Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0466

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikelTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007; Imħassar b' 32006R1881

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/466/oj

    32001R0466



    Official Journal L 077 , 16/03/2001 P. 0001 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001

    tat-8 ta' Marzu 2001

    li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-kontaminanti fl-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel (SCF)

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 jipprovdi illi jridu jiġu ffissati l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika. Dawn il-livelli massimi jridu jiġu adottati fil-għamla ta' lista Komunitarja mhux eżawrjenti li jista’ jkun fiha l-livelli għall-istess kontaminant f'oġġetti ta' l-ikel differenti. Il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u ta' l-analiżi li jridu jiġu applikati jistgħu jiġu speċifikati.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissoni (KE) Nru 194/97 tal-31 ta' Jannar 1997, li jiffissa l-livelli massimi għal-ċerti kontaminanti fl-oġġetti t' l-ikel [2] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1566/1999 [3], ġie emendat sostanzjalment numru ta' drabi. Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi, għandu jiġi abbozzat mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

    (3) Huwa essenzjali, sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika, li l-kontaminati jinżammu f'livelli li huma aċċettabbli tossikoloġikament. il-preżenza tal-kontaminanti trid tiġi mnaqqsa b'mod iktar bir-reqqa kull meta possibbli permezz ta' prattiċi tajba tal-fabbrikazzjoni jew tal-biedja, sabiex jinkiseb livell ogħla ta' protezzjoni għas-saħħa, speċjalment għal gruppi sensittivi tal-popolazzjoni.

    (4) Billi, minħabba d-disparitajiet bejn il-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward il-livelli massimi għall-kontaminanti f'ċerti oġġetti ta' l-ikel u r-riskju konsegwenti ta' tagħwiġ fil-kompetizzjoni, huma meħtieġa miżuri Komunitarji sabiex tiġi żgurata l-unita tas-suq filwaqt li jżommu mal-prinċipju tal-proporzjonalita;

    (5) Billi l-Istati Membri jridu jadottaw miżuri xieraqi tas-sorveljanza rigward il-preżenza ta' kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel.

    (6) Sa issa, l-leġislazzjoni Komunitarja ma tiffissax livelli massimi għall-kontaminanti fl-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar koperti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE [4] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/50/KE [5], u d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/5/KE [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/39/KE [7]. Wara li ġie kkonsultat il-SCF, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli speċifiċi massimi għal dawn l-oġġetti ta' l-ikel. Sa dak in-nhar għandhom japplikaw ukoll il-livelli ffissati f’dan ir-Regolament għal dawn l-oġġetti ta' l-ikel safejn u sakemm ma’ jkunu ġew stabbiliti livelli iktar stretti bil-leġislazzjoni nazzjonali.

    (7) L-ingredjenti ta' l-ikel użati fil-produzzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel komposti għandhom iħarsu l-livelli massimi ffisati f'dan ir-Regolament minn qabel iż-żieda ma’ l-oġġett ta' l-ikel imsemmi sabiex jiġi evitat li dana jinħall.

    (8) Il-ħxejjex ta' l-ikel huma s-sors maġġuri tan-nitrati li jiekol il-bniedem. Il-SCF fl-opinjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 1995 iddikjara illi t-total ta' kemm jittieħdu nitrati huwa normalment ħafna iktar baxx mill-assorbiment ta' kuljum aċċettabbli. Madanollu, hija rrakkommandata l-kontinwazzjoni ta' l-isforzi sabiex titnaqqas l-esposizzjoni għan-nitrati permezz ta' l-ikel u l-ilma ġaladarba n-nitrati jistgħu jiġu maqluba f'nitriti u nitrosamini, u huwa mħeġġeġ illi jiġu adottati prattiċi tajba tal-biedja sabiex jiġi żgurat illi l-livelli tan-nitrati jkunu baxxi daqskemm jistgħu jinkisbu b'mod raġjonevoli. Il-SCF enfasizza lli t-tħassib dwar il-preżenza tan-nitrati ma għandux jiskoraġġixxi ż-żieda fil-konsum tal-ħxejjex ta' l-ikel ġaladarba l-ħxejjex ta' l-ikel għandhom funzjoni nutrimentali essenzjali u għandhom rwol importanti fil-protezzjoni tas-saħħa.

    (9) Miżuri speċifiċi ddisinjati sabiex jikkontrollaw aħjar is-sorsi tan-nitrati flimkien mal-kodiċijiet tal-prattika tajba tal-biedja jistgħu jgħinu li jitnaqqsu l-livelli tan-nitrati fil-ħxejjex ta' l-ikel. Madankollu, l-kondizzjonijiet tal-klima wkoll jinfluwenzaw il-livelli tan-nitrati f'ċerti ħejjex ta' l-ikel. Għandhom għalhekk jiġu ffissati livelli massimi differenti għall-ħxejjex ta' l-ikel skond l-istaġun. Il-kondizzjonijiet klimatiċi jvarjaw ħafna f'partijiet differentri tal-Komunità. Għalhekk, l-Istati membri għandhom jitħallew, għal perjodu transitorju ta' żmien, jawtorizzaw il-marketing tal-ħass u l-ispinaċi mkabbra u maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom livelli tan-nitrat iktar għolja minn dawk iffissati fil-punti 1.1 u 1.3 ta' l-Anness I, sakemm il-kwantitajiet preżenti jibqgħu aċċettabbli mil-lat tas-saħħa pubblika.

