Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1470

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001 tas-16 ta' Lulju 2001 li timponi dazju definittiv dwar l-anti-dumping u li tiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrali (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    ĠU L 195, 19.7.2001, p. 8–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/10/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1470/oj

    32001R1470



    Official Journal L 195 , 19/07/2001 P. 0008 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001

    tas-16 ta' Lulju 2001

    li timponi dazju definittiv dwar l-anti-dumping u li tiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrali (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjoni li tifqa' s-suq minn pajjiżi terzi li mhumiex Membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. MIŻURI PROVVIŻORJI

    Tniżżil taħt il-prezz

    (1) Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 255/2001 [2] ("Regolament provviżorju"), imponiet dazji provviżorji dwar l-anti-dumping fuq importazzjoni ta' bozzoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrali ("CFL-i") li jaqaw taħt kodiċi NM ex85393190 li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("RPĊ").

    B. PROĊEDURA SUSSEGWENTI

    Tniżżil taħt il-prezz

    (2) Wara l-kxif tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjoni ta' CFL-i li joriġinaw fir-RPĊ u wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, bosta partijiet interessati taw kummenti bil-miktub. Il-partijiet li talbu dan ġew mogħtija wkoll l-opportunità li jinstemgħu oralment.

    (3) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li rat neċessarja għal riżultati definittivi.

    (4) Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata l-imposizzjoni ta' dazji dwar l-anti-dumping u l-ġbir definittiv ta'ammonti assigurati permezz ta' dazji provviżorji. Ġew ukoll mogħtija perjodu fejn setgħu għamlu rappreżentazzjonijiet wara dan il-kxif.

    (5) Il-kummenti orali u bil-miktub mogħtija mill-partijiet ġew ikkunsidrati, u, fejn xieraq, ir-riżultati provviżorji ġew modifikati skond dawn il-kummenti.

    Ċ. IL-BIDU TAL-PROĊEDURI

    Tniżżil taħt il-prezz

    (6) Il-partijiet interessati talbu li ċerti pajjiżi terzi, b'mod partikolari il-Polonja u l-Ungerija, kellhom jiġu inklużi fil-proċeduri dwar l-anti-dumping peress illi n-nuqqas ta' inklużjoni ta' dawn il-pajjiżi ikun diskriminatorju.

    (7) F'dan ir-rigward, huwa kkonfermat li l-ebda proċedura parallela ma setgħat tiġi mibdija kontra l-Polonja u l-Ungerija peress, illi fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli fl-istadju tal-bidu, l-ebda prova ta' dumping inġurjuż b'din l-importazzjoni ma kienet disponibbli għall-Kummissjoni. Din it-talba ġiet għalhekk miċħuda.

    D. PRODOTTI KONĊERNATI U PRODOTTI SIMILI

    Tniżżil taħt il-prezz

    (8) Ċerti produtturi-esportaturi ressqu li s-CFL-i immanifatturati fir-RPĊ ma kienux komparabbli ma' dawk immanifatturati fil-Komunità, peress li l-produtturi Ċiniżi jesportaw biss is-CFL-i b'tul ta' ħajja ta' inqas minn 6000 siegħa, li ma kienux immanifatturati mill-industrija tal-Komunità.

    (9) F'dan ir-rigward, l-investigazzjoni wriet li kemm il-produtturi Ċiniżi, kif ukoll il-prodotturi tal-Komunità, jipproduċu CFL-i b'tul ta' ħajja ta' inqas minn 6000 siegħa, kif ukoll CFL-i b'tul ta' ħajja ta' aktar minn 6000 siegħa. Barra dan, huwa konfermat illi paraguni magħmula bl-għan li jikkalkulaw ħsara u bejgħ taħt il-marġini tal-prezz kienu bbażati fuq CFL-i b'tulijiet ta' ħajja kumparabbli. It-talba ġiet għalhekk miċħuda.

    E. DUMPING

    Tniżżil taħt il-prezz

    1. Valur Normali

    Tniżżil taħt il-prezz

    (10) Partijiet varji interessati oġġezzjonaw għall-għażla tal-Messiku bħala l-pajjiż terz bl-ekonomija tas-suq xierqa bl-għan li jiġi stabbilit valur normali għar-RPĊ.

    (11) Ċerti partijiet interessati proponew l-użu tal-valuri normali determinati fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku magħmul miż-żewġ produtturi-esportaturi Ċiniżi li kienu mogħtija trattament ta' l-ekonomija tas-suq, minflok jiġi iddeterminat il-valur normali fuq il-bażi ta' l-ekonomija tas-suq f'pajjiżi terzi. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 ("Regolament Bażiku") jistabbilixxi illi fil-każ ta' importazzjoni minn pajjiżi bħar-RPĊ, il-valuri normali għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezz jew valur kostrutt f'ekonomija tas-suq f'pajjiż terz, kemm il-darba produttur-esportatur ma jilħaqx il-kriterji stabbiliti fis-subparagrafu (ċ) ta' paragrafu 7 ta' dak l-Artikolu. Għalhekk, ma kienx possibbli li titħares din it-talba.

