EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0364

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (notifikata taħt dokument numru K(2002) 1344)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 131, 16.5.2002, p. 17–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/03/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/364/oj

32002D0364

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (notifikata taħt dokument numru K(2002) 1344)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 131 , 16/05/2002 P. 0017 - 0030
CS.ES Chapter 13 Volume 29 P. 459 - 472
ET.ES Chapter 13 Volume 29 P. 459 - 472
HU.ES Chapter 13 Volume 29 P. 459 - 472
LT.ES Chapter 13 Volume 29 P. 459 - 472
LV.ES Chapter 13 Volume 29 P. 459 - 472
MT.ES Chapter 13 Volume 29 P. 459 - 472
PL.ES Chapter 13 Volume 29 P. 459 - 472
SK.ES Chapter 13 Volume 29 P. 459 - 472
SL.ES Chapter 13 Volume 29 P. 459 - 472


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-7 ta' Mejju 2002

dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro

(notifikata taħt dokument numru K(2002) 1344)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/364/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro [1], u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva 98/79/KE tistabbilixxi l-ħtiġiet essenzjali li mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro għandu jissodisfa meta jiġi mqiegħed fis-suq u l-konformità ma' l-istandards armonizzati tipprovdi preżunzjoni ta' konformità mal-ħtiġiet essenzjali relevanti.

(2) Permezz ta' eċċezzjoni għal dawn il-prinċipji ġenerali, id-determinazzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni tagħti kas tal-prattika kurrenti f'xi Stati Membri li biha, għal apparat magħżul li b'mod ewlieni jintuża għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-provvista tad-demm u tad-donazzjoni ta' l-organi, speċifikazzjonijiet bħal dawn jiġu adottati mill-awtoritajiet pubbliċi. Dawn l-ispeċifikazzjonjiet tekniċi komuni jistgħu jintużaw għal evalwazzjoni u evalwazzjoni mill-ġdid tar-rendiment.

(3) Kienu involuti esperti xjentifiċi minn bosta partijiet interessati fl-abbozzar ta' l-ispeċifikazzjonjiet tekniċi komuni.

(4) Id-Direttiva 98/79/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jippresupponu l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali fir-rigward ta' apparat imfassal u ffabbrikat f'konformità ma' l-ispeċifikazzjonjiet tekniċi komuni stabbiliti għal ċertu apparat fl-ogħla kategorija ta' riskju. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jistabbilixxu evalwazzjoni addattata tar-rendiment u kriterji ta' evalwazzjoni mill-ġdid, kriterji ta' rilaxx ta' lott, metodi ta' referenza u materjali ta' referenza.

(5) Il-fabbrikanti għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu meħtieġa jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni. Jekk, għal raġunijiet mhux iġġustifikati kif dovut, il-fabbrikanti ma jikkonformawx ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet, dawn għandhom jadottaw soluzzjonijiet ta' livell li jkun għallinqas ekwivalenti għalihom.

(6) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilit b'Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE [2],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f'Anness għal din id-Deċiżjoni huma adottati bħala speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro fil-lista A ta' Anness II għad-Direttiva 98/79/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Mejju 2002.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 331, tas-7.12.1998, p. 1.

[2] ĠU L 189, ta' l-20.7.1990, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

STK - SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI KOMUNI GĦAL MEZZI MEDIĊI DIJANJOSTIĊI IN VITRO

1. QASAM TA' APPLIKAZZJONI

Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi Komuni huma għal-lista ta' apparat li hemm referenza għaliha f'Anness II, lista A:

- reaġenti u prodotti ta' reaġenti, li jinkludu kalibraturi u materjali ta' kontroll li għandhom x'jaqsmu, għad-determinazzjoni tal-gruppi ta' demm li ġejjin: sistema ABO, Rhesus (C, c, D, E, e) anti-Kell,

- reaġenti u prodotti ta' reaġenti, li jinkludu kalibraturi u materjali ta' kontroll li għandhom x'jaqsmu, għall-kxif, konferma u kwantifikazzjoni fil-kampjuni umani ta' markaturi ta' infezzjoni HIV (HIV 1 u 2) HTLV I u II, u epatite B, Ċ u D.

2. DEFINIZZJONIJIET

Sensittività (dijanjostika)

Il-probabilità li l-apparat jagħti riżultat posittiv fil-preżenza tal-markatur fil-mira.

Pożittiv tassew

Kampjun magħruf li huwa pożittiv għall-markatur fil-mira u klassifikat b'mod korrett mill-apparat.

Negattiv falz

Kampjun magħruf li huwa pożittiv għall-markatur fil-mira u klassifikat ħażin mill-apparat.

Speċifiċità (dijanjostika)

Il-probabilità li l-apparat jagħti riżultat posittiv fin-nuqqas tal-markatur fil-mira.

Pożittiv falz

Kampjun magħruf li huwa negattiv għall-markatur fil-mira u klassifikat ħażin mill-apparat.

Negattiv falz

Kampjun magħruf li huwa negattiv għall-markatur fil-mira u klassifikat b'mod korrett mill-apparat.

Sensittività analitika

Fil-kuntest tas-STK tista' tiġi mfissra bħala l-limitu ta' kxif: i.e. l-iżgħar ammont tal-markatur fil-mira li jista' jiġi skopert b'mod preċiż.