    (10) Il-produtturi tal-ħass u l-ispinaċi stabbiliti fl-Istati Membri li jkunu taw l-awtorizzazzjonijiet msemmija hawn fuq għandhom jimmodifikaw progressivament il-metodi tagħhom tal-biedja billi japplikaw il-prattiċi tajba rrakkomandati fil-livell nazzjonali, sabiex fl-aħħar tal-perijodu transitorju taż-żmien jikkonformaw mal-livelli massimi stabbiliti fil-livell Komunitarju. Huwa mixtieq illi jinkisbu valuri komuni mill-aktar fis possibbli.

    (11) Il-livelli stabbiliti għall-ħass u l-ispinaċi għandhom jiġu rriveduti u, jekk possibbli, imnaqqsa qabel l-1 ta' Jannar 2002. Din ir-reviżjoni trid tkun imsejsa fuq il-monitoraġġ imwettaq mill-Istati Membri u l-applikazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-prattika tajba tal-biedja sabiex jiġu ffisati livelli massimi baxxi daqs kemm jistgħu jinkisbu b'mod raġjonevoli.

    (12) Il-monitoraġġ tal-livelli tan-nitrat fil-ħass u l-ispinaċi u l-applikazzjoni ta' prattiċi tajba tal-biedja għandhom jitwettqu billi jintużaw il-mezzi xieraqi għall-mira, ir-riżultati tal-monitoraġġ miksuba u l-esperjenza ggwadanjata. Trid tiġi osservata l-applikazzjoni tal-kodiċijiet tal-prattika tajba tal-biedja f’uħud mill-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq illi kull sena l-Istati membri jikkomunikaw ir-riżultati tal-monitoraġġ tagħhom u jirrappurtaw dwar il-miżuri meħuda u l-progress rigward l-applikazzjoni tal-kodiċijiet tal-prattika tajba tal-biedja sabiex inaqqsu l-livelli tan-nitrati u li skambju tal-veduti ma’ l-Istati Membri dwar dawn ir-rapporti jrid isir kull sena.

    (13) Il-limiti l-baxxi jiġu ffissati għall-ħass imkabbar fl-apert iktar milli għall-ħass imkabbar fis-serra, u sabiex jitħalla l-kontroll effettiv, il-limiti ffissati għall-ħass imkabbar fl-apert għandhom japplikaw ukoll għall-ħass imkabbar fis-serra fl-assenza ta' tikkettjar preċiż.

    (14) L-aflatossini huma mikotossini prodotti minn ċerti speċji ta' Asperillus, li jiżviluppaw f'temperaturi u livelli ta' l-umdita għolja L-aflatossini huma sustanzi ġenotosiċi u karċinoġeniċi u jistgħu jkunu preżenti f'numru kbir ta' ikel. Għas-sustanzi ta' dan it-tip ma teżisti l-ebda għatba li taħtha ma jiġi osservat l-ebda effett ta' ħsara. Għalhekk ma jista jiġi ffissat l-ebda assorbiment ta' kuljum tolerabbli. Il-għerf xjentifiku u tekniku korrenti u t-titjib fil-produzzjoni u l-mod tat-teknika tal-ħażna ma jipprevjenux l-iżvilupp ta' dawn il-mofof u b'konsegwenza ta' dan ma jippermettux li tiġi eliminata għal kollox il-preżenza ta' l-aflatossini fl-ikel. Huwa għalhekk tal-parir li jiġu ffissati limiti baxxi daqs kemm jistgħu jinkisbu b'mod raġjonevoli.

    (15) Għandhom jiġu inkoraġġiti sforzi sabiex jittejbu l-metodi tal-produzzjoni, tal-ħsad u tal-ħażna sabiex jitnaqqas l-iżvilupp tal-mofof. Il-grupp ta' l-aflatossini jinkludi numru ta' komposti ta' tossiċità u frekwenza varji fl-ikel. L-aflatossin B1 huwa bla dubju ta' xejn il-kompost l-iktar tossiku. Huwa tal-parir, għar-raġunijiet ta' sigurta, li jiġu limitati kemm il-kontenut totali ta' l-aflatossin fl-ikel (il-komposti B1, B2, G1 u G2) u l-kontenut ta' l-aflatossin B1. L-aflatossin M1 huwa prodott metaboliku ta' l-aflatossin B1, u huwa preżenti fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib mill-annimali li jkunu kkunsmaw ikel ikkontaminat. Saħansitra jekk l-aflatossin M1 jiġi meqjus bħala sustanza ġenotossi karċinoġenika inqas perikoluża mill-alflatossin B1, huwa meħtieġ li tiġi pprevenuta l-preżenza tiegħu fil-ħalib u l-prodoti mill-ħalib għall-konsum mill-bniedem u b'mod partikolari mit-tfal żgħar.

