Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0192

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2002 tal-31 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni taz-zokkor u għat-taħlitiet taz-zokkor u tal-kawkaw taħt is-sistema ta’ kumulazzjoni tal-oriġini ta’ l-ACP/OCT jew tal-KE/OCT

    ĠU L 31, 1.2.2002, p. 55–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2007; Imħassar b' 32007R1498

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/192/oj

    32002R0192



    Official Journal L 031 , 01/02/2002 P. 0055 - 0058


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2002

    tal-31 ta’ Jannar 2002

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni taz-zokkor u għat-taħlitiet taz-zokkor u tal-kawkaw taħt is-sistema ta’ kumulazzjoni tal-oriġini ta’ l-ACP/OCT jew tal-KE/OCT

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KEE tas-27 ta’ Novemru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji mbiegħda fi ħdan il-Komunità Ewropea [1], u partikolarment l-Artikolu 6(4) ta’ l-Anness III tagħha,

    Billi:

    (1) Permezz tad-Deċiżjoni Nru 2001/822/KE, ACP/OCT jew KE/OCT kumulazzjoni ta’ l-oriġini hija permissibbli għall-kwantitajiet stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni għall-prodotti li jinsabu fi ħdan NM il-Kapitolu 17 u l-kodiċi NM 18061030 u 18061090.

    (2) Sistema ta’ liċenzji għandha tiġi ntrodotta għall-prodotti f’dan il-każ u r-regoli biex dawn jiġu maħruġa stabbiliti sabiex jippermettu l-kontrolli mitluba fuq l-importazzjoni tal-kwantitajiet previsti fid-Deċiżjoni msemmija hawn fuq.

    (3) Apparti minn meta dan ir-Regolament jgħid mod ieħor, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju jistabbilixxi regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati tal-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [3], għandu jkun applikabbli.

    (4) Bl-għan li tiġi mħarsa l-amministrazzjoni organizzata, li ma titħalliex spekulazzjoni u jiġu provduti kontrolli effettivi, regoli dettaljati għandhom jiġu stabbiliti għall-għotja ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzi u d-dokumenti li l-partijiet interessati għandhom jipproduċu.

    (5) Il-fatturi speċifiċi ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja għall-imporatzzjoni tal-prodotti f’dan il-każ għandhom ikunu stabbiliti. Sabiex tassigura li din l-importazzjoni tkun amministrata strettament, għandu jkun partikolarment stabilit li d-drittijiet maħruġa mill-liċenzji ma’ jkunux trasferibbli u t-tħallija ta’ ċirkulazzjoni ħielsa ta’ kwantitajiet ta’ prodotti li jeċċedi dawk koperti bil-liċenzji ma’ jkunx permissibbli.

    (6) Pjan ta’ żmien għandu jkun stabbilit għad-dħul ta’ l-applikazzjonijiet, għall-għotja tal-liċenzji mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u għall-iffissar ta’ l-ammont li jiġi mnaqqas meta l-kwantità massima ta’ kull sena tkun misbuqa.Għandhom jiġu magħmula dispożizzjonijiet għall-operaturi biex ikun jistgħu, f’dawn il-każi, jirtiraw l-applikazzjnijiet tagħhom tal-liċenzji u biex jiġu meħlusa l-garanziji tagħhom immedjatament. Finalment, il-limiti speċjali taż-żmien għandhom ikunu stabbiliti għad-dħul ta’ l-applikazjonijiet tal-liċenzi u għall-għotja tal-liċenzji fil-bidu tal-2002.