Speċifiċità analitika

L-abilità tal-metodu li jistabbilixxi biss il-markatur fil-mira.

Tekniki ta' amplifikazzjoni ta' l-aċidu nukleiku (NAT)

Fil-kuntest ta' dan id-dokument, it-terminu "NAT" huwa wżat għal testijiet għall-kxif u/jew għall-kwantifikazzjoni ta' aċidi nukleiċi jew bl-amplifikazzjoni ta' sekwenza fil-mira, bl-amplifikazzjoni ta' sinjal jew b'ibridizzazzjoni.

Test rapidu

F'dan il-kuntest it-terminu "test rapidu" jinftiehem li jfisser dawk it-testijiet li jistgħu jintużaw biss weħidhom jew f'serje żgħar u li ġew imfasslin sabiex jagħtu riżultat rapidu għal ittestjar tal-pazjent.

Robustezza

Ir-robustezza ta' proċedura analitika hija miżura tal-kapaċità tagħha li tibqa' mhux affettwata minn varjazzjonijiet żgħar iżda deliberati f'parametri tal-metodu u tipprovdi indikazzjoni ta' l-affidabilità tagħha matul użu normali.

Rata ta' falliment tas-sistema sħiħa

Ir-rata ta' falliment tas-sistema sħiħa hija l-frekwenza ta' fallimenti meta l-proċess sħiħ jitwettaq hekk kif preskritt mill-fabbrikant.

3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI KOMUNI (STK) GĦAL PRODOTTI DEFINITI F'ANNESS II, LISTA A TAD-DIRETTIVA 98/79/KE.

3.1. STK għal evalwazzjoni tar-rendiment tar-reaġenti u prodotti tar-reaġenti għall-kxif, konferma u kwantifikazzjoni fil-kampjuni umani ta' markaturi ta' infezzjoni HIV (HIV 1 u 2) HTLV I u II, u epatite B, Ċ u D:

PRINĊIPJI ĠENERALI

3.1.1. Apparat li jikxef infezzjonijiet virali mqiegħed fis-suq sabiex jintuża jew għal screening u/jew għal testijiet dijanjostiċi, għandu jissodisfa l-istess ħtiġiet għas-sensittività u għall-ispeċifiċità (ara t-Tabella 1).

3.1.2. Apparat maħsub mill-fabbrikant għall-ittestjar ta' fluwidi tal-ġisem għajr is-serum jew plasma, eż. l-urina, il-bżieq, eċċ. għandu jissodisfa l-istess ħtiġiet ta' l-STK għas-sensittività u għall-ispeċifiċità bħala testijiet tas-serum jew tal-plasma. L-evalwazzjoni tar-rendiment għandha tittestja kampjuni mill-istess individwi fiż-żewġ testijiet li għandhom jiġu approvati u f'analiżi ta' serum u ta' plasma rispettivament.

3.1.3. Apparat maħsub mill-fabbrikant għal ittestjar mill-persuna fuqha nnifisha, eż użu mid-dar, għandu jissodisfa l-istess ħtiġiet ta' STK għas-sensittività u għall-ispeċifiċità bħala apparat rispettiv għal użu mid-dar. Għandhom jitwettqu (jew jiġu rrepetuti) partijiet relevanti ta' l-evalwazzjoni tar-rendiment minn utenti addattati sabiex jivvalidaw it-tħaddim ta' l-apparat u l-istruzzjonijiet għall-użu.

3.1.4. L-evalwazzjonijiet tar-rendiment kollha għandhom isiru f'tqabbil dirett ma' apparat stabbilit b'rendiment aċċettabbli. Meta tiġi stabbilita l-marka CE ta' l-IVDijiet, l-apparat użat għat-tqabbil għandu jiġi mmarkat b'CE, jekk ikun fis-suq fil-ħin ta' l-evalwazzjoni tar-rendiment.

3.1.5. Jekk jiġu identifikati riżultati tat-test diskrepanti bħala parti minn evalwazzjoni, dawn ir-riżultati għandhom, kemm jista' jkun, jiġu solvuti, eżempju:

- permezz ta' evalwazzjoni tal-kampjun diskrepanti f'aktar sistemi ta' ittestjar,

- permezz ta' metodu jew ta' markatur alternattiv,

- permezz ta' reviżjoni ta' l-istatus klinikali u dijanjosi tal-pazjent, u

- permezz ta' l-ittestjar ta' kampjuni ta' tkomplija.

3.1.6. Għandhom isiru evalwazzjonijiet ta' rendiment fuq popolazzjoni ekwivalenti tal-popolazzjoni Ewropea.

3.1.7. Għandhom jiġu magħżulin kampjuni pożittivi wżati fl-evalwazzjoni tar-rendiment sabiex jirriflettu fażijiet differenti tal-mard(a) rispettiv(a), tipi ta' antikorpi differenti, ġenotipi differenti, sottotipi differenti eċċ.

