Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1454

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Gżejjer Kanarji u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (Poseican)

    ĠU L 198, 21.7.2001, p. 45–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/02/2006; Imħassar b' 32006R0247

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1454/oj

    32001R1454



    Official Journal L 198 , 21/07/2001 P. 0045 - 0057


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001

    tat-28 ta’ Ġunju 2001

    li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Gżejjer Kanarji u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (Poseican)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Fir-Regolament (KEE) Nru 1911/91 [2], il-Gżejjer Kanarji jiffurmaw parti mit-territorju tad-dwana Komunitarja u l-politiki komuni kollha japplikaw hawnhekk mingħajr preġudizzju għal kull miżura speċjali adottata għalbiex tqis il-kostrizzjonijieti speċifiċi u s-sistema tat-tassazzjoni u ekonomika tradizzjonali tagħhom. L-Artikoli 2 u 10 ta’ dan ir-Regolament jirregolaw illi l-applikazzjoni sħiħa tal-politika agrikola komuni hija bla ħsara għad-dħul fis-seħħ ta’ l-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi. B’żieda ma’ dan, l-applikazzjoni tal-politika komuni agrikola għandha tkun akkumpanjata minn miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni agrikola fil-gżejjer.

    (2) Bid-Deċiżjoni 91/314/KEE [3] il-Kunsill adotta programm ta’ għażliet li huma speċifiċi għan-natura mbiegħda u insulari tal-Gżejjer Kanarji (Poseican) skond il-politika Komunitarja dwar il-għajnuna għar-reġjuni l-iktar imbiegħda. Il-għan tal-programm huwa li jiffaċilita l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun u jgħinu jibbenefika mill-vantaġġi tas-suq waħdieni li tiegħu huwa parti integrali minkejja l-fatturi oġġettivi li jħalluh bħala reġjun ġeografikament u ekonomikament iżolat. Il-programm isejjaħ għalbiex tiġi applikata il-PKA f’dan ir-reġjun u jipprovdi sabiex jiġu adottati miżuri speċjali, b’mod partikolari biex jittejbu l-kondizzjonijiet li fihom jiġu prodotti u mqiegħda fis-suq il-prodotti agrikoli hawnhekk, u biex jittaffew l-effetti tal-qagħda ġeografika eċċezzjonali u l-kostrizzjonijiet ta’ dan ir-reġjun kif ġew irrikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

    (3) Il-qagħda ġeografika partikolari tal-Gżejjer Kanarji timponi spejjeż addizzjonali tat-trasport tal-provvista tal-prodotti essenzjali għall-konsum mill-bniedem, għall-proċessar u bħala inputs agrikoli. B’żieda ma dan, il-fatturi oġġettivi li jinħolqu mill-insularità u l-lokazzjoni ta’ l-iktar imbiegħda jimponu aktar kostrizzjonijiet fuq l-operaturi u l-produtturi ekonomiċi fil-Gżejjer Kanarji li jiżvantaġġaw b’mod gravi l-attivitajiet tagħhom. Dawn id-diżabbiltajiet jistgħu jittaffew billi jitnaqqas il-prezz ta’ dawn il-prodotti essenzjali. Huwa, għalhekk, approprjat li jiġu introdotti arranġanenti speċifiċi tal-provvista li jiggarantixxu l-provvista lil dawn il-gżejjer u għalbiex jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali li jinħolqu minħabba l-bgħid, l-insularità u l-lokajonu ta’ l-iktar imbiegħda tagħhom.

    (4) Għal dak il-għan, minkejja l-Artikolu 23 tat-Trattat, l-importazzjonijiet tal-prodotti interessati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu eżentati mid-dazji ta’ importazzjoni li japplikaw. sabiex jiġu kkunsidrati l-oriġini tagħhom u t-trattament tad-dwana mogħti lilhom skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji, il-prodotti li jkunu daħlu ġewwa t-territorju tad-dwana Komunitarja jew skond il-proċessar lejn l-intern jew inkella skond l-arranġamenti tal-magazziaġġ tad-dwana għandhom jiġu kkunsidrati bħala importazzjonijiet diretti, bil-għan li jingħataw il-benfiċċji ta’ l-arranġanenti speċifiċi tal-provvista.

    (5) Sabiex jinkiseb il-għan li jitbaxxew il-prezzijiet fil-Gżejjer Kanarji u għalbiex jittaffew l-ispejjeż addizzjonali tal-bgħid, l-insularità u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fil-waqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti Komunitarji għandha tingħata għajnuna għall-provvista lil dawn il-gżejjer ta’ prodotti ta’ oriġini Komunitarja. Din il-għajnuna għandha tikkunsidra l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn il-Gżejjer Kanarji u l-prezzijiet li japplikaw għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi u, fil-każ ta’ l-inputs agrikoli u l-prodotti maħsuba għall-proċessar, l-ispejjeż addizzjonali ta l-insularità u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom.

    (6) Ġaladarba l-kwantitajiet koperti bl-arranġanenti speċifiċi tal-provvista huma limitati għall-ħtiġiet ta’ provvista lejn il-Gżejjer Kanarji, dawn l-arranġamenti ma jfixklux il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern. B’żieda ma’ dan, il-vantaġġi ekonomiċi ta’ l-arranġamenti tal-provvisiti speċifiċi ma għandhomx joħolqu devjazzjonijiet kummerċjali fil-prodotti interessati. Id-dispaċċ mill-ġdid jew l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-prodotti mill-Gżejjer Kanarji għandhom għalhekk ikunu pprojbiti. Madankollu, huwa possibbli li jiġu esportati mill-ġdid il-prodotti fl-istat tagħhom mhux ipproċessat jew il-prodotti li jirriżultaw mill-pakkeġġjar lokali ta’ dawn il-prodotti taħt ċerti kondizzjonijiet, sabiex jippermettu l-kummerċ reġjonali. Fil-każ tal-proċessar, din il-projbizzjoni ma għandhiex tiġi tapplika għall-esportazzjonijiet u l-kunsinni tradizzjonali.

    (7) Il-vantaġġi ekonomiċi ta’ l-arranġamenti tal-provvisiti speċifiċi għandhom jiġu mgħoddija sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u għalbiex jitbaxxew il-prezzijiet fil-katina kollha tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni għand l-aħħar utent, bil-qofol tagħhom ikun prezzijiet aktar baxxi għall-konsumatur. Dawn għandhom, għalhekk, jiġu konċessi biss bil-kondizzjoni li dawn jiġu attwalment imgħoddija, u jrid jitwettaq monitoraġġ għal dan il-għan.