    (12) Bħala konsegwenza, u billi l-ebda argumenti ġodda ma ġew ippreżentati fir-rigward ta' l-għażla tal-Messiku bħala pajjiż analogu, ir-riżultati stabbiliti fill-premessa 32 tar-Regolament provviżorju li jikkonċerna l-għażla tal-Messiku huma konfermati.

    (13) Huwa għalhekk konfermat li l-valuri normali għal kull tip ta' prodott esportat lill-Komunità mill-esportaturi-produtturi Ċiniżi kienu stabbiliti fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija mill-produttur koperattiv fil-pajjiż analogu.

    (14) Fl-assenza ta' ebda evidenza ġdida, taħt din l-Intestatura, ir-riżultati provviżorji, kif stabbiliti fil-premessi 14 sa 34 tar-Regolament provviżorju, huma konfermati.

    2. Prezzijiet ta' l-Esportazzjoni

    Tniżżil taħt il-prezz

    (15) Produttur-esportatur iddikjara li tip wieħed ta' prodott kien ikkowdjat ħażin u provda prova ta' dan l-iżball. Id-dikjarazzjoni kienet ivverifikata u aċċettata u l-korrezzjoni kienet konsegwentement magħmula.

    (16) Produttur-esportatur iddikkjara li kien hemm żball klerikali fir-rigward tar-rappurtaġġ ta' ċerti prezzijiet cif ta' ċertu bejgħ tal-Komunità. Id-dikkjarazzjoni kienet ivverifikata u aċċettata u l-prezzijiet kienu konsegwentement irranġati.

    (17) Fl-assenza ta' kummenti oħra taħt din l-intestatura, ir-riżultati provviżorji, kif stabbiliti fill-premessi 35 sa 38 tar-Regolament provviżorju, huma konfermati.

    3. Komparazzjoni

    Tniżżil taħt il-prezz

    (18) Fl-assenza ta' kummenti taħt din l-Intestatura, ir-riżultati provviżorji, kif stabbiliti fill-premessi 39 sa 41 tar-Regolament provviżorju, huma konfermati.

    4. Marġini tad-dumping

    Tniżżil taħt il-prezz

    (19) Il-kalkulazzjonijiet tad-dumping kienu riveduti, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm mudell ta' prezzijiet għall-esportazzjoni li kien kemmxejn differenti fost xerrejja differenti, reġjuni jew perjodi ta' żmien u jekk il-paragun tal-peżati medja tal-valur normali u l-peżati medja tal-prezzijiet tal-esport (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "il-metodu tal-medja għal-medja") irriflettix il-grad sħiħ tad-dumping li qed jiġi prattikat. Analiżi dettaljata ta' l-operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni tal-Komunità kixef fir-rigward ta' produttur-esportatur Ciniż wieħed, mudell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li kien kemmxejn differenti fost xerrejja u reġjuni, kif ukoll f'perjodi ta' żmien. Partikolarment, kien misjub illi l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni minn dan il-produttur-esportatur għad-Danimarka, għal importatur speċifiku, u fl-aħħar tal-perjodu ta' l-investigazzjoni kienu sostanzjalment aktar baxxi. Aktar minn hekk, il-metodu tal-medja għall-medja ma kienx jirrifletti il-grad sħiħ tad-dumping prattikat minn dan il-produttur-esportatur. Il-kalkulazzjoni tal-marġini tad-dumping għal dan il-produttur-esportatur kien konsegwentement ibbażat fuq il-peżati tal-medja tal-valur normali pparagunat ma' kull operazzjoni ta' esport individwali lejn il-Komunità. Għal kull produttur-esportatur il-kalkulazzjoni tad-dumping kien ibbażat fuq il-metodu tal-medja għall-medja.

    (20) B' riżultat għall dan it-tibdil, l-marġini individwali tad-dumping huma:

    Changzhou Hailong Electronics & Light Fixtures Co. Ltd, Changzhou | 59,5 % |

    City Bright Lighting (Shenzhen) Ltd, Shenzhen | 17,1 % |

    Deluxe Well Enterprises Ltd, Shenzhen | 37,1 % |

    Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen) Co. Ltd, Xiamen | de minimis |

    Philips & Yaming Lighting Co. Ltd, Shanghai | 61,8 % |

    Sanex Electronics Co. Ltd, Suzhou | 20,2 % |

    Shenzhen Zuoming Electronic Co. Ltd, Shenzhen | 8,4 % |

    Zhejiang Yankon Group Co., Ltd (preċedentement maġħrufa bħala Zhejiang Sunlight Group Co., Ltd), Shangyu | 35,3 % |

    (21) Il-marġini tad-dumping għall-pajjiż sħiħ għar-RPĊ stabbilit fuq din il-bażi huwa ta' 66,1 %.

