EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0597

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2002 tal-5 ta'April 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazji fuq l-importazzjonijiet fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

ĠU L 91, 6.4.2002, p. 9–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/08/2010; Imħassar b' 32010R0642

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/597/oj

32002R0597



Official Journal L 091 , 06/04/2002 P. 0009 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2002

tal-5 ta'April 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazji fuq l-importazzjonijiet fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2104/2001 [4], jiddisponi għall-ħruġ mill-awtorita’ tad-dwana fil-port tal-ħatt ta' ċertifikat li jafferma l-kwantita’ ta' kull prodott li nħatt. Madankollu, ir-Regolament ma jippreskrivix il-format ta' dak iċ-ċertifikat u dan ikkawża nuqqas ta' armoniżżazzjoni. Ghalhekk, sabiex jingħeleb dan il-problema, mudell taċ-ċertifikat għandu jkun inkluż.

(2) B'mod partikolari, ċirkostanzi eċċezzjonali, il-prezzijiet rappreżentattivi cif ikkalkolati skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 jirriżultaw f'dazju ffissat għal qamħ komuni ta' kwalita’ baxxa li hu anqas minn dak għal qamħ komuni ta' kwalita’ ogħla. Id-dazju inqas għandu japplika għall-kwalitajiet ikkonċernati.

(3) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, fejn id-dazju fuq il-kwalita' li għandu jkun importat ma jkunx l-ogħla dazju fuq il-prodott ikkonċernat, importaturi ta' qamħ komuni u durum iridu jiddepożitaw garanzija speċifika addizzjonali ma' dawk meħtieġa skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 [5] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2298/2001 [6]. L-iskop ta' dik il-garanzija huwa biex jiżgura li d-dazju applikabbli għall-kwalita’ importata jitħallas. Fejn id-dazju applikabbli għal kull kwalita’ jkun żero, dik il-garanzija ma tibqax meħtieġa.

(4) L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 jiddisponi għall-awtoritajiet tad-dwana li jieħdu kampjuni rappreżentattivi ta' ċerti prodotti ma' l-importazzjoni sabiex jistabbilixxu r-rata tad-dazju applikabbli fuq il-bażi tal-kwalita’ tal-prodott. Fejn id-dazju ta' importazzjoni jkun l-istess għall-kwalitajiet differenti ta' l-istess prodott, it-teħid tal-kampjuni biex jinkiseb l-għan t'hawn fuq ma jibqax skop għalih.

(5) Il-miżuri li hemm maħsub għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċerejali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 huwa emendat kif ġej:

1. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(4) huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-awtorita’ tad-dwana fil-port fejn isir il-ħatt għandha toħroġ ċertifikat skond il-mudell mogħti fl-Anness VI li jafferma l-kwantita’ ta' kull prodott li nħatt. Biex jingħata t-tnaqqis tad-dazju dan irid jakkumpanja l-oġġetti sat-tmiem tal-formalitajiet tad-dwana dwar l-importazzjoni."

2. L-Artikolu 4(2) huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Il-prezzijiet cif rappreżentattivi fuq importazzjonijiet ta' qamħ durum, xgħir, qamħirrum u, fil-każ ta' qamħ komuni, fuq kull livell ta' kwalita għandhom ikunu s-somma tal-komponenti msemmijin fil-paragrafu 1(a), (b) u (ċ).

Madankollu, fejn il-prezz cif rappreżentattiv għall-qamħ ta' kwalita‘komuni ikun ogħla minn dak għal qamħ komuni ta' kwalita’ ogħla, il-prezz cif rappreżentattiv għandu jintuża għal kalkolazzjoni ta' dazju applikabbli għall-kwalitajiet immedjatament ‘il fuq li l-prezz cif rappreżentattiv tagħhom huwa inqas.

F'każi fejn pajjiżi terzi jagħtu sussidji fuq esportazzjonijiet ta' qamħ komuni ta' kwalita’ medja jew baxxa lil pajjiżi Ewropej jew mill-baċir tal-Mediterran biex il-prezzijiet tas-swieq tad-dinja ikunu jistgħu jitniżżlu taħt il-prezz, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra dawk is-sussidji waqt li tistabbilixxi l-prezz cif rappreżentattiv għall- importazzjoni fil-Komunità."

3. Il-paragrafu li ġej huwa miżjud fl-aħħar ta' l-Artikolu 5:

"Madankollu, fejn id-dazju ta' importazzjoni applikabbli għall-kwalitajiet differenti huwa żero, ir-rabta msemmija fit-tieni inċiż ta' l-ewwel paragrafu ma tkunx meħtieġa."

4. L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. L-uffiċju tad-dwana għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi, skond l-Anness mad-Direttiva tal-Kummissjoni 76/371/KEE, ta' kull konsenja ta' qamħ durum, ta' qamħ komuni ta' livell ta' kwalita’ għolja jew medja u ta' qamħirrum iebes. Madankollu, it-teħid tal-kampjuni m'għandux isir fejn id-dazju ta' l-importazzjoni fuq il-kwalitajiet differenti ikun l-istess."

5. It-test ta' l-Anness t'hawnhekk huwa miżjud ma' l-Anness VI.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 5 ta'April 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.

[3] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 125.

[4] ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 8.

[5] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.

[6] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 16.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS VI

Ċertifikat mudell imsemmi fl-Artikolu 2(4)

Numru tal-liċenzja ta' importazzjoni: |

Detentur (isem, indirizz sħiħ u Stat Membru): |

Korp li joħroġ l-estratt (isem u indirizz): |

Drittijiet assenjati lil (isem, indirizz sħiħ u Stat Membru): |

Prodott li nħatt (kodiċi CN u, għal qamħ komuni, qamħ durum u qamħirrum, kwantita’ dikjarata skond l- Artikolu 5): |

Kwantita’ li nħattet (f'kilogrammi): |

"

--------------------------------------------------

Top