3.1.8. Għal apparat ta' screening tad-demm (bl-eċċezzjoni ta' testijiet HbsAg), il-kampjuni pożittivi tassew kollha għandhom jiġu identifikati bħala pożittivi mill-apparat li għandu jiġu mmarkat b'CE (Tabella 1). Għal testijiet HbsAg l-apparat il-ġdid għandu jkollu rendiment totali li jkun għallinqas ekwivalenti għal dak ta' l-apparat stabbilit (ara l-prinċipju 3.1.4). Is-sensittività tat-test dijanjostiku matul il-fażi ta' infezzjoni bikrija (servo-conversation) għandha tirrapreżenta l-istat li fih ikun jinsab. Kemm jekk isiru aktar testijiet ta' l-istess panels servo-conversation addizzjonali mill-korp innotifikat jew mill-fabbrikant, ir-riżultati għandhom jikkonfermaw id-data ta' evalwazzjoni ta' rendiment tal-bidu (ara t-Tabella 1).

3.1.9. Kampjuni negattivi wżati f'evalwazzjoni tar-rendiment għandhom jiġu ddefiniti sabiex jirriflettu l-popolazzjoni fil-mira li jkun maħsub għalihom it-test, eżempju donaturi tad-demm, pazjenti rikoverati l-isptar, nisa inċinti eċċ.

3.1.10. Għal evalwazzjonijiet ta' rendiment għal analiżi ta' screening (it-Tabella 1), popolazzjonijiet ta' donaturi tad-demm għandhom jiġu investigati minn għallinqas żewġ ċentri ta' donazzjoni tad-demm u għandhom ikunu magħmulin minn donazzjonijiet tad-demm konsekuttivi, li ma ġewx magħżulin sabiex jeskludu donaturi li jagħtu d-demm għall-ewwel darba.

3.1.11. L-apparat għandu jkollu speċifiċità ta' għallinqas 99,5 % għal donazzjonijiet tad-demm, sakemm ma jiġix indikat b'mod ieħor fit-tabelli akkompanjaturi. L-ispeċifiċità għandha tiġi kkalkolata bl-użu ta' frekwenza ta' riżultati ta' reattività ripetuta (i.e. pożittiv falz) f'donaturi tad-demm negattivi għall-markatur fil-mira.

3.1.12. L-apparat għandu jiġi evalwat sabiex jistabblixxi l-effett ta' sostanzi li jistgħu jagħmlu interferenza, bħala parti mill-evalwazzjoni tar-rendiment. Is-sostanzi li jistgħu jagħmlu interferenza li għandhom jiġu evalwati jiddependu sa ċertu punt fuq il-kompożizzjoni tar-reaġent u l-konfigurazzjoni ta' l-analiżi. Is-sostanzi li jistgħu jagħmlu interferenza għandhom jiġu identifikati bħala parti mill-analiżi tar-riskju meħtieġ mill-ħtiġiet essenzjali għal kull apparat ġdid. Iżda jistgħu jinkludu, eżempju:

- kampjuni li jirrapreżentaw infezzjoni "relatata";

- kampjuni minn multipara, i.e. li kellhom aktar minn tqala waħda, jew pazjenti pożittivi ta' fattur rewmatojde,

- għal antiġeni rekombinanti, antikorpi umani għal komponenti tas-sistema ta' espressjoni, eżempju anti-E. coli, jew anti-yeast.

3.1.13. Għal apparat maħsub mill-fabbrikant sabiex jiġi wżat mas-serum u mal-plasma fl-evalwazzjoni tar-rendiment għandu juri ekwivalenza ta' serum għal plasma. Dan għandu jiġi muri għal mill-anqas 50 donazzjoni.

3.1.14. Għal apparat maħsub sabiex jintuża mal-plasma, l-evalwazzjoni tar-rendiment għandha tivverifika r-rendiment ta' l-apparat billi tuża antikoagulanti li l-fabbrikant jindika għall-użu ma' l-apparat. Dan għandu jiġi muri għal mill-anqas 50 donazzjoni.

3.1.15. Bħala parti mill-analiżi tar-riskju meħtieġa, ir-rata ta' falliment tas-sistema sħiħa li twassal għal riżultati negattivi foloz għandha tiġi stabbilita f'analiżi ripetuta fuq kampjuni pożittivi baxxi.

3.2. Ħtiġiet addizzjonali għal tekniki ta' amplifikazzjoni ta' aċidu nukleiku (TAN)

Il-kriterji ta' evalwazzjoni tar-rendiment għal analiżi tat-TAN jinsabu fit-Tabella 2.

3.2.1. Għal analiżi ta' amplifikazzjoni ta' sekwenza fil-mira, kontroll tal-funzjonalità għal kull kampjun tat-test (kontroll intern) għandu jirrifletti l-istat li fih ikun jinsab. Dan il-kontroll għandu jiġi wżat kemm jista' jkun matul il-proċess kollu, i.e. l-estrazzjoni, l-amplifikazzjoni/l-ibridizzazzjoni, il-kxif.

3.2.2. Is-sensittività analitika jew il-limitu ta' kxif għal analiżi tat-TAN għandha tiġi stabbilita mill-95 % valur tal-qtugħ il-linja Din hija l-konċentrazzjoni ta' l-analizzat fejn il-95 % tal-provi tat-test jagħtu riżultati pożittivi wara dilwizzjonijiet serjali ta' materjal ta' referenza internazzjonali, eżempju Standard tal-WHO jew materjali kkalibrati ta' referenza.

3.2.3. Il-kxif tal-ġenotip għandu jiġi muri minn validazzjoni primer xierqa jew minn validazzjoni xierqa tad-disinn tas-sonda u għandu jiġi validat billi jiġu ttestjati kampjuni karatterizzati maqsumin skond il-ġenotip.

