Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1148

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1148/2002 tas-26 ta' Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ĠU L 170, 29.6.2002, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2003; Impliċitament imħassar minn 32004R0226

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1148/oj

    32002R1148



    Official Journal L 170 , 29/06/2002 P. 0011 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1148/2002

    tas-26 ta' Ġunju 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 2505/96 [1], il-Kunsill jiftaħ kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali. Id-domanda tal-Komunità għall-prodotti inkwestjoni għandha tintlaqa' skond il-kundizzjonijiet l-aktar favorevoli. Il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għandhom għalhekk jintefħu b'rati mnaqqsa jew ta' żero għal volumi xierqa, u jkunu miżjuda jew estiżi fil-każ ta' ċerti kwoti tat-tariffi eżistenti, filwaqt li jkun evitat kull tfixkil fis-swieq ta' dawn il-prodotti.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 2505/9 għandu għalhekk ikun emendat.

    (3) Wara li tkun ikkunsidrata l-importanza ekonomika ta' dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li titqajjem il-bażi ta' l-urġenza pprovduta fil-punt I(3) tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Għall-perijodu tal-kwota mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2002, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jkun emendat kif ġej:

    - in-numru ta' l-ordni 09.2935: l-ammont tal-kwota tat-tariffi għandu jkun mibdul għal 80000 tunnellata metrika.

    L-Artikolu 2

    Għall-perijodu tal-kwota mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2002, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jkun emendat kif ġej:

    - in-numru ta' l-ordni 09.2799: l-ammont tal-kwota tat-tariffi għandu jkun mibdul għal 50000 tunnellata metrika,

    - in-numru ta' l-ordni 09.2950: l-ammont tal-kwota tat-tariffi għandu jkun mibdul għal 6500 tunnellata metrika.

    L-Artikolu 3

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2002, il-kwoti tat-tariffi stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu miżjuda ma' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2505/96.

    L-Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta' Ġunju 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. Villalobos

    [1] ĠU L 345, tal-31.12.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2559/2001 (ĠU L 344, tat-28.12.2001, p. 5).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Nru ta' l-Ordni | Kodiċi NM | Kodiċi tat-TARIC | Deskrizzjoni | Ammont ta' kwota | Dazju tal-kwota (%) | Perijodu tal-kwota |

    09.2882 | ex29089000 | 20 | 2,4-Dichloro-3-ethyl-6-nitrophenol, magħmul trab | 43 tunnellata metrika | 0 | ta' l- 1.7.2002 sa 31.12.2002 |

    09.2890 | ex48194000 | 10 | Xkora tal-karti, stampata, bil-qisien 139 mm × 303 mm (± 5 mm) għall-użu ta' l-imballaġġ tal-popcorn tal-microwave | 33000000 unitajiet | 0 | ta' l- 1.7.2002 sa 31.12.2002 |

    09.2902 | ex85401115 | 91 | Screen ċatt tal-kulur tat-tubu cathode ray bi screen ta' ratio ta' tul/wisa' ta' 4/3, qies dijagonali ta' l-iscreen ta' 59 ċm jew aktar iżda ma jaqbiżx il-61 ċm u raġġ ta' kurvatura ta' 50 m jew aktar | 13000 unitajiet | 7 | ta' l- 1.7.2002 sa 31.12.2002 |

    09.2904 | ex85401119 | 95 | Screen ċatt tal-kulur tat-tubu cathode ray bi screen ta' ratio ta' tul/wisa' ta' 4/3, qies dijagonali ta' l-iscreen ta' 79ċm jew aktar iżda ma jaqbiżx il-81 ċm u raġġ ta' kurvatura ta' 50 m jew aktar | 3600 unitajiet | 0 | ta' l- 1.7.2002 sa 31.12.2002 |

    09.2995 | ex85369085 | 95 | Keypads, magħmula minn saff tas-silicone u polycarbonate keytopsjewkollhom tas-silicone jew kollhom tal-polycarbonate, inklużi l-buttuni stampati, għall-manifattura jew it-tiswija tat-telefonijiet radji li jinġarru ta' l-intestatura 85252091 | 10000000 unitajiet | 0 | ta' l- 1.7.2002 sa 31.12.2002 |

    ex85389099 | 93 |

    09.2998 | ex29242995 | 80 | 5′-Chloro-3-hydroxy-2′, 4′-dimethoxy-2-naphthanilide | 20 tunnellata metrika | 0 | ta' l- 1.7.2002 sa 31.12.2002 |

    --------------------------------------------------

    Top