    (8) L-attivitajiet tradizzjonali tal-biedja tal-bhejjem tar-rziezet għandhom jiġu appoġġjati biex jintlaħqu l-ħtiġiet tal-konsum lokali. Għal dan il-għan, huma meħtieġa derogi għal uħud mid-dispożizzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tas-suq komuni li jirrestrinġu l-produzzjoni, sabiex iqisu l-iżvilupp u l-kondizzjonijiet partikolari tal-produzzjoni lokali, li huma differenti bil-bosta minn dawk li jeżistu fil-bqija tal-Komunità. Din il-mira tista’ tiġi segwita wkoll indirettament billi jiġu ffinanzjati programmi tat-titjib ġenetiku li jinvolvu x-xiri ta’ bhejjem ta’ razza pura tat-tagħmir, ix-xiri tar-razez kummerċjali li jkunu aktar addattati għall-kondizzjonijiet lokali u billi jiġi ssupplimentat il-premium għall-baqar li jreddgħu u l-premium għall-qatla. L-istima tal-ħtiġiet lokali tal-konsum għandha titfassal f’bilanċ perjodiku. Sabiex ikun żgurat illi l-appoġġ Komunitarju jkun jista’ jiġi organizzat u miġbur b’mod effettiv, programm komprensiv biex jappoġġja attivitajiet lokali fis-setturi tal-bhejjem tar-rziezet u l-prodotti mill-ħalib għandu jgħin sabiex is-setturi interessati jiddefinixxu u jimplimentaw strateġiji mfassla espressament għall-kuntest lokali għall-iżvilupp ekonomiku, għall-organizzazzjoni ta’ l-ispazju tal-produzzjoni u għaż-żieda fil-professjonaliżmu tal-produtturi. Sakemm tiġi żviluppata l-biedja lokali tal-bhejjem tar-rziezet, dan il-programm jista’ jinkludi dispożizzjoni temporanji għall-provvista tal- bhejjem tar-rziezet maskili għas-simna, bin-numru ta’ dawn il-bhejjem li jrid jiġi pprovvduti kull sena jkun limitat biex b’hekk li ma jikkompromettix il-għan imsemmi hawn fuq. Dan jista’ jipprovdi wkoll miżuri sabiex jappoġġjaw il-produzzjoni tal-ħalib fis-settur tan-nagħaġ u l-mogħoż, biex jistrutturaw dan is-settur, biex itaffu d-diffikultajiet fil-proċessar u l-marketing ta’ l-iġbna mill-irziezet lokali magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ u tal-mogħoż, sabiex tiġi rrettifikata l-frammentazzjoni tal-provvista, tittejjeb il-kwalità tal-ħalib u biex jgħinu d-diversifikazzjoni.

    (9) Is-settur tan-nagħaġ u l-mogħoż jirċievi appoġġ permezz ta’ premium supplimentari li jingħata lill-produtturi fil-Gżejjer Kanarji għal ħrief tqal fil-piż. Din il-miżura għamlitha possibbli li tiġi żviluppata l-produzzjoni lokali, li hija ta’ importanza soċjali, ekonomika u ambjentali minħabba li din l-attività hija kkonċentrata fl-iktar żoni żvantaġġati tal-gżejjer fejn ma jeżistu l-ebda alternattivi oħra. Din il-miżura għandha tissokta.

    (10) Titħallas għajnuna għall-konsum mill-bniedem tal-prodotti mill-ħalib frisk tal-baqar lill-fabbriki tal-prodotti mill-ħalib għalbiex il-prodotti mill-ħalib ikunu jistgħu jiġu disposti minnhom bil-metodu tradizzjonali fis-suq lokali. L-estensjoni tal-għajnuna għalbiex tkopri prodotti oħra wasslet lis-settur biex jaddatta ruħu għad-drawwiet tal-konsum li qegħdin jinbidlu. Il-livell ta’ awto-suffiċjenza għadu baxx ħafna, u għalhekk il-miżura għandha tissokta.

    (11) L-iskema tal-għajnuna reġjonali għall-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel, il-għeruq u t-tuberi, il-fjuri u l-pjanti ħajjin instabet li mhix addattata, speċjalment minħabba l-mixi bil-mod u l-komplessità tal-proċeduri u l-mod kif l-għajnuna proposta ġiet strutturata. Għandhom jittieħdu lezzjonijiet mir-riżultati inkoraġġanti tar-riforma Poseidom f’dan is-settur, u għandha tiġi prevista għajnuna għall-marketing u l-proċessar bil-ħsieb li jiġi fornit is-suq fil-Gżejjer Kanarji. Din l-għajnuna trid tgħin lill-prodotti lokali għalbiex jikkompetu mal-prodotti minn imkejjen oħra fi swieq li jirrendu ħafna, biex jissodisfaw aħjar il-ħtiġiet tal-konsumaturi u l-kanali ġodda tad-distribuzzjoni, itejbu l-produttività ta’ l-irziezet u jaġġornaw il-kwalità tal-prodotti. Il-marketing ta’ dawn il-prodotti, kemm friski u kemm ipproċessati, għandu jissokta u dawn għandhom jitmexxew ’il quddiem fis-suq Komunitarju. Studju ekonomiku jrid jgħin biex jirfina l-istruttura ta’ dan is-settur.

    (12) Il-produzzjoni tal-patata hija essenzjali fil-Gżejjer Kanarji, għall-raġunijiet kemm ekonomiċi u kemm soċjali kif ukoll ambjentali. Iż-żoni kkultivati jinsabu fiż-żoni ta’ altitudni medja fejn it-terren diffiċli u d-daqs żgħir ta’ l-azjendi (kultivazzjoni mtarrġa), flimkien mal-prezzijiet għoljin ta’l-inputs, iwasslu għal spejjeż tal-produzzjoni għolja ħafna. Tingħata għajnuna speċifika għat-tkabbir tal-patata għall-konsum mill-bniedem biex tappoġġja l-produzzjoni lokali għalbiex tissodisfa x-xejriet tal-konsum fil-gżejjer. L-abolizzjoni tal-miżura temporanja li tirrestrinġi l-kunsinni tal-patata għall-konsum mill-bniedem matul perjodi taż-żmien sensittivi għall-marketing tal-prodotti lokali ħalliet lis-settur vulnerabbli ħafna. Huwa, għalhekk, ippjanat li tiġi konċessa għajnuna għal-marketing lokali ta’ din il-produzzjoni tal-patata.

    (13) Huwa ta’ importanza ekonomika u ambjentali kbira illi d-dwieli, l-iktar wiċċ imferrex tar-raba, jissoktaw jiġu kkultivati, minħabba li l-produzzjoni ta’ l-inbid hija pprattikata f’żoni xotti u fuq art li hija partikolarment vulnerabbli għall-erożjoni. Sabiex tappoġġja l-produzzjoni lokali, qiegħda tiġi konċessa għajununa waħda uniformi għall-kultivazzjoni tad-dwieli għall-produzzjoni ta’ l-inbid ta’ kwalità prodott f’reġjuni speċifiċi. Bl-istess mod, la l-premiums ta’ l-abbandun u lanqas il-mekkaniżmi tas-suq ma japplikaw, bl-eċċezzjoni tad-distillazzjoni waqt kriżi li tista’ tinqala’ jekk is-suq jiġi mħarbat b’mod eċċezzjonali minħabba problemi tal-kwalità.

