Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0822

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar)

    ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1–77 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013D0755

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/822(1)/oj

    32001D0822



    Official Journal L 314 , 30/11/2001 P. 0001 - 0077


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-27 ta' Novembru 2001

    dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea

    ("Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar")

    (2001/822/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, minn issa ‘l quddiem msejjaħ it-Trattat u partikolarment l-Artikolu 187 tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KEE tal-25 ta' Lulju 1991 dwar l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ekonomika Ewropea [1], kienet applikabbli sal-1 ta' Diċembru 2001. L-Artikolu 240(4) tagħha tiddikjara li l-Kunsill, huwa u jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jridu jiġu preskritti għall-applikazzjoni sosegwenti tal-prinċipji dikjarati fl-Artikoli 182 u 186 tat-Trattat.

    (2) Id-Dikjarazzjoni Nru 36 dwar il-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar, minn issa ‘l quddiem msejjħa "PTLHB", annessa ma' l-att finali tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ffirmat f'Amsterdam fl-1997, tistieden lill-Kunsill, huwa u jaġixxi bi qbil ma' l-Artikolu 187 tat-Trattat, biex jirrevedi l-arranġamenti ta' assoċjazzjoni mal-PTLHB b'għan f'erba' partijiet kif ġej:

    - o il-promozzjoni aktar effettiva ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-PTLHB;

    - o l-iżvilupp ta' relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-PTLHB u l-Unjoni Ewropea;

    - o titqies aktar id-diversita u l-karatteristiċi speċifiċi tal-PTLHB individwali, inkluż aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' liberta li wieħed jipprovdi;

    - o u li jiġi żgurat li titjieb l-effettivita ta' l-istrument finanzjarju.

    (3) Fil-11 ta' Frar 1999 il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar relazzjonijiet bejn il-PTLHB, l-Istati AKP u r-reġjuni l-aktar imbegħda ta' l-Unjoni Ewropea [2]. Barra minn hekk, fl-4 ta'Ottubru 2001, adotta riżoluzzjoni dwar il-proposta mill-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-PTLHB mal-Komunitajiet Ewropej [3].

    (4) Fil-komunikazzjoni tagħha ta' l-20 ta' Mejju 1999 intitolata "l-Istat tal-PTLHB assoċjata mal-KE u għażliet għall-"PTLHB 2000", il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-iżvilupp ta' l-assoċjazzjoni tal-PTLHB-KE mill-1957, innotat il-prinċipji bażiċi u s-sitwazzjoni korrenti ta' l-assoċjazzjoni u fasslet politika alternattiva għall-perjodu li jibda fl-1 ta' Marzu 2000."

    (5) Bi qbil ma' l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 91/482/KEE, l-awtoritajiet kompetenti tal-PTLHB għarrfu lill-Kummissjoni bl-emendi jew iż-żidiet li xtaqu fil-futur, prinċipalment f'laqgħa li nżammet fil-kuntest tas-sħubija fid-29 u t-30 ta' April, li għaliha attendew il-Kummissjoni, l-erba' Stati Membri li magħhom huma marbuta l-PTLHB u l-20 PTLHB konċernati.

    (6) Għalkemm mhumiex pajjiżi terzi, il-PTLHB ma jiffurmawx parti mis-suq waħdieni u jridu jikkonformaw ma' l-obbligazzjonijiet imposti fuq pajjiżi terzi rigward kummerċ, prinċipalment regoli ta' oriġini, livelli stabbiliti ta' saħħa u saħħa tal-pjanti u miżuri ta' salvagward.

    (7) Bħala regola ġenerali, meta l-Kunsill jadotta miżuri skond l-Artikolu 187 tat-Trattat, irid iqis kemm il-prinċipji preskritti f'Parti Erbgħa tat-Trattat u kif ukoll il-prinċipji l-oħra tal-liġi Komunitarja. Għandu jqis l-esperjenza akkwistata fl-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti ta' kummerċ tad-Deċiżjoni 91/482/KEE.

    (8) Dawn l-arranġamenti jipprovdu għal aċċess liberu mid-dazju għal prodotti li joriġinaw mill-PTLHB u r-regoli ta' oriġini li jippermettu kumulu ma' prodotti li joriġinaw mill-Istati AKP, li huma suġġetti għal arranġamenti differenti, jew fil-Komunità. Dan joħloq jew jhedded li jikkawża taħwid serju għall-funzjonament ta' ċerti organizzazzjonijiet komuni fis-suq skond il-politika agrikola komuni, partikolarment dawk għar-ross u z-zokkor. Dan it-taħwid wassal diversi drabi sabiex il-Kummissjoni u l-Kunsill jadottaw miżuri ta' salvagward.

    (9) Billi jiġi limitat l-iskop għall-użu ta' kumulu ta' oriġini, it-tibdiliet magħmula f'relazzjoni mar-ross fir-reviżjoni f'nofs l-iskond tad-Deċiżjoni [4] għinu biex jinżamm aċċess għal prodotti tal-PTLHB lis-suq Komunitarju fuq termini li jwasslu għall-bilanċ tiegħu. Dan l-aċċess għandu jitjieb rigward il-PTLHB l-inqas żviluppati, imma mingħajr ma tiġi modifikata l-kwantita totali li tibbenfika minn kumulazzjoni. Meta jitqies li żewġ PTLHB oħra biss qatt operaw f'dan is-settur, il-bqija tal-kwantitajiet disponibbli għandhom jiġu allokati għalihom, fl-interess ta' trasparenza.

    (10) Madankollu, rigward iz-zokkor u taħlitiet taz-zokkor, iż-żieda f'esportazzjonijiet minn PTLHB magħmula miz-zokkor li joriġinaw mill-AKP jew mill-Komunità lejn suq fornit iżżejjed, irriżultat fi tnaqqis akbar fil-kwota permessa għal produtturi tal-Komunità u għalhekk telf akbar ta' dħul garantit għalihom.

    (11) Barra minn hekk, meta jitqiesu l-operati minimi ta' valur miżjud baxx li korrentement huma biżżejjed biex jinkiseb l-istat ta' prodott li joriġina mill-PTLHB fis-settur taz-zokkor, il-kontribuzzjoni ta' dawn l-esporti għall-iżvilupp tat-territorji tista' tkun biss żgħira u mingħajr dubju, barra mill-proporzjoni għat-taħwid ikkawżat lis-setturi tal-Komunità konċernati.

