Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0257

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2002 tat-12 ta' Frar 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 194/97 li jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel u r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikelTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 41, 13.2.2002, p. 12–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/257/oj

    32002R0257



    Official Journal L 041 , 13/02/2002 P. 0012 - 0015


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2002

    tat-12 ta' Frar 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 194/97 li jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel u r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-kontaminanti fl-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/97 tal-31 ta' Jannar 1997, li jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġeti ta' l-ikel [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1566/1999 [3], jistabbilixxi l-livelli massimi għall-aflatossin BI u l-aflatossin totali f'ċerti oġġetti ta' l-ikel. Ir-Regolament tal-Kummissoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta'Marzu 2001, li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel [4]kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2375/2001 [5], iħassar u jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 194/97 b'effett mill-5 t'April 2002.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 194/97 ipprovda illi l-livelli massimi għall-ġewż u l-frott imnixxef li jridu jiġu ssoġġettati għall-għażla jew trattament ieħor fiżiku qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel kellhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid qabel l-1 ta' Lulju 2001 fid-dawl ta' l-avvanzi fil-għerf xjentifiku u teknoloġiku, b'mod partikolari rigward l-effikaċja tal-għażil jew it-trattamenti l-oħra li jnaqqsu l-kontenut ta' l-aflatossin.

    (3) F'konnessjoni ma' dan, ġiet issottomessa biss l-informazzjoni rigward il-lewż. L-informazzjoni wriet illi permezz tat-trattamenti varji tal-għażla u fiżiċi, il-kontenut ta' l-aflatossin tal-lewż mhux ipproċessat kien imnaqqas b'mod sinifikanti fil-prodott finali għall-konsumatur. Madankollu, mogħtija l-varjabbiltà ta' l-informazzjoni, huwa diffiċli li jiġi stmat safejn u sakemm isir dan it-tnaqqis. Huwa għalhekk xieraq illi jinżammu l-livelli massimi korrenti, ġaladarba huwa mifhum illi huma bla ħsara għal rivista.

    (4) Rigward iċ-ċereali li jridu jiġu ssoġġettati għall-għażil jew trattament ieħor fiżiku qabel il-konsum mill-bniedem jew jintużw bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel, ir-Regolament (KE) Nru 194/97 ipprovda illi safejn u sakemm ma ġie ffissat l-ebda livell speċifiku qabel l-1 ta' Lulju 2001, il-livelli stabbiliti għaċ-ċereali maħsuba għall-konsum mill-bniedem iridu japplikaw wara dan. Ir-raġuni għal dan kienet illi, fil-każ taċ-ċereali, ma jistax jiġi eskluż illi l-metodi tal-għażil jew trattamenti oħra fiżiċi jistgħu inaqqsu l-livell tal-kontaminazzjoni ta' l-aflatossini imma l-effikaċja reali ta' dawn il-metodi għad trid tiġi murija. Ġie wkoll ipprovdut illi, fin-nuqqaas ta' l-informazzjoni li tiġġustifika li jiġi ffissat livell massimu speċifikat għaċ-ċereali mhux ipproċessati, kellhom japplikaw il-livelli ta' 2 μg/kg ta' aflatossin B1 u 4 μg/kg ta' aflatossin totali.

    (5) F'din il-konnessjoni, ġiet issottomessa biss l-informazzjoni rigward il-qamħ ir-rum. Għalkemm ġie mwettaq monitoraġġ kontinwu għal iktar minn sentejn, numru limitat ta' lottijiet biss instabu kkontaminati. B'konsegwenza ta' dan, il-possibbiltà li tiġi murija l-effikaċja tal-għażil, it-tindif u trattamenti oħra fiżiċi kienet limitata. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni limitata, huwa evidenti illi permezz tal-għażil u trattamenti varji fiżiċi, il-kontenut ta' aflatossin fil-qamħ ir-rum mhux ipproċessat jista' jiġi mnaqqas b'mod sinifikanti wara t-tindif fil-prodott finali għall-konsumatur (fin-naqal li jifforma taqxir u tipi oħra ta' naqal). Il-kontaminazzjoni ta' l-aflatossin kienet l-iktar ikkonċentrata fil-għarbil (skart) u sa ċertu punt inqas fir-raħs tal-qamħ ir-rum, in-nuħħala ħoxna u l-qamħ ir-rum imfarrak (prodotti għat-tgħam ta' l-annimali). Ġaladarba l-informazzjoni hija limitata u varjabbli, mhux possibbli li jiġi stmat kwantitattivament u b'ċertezza safejn jista' jinkiseb dan it-tnaqqis. Hekk kif hija meħtieġa iktar informazzjoni sabiex jitfasslu l-konklużjonijiet finali, huwa approprjat illi għall-qamħ ir-rum jiġi estiż, u dan għall-aħħar darba, il-perjodu taż-żmien li għalih ma jiġi ffissat l-ebda livell.

    (6) Rigward iċ-ċereali mhux maħduma minbarra l-qamħ ir-rum, ma ġiet issottomessa l-ebda informazzjoni u għalhekk, il-livelli massimi stabbiliti għaċ-ċereali maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem għandhom japplikw ukoll mill-1 ta' Lulju 2001 għaċ-ċereali li jridu jiġu ssoġġettati għall-għażil jew trattament ieħor fiżiku qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel.

