Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0068

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/68/KE tad-19 ta’ Lulju 2002 li temenda d-Direttiva 2002/57/KE dwar il-marketing ta’ żerriegħa taż-żejt u pjanti tal-fibri

ĠU L 195, 24.7.2002, pp. 32–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/68/oj

32002L0068



Official Journal L 195 , 24/07/2002 P. 0032 - 0033


Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/68/KE

tad-19 ta’ Lulju 2002

li temenda d-Direttiva 2002/57/KE dwar il-marketing ta’ żerriegħa taż-żejt u pjanti tal-fibri

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi:

(1) Assoċjazzjonijiet diversi ta’ speċi ta’ pjanti taż-żejt u l-fibri għandhom ikunu inklużi fl-iskop tad-Direttiva 2002/57/KE [3]. Il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti mill-assoċjazzjonijiet diversi, inkluż il-kulur tat-tikketta uffiċjali meħtieġa għall-pakketti ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ assoċjazzjonijiet diversi, għandhom ikunu spjegati.

(2) Minħabba l-importanza addizzjonali fil-Komunità, iż-żerriegħa ta’ varjetajiet ibridi ta’ l-ispeċi ta’ pjanti taż-żerriegħa u l-fibri addizzjonali għall-ġirasol għandhom ikunu inklużi ukoll fl-iskop ta’ ċerti spjegazzjonijiet tad-Direttiva 2002/57/KE.

(3) Id-Direttiva 2002/57/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif ġej.

(4) Minħabba l-importanza addizzjonali fil-Komunità ta’ dik iż-żerriegħa, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 95/232/KE [4] bil-għan li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti miż-żerriegħa ibrida u assoċjazzjonijiet diversi ta’ kolza svediża u kolza tal-pitravi. Dik id-Deċiżjoni skadiet fit-30 ta’ Ġunju ta’ l-2002. Huwa għalhekk xieraq li jinżammu l-kondizzjonijiet tal-Komunità li jikkonċernaw marketing ta’ dawk iż-żrieragħ sakemm jiġu applikati l-kondizzjonijiet il-ġodda,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 2002/57/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 2, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:

"3. Emendi li għandhom isiru fil-paragrafu 1(c) u (d) għall-għan li jkunu nklużi ibridi ta’ pjanti taż-żejt u fibri ħlief tal-ġirasol fl-iskop ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2);"

2. fl-Artikolu 12(1)(a), is-sentenza li ġejja għandha tiddaħħal wara t-tieni sentenza:

"Fil-każ ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ assoċjazzjoni diversa, it-tikketta għandha tkun blu b’linja ħadra dijagonali;"

3. l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 19a

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u fibri li għandhom ikunu reklamati fil-forma ta’ assoċjazzjoni diversa.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a) "assoċjazzjoni diversa" tfisser assoċjazzjoni ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ ibrida li tiddependi fuq il-pollinaturi uffiċjalment imdaħħla taħt id-Direttiva 2002/53/KE b’żerriegħa ċertifikata ta’ pollinatur/i wieħed jew aktar, bl-istess mod imdaħħla, u mekkanikament maqgħuda fi proporzjonijiet stabbiliti flimkien mill-persuni responsabbli għall-manutenzjoni ta’ dawn il-komponenti, b’dik il-kombinazzjoni li kienet notifikata lill-awtorità ċertifikata;

(b) "ibridu dipendenti fuq il-pollinaturi" tfisser komponent sterili maskili fl-"assoċjazzjoni varjetali" (komponent femminili);

(c) "pollinatur/i" tfisser komponent li jxerred il-polline fl-"assoċjazzjoni varjetali" (komponent maskili).

3. Iż-żerriegħa tal-komponenti femminili u maskili għandhom ikunu mlibbsa permezz ta’ lbies taż-żerriegħa b’kuluri differenti."

L-Artikolu 2

Fl-Artikolu 5(5) tad-Deċiżjoni 95/232/KE id-data "30 ta’ Ġunju 2002" għandha tiġi sostitwita bi "30 ta’ Ġunju 2003".

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2003. Għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li għandhom jadottaw fl-isfera ggvernata permezz ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju ta’ l-2002.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kunsill

T. Pedersen

Il-President

[1] Opinjoni mogħtija fit-2 ta’ Lulju 2002 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni mogħtija fl-17 ta’ Lulju 2002 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 74.

[4] ĠU L 154, tal-5.7.1995, p. 22. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/18/KE (ĠU L 4, tad-9.1.2001, p. 36).

--------------------------------------------------

Top