    (12) Għar-raġunijiet msemmija fuq, għandhom għalhekk jiġu adottati r-regoli ta' oriġini li jeskludu l-possibilta ta' kumulu ta' AKP/KE-PTLHB għaz-zokkor meta operati minimi jitwettqu biss. Madankollu, waqt li jitqiesu l-investimenti li diġa saru fil-PTLHB dwar il-bażi tar-regoli fis-seħħ mill-1991, din l-esklużjoni għandha tidħol fis-seħħ b'mod progressiv. Għalhekk, bla ħsara għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni meħtieġa, kumulu għandu jiġi permess li jkomplu temporanjament f'limiti kwantitattivi li jonqsu progressivamenti li huma kompatibbli ma' l-għanijiet ta' l-organizzazzjoni fis-suq komuni tal-Komunità taz-zokkor waqt li jitqiesu kif mistħoqq l-interessi leġittimi ta' operaturi tal-PTLHB.

    (13) Dispożizzjonijiet għandhom isiru wkoll biex jiġi żgurat li prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Komunità u li bbenefikaw minn rifond ta' esportazzjoni ma jistgħux jiġu mportati mill-ġdid fil-Komunità meħlusa mid-dazju permezz tal-proċedura ta' kumulu.

    (14) Barra minn hekk, ir-regoli kollha ta' oriġini tal-PTLHB għandhom jiġu aġġornati, fl-interessi ta' l-operaturi u l-amministraturi konċernati, biex jitqies il-progress tekniku u l-politika aġġornata mill-Komunità ta' armonizzazzjoni tar-regola ta' l-oriġini. Bl-istess mod, il-proċedura għandha tiġi simplifikata biex ikunu jistgħu jsiru l-emendi tekniċi meħtieġa għar-regoli li jridu jsiru b'mod aktar sempliċi fil-futur.

    (15) Il-proċedura għat-trasbord ta'merkanzija li ma toriġinax fil-PTLHB imma li hi f'ċirkolazzjoni ħielsa hemmhekk għandha titlesta u tiġi klarifikata, bil-ħsieb li jiġi żgurat qafas legali trasparenti u ta' min joqgħod fuqu għal operaturi u amministrazzjonijiet. Għandha tiġi estiża wkoll biex tkopri ċerti prodotti mis-sajd ta' tagħrif partikolari għall-Grenlandja u Saint-Pierre-et-Miquelon, bla ħsara għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa ta' implimentazzjoni.

    (16) Id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat u l-leġislazzjoni li toħroġ minnhom ma japplikawx awtomatikament għall-PTLHB, minbarra dispożizzjonijiet espressi għall-kuntrarju. Prodotti ta' PTLHB importati fil-Komunità jridu madankollu jikkonformaw mar-regoli tal-Komunità fis-seħħ.

    (17) Għajnuna finanzjarja għall-PTLHB għandha tiġi allokata fuq il-bażi ta' kriterji uniformi, trasparenti u effettivi, waqt li jiqiesu l-bżonnijiet u l-qadi tal-PTLHB. Dawn il-kriterji għandhom jinkludu partikolarment id-dimensjonijiet ekonomiċi u fiżiċi tal-PTLHB, l-użu li jkun sar minn allokazzjonijiet tal-passat, rispett għall-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja soda, politika fiskali bil-fier, kapaċita stmata ta' assorbiment, il-bżonn li tiġi stabbilita riserva sabiex tiġi finanzjata nefqa mhux programmabbli u transizzjoni bla xkiel biex tiġi prevjenuta pass lura konsiderevoli u f'daqqa fl-allokazzjoni għal New Caledonia, French Polynesia u l-Antilli Olandiżi. Fl-interessi ta' effiċjenza, simplifikazzjoni u għarfien tal-kapaċitajiet ta' tmexxija ta' l-awtoritajiet tal-PTLHB, ir-risorsi finanzjarji mogħtija lill-PTLHB għandhom jitmexxew aktar fuq il-bażi ta' sħubija billi jiġu applikati proċeduri bbażati fuq ir-regoli fis-seħħ għall-fondi strutturali.

    (18) Għal dan il-għan, il-proċeduri jiddelegaw ir-responsabbilta ewlenija tagħhom għall-programmar u l-implimentazzjoni tal-koperazzjoni partikolarment lill-PTLHB. Koperazzjoni tiġi kondotta preominantement f'konformità ma' regolamenti territorjali tal-PTLHB u tifred appoġġ għall-monitorjar, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' l-operati programmati. B'żieda ma' dan, huwa meħtieġ li jiġi klarifikat liema programmi Komunitarji u linji ta' stima huma miftuħa għall-PTLHB, kif ukoll il-proċeduri għal transizzjoni bla xkiel mill-FEŻ ta' qabel għad-disa' wieħed.

    (19) Tibdil globali, rifless fil-proċess kontinwu ta' liberalizzazzjoni ta' kummerċ, jimplika b'mod wiesgħa l-Komunità, is-sieħeb prinċipali tal-kummerċ, kif ukoll ii-ġirien ta' l-AKP u s-sieħba ekonomiċi l-oħra. Fl-ekwazzjoni ta' l-aċċess fis-suq, il-livell ta' tariffi jilgħab rwol aktar imnaqqas waqt li kummerċ f'servizzi u erji li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ jassumu importanza akbar fir-relazzjoni bejn il-PTLHB u s-sieħba ekonomiċi tagħhom. Dik ir-relazzjoni għandha għalhekk tiġi nkoraġġita, waqt li jinżammu fil-wisa' l-arranġamenti korrenti ta' kummerċ, u l-kondizzjonijiet għall-integrazzjoni gradwali ta' dawk il-PTLHB li jixtiequ fl-ekonomija reġjonali u globali simplifikata billi jiġI megħjuna biex Iżidu l-kapaċita tagħhom sabiex jimmaniġġjaw dawn l-erji ġodda kollha.

    (20) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adotti bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999, li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5]. Madankollu, sakemm u safejn l-implimentazzjoni tad-disa' FEŻ hija konċernata, il-votazzjoni u l-maġġoranza għandhom ikunu kif preskritt fl-Artikolu 21 tal-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' Għajnuna Komunitarja skond il-Protokoll Finanzjarju mal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmati f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni ta' għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji lil hinn mill-Baħar li għalihom tapplika Parti Erbgħa tat-Trattat [6], minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Intern".

    (21) Il-PTLHB huma ambjenti ta' gżejjer fraġli li jeħtieġu protezzjoni adegwata, inkluż rigward maniġġjar ta' l-iskart. Rigward skart radjoattiv, dan huwa provvdut skond l-Artikolu 198 tat-Trattat Euratom u l-leġislazzjoni adottata fuqu, minbarra l-Grenlandja, li għaliha t-Trattat Euratom ma japplikax. Għal skart ieħor, għandu jiġi speċifikat liema regoli tal-Komunità għandhom japplikaw rigward il-PTLHB.

    (22) L-arranġamenti għal assoċjazzjoni preskritti f'din id-Deċiżjoni m'għandhomx jiġu applikati għal Bermuda bi qbil max-xewqat tal-Gvern ta' Bermuda.