    (14) It-tkabbir tat-tabakk huwa ta’ importanza storika fil-gżejjer. Ekonomikament, it-tħejjija tat-tabakk tissokta tkun waħda mill-iktar attivitajiet industrijali importanti fir-reġjun. F’termini soċjali, il-kultivazzjoni tat-tabakk huwa xogħol li jirrikjiedi ħafna ħaddiema u jsir fi rziezet żgħar. Ġaladarba l-wiċċ ma fihx qligħ biżżejjed il-ħidma tinstab fil-periklu li tmut. Bħalissa t-tabakk huwa kkultivat biss f’żona żgħira fuq il-gżira ta’ La Palma, fejn jintuża għall-fabbrikazzjoni artiġjanali tas-sigarri. Spanja għandha tkun għalhekk tiġi awtorizzata li tissokta tagħti għajnuna b’żieda mal-għajnuna Komunitarja biex dan il-wiċċ tradizzjonali jkun jista’ jinżamm bil-ħsieb li jappoġġja l-attività artiġjanali assoċjata miegħu. B’żieda ma’ dan, għalbiex tinżamm il-fabbrikazzjoni tal-prodotti mit-tabakk, għandha tissokta l-eżenzjoni tad-dazju tad-dwana fuq l-importazzjoni fil-Gżejjer Kanarji tat-tabakk mhux maħdum jew nofsu maħdum, sa limitu annwali ta’ 20000 tunnellata metrika ta’ l-ekwivalenti tat-tabakk imqaxxar mhux maħdum.

    (15) Il-għasel tradizzjonali fil-Gżejjer Kanarji jiġi prodott minn razza lokali ta’ naħal addattat sewwa għall-kondizzjonijiet lokali imma mhumiex produttivi ħafna. Din ir-razza hija fil-periklu li tmut u li tiġi mibdula b’razez li jkunu aktar ta’ profitt għal dawk li jrabbuhom. Il-għajnuna li qiegħda titħallas lill-għaqdiet ta’ min irabbi n-naħal li jipproduċi l-għasel tradizzjonali ta’ kwalità speċifika għandha, għalhekk, tissokta, u n-numru tal-ġarar tan-naħal lokali li jikkwalifikaw għall-għajnuna għandu jiġi addattat.

    (16) Il-produtturi agrikoli fil-Gżejjer Kanarji għandhom jiġu inkoraġġati sabiex ifornu prodotti ta’ kwalità u l-marketing ta’ dawn għandu jiġi megħjun; f’dan ir-rigward, l-użu tas-simbolu grafiku tal-Komunità jista’ jgħin għalbiex jinkiseb dan il-għan.

    (17) Ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 [4] jistabbilixxi miżuri ta’ żvilupp rurali li jistgħu jingħataw l-appoġġ Komunitarju u jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għalbiex jinkiseb dan l-appoġġ.

    (18) Dan ir-Regolmanet ifittex li jirrimedja d-diżabbiltajiet minħabba l-bgħid u n-natura insulari ta’ dan ir-reġjun.

    (19) L-istrutturi ta’ ċerti azjendi agrikoli jew ta’ impriżi tal-proċessar u tal-marketing lokati f’dawn il-gżejjer juru limitazzjonjiet serji u huma mdawra b’diffikultajiet speċifiċi. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni kif xieraq għal derogi minn ċerti tipi ta’ investimenti mid-dispożizzjonijiet li jillimitaw jew jipprevjienu l-konċessjoni ta’ għajnuna strutturali pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

    (20) Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal tlieta mill-miżuri ta’ akkumpanjament riferiti fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 tista’ tammonta, fl-iktar reġjuni mbiegħda, sa 85 % ta’ l-ispiża totali eliġibbli. Mill-banda l-oħra, skond it-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 47(2) ta’ dan ir-Regolament, il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-miżuri agro-ambjentali, li tikkostitwixxi r-raba’ miżura ta’ akkumpanjament, għandha tkun limitata għal 75 % għaż-żoni kollha koperti bil-Mira 1. Minħabba l-importanza attribwita lill-agro-ambjent fil-kuntest ta’ l-iżvilupp rurali, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha tiġi armonizzata mal-miżuri kollha ta’ akkumpanjament fl-iktar reġjuni mbiegħda.

    (21) Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 [5], kull pjan, qafas ta’ appoġġ Komunitarju, programm operattiv u kull dokument ta’ programmazzjoni waħdiena għandhom ikopru perjodu taż-żmien ta’ seba’ snin, u l-perjodu taż-żmien tal-programm irid jibda fl-1 ta’ Jannar 2000. Fl-interess tal-koesività u sabiex tkun evitata d-diskriminazzjoni bejn il-benefiċjarji ta’ l-istess programm, id-derogi pprovvduti f’dan ir-Regolament għandhom, b’mod eċċezzjonali, japplikaw għall-perjodu kollu taż-żmien tal-programmazzjoni.

    (22) Tista’ tiġi konċessa deroga mill-politika konsistenti tal-Kummissjoni li ma tiġix awtorizzata għajnuna li titħaddem mill-Istat għall-produzzjoni, il-proċessar u l-marketing tal-prodotti agrikoli koperti bl-Anness I mat-Trattat sabiex jittaffew il-kostrizzjonijiet speċifiċi tal-biedja fil-Gżejjer Kanarji minħabba l-bgħid, l-insularità, il-pożizzjoni ġeografika, iż-żona żgħira, it-terren muntanjuż u l-klima tagħhom, kif ukoll minħabba d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq numru żgħir ta’ prodotti.

    (23) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [6],

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Dan ir-Regolamemt jistabbilixxi l-miżuri speċifiċi għalbiex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet ikkawżati mill-bgħid u min-natura insulari kif ukoll mill-pożizzjoni ġeografika tal-Gżejjer Kanarji rigward ċerti prodotti agrikoli.

    It-TITOLU I ARRANĠAMENTI TAL-PROVVISTI SPEĊIFIĊI

    L- Artikolu 2

    1. Huma hawnhekk imdaħħla l-arranġamenti tal-provvisiti speċifiċi għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament, li huma essenzjali għall-konsum mill-bniedem, għall-porċessar u bħala inputs agrikoli fil-Gżejjer Kanarji.

    2. Għandu jitfassal bilanċ previst tal-provvista li jiddikjara l-kwantità ta’ prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I meħtieġa sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-provvista kull sena. Għandu jitfassal bilanċ previst separat għall-ħtiġiet ta’ l-industriji li jipproċessaw u jippakkeġġjaw il-prodotti maħsuba għas-suq lokali u għall-esportazzjoni jew il-kunsinna tradizzjonali lejn il-bqija tal-Komunità.

    L- Artikolu 3

    1. Ma għandhom japplikaw l-ebda dazji fuq importazzjonijiet diretti ġewwa l-Gżejjer Kanarji tal-prodotti koperti bl-arranġanenti tal-provvisti speċifiċi jekk dawn joriġinaw f’pajjiżi mhux membri, fil-limitu tal-kwantitajiet stabbiliti fil-bilanċ tal-provvista.

    Prodotti li jkunu daħlu fit-territorju tad-dwana Komunitarja taħt l-arranġamenti tal-proċessar lejn l-intern jew inkella għall-magazzinaġġ tad-dwana għandhom jiġu kkunsidrati bħala importazzjonijiet diretti għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu.

