This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R0982
Commission Regulation (EC) No 982/2002 of 7 June 2002 laying down the marketing standards for cultivated mushrooms
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 982/2002 tas-7 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-istandards tal-marketing għall-faqqiegħ kultivat
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 982/2002 tas-7 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-istandards tal-marketing għall-faqqiegħ kultivat
ĠU L 150, 8.6.2002, p. 45–49
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 16/11/2004; Imħassar b' 32004R1863
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32003R0046 | Tlestija | anness | 31/01/2003 | |
Modified by | 32004R0907 | Tlestija | anness | 20/05/2004 | |
Repealed by | 32004R1863 |
Official Journal L 150 , 08/06/2002 P. 0045 - 0049
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 982/2002 tas-7 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-istandards tal-marketing għall-faqqiegħ kultivat IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Filwaqt li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2260/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 545/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2), Billi: (1) Il-faqqiegħ ikkoltivat huwa fost il-prodotti elenkati f’L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom għandhom jitwaqqfu l-istandards. Għal dak l-iskop u fl-interess li tiġi priservata t-trasparenza fis-suq dinji, għandu jittieħed kont ta’ l-istandard għall-faqqiegħ kultivat rakkomandat mill-Kumitat tal-Ħidma fuq l-Istandardizzazjoni dwar Prodotti li Jitħassru u L-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-Ġnus Magħquda (KEEĠM). (2) L-applikazzjoni ta’ dawn l-istandardi għandha tneħħi prodotti ta’ kwalità mhux soddisfaċenti mis-suq u ġġib il-produzzjoni konformi mar-ħtiġijiet tal-konsumatur u b’hekk tiffaċilita l-kummerċ bażat fuq il-konkorrenza leali, u b’ hekk tgħin fit-titjib tal-profitabilità. (3) L-istandardi japplikaw fl-istadji kollha tal-marketing. It-trasport fuq distanza twila, il-ħażna għal ċertu perjodu u l-proċessi varji li jgħaddu minnhom il-prodotti jistgħu jikkawżaw xi deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp bioloġiku tal-prodotti jew in-natura tagħhom li titħassar. Għandu jittiteħed kont ta’ tali deterjorazzjoni meta jiġi applikat l-istandard fl-istadji tal-marketing wara li jkunu nbagħtu. (4) Billi l-prodotti fil-klassi "Extra" għandhom jiġu mqassma u ppakkjati b’attenzjoni partikolari, fil-każ tagħhom għandha tittieħed konsiderazzjoni biss tan-nuqqas ta’ freskezza u turġidità. (5) Il-miżuri maħsuba f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Frott u l-Ħaxix Frisk, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-istandard tal-marketing għall- faqqiegħ ikkoltivat tal-genus Agaricus li jaqa’ taħt il-kodiċi KN 07095100 għandu jkun kif stipulat fl-Anness. L-istandard għandu japplika għall-istadji tal-marketing kollha taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96. Madankollu, fl-istadji wata li jintbagħtu, il-prodotti jistgħu juru, fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ l-istandard, nuqqas żgħir ta’ freskezza u turġidità; prodotti gradati fi klassijiet għola mill-klassi "Extra" jistgħu juru oltre dan deterjorazzjonijiet żgħar minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza tagħhom li jitħassru. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-7 ta’ Ġunju 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS STANDARD GĦALL-FAQQIEGĦ IKKOLTIVATI (AGARICUS) 1. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT Dan l-istandard japplika għall-karpofori (iġsma tal-frott) ta’ strains imkabbra mill-genus Agaricus (syn. Psalliota), li għandhom jiġu forniti lill-konsumatur friski, eskluż il-faqqieħ għall-proċessar industrijali. Il-faqqiegħ huwa klassifikat fis-segwenti tipi kummerċjali, fejn dawn huma l-ewwelnett klassifikati f’ żewġ gruppi: - faqqiegħ mhux maqtugħ li għandu il-parti t’isfel tal-qasba mhux maqtugħa - faqqiegħ maqtugħ li għandu il-parti t’isfel tal-qasba maqtugħa. Il-qatgħa għandha tkun nadifa u approssimattivament perpendikolari ma’ l-assi lonġitudinali; Fiż-żewġ gruppi, issir distinzjoni bejn l-istadji suċċessivi ta’ l-iżvilupp: - faqqiegħ magħluq (jew denominazzjoni ekwivalenti), ċioe’ faqqiegħ bil-kappa kompletament magħluqa - faqqiegħ mgħotti, ċjoe’ faqqiegħ li l-kappa tiegħu hija konnessa