Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1043

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 1474/95, (KE) Nru 1866/95, (KE) Nru 1251/96, (KE) Nru 2497/97, (KE) Nru 1899/97, (KE) Nru 1396/98 u (KE) Nru 704/1999 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi tal-Komunità fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd

    ĠU L 145, 31.5.2001, p. 24–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1383 U 32007R1384

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1043/oj

    32001R1043



    Official Journal L 145 , 31/05/2001 P. 0024 - 0027


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2001

    tat-30 ta' Mejju 2001

    li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 1474/95, (KE) Nru 1866/95, (KE) Nru 1251/96, (KE) Nru 2497/97, (KE) Nru 1899/97, (KE) Nru 1396/98 u (KE) Nru 704/1999 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi tal-Komunità fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/96(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 [2], l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 15 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 15, tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni ta' kummerċ għall-ovalbumina u l-lattolbumina [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2916/95(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 10 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċanga ta' kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, laħam tat-tjur, qamħ u ċereali, granza, smida u residwi oħra [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 [7], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fi Skeda CXL mħejjija mat-tmiem tan-negozjati GATT XXIV.6 [8], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati AKP) u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 715/90 [9], u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1349/2000 tad-19 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa ma’ l-Estonja [10], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2677/2000 [11], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1727/2000 tal-31 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa ma’ l-Ungerija [12], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2290/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa mal-Bulgarija [13], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2341/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa mal-Latvja [14], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2433/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa mar-Repubblika Ċeka [15], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2434/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa mar-Repubblika Slovakka [16], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2435/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa mar-Rumanija [17], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2475/2000 tas-7 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa ma’ l-Islovenja [18], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2766/2000 ta' l-14 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa mal-Litwanja [19], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2851/95 tat-22 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa mar-Repubblika tal-Polonja u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 3066/95 [20], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(4) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 [21], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2719/1999 [22], li jistabilixxi regoli dettalljati għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ta' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti agrikoli oħra.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1474/95 [23], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1356/2000 [24], jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa fis-settur tal-bajd u għall-albumina tal-bajd li jirriżultaw mill-ftehim konkluż matul il-Laqgħa ta' l-Urugwaj tan-negozjati dwar il-kummerċ multilaterali.

    (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1866/95 [25], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2807/2000 [26], jistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ta' l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim dwar il-kummerċ ħieles u materji li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ bejn il-Komunità, minn naħa l-waħda, u l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, minn naħa l-oħra.

    (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/96 [27], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1357/2000 [28], jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa fis-settur tal-laħam tat-tjur.

    (5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/96 [29], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1514/97 [30], li jistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ta' l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael.

    (6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1899/97 [31], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2865/2000 [32], jistabbilixxi regoli ta' l-applikazzjoni fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd għall-arranġamenti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 u jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2699/93 u (KE) Nru 1559/94.

    (7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1396/98 [33] jistabbilixxi proċeduri sabiex ikun applikat fis-settur tal-laħam tat-tjur ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija, jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95.

    (8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 704/1999 [34], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' bajd u prodotti tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u Paċifiċi (Stati AKP) u jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 903/90.

    (9) Il-validità ta' liċenzi ta' l-importazzjoni għandha tiskadi fl-aħħar ta' kull sena ta' kwota nhar il-31 ta' Diċembru jew it-30 ta' Ġunju. Sabiex jitħalla kummerċ kontinwu permezz ta' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni għall-bajd u l-laħam tat-tjur u sabiex tkun assigurata effiċjenza amministrattiva, il-perjodu għad-dħul ta' liċenzi għandu jinġieb il-quddiem għax-xahar ta' qabel kull tlett xhur. Sabiex ikun assigurat ħruġ mgħaġġel biżżejjed ta' liċenzi, il-perjodu li fih jistgħu jiddaħħlu applikazzjonijiet għandu jiġi mnaqqas minn 10’ ijiem għal 7’ ijiem.

    (10) Sabiex ikun assigurat management xieraq tal-kwantitajiet permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1866/95 u (KE) Nru 2497/98, (KE) Nru 1899/97 u (KE) Nru 1396/98, hemm bżonn li tiġi ffissata data finali għall-validità ta' liċenzi fl-aħħar ta' kull sena ta' kwota.

    (11) Sabiex tkun assigurata amministrazzjoni tajba ta' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha jkollha fid-disposizzjoni tagħha informazzjoni preċiża pprovduta mill-Istati Membri dwar il-kwantitajiet fil-fatt importati. Sabiex l-affarijiet ikunu ċari, għandu jintuża mudell wieħed mill-Istati Membri sabiex jinnotifikaw il-kwantitajiet lill-Kummissjoni.

    (12) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv dwar il-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 1866/95, (KE) Nru 2497/96, (KE) Nru 1899/97 u (KE) Nru 1396/98 huma emendati kif ġej:

    (a) L-Artikolu 4(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandhom jiddaħħlu matul l-ewwel sebgħa t'ijiem tax-xahar ta' qabel kull perjodu kif speċifikat fl-Artikolu 2.";

    (b) Il-paragrafu 8 li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 4:

    "8. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel l-aħħar tar-raba’ xahar ta' wara kull perjodu annwali speċifikat fl-Anness I, bil-volum totali tal-prodotti importati għal kull wieħed mill-gruppi taħt dan ir-Regolament, matul dak il-perjodu.

