This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001L0031
Commission Directive 2001/31/EC of 8 May 2001 adapting to technical progress Council Directive 70/387/EEC relating to the doors of motor vehicles and their trailers (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/31/KE tat-8 ta' Mejju 2001 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE dwar il-bibien tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/31/KE tat-8 ta' Mejju 2001 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE dwar il-bibien tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 130, 12.5.2001, p. 33–34
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31970L0387 | Emenda | ANN3 | 01/06/2001 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32009R0661 | 01/11/2014 |
Official Journal L 130 , 12/05/2001 P. 0033 - 0034
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/31/KE tat-8 ta' Mejju 2001 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE dwar il-bibien tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/40/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE tas-27 ta' Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta'l-Istati Membri li jikkonċernaw il-bibien ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/90/KE [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 70/387/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE. Għalhekk, id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE dwar is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva. (2) Id-Direttiva 98/90/KE introduċiet ħtiġiet ta' disinn għat-turġien u għall-imqabad ta' l-idejn tal-kabini biex tkun imtejba s-sigurtà tal-persuni li jidħlu jew joħorġu mill-kompartiment tas-sewwieq ta' ċerti vetturi tqal tal-merkanzija. (3) Ċerti disinji tal-kabini li huma diġà fis-suq ma jistgħux ikunu konformi mal-kriterji speċifiċi introdotti bid-Direttiva 98/90/KE, għalkemm il-livell ta' sigurtà tagħhom huwa meqjus bħala wieħed ekwivalenti. Hu għalhekk meħtieġ li jkunu rfinati aktar il-kriterji tekniċi biex ikunu jistgħu jiġu awtorizzati disinji ta' kabini bħal dawn. (4) Il-miżuri li hemm provediment dwarhom f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness III tad-Direttiva 70/387/KEE huwa emendat b'konformità ma' l-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2001, l-Istati Membri ma jistgħux minħabba raġunijiet marbuta mal-bibien ta' vetturi: - jirrifjutaw, rigward xi tip ta' vettura, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jekk il-vetturi jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/387/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva. 2. B'effett mill-1 ta' Diċembru 2001, l-Istati Membri: - m'għandhomx jagħtu aktar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tip ġdid ta' vettura minħabba raġunijiet marbuta mal-bibien ta' vetturi jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/387/KEE, kif emendat b'din id-Direttiva, ma jkunx hemm konformità magħhom. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2001. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tkun magħmula din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjoniet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Mejju 2001. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 203, ta' l-10.8.2000, p. 9. [3] ĠU L 176, ta' l-10.8.1970, p. 5. [4] ĠU L 337, tat-12.12.1998, p. 29. -------------------------------------------------- ANNESS 1.2.3. L-Anness III tad-Direttiva 70/387/KEE huwa emendat kif ġej: Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-punt 1.2: "L-aħħar ħtieġa m'għandhiex tapplika għad-distanza bejn it-tarġa ta’ fuq nett u l-paviment tal-kabina." Is-seba’ inċiż tal-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej: "— Sovrapposizzjoni lonġitudinali (J) bejn żewġ turġien sussegwenti fl-istess taraġ, jew bejn it-tarġa ta' fuq nett u l-paviment tal-kabina… 200 mm." Il-frażi introduttorja tal-punt 2.2.3 hija sostitwita b'dan li ġej: "B’żieda ma dan, id-distanza minima (P) tax-xifer ta’ fuq tal-poġġaman(i) jew ta’ l-imqabad ta’ l-idejn jew mezzi ta’ qbid ekwivalenti mill-paviment tal-kompartiment tas-sewwieq għandha tkun:…" --------------------------------------------------