3.2.4. Ir-riżultati ta' l-analiżi kwantitattiva tat-TAN għandhom ikunu jistgħu jiġu ntraċċati għal Standards internazzjonali jew materjali ta' referenza kkalibrati, jekk disponibbli, u għandhom jiġu mfissra f'unitajiet internazzjonali utilizzati fil-qasam speċifiku ta' applikazzjoni.

3.2.5. Jistgħu jintużaw analiżi tat-TAN sabiex jikxfu virus f'kampjuni negattivi ta' antikorpi, i.e. kampjuni pre-sero-conversion Viruses fi ħdan kumplessi -immuni jistgħu jġibu ruħhom b'mod differenti meta mqabblin ma' viruses liberi, eżempju matul fażi ta' ċentrifugazzjoni. Huwa għalhekk importanti li matul studji tar-robustezza, jiġu nklużi kampjuni ta' antikorpi negattivi (pre-sero-conversion).

3.2.6. Għal invetigazzjoni ta' tkomplija potenzjali, għandhom isiru għallinqas ħames provi b'kampjuni li jalternaw pożittivi ħafna u negattivi matul studji ta' robustezza. Il-kampjuni pożittivi ħafna għandhom jinkludu kampjuni b'titri virali għoljin li jseħħu b'mod naturali.

3.2.7. Ir-rata ta' falliment tas-sistema kollha li twassal għal riżultati negattivi foloz għandha tiġi stabbilita b'ittestjar ta' kampjuni pożittivi baxxi. Kampjuni pożittivi baxxi għandu jkun fihom konċentrazzjoni virali ekwivalenti għal 3 x il-95 % konċentrazzjoni virali tal-linja ta' qtugħ.

3.3. STK għall-ittestjar tar-rilaxx tal-fabbrikant ta' reaġenti u prodotti tar-reaġenti għall-kxif, għall-konferma u għall-kwantifikazzjoni fil-kampjuni umani ta' markaturi ta' infezzjoni HIV (HIV 1 u 2) HTLV I u II, u epatite B, Ċ u D (analiżi immunoloġikali biss)

3.3.1. Il-kriterji ta' ittestjar ta' rilaxx tal-fabbrikant għandhom jiżguraw li kull lott jidentifika b'mod konsistenti l-antiġeni, epotipi u antikorpi relevanti.

3.3.2. L-ittestjar ta' rilaxx ta' lott tal-fabbrikant għandu jinkludi għallinqas 100 kampjun negattiv għall-analiżi relevanti.

3.4. STK għal evalwazzjoni tar-rendiment ta' reaġenti u prodotti ta' reaġenti għad-determinazzjoni ta' antiġeni tal-grupp tad-demm: Sistema ABO, Rhesus (C, c, D, E, e) u Kell (K)

Kriterji għal evalwazzjoni tar-rendiment ta' reaġenti u prodotti ta' reaġenti għad-determinazzjoni tal-grupp tad-demm: Sistema ABO (A,B), Rhesus (C, c, D, E, e) u Kell (K) jinsabu f'Tabella 9.

3.4.1. L-evalwazzjonijiet tar-rendiment kollha għandhom isiru f'tqabbil dirett ma' apparat stabbilit b'rendiment aċċettabbli. Meta tiġi stabbilita l-marka CE ta' l-IVDijiet, l-apparat użat għat-tqabbil għandu jiġi mmarkat b'CE, jekk ikun fis-suq fil-ħin ta' l-evalwazzjoni tar-rendiment.

3.4.2. Jekk jiġu identifikati riżultati tat-test diskrepanti bħala parti minn evalwazzjoni, dawn ir-riżultati għandhom jiġu solvuti kemm jista' jkun, eżempju:

- permezz ta' evalwazzjoni tal-kampjun diskrepanti f'aktar sistemi ta' ittestjar,

- permezz ta' metodu alternattiv,

3.4.3. Għandhom isiru evalwazzjonijiet ta' rendiment fuq popolazzjoni ekwivalenti tal-popolazzjoni Ewropea.

3.4.4. Għandhom jintagħżlu kampjuni pożittivi wżati fl-evalwazzjoni tar-rendiment sabiex jirriflettu espressjoni ta' antiġeni varjanti jew dgħajfa.

3.4.5. L-apparat għandu jiġi evalwat sabiex jistabblixxi l-effett ta' sostanzi li jistgħu jagħmlu interferenza, bħala parti mill-evalwazzjoni tar-rendiment. Is-sostanzi li jistgħu jagħmlu interferenza li għandhom jiġu evalwati jiddependu sa ċertu punt fuq il-kompożizzjoni tar-reaġent u l-konfigurazzjoni ta' l-analiżi. Is-sostanzi li jistgħu jagħmlu interferenza għandhom jiġu identifikati bħal parti mill-analiżi tar-riskju meħtieġa mill-ħtiġiet essenzjali għal kull apparat ġdid.

3.4.6. Għal apparat maħsub sabiex jintuża mal-plasma, l-evalwazzjoni tar-rendiment għandha tivverifika r-rendiment ta' l-apparat billi tuża antikoagulanti li l-fabbrikant jindika għall-użu ma' l-apparat. Dan għandu jiġi muri għal mill-anqas 50 donazzjoni.