    2. Sabiex tiġi żgurata l-kopertura tal-ħtiġiet stabbiliti skond l-Artikolu 2 f’termini tal-kwantità, il-prezz u l-kwalità, filwaqt li tingħata attenzjoni li jissokta s-sehem Komunitarju fil-provvisti, għandha tingħata għajnuna għalbiex il-Gżejjer Kanarji jkunu pprovvduti bi prodotti Komunitarji miżmuma fl-imħażen pubbliċi ta’ l-intervent jew li jkunu disponibbli fis-suq Komunitarju.

    Din il-għajnuna għandha tiġi ffissata hekk li tqis l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn il-Gżejjer Kanarji u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi li mhumiex membri u, fil-każ ta’ l-inputs agrikoli u l-prodotti maħsuba għall-proċessar, l-ispejjeż addizzjonali tal-insularità u l-pożizzjoni ġeografika.

    3. Fl-implimentazzjoni ta’ l-arranġanenti tal-provvisti speċifiċi, għandhom jitqiesu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

    - il-ħtiġiet speċifiċi tal-Gżejjer Kanarji u, fil-każ tal-prodotti maħsuba għall-proċessar u l-inputs agrikoli, il-ħtiġiet speċifiċi tal-kwalità,

    - iċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ mal-bqija tal-Komunità,

    - l-aspett ekonomiku tal-għajnuna proposta.

    4. L-intitolament taħt l-arranġanenti tal-provvisti speċifiċi għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjoni li l-vantaġġ ekonomiku dderivat mill-eżenzjoni mid-dazji ta’ l-importazzjoni jew mill-għajnuna fil-każ tal-provvista mill-bqija tal-Komunità jiġi attwalment imgħoddi lill-aħħar utent.

    5. Il-prodotti koperti bl-arranġanenti tal-provvisti speċifiċi ma jistgħux jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta mill-ġdid lejn il-bqija tal-Komunità. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għaċ-ċirkolazzjonijiet kummerċjali bejn l-Azores u l-Madeira.

    Madankollu, il-prodotti fl-istat mhux ipproċessat jew il-prodotti ppakkeġġjati li jirriżultaw mill-pakkeġjar lokali ta’ dawn il-prodotti jistgħu jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiżi li mhumiex membri skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni taħt il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    Meta l-prodotti interessati jiġu pproċessati fil-Gżejjer Kanarji, il-projbizzjoni msemmija hawn fuq ma għandhiex tapplika għall-esportazzjonijiet tradizzjonali jew għat-trasport bil-baħar tal-prodotti pproċessati lejn il-bqija tal-Komunità. Ma għandha tingħata l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

    6. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan it-Titolu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2). Dawn għandhom jinkludu:

    - il-fissar tal-għajnuna għall-provvista mill-bqija tal-Komunità,

    - id-dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw illi l-vantaġġi konċessi jiġu attwalment imgħoddija lill-aħħar utent,

    - introduzzjoni jekk meħtieġa ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni jew tal-kunsinna.

    Il-Kummissjoni għandha tfassal il-bilanċi tal-provvisti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2). Tista’ tirrevedi dawn il-bilanċi, u l-lista tal-prodotti fl-Anness I, skond l-istess proċedura, fid-dawl tal-bidliet fil-ħtiġiet tal-Gżejjer Kanarji.

    It-TITOLU II IL-MIŻURI GĦALBIEX JIĠU MEGĦJUNA L-PRODOTTI LOKALI

    Il-KAPITOLU I IL-BHEJJEM TAR-RZIEZET U L-PRODOTTI MILL-ĦALIB

    L- Artikolu 4

    1. Fis-settur tal-bhejjem tar-rziezet, għandha tingħata għajnuna għall-provvista lill-Gżejjer Kanarji tal-bhejjem ta’ razza pura, il-bhejjem ta’ razez kummerċjali u l-prodotti minn dawn l-bhejjem, li joriġinaw fil-Komunità.

    2. It-termini għall-għotja tal-għajnuna għandhom jiġu stabbiliti billi jitqiesu, b’mod partikolari, il-ħtiġiet tal-provvista tal-Gżejjer Kanarji fil-bidu tal-produzzjoni u t-titjib ġenetiku tal-bhejjem tar-rziezet u l-ħtieġa tar-razez l-aktar addattati għall-kondizzjonijiet lokali. Il-għajnuna għandha titħallas għall-kunsinna tal-merkanzija li twettaq il-ħtiġiet speċifikati fir-regoli Komunitarji.

    3. Għandhom jitqiesu dawn li ġejjin meta tkun qiegħda tiġi ffissata l-għajnuna:

    - il-kondizzjonijiet u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-provvista lejn il-Gżejjer Kanarji minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom,

    - il-prezz tal-prodotti fis-suq Komunitarju u fis-suq dinji,

    - jekk ikunux imposti jew le dazji fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux membri,

    - l-aspett ekonomiku tal-għajnuna proposta.

    4. L-Artikolu 3(4) u (5) għandu japplika għall-merkanzija li tikkwalifikaw għall-għajnuna taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    5. Il-lista tal-prodotti, il-livell tal-għajnuna riferita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    L- Artikolu 5

    1. Il-għajnuna pprovvduta fil-paragrafi 2 u 3 hawn taħt għandha tingħata għalbiex tgħin l-attivitajiet tradizzjonali konnessi mal-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u l-miżuri għalbiex titjieb il-kwalità tal-prodott, fil-limiti tal-ħtiġiet tal-konsum tal-gżejjer hekk kif stmati fil-kuntest tal-bilanċ perjodiku tal-provvista.

    Il-bilanċ għandu jqis ukoll il-bhejjem tat-tagħmir forniti taħt l-Artikolu 4 u l-bhejjem koperti bil-miżuri pprovduti fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1).

    2. Għandu jitħallas suppliment mal-premium għall-qatla pprovvdut taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [7], ta’ EUR 25 għal kull ras, lill-produtturi għal kull bhima li tinqatel.

    3. Għandu jitħallas suppliment mal-premium għaż-żamma tal-baqar li jreddgħu kif ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 lill-produtturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella. L-ammont ta’ dan is-suppliment għandu jkun ta’ EUR 50 għal kull baqra li tredda’ miżmuma mill-produttur fil-jum li fih l-kienet issottomesa l-applikazzjoni.

    4. Id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’:

    (a) il-limitu l-iktar għoli reġjonali stabbilit bl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 rigward il-premium speċjali;

    (b) il-limitu l-iktar għoli individwali għall-bhejjem miżmuma fuq l-azjenda kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 rigward il-premium bażiku għall-baqar li jreddgħu;

    (ċ) il-limitu l-iktar għoli nazzjonali stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 dwar il-premium bażiku għall-qatla;

    (d) id-densità tal-ħażniet tal-bhejjem miżmuma fir-rziezet, stabbilita fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, rigward il-premium speċjali u l-premium bażiku għall-baqar li jreddgħu,

    ma għandhomx japplikaw fil-Gżejjer Kanarji fil-każ tal-premium speċjali, il-premium bażiku għall-baqar li jreddgħu, il-premium għall-qatla jew il-premiums supplimentari riferiti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

    5. Il-premium bażiku u l-premium supplimentari riferiti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jingħataw kull sena għal massimu ta’ 10000 bhima tal-fart maskili, 5000 baqra li tredda’ u 15000 bhima maqtula, rispettivament.