    (16) Huwa magħruf illi l-metodu tal-għażla jew metodi oħra ta' trattament fiżiku jagħmlu posibbli illi jitnaqqas il-kontenut ta' l-aflatossin fil-karawett, il-ġewż u l-frott imnixxef. Sabiex jiġu mminimizzati l-effetti fuq il-kummerċ, huwa konsegwentement mixtieq li jiġi ammess kontenut ogħla ta' l-aflatossin għal dawk il-prodotti li ma jkunux maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew bħala ingredjenti fl-oġġetti ta' l-ikel. F'dawn il-każijiet, il-limiti massimi ta' l-aflatossini ġew iffissati billi tqiesu fl-istess ħin l-effetti possibbli magħrufa tat-trattamenti imsemmija hawn fuq tal-karawett, il-ġewż u l-frott imnixxef rispettivament u l-ħtieġa tat-tħaris, wara t-trattament, tal-limiti massimi ffissati għal dawk il-prodotti maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew sabiex jiġu wżati bħala ingredjenti fl-oġġetti ta' l-ikel. Fil-każ taċ-ċereali, ma jistax jiġi eskluż illi l-metodi ta' l-għażla jew ta' trattamenti oħra fiżiċi jistgħu inaqqsu l-livell tat-tniġġiż ta' l-aflatossini. Sabiex tkun tista’ tiġi ċċekkjata l-effikaċja reali ta' dawn il-metodi u, jekk meħtieġ, sabiex jiġu ffissati l-limiti massimi għaċ-ċereali mhux ipproċessati, huwa previst għal perjodu limitat taż-żmien li jiġu applikati il-limiti massimi stabbiliti fl-Anness I għaċ-ċereali u l-prodotti pproċessati tagħhom maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel biss. Fin-nuqqas ta' informazzjoni li tiġġustifika li jiġi ffissat il-limitu massimu għaċ-ċereali mhux ipproċessati, wara perjodu ddefinit sewwa taż-żmien, il-limitu massimu stabbilit għaċ-ċereali u għall-prodotti pproċessati tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew bħala ingredjent ta' l-ikel, irid japplika wkoll għaċ-ċereali mhux ipproċessati.

    (17) Sabiex jitħalla l-kontroll effettiv rigward il-limiti varji fissati għall-prodotti in kwistjoni, huwa xieraq li tkun magħrufa d-destinazzjoni eżatta b’ tikkettjar xieraq. Il-prodotti b’ livelli ta' aflatossin li jaqbżu l-limitu massimu ma’ jistgħux jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni, jew bħala ta' hekk, wara taħlita ma’ oġġetti oħra ta' l-ikel jew bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel. Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 315/93, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-disposizzjonijiet nazzjonali tagħhom li jirrigwardaw il-limiti massimi ta' l-aflatossini f'ċerti oġġetti ta' l-ikel li għalihom ma ġiet adotta l-ebda disposizzjoni Komunitarja;

    (18) L-assorbiment taċ-ċomb jista’ jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa pubblika. Iċ-ċomb jista’ jikkaġuna tnaqqis fl-iżvilupp tal-konoxxenza u tat-twettiq tax-xogħol intellettwali fit-tfal u żieda fil-pressjoni tad-demm tal-mard kardjovaskulari fil-kbar. Matul l-aħħar għaxar snin il-livelli fl-ikel naqsu b'mod sinifikanti minħabba l-konoxxenza taċ-ċomb bħal problema tas-saħħa u l-isforzi li għandom x’jaqsmu mas-sors sabiex titnaqqas l-emissjoni taċ-ċomb titjib fl-assigurazzjoni tal-kwalita’ fl-analiżi kimika. Il-SCF kkonkluda fl-opinjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 1992 illi l-livell medju taċ-ċomb fl-oġġetti ta' l-ikel ma jidhirx li huwa kawża għall-allarm, madankollu, għandha ssegwi azzjoni fuq skond fit-tul mil-mira li jitbaxxew iktar il-livelli taċ-ċomb fl-oġġeti ta' l-ikel. Għalhekk, il-livelli massimi għandhom ikunu baxxi daqs kemm jista’ jkun b’ mod raġjonevoli.

    (19) Il-kadmju jista’ jakkumula fil-ġisem tal-bniedem u jista’ jikkaġuna n-nuqqas fil-funzjoni tal-kliewi, ħsara fil-għadam u defiċjenzi fir-riproduzzjoni. Ma jistax jiġi eskluż li jaħdem bħala karċinoġenu għall-bniedem. Il-SCF, fl-opinjoni tiegħu tat-2 ta' Ġunju 1995, irrakkommanda sforzi ikbar sabiex titnaqqas l-esposizzjoni tad-dieta għall-kadmju ġaladarba l-oġġetti ta' l-ikel huma s-sors ewlieni ta' l-assorbiment tal-kadmju mill-bniedem. Għalhekk, il-livelli massimi għandhom ikunu baxxi daqs kemm jista’ jinkiseb b'mod raġjonevoli.