3.5. STK għall-ittestjar ta' rilaxx tal-fabbrikant ta' reaġenti u prodotti ta' reaġenti għad-determinazzjoni ta' antiġeni tal-grupp tad-demm: Sistema ABO (A, B), Rhesus (C, c, D, E, e) u Kell (K)

3.5.1. Il-kriterji ta' ittestjar ta' rilaxx tal-fabbrikant għandhom jiżguraw li kull lott jidentifika b'mod konsistenti l-antiġeni, epotipi u antikorpi relevanti.

3.5.2. Il-ħtiġiet għall-ittestjar ta' rilaxx tal-lott tal-fabbrikant huma deskritti fit-Tabella 10.

Tabella 1: Analiżi ta' "screening": anti-HIV 1 u 2, anti-HTLV I u II, anti-HCV, HBsAg, anti-HBc

| Anti-HIV ½ | Anti-HTLV I/II | Anti-HCV | HBsAg | Anti-HBc |

| |

Sensittività dijanjostika | Kampjuni pożittivi | 400 HIV 1100 HIV 2lijinkludu 40 sottotip mhux B, is-sottotipi HIV 1 disponibbli kollha għandhom jiġu rrappreżentati b'għallinqas tlett kampjuni għal kull sottotip | 300 HTLV I100 HTLV II | 400lijinkludu l-ġenotipi 1a-4a:għallinqas 20 kampjun/ġenotip ġenotipi 4 mhux au 5:għallinqas 10 kampjuni/ġenotipi | 400li jinkludu konsiderazzjoni tas-sottotipi | 400li jinkludu l-evalwazzjoni ta' markaturi oħra ta' l-HBV |

Sero-conversion panels | 20 panel10 panels oħra (f'Korp Notifikat jew fabbrikant) | Li għandhom jiġu ddefiniti meta disponibbli | 20 panel10 panels oħra (f'Korp Notifikat jew fabbrikant) | 20 panel10 panels oħra (f'Korp Notifikat jew fabbrikant) | Li għandhom jiġu ddefiniti meta disponibbli |

Sensittività analitika | Standards | | | | 0,5 ng/ml (Standard Franċiż/UKsakemmdisponibbli WHO) | |

Speċifiċità | Donaturi mhux magħżulin(li jinkludu donaturili taw id-demm għall-ewwel darba | 5000 | 5000 | 5000 | 5000 | 5000 |

Pazjenti rikoverati l-isptar | 200 | 200 | 200 | 200 | 200 |

Kampjuni tad-demm (RF+, li jistgħu jagħmlu reazzjoni ma' xulxin (cross reaction) viruses relatati,nisa tqal eċċ.) | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 |

Tabella 2: analiżi NAT għal HIV1, HCV, HBV, HTLV I/II (kwalitattiva u kwantitattiva; mhux ta' tip molekulari)

[1]

Nota:

Kriterji ta' aċċettazzjoni għal "rata ta' falliment tas-sistema kollha li twassal għal riżultati negattivi foloz" huma 99/100 analiżi pożittivi.

HIV 1 | HCV | HBV | HTLV I/II | Kif hemm għall-HIV Kwantitattiv |

TAN | Kwalitattiv | Kwantitattiv | Kwalitattiv | Kwantitattiv | Kwalitattiv | Kwantitattiv | Kwalitattiv | Kwantitattiv |

Kif hemm għall-HIV Kwantitattiv | Kif hemm għall-HIV Kwantitattiv | Kif hemm għall-HIV Kwantitattiv |

Sensittività Limitu ta' kxif Kxif ta' sensittività analitika (IU/ml); iddefinit fuq Standards tal-WHO jew materjali ta' referenza kkalibrati | Skond il-linja ta' gwida ta' validazzjoni ta' l-EP [1]; bosta serje ta' dilwizzjoni b'konċentrazzjoni ta' linja ta' demarkazzjoni;analiżi statistikali (eż. Analiżi probit) fuq il-bażi ta' mill-inqas 24 repplika; kalkolazzjoni ta' 95 % tal-valur tal-linja ta' qtugħ | Limitu ta' kxif: bħalma jsir għal testijiet kwalitattivi; Limitu ta' kwantifikazzjoni: dilwizzjonijiet (half-log 10 jew inqas) ta' preparazzjonijiet ta' referenza kalibrati, definizzjoni tal-limitu ta' kwantifikazzjoni ta' taħt jew ta' fuq, preċiżjoni, eżattezza, "linejari", "medda ta' kejl", "medda dinamika" Riproduċibilità f'livelli ta' konċentrazzjoni differenti li għandhom jintwerew | Skond il-linja ta' gwida ta' validazzjoni ta' l-EP [1]; bosta serje ta' dilwizzjoni b'konċentrazzjoni ta' linja ta' demarkazzjoni; analiżi statistikali (eż. Analiżi probit) fuq il-bażi ta' mill-inqas 24 repplika; kalkolazzjoni ta' 95 % tal-valur tal-linja ta' qtugħ | | Skond il-linja ta' gwida ta' validazzjoni ta' l-EP [1]; bosta serje ta' dilwizzjoni b'konċentrazzjoni ta' linja ta' demarkazzjoni; analiżi statistikali (eż. Analiżi probit) fuq il-bażi ta' mill-inqas 24 repplika; kalkolazzjoni ta' 95 % tal-valur tal-linja ta' qtugħ | | Skond il-linja ta' gwida ta' validazzjoni ta' l-EP [1] bosta serje ta' dilwizzjoni b'konċentrazzjoni ta' linja ta' demarkazzjoni; analiżi statistikali (eż. Analiżi probit) fuq il-bażi ta' mill-inqas 24 repplika; kalkolazzjoni ta' 95 % tal-valur tal-linja ta' qtugħ | |