    (7) Minħabba li l-arranġamenti tal-importazzjoni stabbilti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/803/KE tal-24 ta’ Novembru 1997 li temenda, f’nofs it-terminu, id-Deċiżjoni Nru 91/482/KEE dwar l-assoċċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji mbiegħda fi ħdan il-Kommunità Ekonomika Ewropea [4] ġew mibdula bl-arranġamenti stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 2001/822/KE, r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 553/97 tas-17 ta’ Diċembru 1997 dwar ir-regoli għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal ċerti prodotti koperti bil-kodiċi NM 1701, 1702, 1703 u 1704 u li jikkwalifikaw bħala ACP/OCT prodotti oriġinali [5] għandhom ikunu mħassra,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. L-importazzjoni tal-prodotti fi ħdan il-Kapitolu NM 17 u l-kodiċi NM 18061030 u 18061090 ma’ ACP/OCT jew KE/OCT kumulazzjoni ta’ l-oriġini għandha tkun suġġett għall-produzzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000, apparti minn meta dan ir-Regolament jgħid mod ieħor.

    2. l-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa permezz ta’ dan ir-Regolament għandhom ikollhom in-numru serjali 09.4652.

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament il-kunċett ta’ "prodotti oriġinali" u l-metodi amministrattivi relevanti għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2001/822/KE.

    Artikolu 3

    1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu ppreżentati għand l-awtoritajiet kompententi tal-Istati Membri.

    2. L-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta’ l-importazzjni għandhom jittrattaw kwantitajiet ta’ mhux anqas minn 25 tunellata u mhux aktar mill-kwantità massima awtorizzata mill-Artikolu 6(4) ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2001/822/KE.

    3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikollhom magħhom dawn id-dokumenti:

    (a) il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tal-OCT skond il-mudell misjub fl-Anness, maħruga mill-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati tal-EUR 1;

    (b) prova li l-applikant huwa persuna naturali jew legali li ilu nvolut fil-kummerċ taz-zokkor għal mill-inqas sitt xhur;

    (ċ) dikjarazzjoni bil-miktub mill-applikant li ma’ jkunx ippreżenta aktar minn applikazzjoni waħda matul iż-żmien tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet. Meta applikant jippreżenta aktar minn applikazzjoni waħda għall-liċenzja ta’ l-importazzjoni, l-applikazzjonijiet kollha ta’ dik l-istess persuna għandhom ikunu meqjusa bħala inammissibbli;

    (d) prova li l-parti konċernata tkun ippreżentat garanzija ta’ 12 EUR kull 100 kilogramm.

    Artikolu 4

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom juru:

    (a) fis-sezzjoni 7, l-OCT tal-post oriġinali, il-kelma "iva" għandha tiġi mmarkata b’salib;

    (a) fis-sezzjoni 8, l-OCT oriġinali, il-kelma "iva" għandha tiġi mmarkata b’salib. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi biss għal dawk il-prodotti li jorriġinaw fl- OCT li tidher f’dik is-sezzjoni;

    (ċ) fis-sezzjoni 20 tal-liċenzja, wieħed minn dan li ġej:

    - Exención de derechos de importación (Decisión 2001/822/CE, artículo 35) número de orden…

    - Fritages for importafgifter (artikel 35 i afgørelse 2001/822/EF), løbenummer…

    - Frei von Einfuhrabgaben (Beschluss 2001/822/EG, Artikel 35), Ordnungsnummer…

    - Δασμολοική απαλλαγή (απόφαση 2001/822 ΕΚ, άρθρο 35), αύξων απιθμός,,,

    - Free from import duty (Decision 2001/822/EC, Article 35), serial number…

    - Exemption du droit d’importation (Décision 2001/822/CE, article 35), numéro d’ordre…

    - Esenzione dal dazio all’importazione (Decisione 2001/822/CE, articolo 35), numero d’ordine…

    - Vrij van invoerrechten (Besluit 2001/822/EG, artikel 35), volgnummer…

    - Isenção de direitos de importação (Decisão 2001/822/CE, artigo 35.o), número de ordem…

    - Vapaa tuontitulleista (päätöksen 2001/822/EY 35 artikla), järjestysnumero…

    - Importtullfri (beslut 2001/822/EG, artikel 35), löpnummer…

    Artikolu 5

    1. Minkejja l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-kwantità rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ma’ tistax teċċedi dik indikata fis-sezzjonijiet 17 u 18 tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni. Iċ-ċifra "0" għandha tiddaħħal kif jixraq fis-sezzjoni 19 tal-liċenzja.