    (20) Il-metilmerkurju jista’ jikkaġuna bidliet fl-iżvilupp normali tat-trabi u f'livelli iktar għolja jistgħu jikkaġunaw bidliet newroloġiċi fil-kbar. Il-merkurju iniġġeż l-iktar lill-ħut u l-prodotti mis-sajd. Sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika mil-livelli massimi tal-merkurju fil-prodotti mis-sajd huma stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummssjni 93/351/KEE [8]. Għar-raġunijiet tat-trasparenza, il-miżuri rilevanti stabbiliti b'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ttrasferiti għar-Regolament preżenti u aġġornati. Il-livelli għandhom ikunu baxxi daqs kemm jista’ jinkiseb b'mod raġjonevoli, filwaqt li jitqies illi għal raġunijiet psikoloġiċi ċerti speċji jikkonċentraw il-merkurju b'mod eħfef fit-tessut tagħhom minn oħrajn.

    (21) It-3-monokloropropane-1,2-dijol (3 MCDP) jiġi maħluq matul il-proċessar ta' l-ikel taħt ċerti kondizzjonijiet. B'mod partikolari, jist’ jiġi prodott matul il-fabbrikazzjoni ta' l-ingredjent "proteina idrolizzata tal-ħxejjex ta' l-ikel" ta' l-ikel li jqajjem l-aptit li jiġi prodott permezz tal-metodu ta' l-idrolisi ta' l-aċidu (l-aċidu-HVP). Bl-aġġustament tal-proċessi tal-produzzjoni, inkiseb tnaqqis sinifikanti tat-3-MCPD fil-prodott imsemmi hawn fuq dawn l-aħħar snin. Dan l-aħħar, numru ta' Stati Membri irrapportaw ukoll livelli għolja tat-3-MRCP f’ ċerti kampjuni taz-zalza tas-sojja. Sabiex tiġi infurzata l-prattika t-tajba fil-fabbrikazzjoni u sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika, għandhom jiġu sabbiliti livelli massimi għat-3-MCDP. Fl-opinjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 1994, li kienet ikkonfermat fit-12 ta' Ġunju 1997, il-SCF ta l-parir illi t-3-MCPD għandu jitqies bħala kardinoġenu ġenotossiku u li l-fdalijiet tat-3-MCPF fil-prodotti ta' l-ikel ma għandhomx jinkixfu. L-istudji tossilokoloġiċi mwettqa dan l-aħħar jindikaw illi s-sustanza taġixxi bħala karċinipenu penotossiku in vivo.

    (22) Il-livelli massimi ffissati fl-Anness I għat-3-MCPD huma msejsa fuq l-opinjoni tal-SCF. Il-SCF jrid jivvaluta mill-ġdid it-tossiċità tat-3-MCPD fid-dawl ta' l-istudji ġodda. L-adegwatezza tal-livelli massimi għandha titqies mill-ġdid hekk kif tkun disponibbli l-opinjoni tal-SCF. L-Istati membri hum mitluba li jeżaminaw oġġetti oħra ta' l-ikel għall-okkorrenza tat-3-MCPD sabiex jikkunsidraw il-ħtieġa li jiddissaw il-livelli massimi għal oġġetti miżjuda ta' l-ikel.

    (23) Kull livell massimu adottat fil-livell Komunitarju jrid jiġi rrivedut regolarment sabiex iqis l-avvanz ta' l-għerf xjentifiku u tekniku u t-titjib fil-prattiki tal-fabbrikazzjoni u l-biedja bil-mira li jinkisbu livelli dejjem imnaqqsa iktar.

    (24) Il-miżuri provvduti f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Oġġetti ta' l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. L-oġġetti ta' l-ikel indikati fl-Anness I ma jridx ikun fihom livelli ta' kontaminanti ogħla minn dawk speċifikati f'dan l-Anness meta jitqiegħdu fis-suq.

    2. Il-livelli massimi speċifikati fl-Anness I għandhom japplikaw għall-parti li tittiekel ta' l-oġġetti ta' l-ikel imsemmija.

    3. It-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta' l-analiżi għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness I.

    Artikolu 2

    1. Fil-każ tal-prodotti, għajr dawk imsemmija taħt l-Artikolu 4(1), li huma mnixxfa, maħlula, ipproċessati jew komposti minn iktar minn ingredjent wieħed, il-livell massimu applikabli għandu jkun dak stabbilit fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu rispettivament:

    (a) il-bidliet fil-konċentrazzjoni tal-kontaminat ikkaġunat bil-proċessi tat-tnixxif jew tat-tagħmid,

    (a) il-bidliet fil-konċentrazzjoni tal-kontaminat ikkaġunat mill-proċessar,

    (ċ) il-proporzjonijiet relattivi ta' l-ingredjenti fil-prodott u

    (d) il-limitu analitiku tal-kwantifikazzjoni.

    L-ewwel sub-paragrafu għandu japplika safejn u sakemm ma jiġu ffissati ebda livell għal dawn il-prodotti mnixxfa, ipproċessati jew komposti.

    2. Il-livelli massimi speċifikati fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll għall-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar kopert bid-Direttiva 91/321/KEE u d-Direttiva 95/5/KE safejn u sakemm ma jkun ġie ffissat l-ebda livell iktar strett bil-leġislazzjoni nazzjonali għall-prodotti speċifikati ta' l-oġġetti ta' l-ikel, filwaqt li jiqiesu rispettivament il-bidliet fil-konċentrazzjoni tal-kontaminant ikkaġunati bit-tnixxif, it-tagħmid jew l-iproċessar u l-konċentrazzjonijiet relattivi ta' l-ingredenti fil-prodott. Għandhom jiġu stabbiliti l-iktar tard sal-5 ta' Aril 2004 il-livelli massimi speċifiċi tal-kontaminanti għal dawn l-oġġetti ta' l-ikel.