    (23) Il-Kunsill għandu jipproduċi risposta innovattiva għall-fatturi kollha ġodda msemmija hawn fuq li hija kemm konsistenti u kif ukoll mfassla għall-varjeta ta' sitwazzjonijiet. Stat ġdid għall-assoċjazzjoni jista' jipprovdi rispsota bħal din,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    L-EWWEL PARTI

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI TA' L-ASSOĊJAZZJONI TAL-PTLHB MAL-KOMUNITÀ

    Il-Kapitolu 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    Għan, oġġettivi u prinċipji

    1. L-assoċjazzjoni tal-PLHMB mal-Komunità, minn issa ‘l quddiem msejħa bħaħa "l-Assoċjazzjoni PTLHB-KE", għandu jkollha bħala l-bażi tagħha l-għan dikjarat fl-Artikolu 182 tat-Trattat, prinċipalment li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-PTLHB u biex tistabbilixxi relazzjonijiet ekonomiċi bejniethom u l-Komunità bħala wieħed.

    Għandha ssegwi l-għanijiet preskritti fl-Artikolu 183 tat-Trattat bi qbil mal-prinċipji dikjarati fl-Artikoli 184 sa 188 tat-Trattat billi tiffoka fuq it-tnaqqis, il-prevenzjoni u, eventwalment, l-eradikazzjoni ta' poverta u fuq l-iżvilupp sostenut u l-integrazzjoni gradwali fl-ekonomiji reġjonali u dinjija.

    2. L-assoċjazzjoni għandha x'taqsam mal-PTLHB mniżżla f'lista fl-Anness I A.

    3. Bi qbil ma' l-Artikolu 188 tat-Trattat, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Grenlandja bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dikjarati fil-Protokoll dwar l-arranġamenti speċifiċ għall-Grenlandja annessi mat-Trattat.

    Artikolu 2

    Elementi bażiċi

    1. L-assoċjazzjoni tal-PTLHB-KE għandha tiġi bażata fuq il-prinċipji ta' liberta, demokrazija, rispett għal drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fondamentali u r-regola tal-liġi. Dawn il-prinċipji, li fuqhom l-Unjoni hija mwaqqfa bi qbil ma' l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu komuni għall-Istati Membri u l-PTLHB marbuta magħhom.

    2. M'għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini ta' razza jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilita, eta jew orjentament sesswali fl-erji ta' koperazzjoni riferiti f'din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Il-PTLHB li huma l-inqas żviluppati

    1. Il-Komunità għandha tagħti trattament speċjali lill-PTLHB li huma l-inqas żviluppati u lil dawk li ma jistgħux jieħdu vantaġġ mill-koperazzjoni reġjonali u l-integrazzjoni riferiti fl-Artikolu 16.

    2. Biex twieġeb għal dawn id-diffikultajiet, koperazzjoni finanzjarja għal żvilupp għandha tikkomprendi, fost ħwejjeġ oħra, trattament speċjali meta jiġi stabbilit il-volum ta' risorsji finanzjarji u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom sabiex il-PTLHB l-inqas żviluppati jkunu jistgħu jegħlbu ostakli strutturali u oħrajn għall-iżvilupp tagħhom. Għandha tagħti attenzjoni speċjali għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta' għixien tas-setturi l-aktar fqar tal-popolazzjoni fil-kuntest ta' allevjazzjoni tal-faqar.

    3. Il-PTLHB kunsidrati bħala l-inqas żviluppati għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni huma mniżżla f'lista fl-Anness I B. Din il-lista għandha tiġi emendata permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill, huwa u jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, fejn is-sitwazzjoni ekonomika ta' PTLHB tgħaddi minn bidla sinifikanti u dejjiema, li jwassal għal ħtieġa ta' l-inklużjoni tagħha fil-kategorija tal-PTLHB li huma l-inqas żviluppati jew fejn l-inklużjoni tagħha f'dik il-kategorija m'għadhiex ġustifikata.

    Il-Kapitolu 2

    Atturi ta' koperazzjoni fil-PTLHB

    Artikolu 4

    Il-Prinċipji

    1. Fil-qafas tas-sħubija preskritta fl-Artikolu 7, l-awtoritajiet tal-PTLHB għandhom jassumu responsabbilta primarja għall-formulazzjoni ta' strateġiji ta' assoċjazzjoni u ta' żvilupp u l-implimentazzjoni tagħhom permezz tal-preparazzjoni, flimkien mal-Kummissjoni u l-Istat Membru li miegħu il-PTLHB huwa marbut, ta' Dokumenti ta' Programmazzjoni Waħdiena (minn issa ‘l quddiem msejħa DPW) u programmi ta' koperazzjoni.

    2. Il-Komunità għandha tagħraf li atturi pubbliċi lokali u privati jilgħabu rwol ewlieni fil-ksib ta' l-għanijiet preskritti fl-Artikolu 183 tat-Trattat.

    3. Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-partijiet jrid ikollhom bħala l-prinċipji ta' gwida tagħhom it-trasparenza, is-sussidjarjeta u l-ħtieġa għall-effiċjenza.

    Artikolu 5

    L-atturi differenti nvoluti

    1. Atturi ta' koperazzjoni fil-PTLHB għandhom jinkludu:

    - l-awtoritajiet tal-PTLHB;

    - l-awtoritajiet l-oħra reġjonali u lokali fil-PTLHB;

    - soċjeta ċivili, assoċjazzjonijiet soċjali, kummerċjali u trejd-unjonisti, provvedituri tas-servizz pubbliku u organizzazzjonijiet lokali, nazzjonali jew internazzjonali jew mhux governattivi (OMG).

    L-Istati Membri li magħhom huma marbuta l-PTLHB għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni bl-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali riferiti fl-Artikoli varji tad-Deċiżjoni.

    2. L-għarfien ta' l-atturi mhux governattivi għandu jiddependi fuq il-kapaċita tagħhom li jilħqu l-bżonnijiet tal-popolazzjoni lokali, l-għarfien espert tagħhom u jekk għandhomx organizzazzjoni u tmexxija demokratika u kontabbli.

    3. Atturi mhux governattivi għandhom jiġu identifikati permezz ta' ftehim bejn l-awtoritajiet tal-PTLHB, il-Kummissjoni u l-Istati Membri li magħhom huwa marbut il-PTLHB, waqt li jitqies is-suġġett konċernat, l-għarfien espert tagħhom u l-qasam ta' attivita. Il-proċess ta' identifikazzjoni għandu jiġi kondott f'kull PTLHB bħala parti mill-proċess għall-preparazzjoni ta' programmi ta' koperazzjoni riferiti fl-Artikolu 4.

