll 3 tal-Ftehim Ewropew kien emendat, fejn jidħol il-volum ta' kwoti ta' tariffi w is-sistema biex ikun ikkalkulat il-komponent ridott agrikolu u dazji addizzjonali, b'Deċiżjoni Nru 22002 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Bulgarija ta' l-1 ta' Lulju 2002 dwar titjib fil-ftehim kummerċjali għal prodotti agrikoli proċessati skond kif ipprovdut fi Protokol 3 tal-Ftehim Ewropew [5]. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Settembru 2002.

(3) Bħala riżultat ta' dan, huwa approprjat li tkun sospiża l-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għas-sena 2002 għal importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' prodotti li joriġinaw fil-Bulgarija b'Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2542/2001 [6] u li jinfetħu l-kwoti annwali ġodda provduti fl-Anness I ta' Protokoll 3. Minħabba li għas-sena 2002, dawn il-kwoti annwali ġodda ma jistgħux jinfetħu qabel l-1 ta' Settembru 2002, dawn għandhom jitnaqqsu, għas-sena 2002, fi proporzjon għal perjodu li diġà għadda.

(4) Il-kwoti ta' tariffi miftuħa għal Bulgarija għandhom ikunu amministrati skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li tispeċifika disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 291392 li waqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju [7], kif l-aħħar emendat b'Regolament (KE) Nru 444/2002 [8].

(5) Il-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli mill-1 ta' Lulju 2000 għall-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti koperti bir-Regolament (KE) Nru 3448/93, speċifikati fil-qafas tal-Ftehim Ewropew mal-Bulgarija bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1477/2000 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 748/2002 [10], għandhom jiġu mħassra.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1477/2000 għandu jiġi emendat skond dan.

(7) Il-miżuri speċifikati f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' amministrazzjoni għal kwistjonijiet orizzontali dwar kummerċ ta' prodotti agrikoli proċessati mhux elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjoni tal-kwoti tariffari miftuħin bl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2542/2001 hija sospiża mill-1 ta' Settembru 2002.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffari Komunitarji għall-prodotti li joriġinaw fil-Bulgarija speċifikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandhom jinfetħu annwalment mill-1 ta' Jannar sal-13 ta' Diċembru u huma eżentati mit-taxxa.

Għas-sena 2002, huma għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata skond il-perjodu, bbażat fuq xhur sħaħ, li jkunu diġà għaddew.

Artikolu 3

Il-kwoti tariffari Komunitarji msemmija fl-Artikolu 2 għandhom jiġu amministrati mill-Kumissjoni skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 308(a) u 308(ċ) u r-Regolament (KEE) Nru 2454/934.

Artikolu 4

Regolament (KE) Nru 14772000 għandu jkun emendat kif ġej:

1. il-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 2 għandu jkun abrogat;

2. L-Annessi XI u XII huma abrogati.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, it-8 ta'Awissu 2002.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, pġ. 18.

[2] ĠU L 298, tal-25.11.2000, pġ. 5.

[3] ĠU L 112, tad-29.4.1999, pġ. 1.

[4] ĠU L 358, tal-31.12.1994, pġ. 1.

[5] Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 341, tat-22.12.2001, pġ. 82.

[7] ĠU L 253, tal-11.10.1993, pġ. 1.

[8] ĠU L 68, tat-12.3.2002, pġ. 11.

[9] ĠU L 171, tal-11.7.2000, pġ. 44.

[10] ĠU L 115, ta’ l- 1.5.2002, pġ. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS

Kwoti applikabbli fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' beni li joriġinaw fil-Bulgarija – eżenti minn dazju

Numru tas-serje | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | 1.9.2002 21.12.2002Kwota mid- sal- | Kwota Annwali 2003 | Żieda annwali mill-2004 |

1000 kg/neto | 1000 kg/neto | 1000 kg/neto |

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) | (6) |

09.5481 | 0405 | Butir u xaħmijiet oħra żjut ġejjin mill-ħalib; taħlitiet tal-ħalib: | 196 | 637 | 49 |

| 040520 | – -Taħlitiet tal-ħalib: | | | |

| 04052010 | – – B'kontenut xaħmi, b'piż ta' 39 % jew aktar però anqas minn 60 % | | | |

| 04052030 | – – B'kontenut xaħmi, b'piż ta' 60 % jew aktar però anqas minn 75 % | | | |

| ex2106 | Preparazzjonijiet ta' ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor barra dawk li jaqgħu fi ħdan il-limiti ta' kodiċi NM 2106 1020 u 21069020 w oħrajn barra ġulepp bit-toma jew bil-kulur | | | |

| 330210 | Taħlitiet ta' sustanzi b'riħa u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b'bażi ta' waħda jew aktar minn dawn is-soluzzjonijiet, ta' tip użati fl-industriji ta' l-ikel u x-xorb: | | | |

| 33021029 | – – – – – Oħrajn | | | |

09.5486 | 170250 | Fruttożi kemikament pur | 1334 | 4000 | - |

09.5461 | ex1704 | Ħelu konfezzjonat (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw, mingħajr astratt tal-likwirizzja li jkun fih aktar minn 10 % piż zokkor tal-kannamiela però li ma fihx sustanzi oħra miżjuda taħt il-kodiċi NM 17049010 | 68 | 219 | 17 |