    3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3(1) u 4(3), huwa pprojbit li jintaw il-prodotti bħala ingredjenti ta' l-ikel għall-produzzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel kompost li ma jikkonformawx mal-livelli massimi ffisati fl-Anness I.

    Artikolu 3

    1. L-Istati Membri jistgħu, meta ġġustifikat, jawtorizzaw għal perjodu transitorju taż-żmien it-tqegħid fis-suq tal-ħass u l-ispinaċi mkabbra u maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom, b'livelli ta' nitrati ogħla minn dawk iffissati bħala liveli massimi fil-punti 1.1 u 1.3 ta' l-Anness sakemm jiġu applikati l-kodiċijiet tal-prattika t-tajba tal-biedja sabiex jinkiseb progress gradwali lejn il-livelli stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kull sena dwar il-passi meħuda sabiex jiġi implementat l-ewwel sub-paragrafu.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, ir-riżultati tal-monitoraġġ tagħhom u jirrappurtaw dwar il-miżuri meħuda u l-progress magħmul rigward l-applikazzjoni u t-titjib fil-kodiċijiet tal-prattika t-tajba tal-biedja sabiex jitnaqqsu l-livelli tan-nitrati fil-ħass u l-ispinaċi. Dan it-tagħrif għandu jkun fih ukoll l-informazzjoni li fuqhom ikunu msejsa l-kodiċijiet tagħhom tal-prattika t-tajba fil-biedja.

    3. L-Istati Membri, li ma japplikawx il-paragrafu 1, għandhom iwettqu l-monitoraġġ tal-livelli tan-nitrati fil-ħass u l-ispinaċi u japplikaw il-prattiċi t-tajba tal-biedja li jużaw mezzi pproporzjonati mal-mira mixtieqa, il-monitoraġġ tar-riżultati miksuba, b'mod partikolari fid-dawl tar-riskji u l-esperjenza miksuba.

    Artikolu 4

    1. Il-limiti massimi ta' l-afflotossini li japplikaw għall-prodotti, kif stabiliti fil-punti 2.1.1.1 u 2.1.2.1 ta' l-Anness I għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti pproċessati tagħhom safejn u sakemm ma jkunu fissi l-ebda limiti massimi għal dawn il-prodotti pproċessati.

    2. Rigward l-aflotossi fil-prodotti msemmija fil-punt 2.1 ta' l-Anness I, huwa pprojbit:

    (a) illi jitħalltu prodotti li jikkonformaw mal-limiti massimi stabbiliti fl-Anness I ma’ prodotti li jaqbżu dawn il-limiti massimi jew li jitħalltu prodotti li jkunu jridu jiġu ssoġġettati għal metodu tat-teknika tal-għażla minn xulxin jew għal trattament fiżiku ma’ prodotti maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel,

    (b) li jintużaw prodotti li ma jikkonformawx mal-livelli massimi stabiliti fil-punti 2.1.1.1, 2.1.2.1 u 2.1.3 ta' l-Anness I bħala ingredjent għall-fabbrikazjoni ta' oġġetti oħra ta' l-ikel,

    (ċ) li jneħħu t-tossiċità tal-prodotti bi trattamenti kimiċi.

    3. Il-karawett, il-ġewż u l-frott imnixxef li ma jikkonformawx mal-limiti massimi ta' l-aflotossn stabiliti fil-punt 2.1.1.1 ta' l-Anness I u ċ-ċereali li ma jikkonformawx mal-limiti massimi stabbiliti fil-punt 2.1.2.1 jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm dawn il-prodotti:

    (a) ma jkunux maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew użati bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel,

    (b) jikkonformaw mal-limiti massimi stabbiliti fil-punt 2.1.1.2 ta' l-Anness I fil-klaż tal-karawett u l-punt 2.1.1.3 ta' l-Anness I fil-każ tal-ġewż u l-frott imnixxef,

    (ċ) ikunu ġew issoġġettati għal trattament sekondarju li jinvolvi l-għażil fi gruppi jew trattamenti oħra fiżiċi u li wara dan it-trattament ma jaqbżux il-limiti massimi fil-punti 2.1.1.1 u 2.1.2.1 ta' l-Anness I, u dan it-trattament ma jirriżultax fi fdalijiet oħra ta' ħsara;

    (d) ikunu ttikketjati biċ-ċar fejn juru d-destinazzjoni tagħhom, jġorru l-indikazzjoni "il-prodott ridx ikun issoġġettat għall-għażil fi gruppi jew trattament ieħor fiżiku sabiex titnaqqas il-kontaminazzjoni ta' l-aflotossin qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel".