    Artikolu 6

    Responsabbilitajiet ta' l-atturi mhux governattivi

    Atturi mhux governattivi identifikati skond l-Artikolu 5(3) jistgħu jilgħabu rwol:

    - fit-tagħrif u konsultazzjoni;

    - fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' koperazzjoni;

    - fil-koperazzjoni deċentralizzata fil-kuntest ta' responsabbiltajiet delegati għall-għan li jiġu appoġġjati inizjattivi ta' żvilupp lokali.

    Il-Kapitolu 3

    Il-Prinċipji u Proċeduri tas-Sħubija tal-PTLHB-KE

    Artikolu 7

    Djalogu u Sħubija

    1. Bil-għan li l-PTLHB jkunu jistgħu jieħdu parti sħiħa fl-implimentazzjoni ta' l-assoċjazzjoni tal-PTLHB-KE, b'rigward kif mistħoqq għall-mod kif l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri konċernati huma organizzati, l-assoċjazzjoni għandha tuża proċedura ta' konsulta bażata fuq id-dispożizzjonijiet riferiti hawn isfel. Għandha titratta kull kwistjoni li tinħoloq f'relazzjonijiet bejn il-PTLHB u l-Komunità.

    2. Djalogu fuq bażi wiesa' għandu jippermetti lill-Komunità, lill-PTLHB kollha u lill-Istati Membri li magħhom huma marbuta biex jikkonsultaw lil xulxin dwar il-prinċipji, proċeduri dettaljati u r-riżultati ta' l-assoċjazzjoni.

    Forum tal-PTLHB-KE għal dijalogu, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-"Forum tal-PTLHB" għandu jiltaqa' kull sena biex iġib flimkien awtoritajiet tal-PTLHB, rappreżentanti ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

    3. Għandu jkun hemm sħubija separata bejn il-Kummissjoni, l-Istat Membru li miegħu l-PTLHB huwa marbut u kull PTLHB rappreżentat mill-awtoritajiet tiegħu, biex jiġu permess li l-għanijiet u l-prinċipji ta' din id-Deċiżjoni, partikolarment dawk riferiti fl-Artikoli 4 u 19 jibdew iseħħu. Din il-konsultazzjoni trilaterali għandha minn issa ‘l quddiem tissejjaħ is-"sħubija".

    Kumitati tax-xogħol ta' sħubija, li jaġixxu f'kapaċita konsultattiva, għandhom jitwaqqfu għal kull PTLHB. Is-sħubija tagħhom għandha tikkomprendi t-tliet sieħba msemmija fuq. Dawn il-kumitati tax-xogħol jistgħu jiġu mlaqqa' fuq talba tal-Kummissjoni, ta' Stat Membru jew ta' PTLHB. Fuq talba ta' wieħed mis-sieħba, diversi kumitati tax-xogħol ta' sħubija jistgħu jorganizzaw laqgħat konġunti biex jikkonsidraw suġġetti ta' interess komuni jew aspetti reġjonali ta' l-assoċjazzjoni.

    4. Din il-konsultazzjoni għandha tiġi kondotta f'konformità sħiħa mal-poteri istituzzjonali, legali u finanzjarji rispettivi ta' kull wieħed mit-tliet sieħba.

    Il-Kummissjoni għandha tippresiedi l-kumitati tax-xogħol u l-Forum tal-PTLHB u jipprovdu s-segretarjat tagħhom.

    Rappreżentant tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, minn issa ‘l quddiem msejjaħ il-BEI, għandu jkun preżenti f'laqgħat meta materji li jirrigwardjawh ikunu fuq l-aġenda.

    5. L-opinjonijiet tal-kumitati tax-xogħol u l-Forum tal-PTLHB għandhom, fejn xieraq, ikunu s-suġġett ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-limiti tal-poteri tagħha, jew tal-proposti mill-Kummissjoni lill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-implimentazzjoni ta' elementi ġodda ta' l-assoċjazzjoni tal-PTLHB-KE jew l-emenda tiegħu fuq il-bażi ta' l-Artikolu 187 tat-Trattat.

    Artikolu 8

    Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-AKP-KE

    L-awtoritajiet tal-PTLHB għandhom jiġu mgħarrfa bl-aġenda, ir-resoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta'l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-AKP-KE.

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġjaw kull talba mill-awtoritajiet tal-PTLHB sabiex jipparteċipaw bħala osservaturi fis-sessjonijiet plenarji ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-AKP-KE, bla ħsara għar-regoli stess ta' proċedura ta' l-Assemblea.

    Artikolu 9

    Tmexxija

    Tmexxija minn jum għall-ieħor ta' din id-Deċiżjoni għandha tiġi kondotta mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-PTLHB u, jekk jinħoloq il-bżonn, mill-Istat Membru li miegħu huwa marbut il-PTLHB, bi qbil mal-poteri istituzzjonali, legali u finanzjarji ta' kull wieħed mis-sieħba, prinċipalment rigward koperazzjoni finanzjarja ta' żvilupp u koperazzjoni fl-erja ta' kummerċ u servizzi.

    PARTI II

    L-ERJI TA' KOPERAZZJONI TAL-PTLHB-KE

    Artikolu 10

    Erji ta' koperazzjoni

    Il-Komunità għandha tikkontribbwixxi għal koperazzjoni f'dawk l-erji fil-PTLHB imniżżla f'lista f'dan it-Titolu bi qbil mal-prijoritajiet stabbiliti fl-istrateġiji ta' żvilupp għal kull PTLHB jew, fejn xieraq, fil-forma ta' miżuri reġjonali.

    Artikolu 11

    Setturi tal-prodott

    Koperazzjoni għandha tappoġġja politika settorjali u strateġiji li jiffaċilitàw adeżjoni ma' attivitajiet u risorsi tal-prodott, partikolarment:

    (a) Agrikoltura: Politika agrikola u twaqqif ta' istituzzjonijiet, diversifikazzjoni, irrigazzjoni, moltiplikazzjoni taż-żerriegħa, miżuri ta' protezzjoni ta' l-uċuh tar-raba, produzzjoni tal-fertilizzant, tagħmir, agro-proċessar, bhejjem ħajjin u trobbija ta' l-ifrat, biedja ta' l-annimali, estensjoni u riċerka; bejgħ fis-suq; ħażna u trasportazzjoni; sigurta ta' l-ikel, kreditu agrikolu, settlement u riforma ta' l-art, użu ta' l-art u politika ta' reġistrazzjoni, trasferiment ta' teknoloġija, infrastruttura ta' irrigazzjoni u ta' dranaġġ, servizzi oħra ta' appoġġ.

    (b) Forestrija: politika ta' forestrija u twaqqif ta' istituzzjonijiet, inkluż l-użu ta' siġar biex jiġi konservat l-ambjent f'kontroll kontra l-erosion u desertification; afforestation; maniġġjar tal-foresti, inkluż l-utilizzazzjoni razzjonali u l-maniġġjar ta' esporti ta' l-injam (timber); kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' foresti tropikali tax-xita; riċerka u taħriġ.