    In-notifiki kollha, li jinkludu dawk "xejn";, għandhom isiru billi jużaw il-mudell fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.";

    (ċ) Is-segwenti huwa miżjud ma’ l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 5:

    "B'dana kollu, l-validità tal-liċenzi ma għandhiex teċċedi t-tmiem ta' l-aħħar perjodu tas-sena li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2 li għalih tkun ġiet maħruġa l-liċenza."

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 1431/94 huwa emendat kif ġej:

    (a) L-Artikolu 4(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandhom jiddaħħlu matul l-ewwel sebgħa t'ijiem tax-xahar ta' qabel kull perjodu kif speċifikat fl-Artikolu 2.";

    (b) il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 4:

    "7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel l-aħħar tar-raba’ xahar ta' wara kull perjodu annwali speċifikat fl-Anness I, bil-volum totali tal-prodotti importati għal kull wieħed mill-gruppi taħt dan ir-Regolament, matul dak il-perjodu.

    In-notifiki kollha, li jinkludu dawk "xejn", għandhom isiru billi jużaw il-mudell fl-Anness IV għal dan ir-Regolament."

    Artikolu 3

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 1474/95 u (KE) Nru 1251/96 huma emendati kif ġej:

    (a) L-Artikolu 5(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandhom jiddaħħlu matul l-ewwel sebgħa t'ijiem tax-xahar ta' qabel kull perjodu kif speċifikat fl-Artikolu 2.";

    (b) il-paragrafu 8 li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 5:

    "8. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel l-aħħar tar-raba’ xahar ta' wara kull perjodu annwali speċifikat fl-Anness I, bil-volum totali tal-prodotti importati għal kull wieħed mill-gruppi taħt dan ir-Regolament, matul dak il-perjodu.

    In-notifiki kollha, li jinkludu dawk "xejn", għandhom isiru billi jużaw il-mudell fl-Anness IV għal dan ir-Regolament."

    Artikolu 4

    Ir-Regolament (KE) Nru 704/1999 huwa emendat kif ġej:

    (a) L-Artikolu 4(4) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "4. L-applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom jiddaħħlu matul l-ewwel sebgħa t'ijiem tax-xahar ta' qabel kull perjodu kif speċifikat fl-Artikolu 3.";

    (b) il-paragrafu 9 li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 4:

    "9. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel l-aħħar tar-raba’ xahar ta' wara kull perjodu annwali speċifikat fl-Anness I, bil-volum totali tal-prodotti mportati għal kull wieħed mill-gruppi taħt dan ir-Regolament, matul dak il-perjodu.

    In-notifiki kollha, li jinkludu dawk "xejn", għandhom isiru billi jużaw il-mudell fl-Anness IV għal dan ir-Regolament."

    Artikolu 5

    L-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness IV għar-Regolamenti (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 1474/95, (KE) Nru 1866/95, (KE) Nru 1251/96, (KE) Nru 2497/96, (KE) Nru 1899/97, (KE) Nru 1396/98 u (KE) Nru 704/1999.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Mejju 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 49.

    [2] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 99.

    [3] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.

    [4] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 49.

    [5] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 104.

    [6] ĠU L 91, tat-8.4.1994, p. 1.

    [7] ĠU L 221, tad-19.9.1995, p. 3.

    [8] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

    [9] ĠU L 215, ta' l-1.8.1998, p. 12.

    [10] ĠU L 155, tat-28.6.2000, p. 1.

    [11] ĠU L 308, tat-8.12.2000, p. 7.

    [12] ĠU L 198, ta' l-4.8.2000, p. 6.

    [13] ĠU L 262, tas-17.10.2000, p. 1.

    [14] ĠU L 271, ta' l-24.10.2000, p. 7.

    [15] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 1.

    [16] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 9.

    [17] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 17.

    [18] ĠU L 286, tal-11.11.2000, p. 15.

    [19] ĠU L 321, tad-19.12.2000, p. 8.

    [20] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 7.

    [21] ĠU L 156, tat-23.6.1994, p. 9.

    [22] ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 48.

    [23] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 19.

    [24] ĠU L 155, tat-28.6.2000, p. 36.

    [25] ĠU L 179, tad-29.7.1995, p. 26.

    [26] ĠU L 326, tat-22.12.2000, p. 10.

    [27] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 136.

    [28] ĠU L 155, tat-28.6.2000, p. 38.

    [29] ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 48.

    [30] ĠU L 204, tal-31.7.1997, p. 16.

    [31] ĠU L 267, tat-30.9.1997, p. 67.

    [32] ĠU L 333, tad-29.12.2000, p. 6.

    [33] ĠU L 187, ta' l-1.7.1998, p. 41.

    [34] ĠU L 89, ta' l-1.4.1999, p. 29.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    ANNESS IV

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    Top