    F. ĦSARA

    Tniżżil taħt il-prezz

    1. Rimarki preliminari

    Tniżżil taħt il-prezz

    (22) Kien eżaminat jekk l-esklużjoni ta' l-importazzjoni attribwit lill-produttur-esportatur li kien misjub li m'għamilx dumping kienx ikollu xi impatt sinifikanti fuq l-analiżi ta' l-aspetti tal-ħsara u l-kawżazzjoni. Kien misjub illi, anki jekk din l-importazzjoni kellha tkun eskluża mill-analiżi, il-konkluzjonijiet dwar l-eżistenza ta' ħsara materjali kkawżata bl-importazzjoni li hi oġġett ta' dumping jibqa' mhux mibdul, notabilment meta' jiġi kkonsidrat it-tniżżil konsiderevoli taħt il-prezz u ż-żida sostanzjali fil-volum u sehemijiet mis-suq kif ukoll it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ, li kienu jkunu aktar sinifikanti.

    2. Definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

    Tniżżil taħt il-prezz

    (23) Il-Federazzjoni Ewropea tal-Kumpanniji tad-Dawl ("il-pretendent") talbet li d-data relatata mal-Philips Lighting B.V. ("Philips") kellha tiġi meħuda in konsiderazzjoni fl-analiżi tal-ħsara, peress illi din il-kumpannija kienet ukoll soffriet ħsara. Irriferit għar-rapport ta' l-Awla tad-WTO fuq lożor u mħaded tas-sodda mill-Indja [3], li jargumenta li l-Awla sabet li l-Komunità kienet skorrettement ibbażat l-analiżi tagħha tal-ħsara fuq gruppi differenti ta' prodotti tal-Komunità.

    (24) Għandu jiġi nnotat illi r-rapport ta' l-Awla m'huwiex relevanti f'dan ir-rigward. Fil-fatt, ir-rapport ta' l-Awla iddeċieda fuq każ fejn il-metodoloġija tal-kampjun kienet applikata. F'dan il-kuntest, kuntrarju għal dak li qed jiddikkjara il-pretendent, ir-rapport ta' l-Awla kkonkluda li l-produtturi li m'humiex parti mill-industrija tal-Komunità m'għandhomx jittieħdu in konsiderazzjoni għall-għan li tagħmel stima tas-sitwazzjoni ta' l-industrija domestika tal-pajjiż importatur. Jikkunsidra illi Philips ħadet lura l-ilment tagħha wara l-bidu tal-proċedura u li hija waqqfet milli timmanifattura CFL-i fil-Komunità ftit wara l-IP, ma setgħatx aktar tiġi kkonsidrata bħala parti mill-industrija tal-Komunità skond l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, it-talba kellha tiġi miċħuda.

    (25) Diversi partijiet interessati reġgħu tennew l-argument illi l-kumpanniji li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità kienu huma stess qegħdin jimpurtaw il-prodott konċernat mir-RPĊ u għalhekk m'għandhomx ikunu parti mill-industrija tal-Komunità. Kien ukoll allegat illi l-importazzjoni tas-CFL-i mill-pretendenti kien jammonta għall mill-inqas 10 % ta' l-importazzjoni totali lejn il-Komunità mir-RPĊ waqt l-IP.

    (26) L-investigazzjoni addizzjonali kkonfermat illi, waqt l-IP, medja ta'14,6 % tal-bejgħ totali tas-CFL-i mill-produtturi tal-Komunità kien joriġina mill-pajjiż konċernat. Madankollu, dawn l-attivitajiet tal-kummerċ ma affettwax l-istatus tagħhom ta' produtturi tal-Komunità peress illi l-attivita' primarja ta' dawn il-produtturi ta' l-aħħar bagħqet fil-Komunità u l-attività tal-kummerċ tagħhom hija mfissra mill-bżonn li titkompla il-varjetà sħiħa tal-prodott biex b'hekk tkun kapaċi tissodisfa id-domanda, kif ukoll bit-tentattiv li jiddefendu lilhom infushom kontra importazzjoni bi prezz baxx minħabba d-dumping. Fir-rigward tat-talba li waqt l-IP il-pretendenti kienu jammontaw minn ta' l-inqas għal 10 % ta' l-importazzjoni totali fil-Komunità mir-RPĊ, għandu jiġi nnotat illi, l-ewwelnett, it-talba ma kienetx issostanzjata u, it-tieni nett, li l-investigazzjoni wriet fil-fatt li dawn l-importazzjoni kienet tammonta għal persentaġġ ferm inqas. It-talbiet kienu għalhekk miċħuda u r-riżultati stabbiliti fil-premessi 51 sa 53 tar-Regolament provviżorju huma konfermati.