    (ċ) Sajd: politika tas-sajd u twaqqif ta' istituzzjonijiet; protezzjoni tal-ħażna tal-ħut u maniġġjar razzjonali ta' ħażniet tal-ħut, fish farming u sajd artisanali; trasport għas-sajd; ħażna kiesħa u bejgħ fis-suq u preservazzjoni tal-ħut.

    (d) Żvuilupp rurali: politika rurali u twaqqif ta' istituzzjonijiet, proġetti/programmi integrati ta' żvilupp rurali; għajnuna u proġetti mmirati lejn in-nies, produzzjoni u bejgħ fis-suq f'erji rurali; infrastruttura rurali.

    (e) l-Industrija: Politiki settorjali u twaqqif ta' istituzzjonijet; industriji tas-sengħa (crafts); agro-industriji u setturi oħra ta' fabbrikazzjoni, industrija ta' tagħmir tat-trasport; riċerka u żvilupp teknoloġiku; kontroll għall-kwalità; żvilupp u espansjoni ta' IŻM-ijiet u mikro-impriżi.

    (f) Tħaffir fil-mijieri: Politika settorjali u twaqqif ta' istituzzjonijiet, riċerka u żvilupp teknoloġiku; tħaffir fil-minjieri fuq skala żgħira, eċċ.

    (g) Enerġija: politika ta' l-enerġija u twaqqif ta' istituzzjonijiet, ġenerazzjoni tas-saħħa elettrika (li ma terġax tiġġedded u li terġa tiġġedded); użu effiċjenti ta' risorsi ta' l-enerġija; riċerka u taħriġ ta' l-enerġija; l-inkoraġġiment għal involviment fis-settur privat fil-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tas-saħħa elettrika.

    (h) Trasport: politika tat-trasport u twaqqif ta' istituzzjonijiet; trasport permezz tat-triq, tal-ferrovija, bil-baħar jew bil-baħar intern u faċilitàjiet ta' ħażna.

    (i) Komunikazzjoni: politika ta' komunikazzjoni u twaqqif ta' istituzzjonijiet; telekomunikazzjonijiet u media.

    (j) Ilma: politika ta' l-ilma u twaqqif ta' istituzzjonijiet, protezzjoni ta' risorsi ta' l-ilma, maniġġjar ta' l-iskart, provvisti ta' l-iskart f'erji rurali u urbani għal għanijiet domestiċi, industrijali jew agrikoli; ħażna, distribuzzjoni u maniġġjar ta' risorsi ta' l-ilma.

    (k) Servizzi bankarji, finanzjarji, u tan-negozju: politika fis-settur finanzjarju u twaqqif ta' istituzzjonijet, servizzi ta' negozju; privatizzazzjoni, parteċipazzjoni u bejgħ fis-suq ta' ekwitajiet; appoġġ għal assoċjazzjonijiet ta' kummerċ u negozju (inkluż aġenziji ta' promozzjoni u ta' esportazzjoni); istituzzjonijiet finanzjarji u bankarji.

    (l) Żvilupp u applikazzjoni teknoloġika, riċerka: politika u twaqqif ta' istituzzjonijiet; azzjoni għalenija f'livell lokali, nazzjonali u/jew reġjonali għall-promozzjoni ta' attivitajiet ta' xjenza u teknoloġija u l-applikazzjoni tagħhom għall-produzzjoni u l-promozzjoni ta' għerf fil-kompjuter fis-setturi pubbliċi u privati, programmi xjentifiċi u tagħmir għal riċerka.

    Artikolu 12

    Żvilupp fil-kummerċ

    1. Il-Komunità għandha timplimenta miżuri għall-iżvilupp ta' kummerċ fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni finali tal-prodott.

    L-għan huwa sabiex jiġi żgurat li l-PTLHB jieħdu l-benefiċċju massimu mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u jkunu jistgħu jipparteċipaw skond il-kondizzjonijiet l-aktar favorevoli fis-swieq tal-Komunità, domestiċi, sub-reġjonali, reġjonali u internazzjonali billi jiddiversifikaw il-firxa u jżidu l-valur u l-volum ta' kummerċ fil-PTLHB f'merkanzija u servizzi.

    2. B'żieda ma' l-iżvilupp ta' kummerċ bejn il-PTLHB u l-Komunità, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil operati li huma disinjati sabiex iżidu s-self-reliance tal-PTLHB u jtejbu koperazzjoni reġjonali f'kummerċ u servizzi.

    3. Fl-istrumenti provvduti f'din id-Deċiżjoni u bi qbil mad-dispożizzjonijiet dikjarati f'relazzjoni magħhom, għandhom jindħalu għal operati fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tal-PTLHB, partikolarment fl-erji li ġejjin:

    (a) appoġġ għad-definizzjoni ta' politika makroekonomika xierqa meħtieġa għal żvilupp ta' kummerċ;

    (b) appoġġ għall-ħolqien jew ir-riforma ta' strutturi xierqa legali u regolatorji kif ukoll għar-riforma ta' proċeduri amministrattivi;

    (ċ) l-istabbiliment ta' strateġijiet koerenti ta' kummerċ;

    (d) appoġġ għal PTLHB fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet interni, sistemi ta' tagħrif u għarfien tagħhom fir-rwol u l-importanza ta' kummerċ fi żvilupp ekonomiku;

    (e) appoġġ biex tissaħħaħ l-infrastruttura li għandha x'taqsam ma' kummerċ u partikolarment għall-isforzi tal-PTLHB biex jiżviluppaw u jtejbu infrastruttura f'manjiera li tappoġġja s-servizz, inkluż faċilitàjiet ta' trasport u ta' ħażna, sabiex jiġi żgurat il-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fid-distribuzzjoni ta' merkanzija u servizzi u sabiex jittejjeb u jinġieb il-quddiem il-mixi ta' esporti mill-PTLHB;

    (f) żvilupp ta' risorsi tal-bniedem u abbiltajiet professjonali fil-qasam ta' kummerċ u servizzi, partikolarment fis-setturi ta' proċessar, bejgħ fis-suq, distribuzzjoni u trasport għas-swieq tal-Komunità, reġjonali u internazzjonali;

    (g) appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat u, partikolarment, għall-IŻM-ijiet għal identifikazzjoni u żvilupp tal-prodott, ftuħ tas-suq u xogħlijiet konġunti orjentati lejn l-esportazzjoni;

    (h) appoġġ għal azzjonijiet tal-PTLHB immirati lejn l-inkoraġġiment u l-attrazzjoni ta' operati ta' investiment privat u xogħlijiet konġunti;