    Artikolu 5

    1. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri l-oħra sabiex jiċċekkjaw il-konformita mal-livelli massimi tan-nitrati stabbiliti fit-taqsima 1 ta' l-anness I, ir-rapporti rigward il-publikazzjoni u t-titjib tal-kodiċijiet tal-prattika t-tajba tal-biedja sabiex inaqqsu l-livelli tan-nitrati u sabiex jivvalutaw l-informazzjoni li fuqhom l-Istati membri jkunu sejsu l-prattika tajba tal-biedja tagħhom, il-Kummissjoni għanda tipproċedi. Kull ħames snin, u qabel l-ta' Jannar 2002 għall-ewwel darba, sabiex tirrevedi l-livelli massimi mal-mira ġenerali tat-tnaqqis tal-livelli msemmija.

    2. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni xjentifika ġdida u r-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri sabiex jiċċekkjaw il-konformita mal-livelli masimi tal-metalli t-tqal u t-3-MCPD fit-taqsimiet 3 u 4 ta' l-Anness I, il-Kummissjoni għandha tipproċedi, kull ħames snin, u qabel il-5 ta' April 2003 għall-ewwel darba, sabiex tirrevedi l-livelli massimi mal-mira ġenerali li jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi.

    Artikolu 6

    Ir-Regolament (KEE) Nru 194/70 għandu jiġi mħassar b'effett mill-5 Marzu 2002.

    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jiġu moqrija skond il-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness II.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-5 ta' April 2000. It-taqsimiet 3 (il-metalli t-tqal) u 4 (it-3-MCPD) ta' l-Anness I ma għandhomx japplikaw għall-prodotti li jkunu ġew imqiegħda fis-suq skond il-liġi qabel din id-data.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Marzu 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1.

    [2] ĠU L 31, ta' l-1.2.1997, p. 48.

    [3] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 17.

    [4] ĠU L 175, ta' l-4.7.1991, p. 35.

    [5] ĠU L 139, tat-2.6.1999, p. 29.

    [6] ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 17.

    [7] ĠU L 124, tat-18.5.1999, p. 8.

    [8] ĠU L 144, tas-16.6.1993, p. 23.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    IL-LIVELLI MASSIMI GĦAL ĊERTI KONTAMINANTI FL-OĠĠETTI TA' L-IKEL

    Taqsima 1: In-Nitrati [1]

    Il-Prodott | 3Il-Livell massimu mg NO/kg) | Il-Metodu tat-teħid tal-kampjunu | Ir-Referenza tal-metodu ta' l-analiżi |

    | |

    1.1.L-Ispinaċi friska(Spinacia oleracea) | Maqlugħa mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu | 3000 | Id-Direttiva tal-Kummissjoni 79/700/KEE |

    Maqlugħa mill-1ta April sal-31 ta' Ottubru | 2500 | |

    1.2.L-Ispinaċi, ippriservata, iffriżata bil-qawwi jew iffriżata | | 2000 | Id-Direttiva 79/700/KEE | |

    1.3.Il-Ħass frisk (Lactuca sativa L.) (il-ħass protett u mkabbar fl-apert) | Maqlugħ mill-1ta April sal-31 ta' Settembru: bl-eċċezzjoni tal-ħass imkabbar fl-apert mill-1 ta' Mejju sal 31 ta' Awissu Maqlugħ mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu. | 450035002500 | Id-Direttiva 79/700/KEE Madankollu, in-numru minimu ta' l-unitajiet skond il-kampjun tal-laboratorju huwa 10 | |

    Taqsima 2: Il-Mikotoksini

    Il-Prodott | Il-Livell Massimu (μg/kg) | Il-Metodu tat-teħid tal-kampjuni | Il-Kriterji tat-twettiq tax-xogħol għall-metodi ta' l-analiżi |

    B1: | B1 + B2 + G1 + G2 | M1 |

    2.1.L-AFLATOSSINI

    2.1.1.Il-karawett, il-ġewż u l-frott imnixxef | | | |

    2.1.1.1.Il-karawett, il-ġewż u l-frott imnixxef u l-prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel, | 2 | 4 | — | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE |

    2.1.1.2.Il-Karawett sabiex jiġi ssoġġettat għall-għażla fi gruppi, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel, | 8 | 15 | — | Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/53/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE |

    2.1.1.3.Il-Ġewż u l-frott imnixxef sabiex jiġi suġġett għall-għażla fi gruppi jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | 5 | 10 | — | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE |

    2.1.2.Iċ-Ċereali (inkluż il-qamħ Saraċin, Fagopyrum sp.) | | | | | |

    2.1.2.1.Iċ-Ċereali (inkluż il-qamħ Saraċin, Fagopyrum sp.) u l-prodotti proċessati tagħhom maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel, | 2 | 4 | — | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE |

    2.1.2.2.Iċ-Ċereali (inkluż il-qamħ, Fagopyrum sp.) li jridu jiġu ssoġettati għall-għażla fi gruppi jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta' l-ikel | — | — | — | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE |

    2.1.3.Il-Ħalib (il-ħaliob mhux maħdum, il-ħalib għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti msejsa fuq il-ħalib u l-ħalib ittrattat bis-sħana kif iddefinit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE , kif l-aħħar emendata bid-direttiva tal-Kunsill 94/71/KE) | — | — | 0,05 | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 98/53/KE |

