EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001F1121(01)

Att tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi, bi qbil ma' l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (2001/C 326/01)

ĠU C 326, 21.11.2001, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, GA, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

32001F1121(01)



Official Journal 326 , 21/11/2001 P. 0001 - 0001


Att tal-Kunsill

tas-16 ta' Ottubru 2001

li jistabbilixxi, bi qbil ma' l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

(2001/C 326/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 31(a) u 34(2)(d) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Għall-iskopijiet li jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Unjoni r-regoli dwar assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mtejba u Protokoll, kif imfassal fl-Anness t'hawnhekk, għandu jiġi stabbilit għal dak l-għan.

(2) L-Artikolu 8 tal-Protokoll jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li għandu x'jaqsam ma' l-assoċjazzjoni ta' dawn ta' l-aħħar ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [3].

(3) Il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li għandu x'jaqsam ma' l-assoċjazzjoni ta' dawn ta' l-aħħar ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Schengen acquis [4] kienu osservatu b'rispett lejn din id-disposizzjoni.

(4) Meta l-adozzjoni ta' dan l-Att jiġi notifikat lir-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja bi qbil ma' l-Artikolu 8(2)(a) tal-Ftehim imsemmi iżjed 'il quddiem, dawk iż-żewġ Stati għandhom jiġu infurmati b'mod partikolari dwar il-kontenut ta' l-Artikolu 16 fid-dħul fis-seħħ għall-Islanda u għan-Norveġja,

ĖIDDEĊIEDA li il-Protokoll, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness u li ġie iffirmat illum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni, hu hawnhekk stabbilit,

JIRRAKKOMANDA li dan jiġi adottat mill-Istati Membri bi qbil mal-bżonnijiet kostituzzjonali rispettivi,

JISTIEDEN lill-Istati Membri biex jibdew il-proċeduri li japplikaw għal dak il-għan qabel l-1 ta' Lulju 2002.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-16 ta' Ottubru 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Reynders

[1] ĠU L 243, ta' l-24.8.2000, p. 11.

[2] Opinjoni mogħtija fl-4 ta' Ottubru 2001 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.

[4] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 36.

--------------------------------------------------

Top