    3. Importazzjoni mir-RPĊ

    Tniżżil taħt il-prezz

    (27) Fir-rigward tal-marġini tat-tniżżil taħt il-prezz, ċerti produtturi-esportaturi ddikkjaraw li l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità wżati għall-kalkulazzjonijiet kienu inkonsistenti minħabba li, f'ċerti każijiet, il-prezzijiet tal-Komunità għas-CFL-i b'ċertu vultaġġ kienu għola mill-prezzijiet għas-CFL-i b'vultaġġ aktar għoli, filwaqt li kellhom ikunu anqas.

    (28) F'dan ir-rigward, huwa konfermat li f'ċerti każijiet l-industrija tal-Komunità biegħat CFL-i b'ċertu vultaġġ bi prezzijiet li kienu għola minn dawk tas-CFL-i li kellhom vultaġġ għola. Madankollu, l-istess japplika għas-CFL-i immanifatturati mill-produtturi-esportaturi li poġġew dan l-argument. Ovvjament, il-prezzijiet ma jiddependux biss fuq il-vultaġġ iżda wkoll fuq fatturi oħra bħal, per eżempju, il-kost tal-produzzjoni ta' prodott wieħed li jista' jvarja ħafna, li jiddependi, inter alia, fuq in-numru ta' biċċiet immanifatturati għal kull tip ta' CFL-i, jew il-kwantità mibjugħa.

    (29) Parti interessata poġġiet l-argument li l-prezzijiet tal-bejgħ bl-Imnut fill-Komunità baqgħu kważi dejjem stabbli bejn in-1996 u l-IP filwaqt illi, fl-istess perjodu, il-prezzijiet ta' l-importazzjoni naqsu. Kien allegat illi, bħala konsegwenza, il-kalkulazzjonijiet tal-marġini tat-tniżżil tal-prezz kienu qarrieqa peress illi kienu ibbżati fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni li ma jirriflettux is-sitwazzjoni tas-suq.

    (30) F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar illi l-marġini tat-tniżżil taħt il-prezz ikun is-soltu stabbilit billi jiġu pparagunati l-prezzijiet tal-produttur-esportatur, irranġati għall-livell ta'cif, u l-prezzijiet attwali ta' l-industrija tal-Kommunità lill-ewwel konsumatur indipendenti, fl-istess livell ta' kummerċ. Fil-każ kurrenti, billi kemm il-produtturi-esportaturi kif ukoll l-industrija tal-Kommunità biegħu lill-istess kategorija ta' konsumaturi waqt l-IP, l-ebda aġġustamenti ma kienu meħtieġa biex jiġu kkumparati dawk il-prezzijiet fl-istess livell ta' kummerċ. Barra dan, paragun ibbażat fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut attwalment addebitati ma kienetx tirrifletti l-aġir fil-prezzijiet tal-produtturi-esportaturi in relazzjoni ma' dik ta' l-industrija tal-kommunità, imma pjuttost dik tad-distributuri u tal-bejjiegħa bl-imnut tas-CFL-i ta' kull oriġini fil-Komunità.

    (31) Fl-isfond ta' hawn fuq, il-marġini tat-tniżżil taħt il-prezz kienu riveduti u emendati fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni kif riveduti, kif inhu mfisser hawn fuq, u tal-korrezzjoni ta' żball li tfaċċa fil-munita wżata għal produttur-esportatur wieħed. Il-marġini tal-medja kif riveduta u peżata tat-tniżżil taħt il-prezz espressa f'persentaġġ tal-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità huma kif ġejjin:

    Pajjiż: RPĊ | Tniżżil taħt il-prezz |

    Marġini tal-koperazzjoni tat-tniżżil taħt il-prezz prodotturi-esportaturi | Bejn 13,7 % u 45,1 % |

    4. Sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

    (32) Fl-assenza ta' evidenza ġdida, ir-riżultati provviżorji kif stabbiliti fill-premessi 64 sa 83 tar-Regolament provviżorju, i.e. li l-industrija tal-Komunità soffriet ħsara materjali waqt l-IP, huma konfermati.

    5. Kawżazzjoni

    (33) Parti interessata iddikjarat illi, kuntrarju għal dak li ntqal fill-premessa 90 tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet tal-prodotti li originaw fil-Polonja kienu fl-istess livell jew anki aktar baxxi mill-prezzijiet ta' l-importi li oriġinaw fir-RPĊ, waqt l-IP.

    (34) F'dan ir-rigward, il-prezzijiet ta' l-importazzjoni li oriġinat fil-Polonja kienu stabbiliti fuq il-bażi tad-data ta' l-Eurostat fit-termini tal-prezzijiet tal-importazzjoni bil-wieħed, kif kien magħmul għall-importazzjoni li kienet toriġina fir-RPĊ, u mhux, kif kien magħmul mill-parti li qed tagħmel id-dikjarazzjoni, fit-termini tal-prezzijiet tal-importazzjoni bit-tunnellata metrika. It-talba kienet għalhekk miċħuda.