Effiċjenza tal-kxif/kwantifikazzjoni tal-ġenotip/sottotip | Ghallinqas 10 kampjuni għal kull sottotip (sakemm ikunu disponibbli) Supernatanti ta' kulturi ta' ċelloli (jistgħu jissostitwixxu sottotipi ta' HIV1 rari) | Serje ta' dilwizzjoni tal-ġenotipi/sottotipi relevanti, preferibbilment ta' materjali ta' referenza, sakemm ikunu disponibbli Jistgħu jiġu wżati transcripts jew plasmids ikkwantifikati b'metodi xierqa | Ghallinqas 10 kampjuni għal kull sottotip (sakemm ikunu disponibbli) | | Sakemm ikunu disponibbli l-materjali ta' referenza tal-ġenotip ikkalibrati | | Sakemm ikunu disponibbli l-materjali ta' referenza tal-ġenotip ikkalibrati | |

Skond il-linja ta' gwida ta' validazzjoni ta' l-EP [1] Sakemm materjali ta' referenza ta' sottotip ikkalibrat ikunu disponibbli; transcripts in vitro jistgħu jkunu għażla | Skond il-linja ta' gwida ta' validazzjoni ta' l-EP [1] Sakemm materjali ta' referenza ta' sottotip ikkalibrat ikunu disponibbli; transcripts in vitro jistgħu jkunu għażla | | Skond il-linja ta' gwida ta' validazzjoni ta' l-EP [1] Sakemm materjali ta' referenza ta' sottotip ikkalibrat ikunu disponibbli; transcripts in vitro jistgħu jkunu għażla | | Skond il-linja ta' gwida ta' validazzjoni ta' l-EP [1] Sakemm materjali ta' referenza ta' sottotip ikkalibrat ikunu disponibbli; transcripts in vitro jistgħu jkunu għażla | | |

Kampjuni negattivi ta' speċifiċità dijanjostika | 500 donatur tad-demm | 100 donatur tad-demm | 500 donatur tad-demm | | 500 donatur tad-demm | | 500 donazzjonijiet tad-demm individwali | | |

Markaturi li jistgħu jirreattivaw lil xulxin | Permezz ta' evidenza tad-disinn ta' l-analiżi xierqa (eż. Tqabbil tas-sekwenza) u/jew ittestjar ta' għallinqas 10 kampjuni pożittivi retrovirus umani (eż. HTLV) | Kif hemm għat-testijiet kwalitattivi | Permezz tad-disinn ta' l-analiżi u/jew ittestjar ta' għallinqas 10 kampjuni pożittivi flavivirus umani (eż HGV, YFV) | | Permezz tad-disinn ta' l-analiżi u/jew ittestjar ta' għallinqas 10 kampjuni pożittivi ta' virus tad-DNA oħra | | Permezz tad-disinn ta' l-analiżi u/jew ittestjar ta' għallinqas 10 kampjuni pożittivi retrovirus umani (eż. HIV) | | |

Robustezza | | Kif hemm għat-testijiet kwalitattivi | | | | | | | |

Kontaminazzjoni lil xulxin | Għallinqas 5 runs li jużaw kampjuni (magħrufin li jseħħu b'mod naturali) pożittivi ħafna u negattivi li jalternaw | | Għallinqas 5 runs li jużaw kampjuni (magħrufin li jseħħu b'mod naturali) pożittivi ħafna u negattivi li jalternaw | | Għallinqas 5 runs li jużaw kampjuni (magħrufin li jseħħu b'mod naturali) pożittivi ħafna u negattivi li jalternaw | | Għallinqas 5 runs li jużaw kampjuni (magħrufin li jseħħu b'mod naturali) pożittivi ħafna u negattivi li jalternaw | | |

Inibizzjoni | Kontroll intern preferibbiliment sabiex jgħaddi mill-proċedura tat-TAN kollha | | Kontroll intern preferibbiliment sabiex jgħaddi mill-proċedura tat-TAN kollha | | Kontroll intern preferibbiliment sabiex jgħaddi mill-proċedura tat-TAN kollha | | Kontroll intern preferibbiliment sabiex jgħaddi mill-proċedura tat-TAN kollha | | |

Rata ta' falliment tas-sistema sħiħa li twassal għal riżultati negattivi foloz | Għallinqas 100 kampjun virus-spiked bi 3 × il-95 % pos konċentrazzjoni maqtugħa | | Għallinqas 100 kampjun virus-spiked bi 3 × il-95 % pos konċentrazzjoni maqtugħa | | Għallinqas 100 kampjun virus-spiked bi 3 × il-95 % pos konċentrazzjoni maqtugħa | | Għallinqas 100 kampjun virus-spiked bi 3 × il-95 % pos konċentrazzjoni maqtugħa | | 99/100 analiżi pożittivi |