    (i) l-istabbilizzazzjoni, l-adattament u t-tisħiħ ta' organizzazzjonijiet fil-PTLHB li jittrattaw l-iżvilupp ta' kummerċ u servizzi, fil-waqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-bżonnijiet speċjali ta' organizzazzjonijiet fil-PTLHB li huma l-inqas żviluppati;

    (j) appoġġ għal PTLHB li jimmiraw biex itejbu l-kwalità tal-prodotti tagħhom, jadattawhom għal ħtiġijiet tas-suq u jiddiversifikaw il-postijiet ta' bejgħ tagħhom;

    (k) appoġġ għall-isforzi tal-PTLHB biex jippenetraw b'mod aktar effettiv is-swieq f'pajjiżi terzi;

    (l) miżuri ta' żvilupp fis-suq inkluż żieda fil-kuntatti u l-bdil ta' tagħrif bejn operaturi ekonomiċi fil-PTLHB, l-Istati AKP, l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

    (m) appoġġ għal PTLHB fl-applikazzjoni ta' metodi moderni ta' teknika ta' bejgħ fis-suq f'setturi u programmi orjentati lejn il-produzzjoni, partikolarment f'erji bħal ma huma żvilupp rurali u agrikoltura;

    (n) l-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp ta' istituzzjonijet ta' assigurazzjoni u ta' kreditu fil-qasam ta' żvilupp ta' kummerċ.

    4. Appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-PTLHB f'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet u missjonijiet ta' kummerċ għandu jitwettaq biss meta dawn l-avvenimenti jiffurmaw parti integra minn programmi totali ta'kummerċ u ta' żvilupp fis-suq.

    5. Parteċipazzjoni tal-PTLHB l-inqas żviluppati f'diversi attivitajiet ta' kummerċ għandha tiġi nkoraġġita permezz ta' dispożizzjonijiet speċjali, fost ħwejjeġ oħra, il-ħlas ta' l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar tal-personal u spejjeż tat-trasportazzjoni ta' wirjiet (exhibits), fl-okkażjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom f'fieri lokali, reġjonali u ta' pajjiż terz, esibizzjonijiet jew missjonijiet ta' kummerċ, inkluż l-ispiża tal-kostruzzjoni temporanja u/jew il-kiri ta' postijiet (booths and stalls) ta' esibizzjoni. Il-PTLHB l-inqas żviluppati għandhom jingħataw għajnuna speċjali biex jassistu fil-preparazzjoni u/jew ix-xiri ta' materjali ta' promozzjoni.

    Artikolu 13

    Kummerċ f'servizzi

    1. Il-Komunità taqbel li tiżviluppa u tiffinanzja infrastruttura u risorsi umani rigward kummerċ f'servizzi bi qbil mal-prijoritajiet stabbiliti skond l-istrateġiji ta' żvilupp għal kull PTLHB.

    2. Il-Komunità għandha tikkontribbwixxi għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta' servizzi marittimi ta' trasport cost-effective u effiċjenti fil-PTLHB, billi:

    (a) tippromwovi t-trasport bil-baħar effiċjenti ta' merkanzija b'rati li ekonomikament u kummerċjalment jagħmlu sens;

    (b) timplimenta politika tajba u regoli ta' kompetizzjoni;

    (ċ) tiffaċilità aktar parteċipazzjoni tal-PTLHB f'servizzi internazzjonali ta' trasport bil-baħar;

    (d) tinkoraġġixxi programmi reġjonali ta' trasport marittimu u żvilupp ta' kummerċ;

    (e) iżżid l-involviment tas-settur privat lokali f'attivitajiet ta' trasport bil-baħar.

    Il-Komunità u l-PTLHB jidħlu sabiex jippromwovu sigurta waqt trasport bil-baħar, sigurta ta' ekwipaġġi u l-prevenzjoni tat-tniġġiż.

    3. Il-Komunità għandha żżid koperazzjoni mal-PTLHB sabiex jiġi żgurat titjib regolari u tkabbir fit-traffiku ta' l-arju.

    Dan għandu jinvolvi:

    (a) l-eżami tal-meżżi kollha ta' riforma u modernizzazzjoni fl-industrija tat-trasport ta' l-ajru tal-PTLHB;

    (b) il-promozzjoni tal-vijabilita u l-kompetittivita kummerċjali tagħhom;

    (ċ) l-inkoraġġiment ta' livelli aktar għolja ta' investiment u parteċipazzjoni fis-settur privat u aktar bdil ta' għerf u prattika tajba ta' kummerċ;

    (d) li l-passiġġieri u l-esportaturi fil-PTLHB kollha jiġu provduti b'aċċess għal xbieki globali ta' trasport bl-ajru.

    4. Sigurta trid tiġi żgurata fis-settur tat-trasport bl-ajru u l-livelli stabbiliti internazzjonali rilevanti iridu jiddaħħlu u jiġu mplimentati.

    Għal dan l-iskop, il-Komunità għandha tgħin lill-PTLHB f':

    (a) l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' sigura ta' navigazzjoni bl-ajru, inkluż is-sistema ta' Komunikazzjonijiet, Navigazzjoni u Sorveljanza/Maniġġjar ta' Traffiku bl-Ajru (KNS/MTA);

    (b) l-implimentazzjoni ta' sigurta fl-ajruport u tisħiħ fil-kapaċita awtoritajiet ta' avjazzjoni ċivili biex jimmaniġġjaw l-aspetti kolla ta' sigura operazzjonali mqegħda taħt il-kontroll tagħhom;

    (ċ) l-iżvilupp ta' infrastrutturi u risorsi umani;

    (d) li jiġi żgurat li kull miżura meħuda f'dan il-qasam hija bbażata fuq parir mill-prganizzazzjonijet internazzjonali rilevanti li jkunu effettivi u sostenibbli fl-iskond fit-tul.

    5. Attenzjoni kif suppost trid tingħata sabiex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali ta' trasport bl-ajru, partikolarment permezz ta' studji xierqa ta' impatt ambjentali.

    6. F'ħafna aspetti ta' trasport bl-ajru, soluzzjonijiet reġjonali jistgħu joffru skop għal prezz aktar effettiv u ekonomiji ta' skala. Għal dan l-iskop, il-Komunità tidħol sabiex tappoġġja u tinkoraġġixxi azzjonijiet fuq livell reġjonali fejn xieraq.

    7. La darba telekomunikazzjoni u parteċipazzjoni attiva fis-soċjeta tat-tagħrif huma prerekwiżiti għall-integrazzjoni b'suċċess tal-PTLHB fl-ekonomija dinjija, il-Komunità u l-PTLHB jikkonfermaw mill-ġdid l-irbit rispettiv tagħhom skond il-ftehimijiet multilateral eżistenti, partikolarment l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (ODS) dwar Telekomunikazzjonijiet Bażiċi.