    (35) Fl-assenza ta' ebda evidenza ġdida, ir-riżultati tal-kawżazzjoni kif stabbiliti fill-premessi 84 sa 99 tar-Regolament provviżorju huma konfermati, i.e. li l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping ikkawżat il-ħsara materjali sofferta mill-industrija tal-Kommunità.

    6. L-interess tal-Komunità

    (36) Ċerti partijiet interessati argumentaw li l-miżuri ta' l-anti-dumping iżidu l-prezzijiet ta' l-importazzjoni mill-pajjiżi konċernati, b'impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-importaturi tas-CFL-i fill-Komunità.

    (37) Rigward iż-żieda tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni fis-suq tal-Komunità, ma jidhirx probabbli li l-prezzijiet medji ser jogħlew b' mod sinifikattiv, fl-isfond tal-livell baxx tad-dazji għal ċerti produtturi-esportaturi Ċiniżi u partikolarment il-fatt li għall-akbar esportatur magħruf, fit-termini ta' esportazzjoni bil-volum, l-ebda dazju m'huwa impost. Madankollu, anki bi prezzijiet fuq l-importazzjoni possibilment għola, il-miżuri huma xorta ġustifikati, peress illi ser jerġgħu jistabbilixxu kompetizzjoni imparzjali fis-suq tal-Komunità. Barra dan, huwa improbabbli li l-importazzjoni titnaqqas b'mod sinifikattiv, peress illi anki jekk iż-żieda fl-iżpejjez huma trasferiti fuq il-konsumaturi, dawn ta' l-aħħar xorta għandhom inċentiv ekonomiku qawwi biex jixtru bozzoz li jnaqqsu l-użu ta' l-enerġija. Fir-rigward ta' l-effett ta' l-imposizzjoni ta' dazzji dwar l-anti-dumping fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-impurtatur, huwa konfermat, fl-assenza ta' evidenza ġdida, li, għalkemm impatt negattiv ma jistax jiġi eskluż għal dawk l-impurtaturi li l-kummerċ tagħhom huwa ħafna minnu dominat mis-CFL-i, is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-impurtaturi li jitrattaw varjeta' vasta ta' prodotti oħra jew li jagħmlu l-kummerċ esklussivament ma' produttur-esportatur fuq liema l-ebda dazju m'huwa impost, mhux se jkun affettwat b'mod sinifikanti mid-dazji. Ir-riżultati provviżorji imqassra fill-premessi 106 sa 109 tar-Regolament provviżorju huma għalhekk konfermati.

    (38) Ċerti partijiet interessati argumentaw li d-dazji jogħllu b'mod sostanzjali l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut, u għalhekk ikollhom impatt negattiv fuq il-konsumaturi.

    (39) F'dan ir-rigward, kull żieda possibli fil-fatt tkun tiddependi fuq diversi fatturi, eżempju l-imġieba fil-marketing tal-produtturi-esportaturi Ċiniżi, l-abbiltà ta' l-impurtaturi li jgħaddu ‘l quddiem kull żieda fil-prezzijiet ta' l-importazzjoni lill-bejjiegħa bl-imnut jew konsumaturi u sa liema punt l-iskema ta' kummerċ ta' l-importazzjoni tinbidel minħabba l-fatt li hemm ċerti produtturi-esportaturi Ċiniżi b'dazji baxxi jew għal kollox bla dazji.

    (40) Importatur wieħed talab li assoċċjazzjonijiet ta' dawk li jużaw u tal-konsumaturi jiġu kkuntatjati mill-Kummissjoni biex b'hekk jiġi evalwat l-interess tal-Komunità fil-miżuri.

    (41) F'dan ir-rigward għandu jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku, sta għall-partijiet interessati li jagħmlu lilhom infushom magħrufa u li jipprovdu s-sottomissjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni. Madankollu, fil-każ kurrenti l-Kummissjoni kienet ikkuntatjat l-organizzazzjoni Ewopea tal-konsumaturi (BEUC) li hija r-rappresentant ta' 32 organizzazzjoni nazzjonali independenti tal-konsumaturi fl-Ewropa. Wara l-publikazzjoni tar-Regolament provviżorju, il-Federazzjoni Ewropea tal-Propjeta'(EPF), li tirrapreżenta l-industrija li tamministra, inter alia, id-dawl f'bini residenzali u kummerċjali, ġiet ‘il quddiem u qalet li l-prezz huwa l-kriterju ewlieni għal dawk li jużaw meta' jkunu qed jgħażlu l-egħjun tal-provvista tas-CFL-i. Madankollu, l-ebda informazzjoni speċifika ma kienet provvduta mill-EPF fuq kif id-dazzji jkollhom jinfluwenzaw il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut u konsegwentement l-imġieba ta' dawk li jużaw u tal-konsumaturi.