    6. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2). Dawn għandhom ikopru t-tfassil tal-bilanċi riferiti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u kull reviżjoni sabiex jitqiesu l-ħtiġiet tat-tibdil u:

    (a) rigward il-premiums speċjali għall-ifrat maskili, għandhom jipprovdu:

    - il-"friża", fil-limitu l-iktar għoli reġjonali stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, tan-numru tal-bhejjem li għalih ikun ingħata l-premium speċjali fil-Gżejjer Kanarji għas-sena 2000,

    - il-għotja tal-premiums fil-limitu ta’ 90 bhima għal kull grupp ta’ għomor, kull sena kalendarja u għal kull azjenda;

    (b) rigward il-premium għall-baqar li jreddgħi, dawn ir-regoli ddettaljati:

    - għandhom jinkludu dispożizzjonijiet sabiex jiggarantixxu, safejn meħtieġ, id-drittijiet tal-prodotturi li lilhom ikun ingħata premium taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999,

    - jistgħu jipprovdu li tiġi stabbilita riżerva speċifika għall-Gżejjer Kanarji u kondizzjonijiet speċjali għall-allokazzjoni u l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet, filwaqt li jitqiesu l-miri segwiti fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem; id-daqs tar-riżerva għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-limiti l-iktar għolja stabbiliti fil-paragrafu 5 u fuq in-numru tal-premiums mogħtija fis-sena 2000;

    (ċ) rigward il-premium għall-qatla, dawn għandhom jipprovdu:

    - il-"friża", fil-limitu l-iktar għoli stabbilit fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999 [8], tan-numru tal-bhejjem li għalih ikun ingħata premium għall-qatla għas-sena 2000.

    Ir-regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni jistgħu jinkludu kondizzjonijiet addizzjonali għall-għotja ta’ premiums supplimentari.

    Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-limiti l-iktar għolja ffissati fil-paragrafu 5 skond l-istess proċedura.

    L- Artikolu 6

    1. Għandu jingħata premium supplimentari, b’żieda mal- premium għan-nagħaġ li jitħallas taħt l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2467/98 [9], lill-produtturi ta’ ħrief ħfief fil-piż kif iddefinit fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament.

    L-ammont tal-premium supplimentari għandu jkun egwali għad-differenza bejn l-ammonti tal-premiums stabbiliti skond l-Artikolu 5(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2467/98 li jitħallsu lill-produtturi ta’ ħrief tqal fil-piż u lill-produtturi ta’ ħrief ħfief fil-piż, rispettivament, flimkien mad-differenza bejn l-ammonti tal-għajnuniet speċifikati għall-miżuri rurali riferiti fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1323/90 [10].

    2. Il-premium supplimentari stabbilit skond il-paragrafu 1 għandu jitħallas ukoll lill-produtturi tal-laħam tal-mogħoż, mingħajr preġudizzju għall-ħlas tal-premium ipprovvdut fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 2467/98.

    3. Il-premiums riferiti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jingħataw fuq l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti għall-għotja tal-premium lill-produtturi tal-laħam tal-muntun u tal-mogħoż fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2467/98.

    4. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu kif meħtieġ skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    L- Artikolu 7

    1. Matul il-perjodu taż-żmien mis-sena 2002 sas-sena 2006, għandha tingħata għajnuna sabiex jiġi implimentat fil-Gżejjer Kanarji programm komprensiv li jappoġġja l-produzzjoni u l-marketing tal-prodott lokali fis-setturi tal-bhejjem tar-rziezet u tal-prodotti mill-ħalib.

    Dan il-programm jista’ jinkludi miżuri bħalma huma inċentivi għalbiex jitjiebu l-kwalità u l-iġjene, il-marketing ta’ prodotti tal-kwalità, l-istrutturazzjoni tas-settur, ir-razzjonalizzazzjoni tal-produzzjoni u l-istrutturi tal-marketing li jipprovdu għal xiri ggruppat, il-komunikazzjoni lokali li għandha x’taqsam mal-prodotti ta’ kwalità u l-provvediment ta’ għajnuna teknika.

    Fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella l-programm jista’ jinkludi l-possibbiltà ta’ provvista ta’ bhejjem maskili għas-simna sakemm in-numru lokali tal-bhejjem tal-fart maskili żgħar jilħaq livell suffiċjenti sabiex tinżamm il-produzzjoni tradizzjonali tal-laħam taċ-ċanga, u fil-limitu tal-bilanċ ipprovvdut fl-Artikolu 5. Għandha tingħata l-prijorità rigward dawn l-bhejjem lill-produtturi li jżommu l-bhejjem għas-simna li mill-anqas 50 % minnhom ikunu ta’ oriġini lokali.

    Il-programm għandu jitħejja u jiġi implimentat mill-awtoritajiet kompetenti magħżula mill-Istat Membru, huma u jaħdmu f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi l-iktar rappreżentattivi jew l-għaqdiet tagħhom fis-setturi interessati. Ma jistax jinkludi l-għotja ta’ għajnuna b’żieda mal-premiums individwali li jitħallsu direttament lill-produtturi skond dan ir-Regolament fis-settur tal-bhejjem tar-rziezet, skond l-Artikoli 5, 6 u 8.

    2. Ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    Għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti l-abbozzi tal-programmi, li jridu jtulu għal mhux iktar minn ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tapprovahom skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    3. Kull sena l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jippreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm. Qabel it-tmiem tas-sena 2005, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżura riferita f’dan l-Artikolu, akkumpanjata, jekk meħtieġ, bi proposti xierqa.

    L- Artikolu 8

    1. Għandha tingħata għajnuna għall-konsum mill-bniedem tal-prodotti mill-ħalib tal-baqar iffabbrikati lokalment, fil-limiti tal-ħtiġiet tal-konsum tal-gżejjer kif stmati perjodikament. Il-għajnuna għandha titħallas lill-fabbriki tal-prodotti mill-ħalib. Il-għajnuna għandha tammonta għas-somma ta’ EUR 8,45 għal kull 100 kg ta’ ħalib mhux xkumat.

    2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-għajnuna riferita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tadotta regoli ddettaljati sbiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2). Il-ħlas għandu jkun bla ħsara għall-benefiċċju dderivat minnu li attwalment jitgħadda lill-konsumatur.

    Il-KAPITOLU II IL-FROTT, IL-ĦXEJJEX TA’ L-IKEL, IL-PJANTI U L-FJURI

    L- Artikolu 9

    1. Għandha tingħata għajnuna għall-frott, il-ħxejjex ta’ l-ikel, il-għeruq u t-tuberi, il-fjuri u l-pjanti ħajjin elenkati fil-Kapitoli 6, 7 u 8 tan-Nomenklatura Magħquda li jkunu ġew maħsuda fil-Gżejjer Kanarji u li jkunu maħsuba sabiex ifornu s-suq ta’ dawn il-gżejjer.

