Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0598

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2002 li tapprova tilqim kontra l-bruċellosi ta’ l-ifrat fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (notifikati taħt dokument nru C(2002) 2592)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 194, 23.7.2002, p. 45–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/598/oj

    32002D0598



    Official Journal L 194 , 23/07/2002 P. 0045 - 0046


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-15 ta’ Lulju 2002

    li tapprova tilqim kontra l-bruċellosi ta’ l-ifrat fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

    (notifikati taħt dokument nru C(2002) 2592)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2002/598/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimal li jaffettwaw kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u majjali [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/2002 [2], u partikolarment it-tielet indent ta’ paragrafu 4(i) fl-Anness A(II) miġjub fih,

    Billi:

    (1) Regoli tal-Komunità dwar l-użu ta’ tilqim kontra l-bruċellosi f’annimali tal-fart huma preskritti fid-Direttiva 64/432/KEE.

    (2) Bruċellosi ta’ l-ifrat għadu jinstab f’ċerti żoni tal-Komunità. It-tilqim huwa kunsidrat bħala strument effettiv li jintuża taħt ċerti kondizzjonijiet flimkien ma’ politika ta’ test u qtil, partikolarment f’żoni bi trobbija estensiva ta’ bhejjem ħajjin.

    (3) Tilqima li għadha kemm ġiet żviluppata toffri vantaġġi addizjonali għal dawk li diġà huma approvati u b’mod partikolari ma tfixkilx il-proċeduri dijanjostiċi applikati fil-qafas tal-programm ta’ eradikazzjoni fis-seħħ f’xi wħud mill-Istati Membri skond il-leġislazzjoni tal-Komunità.

    (4) F’ċerti każijiet bruċellosi f’annimali tal-fart hija magħquda ma’ bruċellosi tan-nagħaġ u tal-mogħoż u miżuri ta’ eradikazzjoni jridu jitwettqu fil-qafas ta’ programmi għall-eradikazzjoni ta’ bruċellosi kawżata minn Brucella melitensis, inkluż tilqim bit-tilqima xierqa.

    (5) Il-ħtieġijiet għal produzzjoni u rakkomandazzjonijiet għall-użu ta’ tilqim tar-razza ħajja RB 51 u r-razza ħajja Rev.1 kontra bruċellosi ta’ l-ifrat huwa nklużi fil-Manwal tal-Livelli Stabbiliti għal Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Office International des Epizooties, ir-4 Edizzjoni tal-2000, pubblikat f’Awissu 2001.

    (6) Huwa għalhekk xieraq li jiġi approvat, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet, l-użu tat-tilqim tar-razza ħajja RB 51 u r-razza ħajja Rev.1 fi programmi ta’ eradikazzjoni tal-bruċellosi approvati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-ispiża fil-qasam veterinarju [3], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2001/572/KE [4], sabiex jitqiesu żviluppi xjentifiċi u livelli stabbiliti internazzjonali.

    (7) Il-miżuri provduti f’ din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru kompetenti biex twettaq spezzjonijiet veterinarji jew żootekniċi jew kull awtorità għal liema ġiet delegata dik il-kompetenza għall-għan partikolari ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 2

    It-tilqim li ġej kontra bruċellosi ta’ l-ifrat huma hawnhekk approvati għall-immunisation ta’ annimali femminili tal-fart taħt il-kondizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 3:

    (a) tilqima tar-razza ħajja RB 51 għal annimali b’ riskju ta’ infezzjoni minn Brucella abortus;

    (b) tilqima tar-razza ħajja Rev.1 għal annimali b’ riskju ta’ infezzjoni minn Brucella melitensis.

    L-Artikolu 3

    1. L-Istati Membri li jagħmlu użu mit-tilqim approvat taħt l-Artikolu 2 għandu jiżgura li jintlaħqu l-kondizzjonijiet dikjarati f’paragrafi 2 sa 6.

    2. Il-ħażna, provvista (jew fornitura), distribuzzjoni u bejgħ tat-tilqim għandu jkun taħt il-kontroll ta’ l-awtorità kompetenti.

    3. It-tilqim għandu jintuża biss minn veterinarju uffiċjali jew veterinarju awtorizzat speċifikament mill-awtorità kompetenti fi ħdan programm ta’ eradikazzjoni tal-bruċellosi sottomess minn Stat Membru u approvat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24(7) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

    4. L-awtorità kompetenti għandha tissottmetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra tagħrif dettaljat dwar il-programm ta’ tilqim, partikolarment dwar iż-żona tat-tilqim, l-età ta’ l-annimali li jridu jitlaqqmu u s-sistema tat-test użata biex jiġu identifikati annimali mlaqqma.

    5. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li annimali mlaqqma mhumiex suġġetti għal kummerċ intra-Komunitarju, partikolarment billi jiġu applikati metodi addizzjonali ta’ markar u reġistrazzjoni ta’ annimali mlaqqma.

    6. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf l-iservizzi tas-saħħa pubblika bl-użu ta’ dan it-tilqim u s-sistemi dijanjostiċi u terapewtiċi użati.

    L-Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Lulju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

    [2] ĠU L 80, 23.03.02, p. 22.

    [3] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

    [4] ĠU L 203, 28.07.01, p. 16.

    --------------------------------------------------

    Top