    (42) Diversi partijiet interessati issottomettew li d-dazji dwar l-anti-dumping huma kuntrarji għall-prassi tal-Komunità dwar l-użu ta' l-enerġija, peress illi jirriżultaw fiż-żieda tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut għall-konsumaturi u għalhekk inaqqsu il-bejgħ ta' bozoz li jnaqqsu l-użu ta' l-enerġija(CFL-i).

    (43) F'dan ir-rigward, l-industrija tal-Komunità ma tistax tiġi mistennija ġġorr il-piż tal-kost tal-prassi tal-Komunità dwar l-użu ta' l-enerġija mħabba li ssofri minn prattiċi ta' kummerċ inġust. Barra dan, għandu jiġi kkunsidrat illi, fuq medja, is-CFL-i, meta' kkumparati ma' bozoz inkandexxenti, jikkonsmaw 20 % ta' l-enerġija u jservu 5 darbiet aktar meta' kkumparati ma' bozoz inkandexxenti, li konsegwentement tagħti lis-CFL-i vantaġġ konsiderevoli fuq il-kost. Għalhekk, anki fl-eventwalità ta' żidiet moderati fil-prezzijiet ser ikun hemm inċentiv ekonomiku qawwi għall-konsumaturi biex jixtru is-CFL-i.

    (44) Ċerti partijiet interessati argumentaw li l-imposizzjoni ta' miżuri dwar l-anti-dumping ikunu kontra l-interess tal-Komunità fuq il-bażi li l-kompetizzjoni kienet mfixxkla mħabba skambju ta' informazzjoni fuq il-prezzijiet. Dan l-effett anti-kompetittiv ikun imħarrax meta' is-CFL-i Ċiniżi jispiċċaw mis-suq tal-Komunità.

    (45) L-investigazzjoni wriet li, filwaqt li kien hemm deċiżjoni minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni relatata ma' l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prezzijiet bejn il-produtturi tal-komunità, din id-deċiżjoni ma kienetx relatata mal-prodotti konċernati. Fir-rigward tal-prodotti konċernati, l-ebda evidenza ta' prattiċi kompetittivi illegali bejn il-produtturi tal-komunità ma kienet misjuba. Minnbarra dan, il-Kummissjoni m'hijiex konxja ta' xi problemi ta' kompetizzjoni relatati mal-prodott konċernat fis-suq tal-Komunità. Finalment, meta' jiġi kkonsidrat il-livell tad-dazji għal ċerti produtturi-esportaturi, huwa probabbli li numru sinifikanti ta' kompetituri Ċiniżi ser jibqgħu attivi fis-suq tal-Komunità u sorsi alternattivi ta' provvista mill-produtturi tal-Komunità u pajjiżi terzi oħra mingħajr dazji, partikolarment il-Polonja u l-Ungerija b'sehem fis-suq ta'madwar 15 % fl-IP, ser jibqa' disponibbli).

    (46) Fuq il-bażi ta' dan ta' fuq, ir-riżultati stabbiliti fill-premessi 100 sa 118 tar-Regolament provviżorju huma konfermati, i.e. m'hemmx raġunijiet kostrinġenti fuq il-bażi ta' l-interess tal-Komunità kontra l-imposizzjoni ta' dazzji dwar l-anti-dumping.

    G. MIŻURI DWAR L-ANTI-DUMPING

    1. Livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara

    (47) Skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju dwar l-anti-dumping għandu jikkorrispondi għall-marġini tad-dumping kemm-il darba il-marġini tal-ħsara ma jkunx aktar baxx. Għall-fini li jiġi stabbilit il-livell ta' miżuri li żgur għandhom jiġu imposti, livell ta' l-eliminazzjoni tal-ħsara kien stabbilit.

    (48) Produttur-esportatur wieħed iddikjara li l-marġini tal-profitt ta' 8 % wżat biex jiġi kkalkolat il-prezz tal-industrija tal-Komunità mhux inġurjuż kien wisq għoli, peress illi t-tnaqqis tal-marġini tal-profitt kien normali, fl-isfond tal-kondizzjonijiet tas-suq li jsir aktar matur.