    (7) Huwa importanti li dawn il-livelli massimi jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista' jkun u jissoktaw fis-seħħ wara li r-Regolament (KE) Nru 466/2001 ikun ħa l-post tar-Regolament (KE) Nru 194/97. Dawn iż-żewġ Regolamenti għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

    (8) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat permanenti ta' l-Oġġetti ta' l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Punt 2.1 L-aflotossini ta' l-intestatura I ta' l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 194/97 huwa emendat kif ġej:

    1. Il-punti 2.1.1 u 2.1.2 jiġu mibdula bi:

    "Il-Prodotti | L-Aflatossini: il-livelli massimi ammissibbli (1) Il-Livell Massimu (μg/kg) | Il-Metodu tat-teħid tal-kampjuni | Il-Metodu ta' l-analiżi tar-referenza |

    B1: | B1 + B2 + G1 + G2 | M1 |

    2.1.1.Il-karawett, il-ġewż u l-frott imnixxef

    2.1.1.1.Il-karawett, il-ġewż u l-frott imnixxef u l-prodotti pproċessati tagħhom, maħsuba għall-konsum mill-bniedem bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 2 (4) | 4 (4) | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.1.2.Il-karawett li jrid jiġi ssoġġettat għall-għażil, jew trattament ieħor fiżiku, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 8 (4) | 15 (4) | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.1.3.Il-ġewż u l-frott imnixxef li jrid jiġi ssoġġettat għall-għażil, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 5 (4) | 10 (4) | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.2.Iċ-ċereali (inkluż il-qamħ Saraċin, Fagopyrum spp.)

    2.1.2.1.Iċ-ċereali (inkluż il-qamħ Saraċin, Fagopyrum spp.) u l-prodotti pproċessati tagħhom maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 2 | 4 | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.2.2.Iċ-ċereali (inkluż il-qamħ Saraċin, Fagopyrum spp.), bl-eċċezzjoni tal-qamħ ir-rum, li jridu jiġu ssoġġettati għall-għażil. jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 2 | 4 | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.2.3.Il-qamħ ir-rum li jrid jiġi ssoġettat għall-għażil jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | — | — | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE" |

    2. In-nota 5 fil-qiegħ tal-paġna hija mħassra.

    3. In-nota 6 fil-qiegħ tal-paġna hija mħassra.

    Artikolu 2

    Il-Punt 2.1 L-aflotossini tat-Taqsima 2 ta' l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

    1. Il-punti 2.1.1 u 2.1.2 jiġu mibdula bi:

    "Il-Prodotti | L-Aflatossini: il-livelli massimi ammissibbli (1) Il-Livell Massimu (μg/kg) | Il-Metodu tat-teħid tal-kampjuni | Il-Metodu ta' l-analiżi tar-referenza |

    B1: | B1 + B2 + G1 + G2 | M1 |

    2.1.1.Il-karawett, il-ġewż u l-frott imnixxef

    2.1.1.1.Il-karawett, il-ġewż u l-frott imnixef u l-prodotti pproċessati ta' dawn, maħsuba għall konsum dirett ill-bniedem jew bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 2 (6) | 4 (6) | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.1.2.Il-karawett li jrid jiġi ssoġġettat għall-għażil, jew tratrattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 8 (6) | 15 (6) | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.1.3.Il-ġewż u l-frott imnixxef li jridu jiġu ssoġġettati għall-għażil, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 5 (6) | 10 (6) | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.2.Iċ-ċereali (inkluż il-qamħ Saraċin, Fagopyrum spp.)

    2.1.2.1.Iċ-ċereali (inkluż il-qamħ Saraċin, Fagopyrum spp.) u l-prodotti pproċessati tagħhom maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 2 | 4 | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.2.2.Iċ-ċereali (inkluż il-qamħ Saraċin, Fagopyrum spp.), bl-eċċezzjoni tal-qamħ ir-rum, li jridu jiġu ssoġġettati għall-għażil jew rattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 2 | 4 | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Jd-Direttiva 98/53/KE |

    2.1.2.3.Il-qamħ ir-rum li jrid jiġi ssoġettat għall-għażil jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | – (9) | – (9) | — | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE" |

    2. In-nota 8 fil-qiegħ tal-paġna hija mħassra.

    3. In-nota

    9 fil-qiegħ tal-paġna tiġi mibdula bi: '

    "(9) Jekk ma jiġi ffissat l-ebda limitu speċifiku qabel l-1 ta' Lulju 2003, il-limiti stabbiliti fil-punt 2.1.2.1 tat-tabella jridu japplikaw wara din id-data għall-qamħ ir-rum riferit f'dan il-punt."

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikoli 1 u 3 għandhom jibdew japplikaw mill-jum ta' wara din il-pubblikazzjoni. L-Artikolu 2 għandu jibda japplika mill-5 ta' April 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Frar 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1.

    [2] ĠU L 31, ta' l-1.2.1997, p. 48.

    [3] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 17.

    [4] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1.

    [5] ĠU L 321, tas-6.12.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top