    8. Il-Komunità għandha tappoġġja l-isforzi tal-PTLHB sabiex tiżdied il-kapaċita tagħhom fil-qasam ta' kummerċ f'servizzi. Koperazzjoni għandha tkopri, fost ħwejjeġ oħra, l-erji li ġejjin:

    (a) il-promozzjoni ta' konsultazzjonijiet bejn korpijiet kompetenti ta' telekomunikazzjonijiet fil-PTLHB u l-Komunità bil-ħsieb li jiġi nkoraġġit żvilupp ta' ambjent ta' telekomunikazzjonijiet kompettitiv li jġib rati aktar viċin għall-ispejjeż;

    (b) l-istabbiliment ta' dijalogu dwar aspetti differenti tas-soċjeta ta' tagħrif, inkluż aspetti regolatorji u politika ta' komunikazzjonijet;

    (ċ) bdil ta' tagħrif u għajnuna teknika possibbli dwar ir-regolament, l-istandardizzazzjoni, it-testjar ta' konformità u ċ-ċertifikazzjoni ta' tagħrif u teknoloġiji ta' komunikazzjonijiet u l-użu ta' frekwenzi;

    (d) id-disseminazzjoni ta' tagħrif ġdid u teknoloġiji ta' komunikazzjonijiet u l-iżvilupp ta' faċilitàjiet ġodda, partikolarment f'relazzjoni ma' interkonnessjoni ta' xbieki u interoperabilta ta' applikazzjonijiet;

    (e) il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta' riċerka konġunta fil-qasam ta' teknoloġiji ġodda li għandhom x'jaqsmu mas-soċjeta tat-tagħrif;

    (f) id-disinn u l-implimentazzjoni ta' programmi u politika sabiex jiżdied l-għarfien dwar benefiċċji ekonomiċi u soċjali li joħorġu mis-soċjeta ta' tagħrif.

    9. Koperazzjoni għandha, partikolarment, tiġi diretta lejn aktar komplimentarjeta u armonizzazzjoni ta' sistemi ta' komunikazzjoni f'livell lokali, nazzjonali, reġjonali, inter-reġjonali u internazzjonali u l-adattament tagħhom għal teknoloġiji ġodda.

    10. Il-Komunità għandha tappoġġja miżuri u operati sabiex jiġi żviluppat u appoġġjat turiżmu sostenibbli. Dawn il-miżuri għandhom jiġu mplimentati fil-livelli kollha, mill-identifikazzjoni tal-prodott turistiku għall-istadju ta' bejgħ fis-suq u promozzjoni.

    L-għan għandu jkun sabiex jiġu appoġġjat l-isforzi ta' l-awtoritajiet tal-PTLHB sabiex joħroġ benefiċċju massimu minn turiżmu lokali, reġjonali u internazzjonali rigward l-impatt tat-turiżmu fuq żvilupp ekonomiku u biex jiġi stimulat il-mixi finanzjarju privat mill-Komunità u sorsi oħra fl-iżvilupp tat-turiżmu fil-PTLHB. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-ħtieġa li jiġi ntegrat it-turiżmu fil-ħajja soċjali, culturali u ekonomika tan-nies, kif ukoll sabiex wieħed jibża' għall-ambjent.

    Miżuri speċifiċi ta' żvilupp fit-turiżmu għandhom jiġu mmirati lejn id-definizzjoni, l-adattament u l-iżvilupp ta' politika xierqa fil-livelli lokali, reġjonali, sub-reġjonali u internazzjonali. Programmi u proġetti ta' żvilupp fit-turiżmu għandhom jiġu bbażati fuq din il-politika fuq il-bażi ta' l-erba' komponenti li ġejjin:

    (a) żvilupp ta' risorsi umani u istituzzjonali, fost ħwejjeġ oħra:

    - żvilupp fil-maniġġjar professjonali f'abbiltajiet speċifiċi u taħriġ kontinwu f'livelli xierqa fis-setturi privati u pubbliċi sabiex jiġi żgurat ippjanar u żvilupp adegwat;

    - l-istabbilizzazzjoni u t-tisħiħ ta' ċentri turistiċi ta' promozzjoni;

    - l-edukazzjoni u t-taħriġ għal segmenti speċifiċi tal-popolazzjoni u organizzazzjonijiet pubbliċi/privati attivi fis-settur tat-turiżmu inkluż personal involuti f'setturi li jappoġġjaw it-turiżmu;

    - koperazzjoni inter-PTLHB u PTLHB-AKP u bdil fl-oqsma ta' taħriġ, għajnuna teknika u l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet.

    (b) l-iżvilupp ta' prodotti inkluż, fost ħwejjeġ oħra:

    - l-identifikazzjoni tal-prodott tat-turiżmu, l-iżvilupp ta' prodotti mhux tradizzjonali u ġodda tat-turiżmu, l-adattament ta' prodotti eżistenti inkluż il-priservazzjoni u l-iżvilupp ta' wirt kulturali, aspetti ekoloġiċi u ambjentali, il-maniġġjar, il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-fawna u l-flora, assi storiċi, soċjali u oħra naturali, l-iżvilupp ta' servizzi anċillari;

    - il-promozzjoni ta' investiment privat fl-industriji tat-turist tal-PTLHB, inkluż il-ħolqien ta' xogħlijiet konġunti;

    - il-produzzjoni ta' crafts ta' natura kulturali għas-suq fit-turiżmu.

    (ċ) l-iżvilupp fis-suq inkluż, fost ħwejjeġ oħra:

    - ta' l-għajnuna għad-definizzjoni u l-eżekuzzjoni ta' għanijiet u pjanijiet ta' żvilupp fis-suq f'livelli lokali, sub-reġjonali, reġjonali u internazzjonali;

    - l-appoġġ għall-isforzi tal-PTLHB sabiex jinkiseb aċċess għal servizzi għall-idustrija tat-turiżmu bħal ma huma sistemi ċentrali ta' riservazzjoni u sistemi ta' kontroll u s-sigurta tat-traffiku fl-ajru;

    - il-miżuri ta' bejgħ fis-suq u promozzjonali u materjali fil-qafas ta' pjanijiet u programmi integrati ta' żvilupp fis-suq bil-ħsieb li jtejbu penetrazzjoni fis-suq, immirati lejn l-ġeneraturi ewlenin ta' mixi fit-turiżmu fi swieq tradizzjonali u mhux tradizzjonali kif ukoll attivitajiet speċifiċi bħal ma huma parteċipazzjoni f'avvenimenti speċjalizzati ta' kummerċ, bħal fieri, produzzjoni ta' letteratura ta' kwalità, films u għajnuniet għall-bejgħ fis-suq.