    (49) Għandu jiġi nnotat, l-ewwel nett, li s-suq tas-CFL-i qiegħed jikber, il-konsum żdid b' 117 % bejn l-1996 u l-IP, u għalhekk it-tnaqqis tal-profitt ma jidhirx li huwa ġustifikat f'ċirkostanzi bħal dawn. Għandu wkoll jiġi mfakkar li l-industrija tal-Komunità laħqet livell ta' profitt ta' madwar 8 % fl-1997, is-sena ta' qabel ma' s-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità bdiet tiddeterjora, li kkoinċida maż-żieda tal-volumi ta' l-importazzjoni u t-tnaqqis tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni mir-RPĊ. It-tieni nett, kif iddikjarat fil-premessa 105 tar-Regolament provviżorju, CFL-i huma prodotti tat-teknoloġija avvanzata li jagħmlu neċessarji l-isforzi importanti fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D). Biex tibqa' kompetittiv, huwa neċessarju li tiżviluppa mudelli ġodda u aktar soffistikati fuq bażi kontinwa. Meta' tieħu akkont il-fatturi diġa msemmija, il-marġini tal-profitt ta' 8 % jidher li huwa wieħed li jista' raġonevolment jintlaħaq fl-assenza ta'dumping inġurjuż.

    (50) In konsiderazzjoni ta' dan ta' fuq, il-metodologija wżata biex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kif deskritt fill-premessi 121 u 122 tar-Regolament provviżorju huwa konfermat.

    (51) Kif imsemmi aktar ‘il fuq fir-rigward tal-marġini tat-tniżżil taħt il-prezz, il-marġini tal-ħsara kienu wkoll riveduti u emendati.

    2. Forma u livell ta' miżuri definittivi

    (52) Fid-dawl ta' dan ta' qabel, huwa kkunsidrat illi, skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju definittiv dwar l-anti-dumping għandu jiġi impost fil-livell tal-marġini tal-ħsara li instab għal Philips & Yaming u fil-livell tal-marġini tad-dumping misjub għar-rimanenti produtturi-esportaturi.

    (53) Id-dazju dwar l-anti-dumping tal-kumpannijji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament kienu stabbilit fuq il-bażi tar-riżultati ta' l-investigazzjoni preżenti. Għaldaqstant, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati tad-dazji (kuntrarju għad-dazju tal-pajjiż kollu applikabbli "għall-kumpanniji l-oħra kollha") huma għalhekk esklussivament applikabbli għall-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiż konċernat u manifatturati mill-kumpanniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament b'isimha u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma' dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u huma suġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli "għall-kumpanniji l-oħra kollha".

    (54) Kull talba li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazji dwar l-anti-dumping ta' dawn il-kumpanniji individwali (e.g. wara bidla fl-isem ta' l-entita' jew wara l-istabbilment ta' entitajiet ġodda dwar il-produzzjoni jew il-bejgħ) għandhom ikunu indirizzati lill-Kummissjoni [4] minnufih bl-informazzjoni relevanti kollha, partikolarment kull modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpannija li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, ma' bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma' e.g. dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet dwar il-produzzjoni u l-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Konsulenza, ser temenda ir-Regolament skond dan billi taġġorna l-lista ta'kumpanniji li jibbenefikaw minn rati ta' dazju individwali.

    3. Ġbir ta' dazji provviżorji

    (55) Fl-isfond tal-grad għoli tal-marġini tad-dumping misjuba u fid-dawl tal-livell ta' ħsara kkawżata lill-industrija tal-Komunità, huwa kkunsidrat neċessarju li l-ammonti assigurati permezz tar-Regolament provviżorju, għandhom ikunu definittivament miġbura skond ir-rata tad-dazju imposta definittivament. F'każijiet fejn ir-rata ta' dazju definittiv imposta hija għola mir-rata tad-dazju provviżorju, huma biss dawk l-ammonti assigurati fil-livell tad-dazju provviżorju għandhom jiġu definittavemt miġbura.

    4. Modifikazzjoni ta' isem ta' kumpannija suġġetta għall-rata ta' dazju dwar l-anti-dumping individwali

    (56) Ir-Regolament provviżorju impona rata ta' dazju individwali ta' 35,4 % għall-produttur esportatur Zhejiang Sunlight Group Co., Ltd. Din il-kumpannija infurmat lill-Kummissjoni li bidlet isimha għal Zhejiang Yankon Group Co., Ltd. Il-Kumpannija talbet lill-Kummissjoni biex temenda ir-Regolament biex tiżgura li l-bidla ta' l-isem ma taffetwax id-dritt tal-kumpannija li tibbenefika mir-rata ta' dazju individwali applikata lill-kumpannija kif kien jisimha qabel.

    (57) Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni fornita, li kienet turi li l-attivitajiet kollha tal-kumpannija li kellhom x'jaqsmu mal manifattur, bejgħ jew esportazzjoni tal-prodott konċernat m'humiex affetwati bil-bidla ta' l-isem. Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bidla ta' l-isem bl-eba mod ma taffetwa ir -riżultati tar-Regolament provviżorju.