09.5463 | ex1806 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw barra dawk ta' kodiċi NM 18061015 | 202 | 654 | 50 |

09.5485 | ex1901 | Astratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta' l-ikel tat-dqiq, ikel, lamtu, ikel, astratt tal-lamtu jew xgħir, li ma jkunx fih kawkaw jew li jkun inqas minn 40 % piż kawkaw kalkulat fuq bażi kompletament mingħajr xaħam, li ma jkunx speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor; preparazzjonijiet ta' qabel l-ikel ta' beni taħt it-titolu Numru 0401 sa 0404, li ma jkunx fihom kawkaw jew li jkun fihom inqas minn 5 % piż kawkaw kalkulat fuq bażi kompletament mingħar xaħam, li ma jkunx speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor, minn barra beni li laqgħu taħt kodiċi NM 19019091 | 41 | 131 | 10 |

09.5469 | ex1902 | Għaġin, imsajjar jew nej jew preparat biex b'mod ieħor, minbarra għaġina mimlija li taqa taħt kodiċi NM 19022010 u 19022030; kusksu, preparat u mhux | 135 | 438 | 34 |

09.5471 | 1904 | Ikel lest miksub mill-infiħ jew tixwija ta' ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, corn flakes); ċereali (barra mill-qamħirrun (qamħ)) fil-forma ta' żerriegħa jew filforma ta' fjakki jew żerriegħa oħra maħdua (barra dqiq u ikel), imsajjar minn qabel, jew preparat b'xi mod ieħor, li mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor | 101 | 327 | 25 |

09.5473 | 1905 | Ħobż, pasti, kejkijiet, biskuttini w oġġetti oħra tal-furnar, li jkun fihom kawkaw jew le; ostji, boroż vojta tat-tip użati għal għanijiet farmaċewtiċi, wejfer li tissiġilla, karta tar-ross u prodotti simili | 236 | 765 | 59 |

09.5474 | 21011298 | Preparazzjonijiet b'bażi ta' astratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet ta' kafè taħt il-kodiċi NM 2101 12 92 | 68 | 219 | 17 |

| 21012098 | Astratti, essenzi u konċentrati, ta' tè jew matt, u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-astratti, essenzi u konċentrazzjonijiet, jew b'bażi ta' tè jew matt barra minn dawk ta'kodiċi NM 21012092 | | | |

09.5476 | 210130 | – - Ċikwejra mixwija u sostituti oħra tal-kafè mixwija, w astratti, essenzi u konċentrati tagħhom | 9 | 28 | 2 |

| | – – Ċikwejra mixwija u sostituti oħra tal-kafè mixwija: | | | |

| 21013019 | – – – Oħrajn | | | |

| | – – Astratti, essenzi u konċentrati taċ-ċikwejra mixwija u sostituti oħra mixwija tal-kafè: | | | |

| 21013099 | – – – Oħrajn | | | |

| 2103 | Zlazi jew preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħallta u taħlitiet imħalta; mustarda dqiq w ikel u mustarda preparata: | | | |

09.5487 | 21032000 | Zalza tad-tadam u zlazi oħra tad-tadam | 734 | 2400 | 200 |

09.5488 | 21033090 | – – Mustarda lesta | 734 | 2400 | 200 |

09.5489 | 21039090 | – – Oħrajn | 734 | 2400 | 200 |

09.5479 | 210500 | Ġelat u silġ ieħor li jittiekel, kemm bil-kawkaw kif ukoll mingħajru | 34 | 108 | 8 |

09.5483 | 2202 | Ilmijiet, inklużi ilma minerali w ilma bil-gas, li jkun fihom zokkor miżjud jew materji ħelwin oħra jew bit-toma, u xarbiet oħra mhux alkoħoliċi, li ma jinkludux meraq tal-frott jew ħaxix ta' titolu Nru 2009: | 7 | 23 | 2 |

| 22029091 to22029099 | – – Oħrajn | | | |

--------------------------------------------------

Top