mal-qasba permezz tal-velu, - faqqiegħ miftuħ, ċjoe’ faqqiegħ b’kappa miftuħa (kappa miftuħa jew ċatta; hija meħteġa liwja ħafifa ‘l isfel tat-truf tal-kappa, - faqqiegħ ċatt, ċjoe’ faqqiegħ li huwa miftuħ kollu (iżda t-truf tal-kappa mhumiex invertiti jew ikkappjati wisq); Il-faqqiegħ huwa mbagħad ikklassifikat f’ żewġ gruppi tal-kulur: - "abjad" - "kannella" jew "qastni" 2. DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ L-għan ta’ l-istandard huwa li jiddefinixxi l-ħtiġijiet dwar il-kwalità wara l-preparazzjoni jew l-ippakkjar. A. Ħtiġijiet minimi Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-faqqiegħ għandu jkun: - intatt; faqqiegħ maqtugħ li jikkonforma mad-definizzjoni jitqies bħala intatt, - tajjeb; prodotti effettwati minn tħassir, żieda kbira fil-kulur kannella fil-qasba jew deterjorazzjoni li jrenduh mhux tajjeb għall-konsum huwa eskluż, - nadif, prattikament liberu minn materji viżibbli esterni minbarra materjal ta’ għata - apparenza friska, għandu jittieħed kont tal-kulur tipiku tal-gill ta’ l-istrain u/jew tip kummerċjali, - prattikamenti liberu mill-pesti - prattikament liberu mill-ħsara kawżata mill-pesti; - liberu minn umdità esterna mhux normali - liberu minn irwejjaħ u/jew togħmiet esterni l-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-faqqigħ għandhom jkun tali li jippermettulu: - li jiflaħ it-trasport u l-qbid, u - li jasal f’ kundizzjoni soddisfaċenti u fil-post tad-destinazzjoni. B. Klassifikazzjoni Il-faqqiegħ huwa klassifikat fit-tliet klassijiet mfissra hawn taħt: (i) Klassi "Extra" Faqqiegħ f’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Fil-forma, apparenza, żvilupp u kulur għandhom ikunu karatteristiċi tat-tip kummerċjali. Għandhom ikunu ffurmati tajjeb. Għandhom ikunu liberi mid-difetti b’eċċezjoni ta’ difetti ħfief ħafna superfiċjali sakemm dawn ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal-prodotti, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fl-imballaġġ. Il-faqqiegħ għandu jkun prattikament liberu minn materjal ta’ għata; faqqiegħ mhux maqtugħ jista’ jkollu wkoll traċċi ta’ materjal ta’ għata fis-sieq. (ii) Klassi I Faqqiegħ f’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità, apparenza, żvilupp u kulur tajba. Għandu jkun karatteristiku tat-tip kummerċjali. Is-segwenti difetti ħfief jistgħu, madankollu, jiġu permessi jekk ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal- prodotti, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzzjoni fl-imballaġġ: - difett ħafif fil-forma, - difett ħafif fil-kulur, - tbajja’ ħfief superfiċjali jekk dawn m’ humiex progressivi, - tbenġil ħafif superfiċjali, - traċċi ħfief ta’ materjal ta’ għata; faqqiegħ mhux maqtugħ jista’ jkollu wkoll xi ftit materjal ta’ għata fis-sieq. (iii) Klassi II Din il-klassi tinkludi faqqiegħ li ma jikkwalifikax biex jiġi nkluż fil-klasijiet ogħla iżda jissoddisfa r-rekwiżiti minimi stabbilit fuq. Dawn id-difetti jistgħu jiġu permessi jekk ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal- prodotti, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzzjoni fl-imballaġġ: - difett fil-forma, - difett fil-kulur, - tbajja’ ħfief, - tbenġil ħafif, - zkuk vojta, - traċċi ta’ materjal ta’ għata; faqqiegħ mhux maqtugħ jista’ jkollu wkoll xi ftit materjal ta’ għata fis-sieq. 3. DISPOSIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS Id-daqs jiġi determinat skond id-djametru massimu tal-kappa u t-tul taz-zokk, skond dawn l-ispeċifikazzjonijiet. Daqs minimu Il-minimu tad-djametru tal-kappa għandu jkun mhux inqas minn 15 mm għall-faqqiegħ tal-kappa magħluqa, miftuħ jew mgħotti u 20 mm għal faqqiegħ ċatt. Tul taz-zokk It-tul taz-zokk jitkejjel: - mill-gills ta’ taħt il-kappa għal faqqiegħ miftuħ u ċatt, - mill-velu għall-faqqiegħ magħluq jew mgħotti. Id-daqsijiet huma obbligatorji għall-faqqiegħ fil-klassi "Extra" skond is-segwenti tabella, u l-faqqiegħ tal-Klassijiet I u II għandhom jilħqu l-iskali tad-daqs speċifikati jekk it-termini "żgħir", "medju" jew "kbir" huma indikati: Faqqiegħ magħluq, miftuħ jew mgħotti | Djametru tal-kappa | Tul massimu taz-zokk | Daqs | Limiti tad-daqs | Faqqiegħ maqtugħ | Faqqiegħ mhux maqtugħ | Żgħir | 15-45 mm | 1/2 tad-djametru tal-kappa | 2/3 tad-djametru tal-kappa | Medju | 30-65 mm | Kbir | 50 mm u aktar | Flat mushrooms | Djametru tal-kappa | Tul massimu taz-zokk | Daqs | Limiti tad-daqs | Faqqiegħ maqtugħ | Faqqiegħ mhux maqtugħ | Żgħir | 20-55 mm | 2/3 tad-djametru tal-kappa | Kbir | 50 mm u aktar | 4. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR TOLLERANZI Tolleranzi dwar il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’ kull pakkett għal prodotti li ma jissoddisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi indikata. A. Tolleranzi dwar kwalità (i) Klassi "Extra" 5 % min-numru jew piż tal-faqqiegħ li ma jissoddisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jidħlu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi (ii) Klassi I 10 % min-numru jew piż tal-faqqiegħ li ma jissoddisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jidħlu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi. (iii) Klassi II 10 % min-numru jew piż tal-faqqiegħ biz-zokk nieqes u 10 % min-numru jew piż tal-faqqiegħ li ma jissoddisfawx la l-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas il-ħtiġijiet minimi, għal raġunijiet oħrajn, minbarra prodotti affettwati minn tħassir jew deterjorazzjoni oħra li trendih mhux tajjeb għall-konsum. B. Tolleranzi speċjali għall-istadji ta’ l-iżvilupp (i) Klassi "Extra" 5 % min-numru jew piż tal-faqqiegħ ta’ l-istadju ta’ l-iżvilupp ta’ qabel u ta’ faqqiegħ ta’ l-istadju li jmiss ta’ l-iżvilupp huma permessi. (ii) Klassi I 10 % total min-numru jew piż tal-faqqiegħ ta’ l-istadju ta’ l-iżvilupp ta’ qabel u ta’ faqqiegħ ta’ l-istadju li jmiss ta’ l-iżvilupp huma permessi. (iii) Klassi II Jista’ jitħallat f’ kull pakkett faqqiegħ fi stadji differenti ta’ l-iżvilupp. Iżda meta l-istadju ta’ l-iżvilupp huwa indikat, massimu totali ta’ 25 % min-numru jew piż tal-faqqiegħ ta’ l-istadju ta’ l-iżvilupp ta’ qabel u ta’ faqqiegħ ta’ l-istadju li jmiss ta’ l-iżvilupp huma permessi. C. Tolleranzi dwar daqs Għall-klassijiet kollha: 10 % min-numru jew piż tal-faqqiegħ li ma jikkonformax mad-daqsijiet indikati 5. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR PREŻENTAZZJONI A. Uniformità Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss faqqiegħ ta’ l-istess origini, tip kummerċjali, stadju ta’ l-iżvilupp (bla ħsara għad-dispożizzjonijiet taħt IV(B) fuq), kwalità u daqs (jekk ikun bid-daqsijiet). Pakketti għall-bejgħ b’piż nett ta’ mhux aktar minn 1 kilo jista’ jkun fihom taħlitiet ta’ faqqiegħ ta’ kuluri differenti, sakamm huma uniformi fil-kwalità, stadji ta’ l-iżvilupp u daqs (jekk ikunu bid-daqsijiet) u, għal kull kulur ikkonċernat, fl-oriġini. Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut sħiħ. B. Imballaġġ Il-faqqiegħ għandu jiġi ppakkjat b’ tali mod li l-prodotti jiġu protetti sew. Il-materjali użati ġewwa l-imballaġġ għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta’ tali kwalità li jiġu evitati tibdiliet interni jew esterni fil-prodotti. L-użu ta’ materjali, partikolarment karti jew bolol li fihom speċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess, sakemm l-istampar jew it-tabellar ikun sar b’ inka jew kolla mhux tossiċi. Il-pakketti għandhom ikunu liberi minn materja esterna, inkluż materjal ta’ għata eċċessiv. 6. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR MARKI Kull pakkett għandu jkollu dawn id-dettalji, f’ ittri iggruppjati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra: A. Identifikazzjoni: Min jippakkja u/jew jibgħat: isem u indirizz jew marka ta’ kodiċi uffiċjalment maħruġ jew aċċettat. Iżda fil-każ fejn tintuża l-marka tal-kodiċi, ir-referenza "minn jippakkja u/jew jibgħat" (jew taqsir ekwivalenti) għandha tiġi indikata b’ konnessjoni viċina mal-marka tal-kodiċi. B. Natura tal-prodott - Jekk il-kontenut ma jidhirx minn barra: - faqqiegħ ikkoltivat, - "maqtugħ" jew "mhux ikkoltivat" - kulur jekk mhux "abjad" - Stadju ta’ żvilupp (mhux obbligatorju), - Fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ li fihom taħlita ta’ faqqiegħ ta’ kuluri differenti, l-ismijiet tal-kuluri differenti. C. Oriġini tal-prodotti - Pajjiż ta’ l-oriġini u, jekk trid, distrett fejn tkabbru, jew isem il-post nazzjonali, reġjunali jew lokali, - Fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ faqqiegħ ta’ oriġini differenti ta’ kuluri differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż ta’ l-oriġini għandha tidher viċin tal-isem tal-kuluri kkonċernati. D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali - Klassi - Daqs (jekk bid-daqsijiet) espress bħala minimu u massimu tad-djametru tal-kappa jew bit-terminu "żgħir", "medju" jew "kbir" - Piż nett. E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (mhux obbligatorja) --------------------------------------------------