    2. Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, d-drittijiet li joħorġu mill-liċenzji ta’ l-importazzjoni m’humiex trasferribli.

    Artikolu 6

    1. Applikazzjonijiet tal-liċenzji għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-ewwel ħamest ijiem tax-xogħol ta’ Jannar, April, Lulju w Ottubru ta’ kull sena.

    B’dana kollu, għas-sena 2002, minflok l-ewwel ħamest ijiem tax-xogħol ta’ Jannar l-applikazzjonijet għandhom ikunu ppreżentati fl-ewwel għaxart ijiem ta’ Frar.

    Il-liċenzji għandhom jinħrġu fi żmien 13-il jum tax-xogħol mid-data ta’ l-għeluq tad-dħul ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzji.

    2. Fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data ta’ l-għeluq tad-dħul ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzji, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan:

    (a) il-kwantitajiet ta’ prodotti, imqassma bil-kodiċi ta’ NM bi tmien numri u bl-OCT ta’ l-oriġini, koperta bl-applikazzjonijiet għall-liċenzji ta’ l-importazzjoni u d-dati relevanti;

    (b) il-kwantitajiet ta’ prodotti, imqassma fil-kodiċi ta’ NM bi tmien numri u bl-OCT ta’ l-oriġini, koperti bil-liċenzji ta’ l-importazzjoni wżati jew kważi wżati, li jkun konformi mad-differenza bejn il-kwantitajiet attribwiti fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji u dawk li għalihom dawn ta’ l-aħħar kienu maħruġa.

    Jekk ma’ jkun hemm l-ebda applikazzjoni għall-liċenzji ta’ l-importazzjoni fi Stat Membru waqt il-perihodi referuti fil-paragrafu 1, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan fil-ġurnata msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

    3. Meta l-applikazzjonijiet għall-liċenzji jeżawrixxu jew jeċċedi l-kwantità massima ta’ kull sena referuta fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(4) ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data ta’ l-għeluq tad-dħul ta’ l-applikazzjonijiet għall-liċenzji, il-Kummissjoni għandha tissospendi d-dħul ta’ aktar applikazzjonijiet għas-sena kurrenti, u twaqqaf, meta xieraq, il-fattur imnaqqas li għandhu jiġi applikat għal kull applikazzjoni ippreżentata.

    Il-fattur imnaqqas għandu jkun fi proporzzjoni mad-differenza bejn il-kwantità massima li tkun għadha disponibbli u l-kwantità koperta bl-applikazzjonijiet għall-liċenzji f’dak il-każ.

    Jekk fattur imnaqqas jiġi applikat, l-applikazzjonijiet għall-liċenzji jistgħu jiġu rtirati fi żmien tnax il-ġurnata tax-xogħol mid-data ta’ l-għeluq għad-dħul ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzji. Il-garanzija għandha tkun rilaxxjata immedjatament.

    4. Meta l-kwantità li għaliha l-liċenzja ta’ l-importazzjoni tkun maħruġa hija anqas minn dik li għaliha saret l-applikazzjoni, l-ammont ta’ garanzija referut fl-Artikolu 3(3)(d) għandu jiġi mnaqqas proporzjonalment.

    Artikolu 7

    Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi mid-data attwali tal-ħruġ sal-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ.

    Artikolu 8

    Ir-Regolament (KE) Nru 2553/97 huwa hawnhekk imħassar.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Jannar 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 314, tat-30.11.01, p. 1.

    [2] ĠU L 152, ta’ l-24.06.2000, p. 1.

    [3] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19.

    [4] ĠU L 329, tad-29.11.1997, p. 50.

    [5] ĠU L 349, tad-19.12.1997, p. 26.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top