EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1147

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1147/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar ċerti prodotti importati b'ċertifikati li tajbin għat-tajran

ĠU L 170, 29.6.2002, p. 8–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2018; Imħassar b' 32018R0581

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1147/oj

32002R1147



Official Journal L 170 , 29/06/2002 P. 0008 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1147/2002

tal-25 ta' Ġunju 2002

li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar ċerti prodotti importati b'ċertifikati li tajbin għat-tajran

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-proċeduri doganali g]all-importi ħielsa mid-dazju tal-partijiet, il-komponenti u oġġetti oħra użati għall-manifattura, tiswija, manteniment, bini mill-ġdid, modifika jew konverżjoni ta' inġenji ta' l-ajru għandhom ikunu ssimplifikati.

(2) Sabiex jintlaħaq dan il-għan, huwa xieraq li jkunu sospiżi d-dazji doganali awtonomi fuq l-importi tat-tali oġġetti importati b'ċertifikati li tajbin għat-tajran maħruġa minn parti awtoriżżata mill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ġewwa l-Komunità jew pajjiż terz.

(3) Minħabba l-fatt li l-prezzijiet għall-partijiet u l-komponenti wżati fis-settur ta' l-inġenji ta' l-ajru huma normalment mill-anqas tlett darbiet ogħla mill-prezzijiet għal oġġetti simili wżati għal skopijiet oħra, ir-riskju li l-oġġetti importati ħielsa mid-dazju jintużaw f'setturi industrijali oħra huwa żgħir ħafna.

(4) Is-sospensjoni għandha tnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-operaturi ekonomiċi fis-settur ta' l-inġenji ta' l-ajru peress li tnaqqas il-bżonn għal dawn il-kumpaniji li jużaw reġimi doganali sospensivi bħal trattament favorevoli tat-tariffi għall-oġġetti minħabba l-użu finali tagħhom, riliev ta' pproċessar minn ġewwa jew ħżin doganali. Barra minn hekk, tippermetti li impriżi żgħar jew ta' daqs medju, li s'issa ma setgħux jużaw reġimi doganali sospensivi, li jsiru aktar kompetittivi komparati ma' operaturi akbar f'dan il-qasam.

(5) Peress li ċ-ċertifikati mhux dejjem jakkumpanjaw l-oġġetti matul it-trasport, proċedura għandha titniżżel li biha l-awtoritajiet doganali jkunu kapaċi jidentifikaw iċ-ċertifikati matul il-kontrolli fuq il-post wara li l-prodott ikun rilaxxat għal ċirkolazzjoni libera.

(6) Minħabba l-komplikazzjoni tar-regoli fis-settur ta' l-avjazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu kapaċi, a spejjeż ta' l-importatur, li jsejħu għall-ħila esperta ta' rappreżentant ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni meta jkollhom raġuni valida li jemmnu li ċ-ċertifikati li tajbin għat-tajran kienu ffalsifikati u meta l-affari ma tistax tkun solvuta mod ieħor. Madankollu, qabel tittieħed it-tali azzjoni, l-awtoritajiet doganali g]andhom jeżaminaw l-ispejjeż marbutin mal-volum ta' l-importazzjoni kontra l-ammont ta' dazju a riskju, sabiex jevitaw sitwazzjoni fejn jiġri li l-ebda ksur ma twettaq, iżda l-benefiċċju lill-importatur tas-sospensjoni tad-dazju sar null bl-ispejjeż biex tinġieb opinjoni esperta.

(7) Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport fuq il-bażi ta' l-informazzjoni rievuta mill-Istati Membri fuq l-esperjenza tagħhom biex japplikaw dan ir-Regolament.

(8) Wara li tkun ikkunsidrata l-importanza ekonomika ta' dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li titqajjem il-bażi ta' l-urġenza pprovduta fil-punt I(3) tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni għandhom ikunu sospiżi għall-partijiet, il-komponenti u oġġetti oħra tat-tip li għandhom ikunu inkorporati fi jew użati għall-inġenji ċivili ta' l-ajru u li jaqgħu taħt il-Kapitoli 25 sa 97 tat-Tariffi Doganali Komuni u li dwarhom ċertifikat li tajbin għat-tajran inħareġ minn parti awtoriżżata mill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ġewwa l-Komunità jew f'pajjiż terz.

Artikolu 2

1. Is-sospensjoni mniżżla fl-Artikolu 1 għandha tkun fuq il-kondizzjoni tas-sottomissjoni taċ-ċertifikat oriġinali li tajbin għat-tajran lill-awtoritajiet doganali meta l-oġġetti huma ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

Meta ċ-ċertifikat oriġinali li tajbin għat-tajran ma jistax jintbag]at fil-mument meta l-oġġetti huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, is-sospensjoni tkun bil-kondizzjoni ta' l-inklużjoni ta' dikjarazzjoni, iffirmata mill-bejjiegħ ta' l-oġġetti in kwestjoni, fuq il-fattura kummerċjali jew dokument anness magħha. Mudell tad-dikjarazzjoni meħtieġa huwa ppreżentat fit-Taqsima A ta' l-Anness.

2. Fil-kaxxa 44 tad-Dokument Waħdieni Amministrattiv (SAD) it-test ippreżentat fit-Taqsima B ta' l-Anness għandu jimtela mill-importatur.

3. Meta l-oġġetti huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera taħt proċeduri simplifikati skond ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], l-importatur għandu jdaħħal fis-SAD (il-kaxxa 44) jew f'xi dokument awtoriżżat li jibdel is-SAD it-test ippreżentat fit-Taqsim B ta' l-Anness.

Fit-tali każijiet is-sospensjoni għandha tkun bil-kondizzjoni tas-sottomissjoni tad-dokumenti riferuti fil-paragrafu 1 skond it-termini ta' l-awtoriżżazzjoni tal-proċedura simplifikata fil-mument meta d-dikjarazzjoni supplimentari tintbagħat lill-uffiċċju doganali kompetenti.

Artikolu 3

Meta l-awtoritajiet doganali għandhom raġuni valida biex jissuspettaw li ċ-ċertifikati li tajbin għat-tajran kienu ffalsifikati u meta l-affari ma tistax tkun solvuta mod ieħor, jistgħu jitolbu opinjoni esperta minn rappreżentant ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni a spejjeż ta' l-importatur.

Fit-tali każjiet, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkunsidraw il-volum ta' l-importi u l-ammont ta' dazju taħt riskju, sabiex ma jħallux l-importatur milli jibbenifika mill-fatt li s-sospensjoni tad-dazju qed tiġi nulla bin-nefqa biex tinġieb l-opinjoni esperta, jekk l-investigazzjoni turi li r-regoli għall-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati ma nkisrux.

Artikolu 4

Mhux aktar tard minn tlett snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament ibbażat fuq l-informazzjoni li rċeviet mingħand l-Istati Membri.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jibda jgħodd mill-1 ta' Lulju 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Matas I Palou

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u mir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top