    Il-għajnuna għandha tingħata għall-prodotti li jikkonformaw mal-istandards komuni ffissati bil-leġislazzjoni Komunitarja jew, fejn dawn l-istandards ma jeżistux, ma’ l-ispeċifikazzjonijiet miktuba fil-kuntratti tal-provvista.

    Il-għotja tal-għajnuna għandha tkun bla ħsara għall-konklużjoni tal-kuntratti tal-provvista li jdumu sena jew aktar bejn il-produtturi individwali, il-gruppi tal-produtturi jew organizzazzjonijiet tal-produtturi kif riferit fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 [11] u l-industrija jew id-distributuri ta’ l-ikel, ir-ristoranti u bħal dawn jew l-awtoritajiet lokali.

    Il-għajnuna għandha titħallas lill-produtturi individwali, lill-gruppi tal-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija hawn fuq fil-limiti tal-kwantitajiet annwali stabbiliti għal kull kategorija ta’ prodott.

    L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi ffissat fuq il-bażi ta’ rata waħda uniformi għal kull kategorija ta’ prodotti li trid tiġi stabbilita, imsejjes fuq il-valur medju tal-prodotti koperti. L-ammont tal-għajnuna għandu jkun iddifferenzjat skond jekk il-benefiċjarju huwiex wieħed mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi riferiti fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew le.

    Ma għandhiex tingħata għajnuna għall-banana li tidħol fil-kodiċi tan-NM 080300, għat-tadam li jidħol fil-kodiċi tan-NM 070200 jew għall-patata ġdida li tidħol fil-kodiċi tan-NM 07019050 li jkunu ġew miġbura mill-1 ta’ Jannar sal-31 Marzu.

    2. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2). Il-kategoriji tal-prodotti u l-ammonti tal-għajnuna riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti skond l-istess proċedura.

    L- Artikolu 10

    1. Għandha tingħata għajnuna għall-konklużjoni tal-kuntratti annwali li jirrigwardaw il-marketing tal-prodotti friski u pproċessati kif speċifikat fl-Artikolu 9 u l-pjanti mediċinali li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 1211, li jkunu ġew maħsuda fil-Gżejjer Kanarji. Din il-għajnuna għandha tingħata wkoll għat-tadam li jidħol fil-kodiċi tan-NM 070200 bit-termini stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    Il-kuntratti għandhom jiġu konklużi bejn il-produtturi individwali jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif riferit fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, stabbiliti fil-Gżejjer Kanarji u persuni naturali jew legali stabbiliti fil-bqija tal-Komunità.

    2. L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ 10 % tal-valur tal-produzzjoni imqiegħda fis-suq, ħielsa fid-destinazzjoni.

    Din il-għajnuna għandha titħallas sal-limitu ta’ volum ta’ 10000 tunnellata metrika għall kull prodott kull sena.

    Madankollu, għat-tadam li jidħol fil-kodiċi tan-NM 070200 l-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ EUR 0,76/100 kg sal-limitu ta’ 300000 tunnellata metrika kull sena.

    3. Il-għajnuna għandha tingħata lix-xerrejja li jindaħlu li jqiegħdu fis-suq il-prodotti tal-Gżejjer Kanarji taħt il-kuntratti riferiti fil-paragrafu 1.

    4. Meta l-marketing riferit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jsir minn impriżi konġunti kkostitwiti, bil-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq il-prodotti li jkunu ġejjin mill-Gżejjer Kanarji, mill-produtturi f’dawn il-gżejjer jew mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif riferit fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u minn persuni naturali jew legali stabbiliti fil-bqija tal-Komunità, u fejn l-imsieħba jindaħlu li jiġbru flimkien bejniethomn il-għerf u t-teknika meħtieġa biex jintlaħaq il-għan ta’ l-impriża konġunta fuq perjodu minimu ta’ tliet snin, l-ammont tal-għajnuna għandu jiżdied sa 13 % tal-valur tal-produzzjoni annwali li tkun tqiegħdet fis-suq b’mod konġunt.

    5. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

    L- Artikolu 11

    1. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi sa massimu ta’ EUR 100,000 għall-finanzjament ta’ analiżi ekonomiku u studju bil-quddiem dwar is-settur tal-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel friski u pproċessati fil-Gżejjer Kanarji, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-prodotti tropikali.

    L-istudju għandu jipproduċi stima ekonomika u teknika tas-settur. Għandu jagħti attenzjoni speċjali lit-tagħrif dwar l-ispejjeż tal-provvista u jeżamina l-kondizzjonijiet u l-iskop għall-iżvilupp u l-bejgħ fuq livell reġjonali u internazzjonali, wara li tkun ġiet ikkunsidrata l-kompetizzjoni fis-suq dinji.

    2. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    Il-KAPITOLU III L-INBID

    L- Artikolu 12

    Il-Kapitolu II tat-Titolu II u t-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 [12] u l-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 [13], dwar il-potenzjal tal-produzzjoni ma għandhomx japplikaw għall-Gżejjer Kanarji, għajr għad-distillazzjoni minħabba kriżi riferita fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jekk ikun hemm disturb eċċezzjonali fis-suq ikkawżat minn problemi tal-kwalità.

    L- Artikolu 13

    1. Għandha tingħata għajnuna għal kull ettaru sabiex tissokta l-kultivazzjoni tad-dwieli għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità psr fiż-żoni tal-produzzjoni tradizzjonali.

    Għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna ż-żoni li ġejjin:

    (a) iż-żoni kkultivati b’varjetajiet ta’ dwieli inklużi fost il-varjetajiet ikklassifikati mill-Istati Membri bħala addattati għall-produzzjoni ta’ kull wieħed mill-inbejjed ta’ kwalità psr prodotti fit-territorju tagħhom, kif riferit fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, u

    (b) iż-żoni fejn il-produzzjoni għal kull ettaru hija iktar baxxa minn massimu li jrid jiġi ffissat mill-Istati Membri, espress bħala kwantitajiet ta’ għeneb, ta’ mosti jew ta’ nbid, fit-termini ta’ l-Anness VI(I) mar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

    2. L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ EUR 476,76 għal kull ettaru kull sena. Il-għajnuna għandha titħallas lill-gruppi tal-produtturi jew lill-għaqdiet tagħhom.

    Madankollu, il-għajnuna għandha tingħata wkoll lill-produtturi individwali matul perjodu transitorju taż-żmien. Matul dan il-perjodu taż-żmien, il-għajnuna kollha għandha tiġi ġestita skond ir-regoli li jridu jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    3. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu kif meħtieġ skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    Il-KAPITOLU IV PATATA

    L- Artikolu 14

    1. Għandha tingħata għajnuna għal kull ettaru għall-kultivazzjoni tal-patata għall-konsum mill-bniedem li tidħol fil-kodiċi tan-NM 07019050 u 07019090.

    2. L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ EUR 596 għal kull ettaru.

    Il-għajnuna għandha titħallas sa limitu ta’ 9000 ettaru kkultivat u miġbur kull sena.