    (58) Għaldaqstant l-ammonti assigurati bid-dazji provviżorji dwar l-anti-dumping imposti mir-Regolament provviżorju fir-rigward ta' prodotti manifatturati minn Zhejiang Sunlight Group Co., Ltd għandhom jiġu definittivament miġbura bir-rata tad-dazju definittivament imposta fuq prodotti manifatturati minn Zhejiang Yankon Group Co., Ltd, u l-kodiċi addizzjonali TARIC A241 qabel attribwit lil Zhejiang Sunlight Group Co., Ltd, għandhom jgħoddu għal Zhejiang Yankon Group Co., Ltd,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dazju dwar l-anti-dumping definittiv huwa hawnhekk impost fuq importazzjoni ta' bozoz elettroniċi kumpatti tar-rilaxx florexxenti b'tubu jew aktar tal-ħġieġ, bl-elementi kollha tad-dawl u komponenti elettroniċi mwaħħla mas-sieq tal-lampa jew integrati fis-sieq tal-lampa, li jaqgħu taħt kodiċi NM ex85393190 (kodiċi TARIC 85393190*91), u li joriġinaw fir-Repubblika Popolar taċ-Ċina.

    2. Ir-rata ta' dazju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-funtiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għal-prodotti manifatturati mill-fabbrikanti li ġejjin ser ikunu skond dan li ġej:

    Fabbrikant | Rata tad-dazju % | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    Changzhou Hailong Electronics & Light Fixtures Co., Ltd Luoyang, Changzhou, Jiangsu Changzhou 213104 Repubblika Popolari taċ-Ċina | 59,5 | A234 |

    City Bright Lighting (Shenzhen) Ltd Il-poplu ta Shenzhen Repubblika Popolar taċ-Ċina | 17,1 | A235 |

    Deluxe Well Enterprises Ltd Block 17-18, Hong Qiao Tao Industrial Zone Bao An Yuan Shenzhen People's Repubblika Popolari taċ-Ċina | 37,1 | A236 |

    Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen) Co., Ltd Xiamen Repubblika Popolari taċ-Ċina | 0,0 | A237 |

    Philips & Yaming Lighting Co., Ltd 1805 Hu Yi Highway Malu Jia Ding District Shangai 201801 Repubblika Popolari taċ-Ċina | 32,3 | A238 |

    Sanex Electronics Co., Ltd Xin Su Industrial Area, Jiangsu Suzhou 215001 Repubblika Popolari taċ-Ċina | 20,2 | A239 |

    Shenzhen Zuoming Electronic Co. Ltd Shenzhen,Guangdong Repubblika Popolari taċ-Ċina | 8,4 | A240 |

    Zhejiang Sunlight Group Co., Ltd 129 Fengshan Road, Zhejiang Shangyu 213104 Repubblika Popolari taċ-Ċina | 35,3 | A241 |

    Il-Kumpanniji l-oħra kollha | 66,1 | A999 |

    3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    1. L-ammonti assigurati permezz ta' dazji provviżorji dwar l-anti-dumping skond ir-Regolament (KE) Nru 255/2001 fuq l-importazzjoni ta' bozzoz elettroniċi kumpatti tar-rilaxx florexxenti b'tubu jew aktar tal-ħġieġ, bl-elementi kollha tad-dawl u komponenti elettroniċi mwaħħla mas-sieq tal-lampa jew integrati fis-sieq tal-lampa li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jiġu miġbura bir-rata ta' dazju kif imposta definittivament. L-ammonti assigurati permezz ta' dazji provviżorji skond ir-Regolament (KE) Nru 255/2001 fuq importazzjoni manifatturata minn Zhejiang Sunlight Group Co., Ltd għandha tkun miġbura bir-rata ta' dazju definittivament imposta fuq importazzjoni manifatturata minn Zhejiang Yankon Group Co., Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC A241).

    2. Ammonti assigurati b'eċċess tar-rata tad-dazju definittiv dwar l-anti-dumping għandhom ikunu meħlusa. F'każijiet fejn ir-rata tad-dazju definittiv imposta hija għola mir-rata tad-dazju provviżorju, l-ammonti biss assigurati fil-livell tad-dazju provviżorju għandhom jiġu definittivament miġbura.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Lulju 2001.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    L. Michel

    [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, 11.10.00, p. 2).

    [2] ĠU L 38, 08.02.01, p. 8.

    [3] Organizazzjoni Dinjija dwar il-Kummerċ, Komunitajiet Ewropej – Dazji dwar l-anti-dumping fuq importazzjoni ta' lożor u mħaded tas-sodda tat-tip tal-qoton mill-Indja, Rapport ta' l-Awla, WT/DS141/R, 30 ta' Ottubru 2000.

    [4] Direttorat Ġenerali tal-KummissjoniEwropea għall-KummerċDirettorat BTERV 0/10Rue de la Loi/Wetstraat 200B - 1049 Brussel

    --------------------------------------------------

    Top