Tabella 3: Testijiet rapidi: anti HIV 1 u 2, anti HCV, HBsAg, anti HBc, anti HTLV I u II

| Anti-HIV 1/2 | Anti-HCV | HBsAg | Anti-HBc | Anti-HTLV I/II | Kriterji ta' aċċettazzjoni |

| |

Sensittività dijanjostika | Kampjuni pożittivi | L-istess kriterji bħal għal analiżi ta' screening | L-istess kriterji bħal għal analiżi ta' screening: | L-istess kriterji bħal għal analiżi ta' screening: | L-istess kriterji bħal għal analiżi ta' screening: | L-istess kriterji bħal għal analiżi ta' screening: | L-istess kriterji bħal għal analiżi ta' screening |

Speċifiċità (dijanjostika) | Kampjuni negattivi | 1000 donazzjoni tad-demm | 1000 donazzjoni tad-demm | 1000 donazzjoni tad-demm | 1000 donazzjoni tad-demm | 1000 donazzjoni tad-demm | ≥ 99 % (anti-HBc: 96 %) |

200 kampjun klinikali | 200 kampjun klinikali | 200 kampjun klinikali | 200 kampjun klinikali | 200 kampjun klinikali |

200 kampjun minn nisa tqal | 200 kampjun minn nisa tqal | 200 kampjun minn nisa tqal | | 200 kampjun minn nisa tqal |

100 minn kampjuni li jistgħu jagħmlu interferenza | 100 minn kampjuni li jistgħu jagħmlu interferenza | 100 minn kampjuni li jistgħu jagħmlu interferenza | 100 minn kampjuni li jistgħu jagħmlu interferenza | 100 minn kampjuni li jistgħu jagħmlu interferenza |

Tabella 4: Analiżi ta' konferma/supplementari għal anti-HIV 1 u 2, anti-HTLV I u II, anti-HCV, HbsAg

| Analiżi konfermatorja anti-HIV | Analiżi konfermatorja anti-HTLV | Analiżi supplementari HCV | Analiżi konfermatorja HbsAg | Kriterji ta' aċċettazzjoni |

| |

Sensittività dijanjostika | Kampjuni pożittivi | 200 HIV 1 u 100 HIV 2 | 200 HTLV I u 100 HTLV II | 300 HCV | 300 HBAG | Identifikazzjoni korretta pożittiva (jew indeterminant mhux negattiv) |

Li jinkludu kampjuni minn fażijiet differenti ta' infezzjoni u li jirriflettu mudelli ta' antikorpi differenti | Li jinkludu kampjuni minn fażijiet differenti ta' infezzjoni u li jirriflettu mudelli ta' antikorpi differenti ġenotipi 1 – 4a: 15-il kampjun; ġenotipi 4 (mhux a), 5; ħames kampjuni; sitta jekk disponibbli | Li jinkludu kampjuni minn fażijiet differenti ta' infezzjoni 20 kampjun "pos għoli" (> 50 ng HbsAg/ml); 20 kampjun fil-medda tal-linja ta' qtugħ |

Sero-conversion panels | 15 seroconversation panels/panels b'titre baxx | | 15 seroconversation panels/panels b'titre baxx | 15 seroconversation panels/panels b'titre baxx |

Sensittività analitika | Standards | | | | Standards ta' l-HbsAg (AdM, NIBSC, WHO) |

Speċifiċità dijanjostika | Kampjuni negattivi | 200 donazzjoni tad-demm | 200 donazzjoni tad-demm | 200 donazzjoni tad-demm | 20 pożittivi foloz fl-analiżi ta' screening li tikkorrespondi [2] | L-ebda riżultat pożittiv falz/l-ebda newtralizzazzjoni [2] |

200 kampjun kliniku li jinkludu nisa inċinti | 200 kampjun kliniku li jinkludu nisa inċinti | 200 kampjun kliniku li jinkludu nisa inċinti | |

50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza | 50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza, li jinkludu kampjuni b'riżultati indeterminati f'analiżi oħra ta' konferma | 50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza, li jinkludu kampjuni b'riżultati indeterminati f'analiżi oħra ta' konferma | 50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza, li jinkludu kampjuni b'riżultati indeterminati f'analiżi oħra ta' konferma |

Tabella 5: Antiġen ta' HIV 1

| Analiżi ta' antiġen ta' HIV 1 | Kriterji ta' aċċettazzjoni |

| |

Sensittività dijanjostika | Kampjuni pożittivi | 50 HIV 1 Ag-pożittiv 50 supernatant ta' kulturi ta' ċelloli inklużi sottotipi differenti ta' HIV 1 u HIV 2 | Identifikazzjoni korretta (wara n-newtralizzazzjoni) |

Sero-conversion panels | 20 sero-conversion panels/panels b'titre baxx | |

Speċifiċità dijanjostika | Standards | ADM jew l-ewwel referenza internazzjonali | < 50 pg/ml |

Speċifiċità dijanjostika | | 200 donazzjoni tad-demm 200 kampjun klinikali 50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza | 99,5 % wara n-newtralizzazzjoni |

Tabella 6: Analiżi ta' serotyping: HCV

| Analiżi ta' serotyping ta' HCV 1 | Kriterji ta' aċċettazzjoni |

| |

Sensittività dijanjostika | Kampjuni pożittivi | 200 li jinkludu ġenotipi 1-4a: > 20 kampjun. 4 (mhux a); 5: > 10 kampjuni, 6: jekk disponibbli | qbil ta' 95 % bejn serotyping u genotyping |

