Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0840

Id-Deċiżjioni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għat-tneħħija ta' radjazzjoni minn fuq l-ikel (notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 3994)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/01/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/840/oj

32002D0840



Official Journal L 287 , 25/10/2002 P. 0040 - 0041


Id-Deċiżjioni tal-Kummissjoni

tat-23 ta' Ottubru 2002

li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għat-tneħħija ta' radjazzjoni minn fuq l-ikel

(notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 3994)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/840/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita‘ Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' Stati Membri li jikkonċernaw prodotti u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni jonizzanti [1], u partikolarment Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 1999/2/KE oġġetti ta' l-ikel ittrattati b'radjazzjoni joniżżanti ma jistgħux jiġu mportati minn pajjiż terz sakemm ma jkunx ġew ittrattati f'faċilità ta' tneħħija ta' radjazzjoni approvata mill-Komunità.

(2) Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għall-approvazzjoni minn tlett faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni fl-Afrika ta' Isfel, u waħda fl-Ungerija permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Esperti tal-Kummissjoni spezzjonaw il-faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk humiex konformi mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 1999/2/KE u, b'mod partikolari, jekk superviżjoni uffiċjali tigarantixxix li jkunu konformi mal-ħtiġiet ta' Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva.

(3) Il-faċilitajiet fl-Afrika ta' Isfel u fl-Ungerija kkonformaw mal-maġġoranza tal-ħtiġiet tad-Direttiva 1999/2/KE. In-nuqqasjiet identifikati mill-Kummissjoni ġew indirizzati b'mod adekwat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Afrika ta' isfel u ta' l-Ungerija. Il-lista li għad trid tiġi adottata b'din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta b'mod regolari.

(4) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Animali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni approvati fit-tifsira ta' Artikolu 9(2) tad-Direttiva 1999/2/KE hija konformi ma’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 66, tat-13.3.1999, p. 16.

--------------------------------------------------

ANNESS

Lista ta' faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni f'pajjiżi terżi approvati mill-Komunità

Nru ta' Referenza: EU-AIF 01-2002

HEPRO Cape (Pty) Ltd

6 Ferrule Avenue

Montague Gardens

Milnerton 7441

Western Cape

Republic of South Africa

Tel. (27-21) 551 24 40

Fax (27-21) 551 17 66

Nru ta' Referenza: EU-AIF 02-2002

Gammaster South Africa (Pty) Ltd

PO Box 3219

5 Waterpas Street

Isando Extension 3

Kempton Park 1620

Johannesburg

Republic of South Africa

Tel. (27-11) 974 88 51

Fax (27-11) 974 89 86

Nru ta' Referenza: EU-AIF 03-2002

Gamwave (Pty) Ltd

PO Box 26406

Isipingo Beach

Durban 4115

Kwazulu-Natal

Republic of South Africa

Tel. (27-31) 902 88 90

Fax (27-31) 912 17 04

Nru ta' Referenza: EU-AIF 04-2002

Agroster Besugarzo Reszvenytarsasag

Budapest X

Jaszberenyi ut 5

H-1106

Tel. (36-1) 262 19 22

Fax (36-1) 262 19 22

--------------------------------------------------

Top