    3. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    Il-KAPITOLU V TABAKK

    L- Artikolu 15

    Spanja hija hawnhekk awtorizzata li tagħti għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk lill-Gżejjer Kanarji b’żieda mal-premium ipprovvdut fit-Titolu I tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 [14]. L-għotja ta’ din l-għajnuna ma għandhiex twassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi fil-gżejjer.

    L-ammont tal-għajnuna ma għandux ikun aktar mill-premium Komunitarju riferit fl-ewwel paragrafu. L-għajnuna addizzjonali għandha titħallas għal sa 10 tunnellati metriċi kull sena.

    L- Artikolu 16

    1. Ma għandhom jiġu applikati l-ebda dazji tad-dwana fuq l-importazzjonijiet diretti fil-Gżejjer Kanarji tat-tabakk mhux maħdum jew nofsu maħdum li jidħlu, rispettivament, fil-:

    - kodiċi tan-NM 2401,

    u s-sottotitoli li ġejjin:

    - 240110 It-Tabakk, biz-zokk mhux maqtugħ/imqaxxar,

    - 240120 It-Tabakk, biz-zokk maqtugħ/imqaxxar fl-intier tiegħu jew f’parti minnu,

    - ex240120 Il-kisjiet ta’ barra għas-sigarri ppreżentati fuq appoġġi, f’irkiekel għall-fabbriazzjoni tat-tabakk,

    - 240130 L-Iskart tat-tabakk,

    - ex24021000 sigarri mhux lesti mingħajr tqartis,

    - ex24031000 Biċċiet tal-fdaijiet tas-sigaretti (taħlitiet lesti ta’ tabakk għall-fabbrikazzjoni tas-sigaretti, is-sigarri, iċ-cheroots u s-sigarillos),

    - ex24039100 It-Tabakk omoġenizzat jew rikostitwit, sewwa jekk jitqiegħed f’folji jew strixxi u sewwa jekk le,

    - ex24039990 It-Tabakk imwessa’.

    L-eżenzjoni riferita fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika għall-prodotti maħsuba għall-fabbrikazjoni lokali tal-prodotti mit-tabakk, sa limitu ta’ importazzjoni annwali ta’ 20000 tunnellata metrika ta’ ekwivalenti tat-tabakk mhux maħdum imqaxxar.

    2. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    Il-KAPITOLU VI GĦASEL

    L- Artikolu 17

    1. Għandha tingħata għajnuna għall-produzzjoni ta’ għasel ta’ kwalità speċifiku għall-Gżejjer Kanarji, prodott mir-razza lokali tan-"naħal l-iswed".

    Il-għajnuna għandha titħallas lill-assoċjazzjonijiet ta’ dawk jrabbu n-naħal li huma rrikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi tan-numru tal-ġarar tan-naħal l-iswed fil-produzzjoni, sa limitu ta’ 15000 ġarra.

    L-ammont tal-għajnuna għandu jkun ta’ EUR 20 għall kull ġarra fil-produzzjoni għal kull sena tas-suq. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sena tas-suq għandha tibda mill-1 ta’ Lulju u tintemm fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

    2. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu kif meħtieġ skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    Il-KAPITOLU VII SIMBOLU GRAFIKU

    L- Artikolu 18

    1. Għandhom jiġu proposti mill-organizzazzjonijiet professjonali l-kondizzjonijiet dwar l-użu tas-simbolu grafiku introdott bil-ħsieb li jiżgura konoxxenza akbar u l-konsum ikbar tal-prodotti agrikoli ta’ kwalità, kemm jekk naturali u kemm jekk ipproċessati, speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji bħala reġjuni l-iktar imbiegħda. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jibagħtu dawn il-proposti, flimkien ma’ l-opinjoni tagħhom, għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

    L-użu tas-simbolu għandu jiġi mmonitorjat minn awtorità uffiċjali jew minn entità approvata mill-awtoritajiet Spanjoli.

    2. Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 21(2).

    It-TITOLU III DEROGI STRUTTURALI

    L- Artikolu 19

    1. Minkejja l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-valur totali tal-għajnuna, espress bħala perċentwal tal-volum ta’ l-investimenti eliġibbli, ma għandux jaqbeż il-75 % ta’ l-investimenti maħsuba b’mod partikolari sabiex jinkoraġġixxu d-diversifikazzjoni, ir-ristrutturazzjoni jew bidla għall-biedja sostenibbli fl-azjendi agrikoli ta’ daqs ekonomiku żgħir li għandhom jiġu ddefiniti fiż-żieda mal-programm riferit fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

    2. Minkejja l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-valur totali tal-għajnuna, espress bħala perċentwal tal-volum ta’ l-investimenti eliġibbli, ma għandux jaqbeż il-65 % ta’ l-investimenti fl-impriżi li jaħdmu fil-proċessar u l-marketing tal-prodotti agrikoli li jikkonsistu prinċipalment mill-prodotti lokali fis-setturi li jridu jiġu ddefiniti fiż-żieda mal-programm riferit fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999. Il-valur totali tal-għajnuna għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, taħt l-istess kondizzjonijiet, ma għandux jaqbeż il-75 %.

    3. Minkejja t-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-miżuri agro-ambjentali pprovduta fl-Artikoli 22, 23 u 24 ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ta’ 85 %.

    4. Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri ppjanati f’dan l-Artikolu fil-programmi operattivi għal dan ir-reġjun riferiti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

    It-TITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    L- Artikolu 20

    Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-poċedura tal-ġestjoni riferita fl-Artikolu 21(2).

    L- Artikolu 21

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 [15], jew mill-kumitati tal-ġestjoni stabbiliti bir-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti interessati.

    Fil-każ tal-prodotti agrikoli koperti bir-Regolament (KEE) Nru 827/68 [16] u l-prodotti li mhumiex koperti minn organizzazzjoni komuni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħopp stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 [17].

    Fil-każ tas-simbolu grafiku u każijiet oħra pprovvduti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel Friski stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    Għall-għanijiet sabiex jiġi implimentat it-Titolu III, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ l-Iżvilupp u l-Konverżjoni tar-Reġjuni u mill-Kumitat ta’ l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali, stabbiliti bl-Artikolu 48 u bl-Artikolu 50 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu taż-żmien ipprovvdut fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

    3. Il-Kumitati għandhom jadottaw ir-regoli tagħhom tal-proċedura.

    L- Artikolu 22

    Għall-prodotti agrikoli koperti bl-Anness I mat-Trattat, li għalihom japplikaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza għajnuna operattiva fis-setturi tal-produzzjoni, tal-proċessar u tal-marketing ta’ dawn il-prodotti, bil-ħsieb li jittaffew il-kostrizzjonijiet speċifiċi tal-biedja fil-Gżejjer Kanarji minħabba l-bgħid, l-insularità u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom.

    L- Artikolu 23

    Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament, għajr għall-Artikolu 19, għandhom jikkostitwixxu intervent biex jistabbilizza s-swieq agrikoli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 [18].