    Taqsima 3: Il-Metalli t-Tqal

    Il-Prodott | Il-livell massimu (mg/kg fil-piż imxarrab | Il-kriterji tat-twettiq tax-xogħol għat-teħid tal-kampjuni | Il-kriterji tat-twettiq tax-xogħol għall-metodi ta' l-analiżi |

    3.1.IĊ-ĊOMB (Pb)

    3.1.1.Il-ħalib tal-baqar (il-ħalib mhux madum, il-ħalib għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti msejsa fuq il-ħalib u l-ħalih ittrattat bis-sħana kif iddefinit bid-Direttiva 92/46/KEE) | 0,02 | Id-Direttiva tal-Kummisjoni (2001/22/KE) | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.2.Il-formoli tat-trabi u l-formoli tas-segwiment kif iddefiniti fid-Direttiva 91/321/KEE | 0,02 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.3.Il-Laħam tal-bhejjem tal-fart, tal-muntun tal-majjal u tat-tjur kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/23/KE, u l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/78/KE, bl-esklużjoni tal-ġewwieni kif iddefinit fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 64/433/KEE u l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 71/118/KEE | 0,1 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.3.1.Il-Ġewwieni li jittiekel ta' l-frat, il-muntun, il-majjal u t-tjur kif iddefinit fl-artikolu 2(e) tad-Direttiva 64/433/KEE u l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 71/118/KEE | 0,5 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.4.Il-Laħam tal-muskoli tal-ħut kif iddefinit fil-kategoriji (a), (b) u (e) tal-lista fl-Artikolu 1 tar-Regolament tl-Kunsill (KE) Nru 104/2000, bl-esklużjoni ta' l-ispeċji tal-ħut elenkati fil-punt 3.1.4.1 | 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.4.1.Il-Laħam tal-muskoli tal-lingwata wedge (Dicoglossa cuneata), is-sallura (Anguilla anguilla), l-ispnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus punctatus) is-sawrell jew is-sawrell imperjali (Trachurus trachus), il-mulett kaplat (Mugil labrosus), l-isparli komuni ta' żewġ faxex (Diplodus vulgaris), il-grunt (Pomadasys benetti), is-saraga Ewropea jew is-sardin (Sardina pilchardus) | 0,4 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.5.Il-krustaċji, bl-esklużjoni tal-laħam tal-granċ | 0,5 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.6.Il-Molluski bivalvi | 1,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.7Iċ-Ċefalopodi (mingħajr l-imsaren) | 1,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.8.Iċ-Ċereali (inkluż il-qamħ Saraċin), il-legumi u l-ħaxix li jagħmel l-imżiewed | 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.9.Il-Ħxejjex ta' l-ikel kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/642KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/48/KE, bl-esklużjoni tal-brassika, il-ħxejjex ta' l-ikel tal-weraq, il-ħwawar friski u l-faqqigħ kollu. Rigward il-Patata, il-livell massimu japplika għall-patata mqaxxra | 0,1 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.9.1.Il-Brassika, il-ħaxix ta' l-ikel tal-weraq u l-faqqiegħ kollu kkultivat | 0,3 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.10.Il-Frott kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/642/KEE, bl-esklużjoni tal-frott iż-żgħir ta' mingħajr għadma u l-frott l-irqiq | 0,1 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.10.1.Il-Frott żgħir ta' mingħajr għadma u l-frott l-irqiq kif iddefiniti fl-Artikol1 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE | 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.11.Ix-xaħmijiet u ż-żjut, inkluż il-grass tal-ħalib | 0,1 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.12.Il-Meraq tal-frott, il-meraq tal-frott ikkonċentrat (għall-konsum dirett) u n-nettari tal-frott kif iddefiniti fid-direttiva tal-Kunsill 93/77/KEE | 0,05 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.1.13.L-Inbejjed kif iddefiniti fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (inklużi l-inbejjed li jfexfxu u bl-esklużjoni ta' l-inbejjed likuri), l-inbejjed aromatizzati, u x-xarbiet imsejsa fuq l-inbid aromatizzat u l-cocktails tal-prodotti ta' l-inbid aromatizzat kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 u s-cider, il-perry u l-inbejjed tal-frott. Il-livell massimu japplika għall-prodotti prodotti mill-ġabra tal-frott tas-sena 2001 ‘il quddiem | 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.IL-KADMJU (Cd)