Speċifiċità dijanjostika | Kampjuni negattivi | 100 | |

Tabella 7: Markaturi HBV: anti-HBs, anti-HBc IgM, anti-HBe, HbeAg

| Anti-HBs | Anti-HBC IgM | Anti-HBe | HbeAg | Kriterji ta' aċċettazzjoni |

| |

Sensittività dijanjostika | Kampjuni pożittivi | 100 vaċċini 100 persuna infettata b'mod naturali | 200 li jinkludu kampjuni minn fażijiet differenti ta' infezzjoni (akuta/kronika eċċ.) | 200 li jinkludu kampjuni minn fażijiet differenti ta' infezzjoni (akuta/kronika eċċ.) | 200 li jinkludu kampjuni minn fażijiet differenti ta' infezzjoni (akuta/kronika eċċ.) | = 98 % |

Sero-conversion panels | 10 seroconversations anti/HBs jew ta' tkomplija | Meta disponibbli | | |

Sensittività analitika | Standards | Standard tal-WHO | | | PEI Standard | Anti-HBs: < 10 mlU/ml |

Speċifiċità dijanjostika | Kampjuni negattivi | 500 inklużi kampjuni klinikali | 200 donazzjoni tad-demm | 200 donazzjoni tad-demm | 200 donazzjoni tad-demm | = 98 % |

| 200 kampjun kliniku | 200 kampjun kliniku | 200 kampjun kliniku |

50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza | 50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza | 50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza | 50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza |

Tabella 8: Markaturi HDV: anti-HDV, anti-HDV IgM, Delta Antigen

| Anti-HDV | Anti-HDV IgM | Delta Antigen | Kriterji ta' aċċettazzjoni |

| |

Sensittività dijanjostika | Kampjuni pożittivi | 100 li jispeċifikaw il-markaturi HBV | 50 li jispeċifikaw il-markaturi HBV | 10 li jispeċifikaw il-markaturi HBV | 98 % |

Speċifiċità dijanjostika | Kampjuni negattivi | 200 li jinkludu kampjuni klinikali | 200 li jinkludu kampjuni klinikali | 200 li jinkludu kampjuni klinikali | 98 % |

50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza | 50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza | 50 kampjun li jistgħu jagħmlu interferenza |

Tabella 9: Gruppi tad-Demm ABO, Rhesus (C, c, D, E, e) u Kell,

Speċifiċità | 1 | 2 | 3 |

Numru ta' testijiet għal kull metodu rakkommandat | Numru totali ta' kampjuni li għandhom jiġu ttestjati għal prodott ġdid | Numru totali ta' kampjuni li għandhom jiġu ttestjati għal formolazzjoni ġdida, jew użu ta' reaġenti kkaratterizzati tajjeb |

Anti-A, B u AB | 500 | 3000 | 1000 |

Anti-D | 500 | 3000 | 1000 |

Anti-C, c, E | 100 | 1000 | 200 |

Anti-e | 100 | 500 | 200 |

Anti-K | 100 | 500 | 200 |

Kriterji ta' aċċettazzjoni: Ir-reaġenti kollha ta' fuq għandhom juru riżultati tat-test komparabbli ma' reaġenti stabbiliti b'rendiment aċċettabbli fir-rigward tar-reattività mistqarra ta' l-apparat. Għal reaġenti stabbiliti, fejn l-applikazzjoni jew l-użu ġew mibdula jew estiżi, għandu jsir aktar ittestjar bi qbil mal-ħtiġiet deskritti fil-kolonna 1(fuq)Evalwazzjoni tar-rendiment ta' reaġenti anti-D għandha tinkludi testijiet kontra medda ta' kampjuni RhD dgħajfa u Rh parzjali, jiddependi fuq l-użu maħsub għall-prodott: |

Kwalifiki: Kampjuni kliniċi10 % tal-popolazzjoni tat-testKampjuni neonatali2 % tal-popolazzjoni tat-test.Kampjuni ABO40 % A, B pożittivi."D dgħajfa"2 % ta' Rhesus pożittivi>. |

Tabella 10: Kriterji ta' rilaxx tal-lott għal Gruppi tad-Demm ABO, Rhesus (C, c, D, E, e) u Kell,

Ħtiġiet ta' Ittestjar ta' l-Ispeċifiċità fuq kull reaġent

1. Reaġenti tat-test

+++++ TIFF +++++

Kriterji ta' Aċċettazzjoni:

Kull lott ta' reaġent għandu juri riżultati pożittivi jew negattivi li ma joħolqux ekwivoku mat-tekniki kollha rakkommandati bi qbil mar-riżultati miksubin mid-data ta' evalwazzjoni tar-rendiment.

2. Materjali ta' Kontroll (Ċelloli ħomor)

Il-fenotip taċ-ċelloli ħomor użat fil-kontroll tar-reaġenti ta' typing tad-demm elenkati fuq għandhom jiġu kkonfermati billi jintuża l-apparat ix-xieraq.

[1] Linja ta' gwida tal-Farmakopoeia Ewropea

[2] Kriterji ta' aċċettazzjoni l-ebda newtralizzazzjoni għal analiżi ta' konferma HBsAg

--------------------------------------------------

Top