    L- Artikolu 24

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi jitħares dan ir-Regolament, b’mod partikolari dwar il-kontrolli u l-penali amministrattivi, u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

    Ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura pprovvduta fl-Artikolu 21(2).

    L- Artikolu 25

    1. Spanja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament.

    2. Sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-ħames sena ta’ l-applikazzjoni tas-sistema, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali lill-Parlament u lill-Kunsill li juri l-impatt ta’ l-azzjoni meħuda skond dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti approprjati.

    L- Artikolu 26

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 [19] huwa hawnhekk imħassar. Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal- korrelazzjoni fl-Anness II.

    L- Artikolu 27

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 19 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ġunju 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Rosengren

    [1] Opinjoni mogħtija fl-14 ta’ Ġunju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1911/91 tas-26 ta’ Ġunju 1991 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet Komunitarji għall-Gżejjer Kanarji (ĠU L 171, tad-29.6.1991, p. 1). Regolamemt kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1105/2001 (ĠU L 151, tas-7.6.2001, p. 1).

    [3] ĠU L 171, tad-29.6.1991, p. 5.

    [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanziji (FAEGG) (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80).

    [5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1).

    [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    [7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21).

    [8] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-premiums (ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 30). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2001 (ĠU L 29, tal-31.1.2001, p. 27).

    [9] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-muntun u l-laħam tal-mogħża (ĠU L 312, tal-20.11.1998, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1669/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 8).

    [10] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1323/90 ta’ l-14 ta’ Mejju 1990 li jistituzzjonalizza l-għajnuna speċifika għat-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż f’ċerti żoni inqas favoriti fil-Komunità (ĠU L 132, tat-23.5.1990, p. 17). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 193/98 (ĠU L 20, tas-27.1.1998, p. 18).

    [11] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (ĠU L 297, tal-20.11.1996, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

    [12] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (ĠU L 297, tal-20.11.1996, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

    [13] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid (ĠU L 143, tas-16.6.2000, p. 1).

    [14] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq fit-tabakk mhux maħdum (ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1336/2000 (ĠU L 154, tas-27.6.2000, p. 2).

    [15] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1).

    [16] Ir-Regolament (KEE) Nru 827/68 tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’ċerti prodotti elenkati fl-Anness II mat-Trattat (ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 16). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105).

    [17] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħopp (ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 191/2000 (ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 4).

    [18] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103).

    [19] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li jirrigwarda miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji dwar ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Il-lista tal-prodotti koperti bl-arranġanenti tal-provvisti speċifiċi pprovvduti fl-Artikolu 3

    Deskrizzjoni | Kodiċi tan-NM |

    Iċ-Ċereali u l-prodotti miċ-ċereali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għall-għalf tal-bhejjem | |

    Il-Maltu | 1107 |

    Ħopp | 1210 |

    Ross | 1006 |

    Iż-Żejt mill-Ġxejjex ta’ l-ikel | minn ex 1507 sa 1516 |

    Zokkor | 1701 u 1702 (għajr għall-isoglukosi) |

    Meraq ikkonċentrat tal-frott (materji prima) għajr dak eliġibbli taħt l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament | 2007 99 u 2008 |

    Laħam taċ-ċanga u l-vitella frisk jew imkessaħ | 0201 |

    Laħam taċ-ċanga u l-vitella ffriżati | 0202 |

    Laħam tal-majjal iffriżat | 0203 21, 22, 29 |

    Laħam tat-tjur iffriżat | 0207 21, 22, 41, 42, 43, 50 |

    Bajd imnixxef (għall-industrija ta’ l-ikel) | 0408 |

    Żerriegħa tal-patata | 0701 10 00 |

    Ħalib u prodotti tal-ħalib | |

    Ħalib likwidu | 0401 |

    Ħalib ikkonċentrat jew it-trab tal-ħalib | 0402 |

    Butir | 0405 |

    Ġobon | 0406 30, 0406 90 23, 25, 27, 77, 79, 81, 89 |

    Tħejjijiet imsejsa fuq il-ħalib għat-tfal | 2106 90 91 |

    Li ma jkollhomx xaħam tal-bhejjem | 1901 90 90 |

    Dqiq oħxon u l-gerbub tax-Xnien (alfalfa) | 1214 10 00 |

    Prodott solidu miż-żejt ippressat għall-għalf u fdalijiet oħra solidi mill-estrazzjoni taż-żejt tas-soja | 2304 00 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Tabella tal-korrelazzjoni

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 | Dan ir-Regolament |

    L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

    L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

    L-Artikolu 3(1) | L-ewwel subparagafu ta' l-Artikolu 3(1) |

    It-tieni subparagafu ta' l-Artikolu 3(1) |

    L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 3(2) |

    L-Artikolu 3(3) | L-Artikolu 3(3) |

    L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 |

    L-Artikolu 5 | L-Artikolu 7(1), it-tielet subparagafu |

    L-Artikolu 6 | L-Artikolu 16 |

    L-Artikolu 7 | L-Artikolu 3(4) |

    L-Artikolu 8(1) | L-ewwel subparagafu ta' l-Artikolu 3(5) |

    It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(5) |

    L-Artikolu 8(2) | It-tielet subparagrafu ta' l--Artikolu 3(5) |

    L-Artikolu 8(3) | L-Artikolu 3(6) |

    L-Artikolu 9 | It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 3(5) |

    L-Artikolu 10(1) | L-Artikolu 5(1) |

    L-Artikolu 10(2) | Imħassar |

    L-Artikolu 5(2) |

    L-Artikolu 10(3) | L-Artikolu 5(3) |

    L-Artikolu 5(4) |

    L-Artikolu 5(5) |

    L-Artikolu 5(6) |

    L-Artikolu 11 | L-Artikolu 8 |

    L-Artikolu 12 | Imħassar |

    L-Artikolu 13 | L-Artikolu 6 |

    L-Artikolu 7 |

    L-Artikolu 14 | Imħassar |

    L-Artikolu 15 | L-Artikolu 9 |

    L-Artikolu 16 | L-Artikolu 10 |

    L-Artikolu 17 | L-Artikolu 11 |

    L-Artikolu 18 | L-Artikolu 12 |

    L-Artikolu 19 | L-Artikolu 13 |

    L-Artikolu 20 | L-Artikolu 14 |

    L-Artikolu 21 | Imħassar |

    L-Artikolu 22 | Imħassar |

    L-Artikolu 23 | L-Artikolu 15 |

    L-Artikolu 24 | L-Artikolu 17 |

    L-Artikolu 25 | Imħassar |

    L-Artikolu 26 | L-Artikolu 18 |

    L-Artikolu 27 | L-Artikolu 19 |

    L-Artikolu 28 | Imħassar |

    L-Artikolu 20 |

    L-Artikolu 21 |

    L-Artikolu 22 |

    L-Artikolu 29 | L-Artikolu 23 |

    L-Artikolu 24 |

    L-Artikolu 30 | L-Artikolu 25 |

    L-Artikolu 26 |

    L-Artikolu 31 | L-Artikolu 27 |

    L-Anness | L-ANNESS I |

    L-ANNESS II |

    --------------------------------------------------

    Top