    3.2.1.Il-Laħam tal-bhejjem tal-fart, tan-nagħaġ tal-majjal u tat-tjur kif iddefiniti fl-artikolu 2(a) tad-Direttiva 64/433/KEE u l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 71/118/KEE bl-esklużjoni tal-ġewwieni kif definit fl-Artikolu 2 (e) tad-Direttiva 64/433/KEE u l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 71/118/KEE | 0,05 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.2.Il-Laħam taż-żiemel | 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.3.Il-Fwied ta' l-ifrat, tan-nagħaġ, tal-majjal u tat-tjur | 0,5 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.4.Il-Kliewi ta' l-ifrat, tan-nagħaġ, tal-majjal u tat-tjur | 1,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.5.Il-Laħam tl-muskoli tal-ħut kif iddefinit fil-kategoriji (a), (b) u (e) tal-lista fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000, bl-esklużjoni ta' l-ispeċji tal-ħut elenkati fil-punt 3.2.5.1 | 0,05 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.5.1.Il-Laħam tal-muskoli tal-lingwata wedge (Dicoglossa cuneata), is-sallura (Anguilla anguilla), l-inċova Ewropea (Engraulus encrasicholus), il-louvar jew luvar (Luvarus imperialis), is-sawrell jew is-sawrell imperjali (Trachurud trachurus), il-mulett kaplat (Mugil labrosus labrosus), l-iparlu komuni ta' żewġ faxex (Diploris vulgarus), is-saraga Ewropea jew is-sardin (Sardina pilchardus) | 0,1 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.6.Il-krustaċji, bl-esklużjoni tal-laħam tal-granċ | 0,5 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.7.Il-Molluski bivalvi | 1,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.8.Iċ-Ċefalopodi (mingħajr l-imsaren) | 1,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.9.Iċ-Ċerali, bl-esklużjoni tan-nuħħala, ir-raħs, il-qamħa tal-qamħ u r-ross) | 0,1 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.9.1.In-Nuħħala, ir-raħs, il-qamħa tal-qamħ u r-ross | 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.10.Iż-Żerriegħa tas-sojja | 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.11.Il-Ħxejjex ta' l-ikel u l-frott kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tad-direttiva 90/642/KEE, bl-esklużjoni tal-ħxejjex ta' l-ikel tal-weraq, il-ħwawar friski, il-faqqiegħ kollu, il-ħxejjex ta' l-ikel taz-zokk, il-ħxejjex ta' l-ikel tal-basla u l-patata | 0,05 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.11.1.Il-ħxejjex ta' l-ikel tal-weraq, il-ħwawar friski, iċ-ċelerjakk (xorta ta' krafes) u l-faqqiegħ kollu ikkultivat | 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.2.11.2.il-Ħxejjex ta' l-ikel taz-zokk, il-ħxejjex ta' l-ikel tal-basla u l-patata, bl-esklużjoni taċ-ċelerjakk. Rigward il-Patata, il-livell massimu japplika għall-patata mqaxxra | 0,1 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.3.IL-MERKURJU

    3.3.1.Il-Prodotti mis-sajd, għajr dawk fit-3.3.1.1 | 0,5 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    3.3.1.1.Il-Petriċja (Lophius spp.)il-lupu tal-baħar atlantiku (Anarhichaslupus)l-ispnotta (Dicentrarchus labrax)il-molva kaħla (Molva diġterygia)il-plamtu (Sarda spp.)is-sallura (Anguilla spp.)il-ħalibatt (Hippoglossus hippoglossus)it-tunnaġġ (Euthynns spp.)il-marlin (Makaria spp.)il-lizz (Esox lucius)il-plamtu komuni (Prcynopsis unicolor)il-gattarell portugiż (Centroscxymnes coelolepis)ir-rajja (Raja spp.)is-salamun raġel fl-istaġun tal-bajd (Sebastes marinus, S. mentella, s. Viviparus)il-ħuta tal-ġenu Istiophporus platypterusil-fjamma (Lepidorus caudatus, Aphanopus carbo)il-kelb il-baħar (l-ispeċji kollha)is-sawrell serp (Lepidocybium flavobrunneum, Ruvettus pretiosus. Gempylus serens)l-istorjun (Acipenser spp.)il-pixxispad (Xiphias ladius)it-tonn (Thunns spp.) | 1,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

    Taqsima 4: 3-monochloropropane-1,2-diol (3-MCPD)

    Il-Prodott | Il-Livell Massimu (mg/kg) | Il-Kriterji at-twettiq tax-xogħol għat-teħid tal-kampjuni | Il-Kriterji tat-twettiq tax-xogħol għall-metodi ta' l-analiżi |

    4.1.Il-proteina tal-ħxejjex ta' l-ikel idrolizzati | 0,02 | Id-Direttiva 2001/22/KE | Id-Direttiva 2001/22/KE |

    4.2.Iz-zalza tas-sojja | 0,02 | Id-Direttiva 2001/22/KE | Id-Direttiva 2001/22/KE |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    IT-TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

    Dan ir-Regolament | Ir-Regolament (KE) Nru 194/97 |

    - | L-Artikolu 1 |

    L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 2(1)(a) |

    L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1)(b) |

    L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1)(ċ) |

    L-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 2(2) |

    L-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 2(3) |

    L-Artikolu 4(2) | L-Artikolu 2(4) |

    L-Artikolu 4(3) | L-Artikolu 2(5) |

    L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu |

    L-Artikolu 3(3) | It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3 |

    L-Artikolu 5(1) | It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 3 |

    L-Artikolu 1(3) | L-Artikolu 4 |

    It-taqsima 1 "In-Nitrati" ta' l -Anness I, | Il-punt I "In-Nitrati" tal-kontaminanti agrikoli fl-Anness I |

    It-taqsima 2 "Il-Mikotosini" ta' l-Anness I, | Il-punt 2 "Il-Mikotosini" tal-kontaminanti agrikoli fl-Anness I |

    - | L-Anness II "Kontaminanti oħra" |

    --------------------------------------------------

    Top