    (ċ) ir-riċerka u t-tagħrif inkluż, fost ħwejjeġ oħra:

    - it-titjib ta' tagħrif fit-turiżmu u l-ġbir, l-analizzar, id-disseminazzjoni u l-utilizzazzjoni ta' fatti magħrufa (data) statistiċi;

    - l-istima ta' l-impatt soċjo-ekonomiku tat-turiżmu fuq l-ekonomiji tal-PTLHB b'enfasi partikolari fuq l-iżvilupp ta' rabtiet ma' setturi oħra fil-PTLHB u r-reġjuni ta' madwarhom, bħal ma huma l-produzzjoni ta' l-ikel, il-bini, it-teknoloġija u l-maniġġjar.

    Artikolu 14

    Erji li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ

    1. Il-Komunità għandha tgħin sabiex tirrinforza, fl-istrateġiji ta' żvilupp ta' kull PTLHB, il-kapaċita tal-PTLHB sabiex jimmaniġġjaw l-erji kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ, inkluż fejn ikun meħtieġ it-titjib u l-appoġġ ta' l-istruttura istituzzjonali.

    2. Il-Komunità għandha tikkopera mal-PTLHB fl-introduzzjoni tal-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni ta' investimenti.

    3. Il-Komunità għandha tgħin ukoll sabiex tirrinforza koperazzjoni mal-PTLHB bil-ħsieb li tiġi formulata u appoġġjata politika ta' kompetizzjoni effettiva ma' l-aġenziji xierqa ta' kompetizzjoni li progressivament jiżguraw l-infurzar effiċjenti tar-regoli ta' kompetizzjoni minn kemm impriżi privati kif ukoll statali. Koperazzjoni f'din l-erja għandha, partikolarment, tinkludi għajnuna fl-abbozzar ta' struttura legali xierqa u l-infurzar amministrattiv tagħha b'riferenza partikolari għall-PTLHB li huma l-inqas żviluppati.

    4. Il-Komunità għandha tkompli tinkoraġġixxi koperazzjoni mal-PTLHB u testendiha, partikolarment, għall-erji li ġejjin:

    (a) il-preparazzjoni ta' liġijiet u regolamenti għall-preparazzjoni u l-infurzar ta' drittijiet intellettwali ta' propjeta, il-prevenzzjoni ta' l-abbuż ta' dawn id-drittijiet minn pussessuri tad-drittijiet u l-ksur ta' dawn id-drittijiet minn kompetituri, l-istabbiliment u r-rinfurzar ta' uffiċċji lokali, nazzjonali u reġjonali u aġenziji oħra inkluż appoġġ għal organizzazzjonijiet ta' propjeta intellettwali u reġjonali involuti fl-infurzar u l-protezzjoni, inkluż it-taħriġ ta' personal;

    (b) il-konklużjoni ta' ftehimijiet immirati lejn il-protezzjoni ta' marki tal-fabbrika u indikazzjonijiet ġijografiċi għall-prodotti ta' interess partikolari.

    5. Il-Komunità għandha tgħin lill-PTLHB fl-isforzi tagħhom rigward l-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni mmirati lejn il-promozzjoni ta' sistemi kompatibbli bejn il-Komunità u l-PTLHB. Koperazzjoni għandha tikkomprendi partikolarment dan li ġej:

    (a) miżuri li jippromwovu aktar użu ta' regolamenti tekniċi internazzjonali, livelli stabbilit u proċeduri ta' stima ta' konformità, inkluż miżuri speċifiċi għas-settur, bi qbil mal-livell ta' żvilupp ekonomiku tal-PTLHB;

    (b) koperazzjoni fl-erja ta' maniġġjar ta' kwalità u assigurazzjoni f'setturi magħżula ta' importazzjoni lill-PTLHB;

    (ċ) appoġġ għal inizjattivi ta' bini ta' kapaċita fl-oqsma ta' stima ta' konformità, metroloġija u standardizzazzjoni;

    (d) l-iżvilupp ta' rabtiet bejn il-PTLHB u l-istandardizzazzjoni Ewropea stima ta' konformità u istituzzjoni ta' ċertifikazzjoni.

    6. Il-Komunità għandha tgħin sabiex issaħħaħ koperazzjoni mal-PTLHB rigward miżuri tas-saħħa tal-bniedem, ta' l-annimal u tal-pjanti bil-ħsieb li tinbena kapaċita fis-settur pubbliku u privat f'din l-erja.

    7. Filwaqt li jinżammu fil-moħħ il-Prinċipji Rio u bil-ħsieb li jiġi rinfurzat l-appoġġ bejn xulxin ta' politika ta' kummerċ u ambjentali, il-Komunità għandha ssaħħaħ koperazzjoni mal-PTLHB. L-għan ta' koperazzjoni għandha partikolarment tkun li:

    (a) tistabbilixxi politika lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali koerenti;

    (b) tirrinforza kontrolli ta' kwalità ta' merkanzija u servizzi relatati ma' l-ambjent;

    (ċ) ittejjeb metodi ta' produzzjoni li jaqblu ma' l-ambjent fis-setturi rilevanti.

    8. Il-Komunità għandha tikkopera mal-PTLHB f'relazzjoni mal-livelli stabbiliti tax-xogħol. Koperazzjoni f'din l-erja għandha tikkonsisti prinċipalment minn:

    (a) bdil ta' tagħrif dwar liġijiet u regolamenti tax-xogħol;

    (b) għajnuna fil-formulazzjoni ta' leġislazzjoni dwar ix-xogħol u tisħiħ tal-leġislazzjoni eżistenti;

    (ċ) programmi ta' edukazzjoni u li jżidu l-għarfien immirati lejn l-eliminazzjoni ta' xogħol tat-tfal;

    (d) infurzar ta' leġislazzjoni u regolamenti tax-xogħol.

    9. Il-Komunità għandha tikkopera mal-PTLHB fl-erja ta' politika tal-konsumatur u protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur billi:

    (a) ttejjeb kapaċita istituzzjonali u teknika f'din l-erja;

    (b) tistabbilixxi sistemi mgħaġġla ta' allert ta' tagħrif bejn xulxin dwar prodotti perikolużi;

    (ċ) tbiddel tagħrif u esperjenzi dwar l-istabbiliment u l-operat ta' sorveljanza wara bejgħ fis-suq ta' prodotti u sigurta ta' prodotti;

    (d) ittejjeb it-tagħrif provvdut lill-konsumaturi dwar prezzijiet, karatteristiċi ta' prodotti u servizzi offruti;

    (e) tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' assoċċjazzjonijiet privati tal-konsumatur u kuntatti bejn ir-rappreżentanti ta' interess lill-konsumatur;

    (f) ittejjeb il-kompatibilita ta' politika u sistemi tal-konsumatur;

    (g) tgħarraf fid-dħul fis-seħħ ta' leġislazzjoni tippromwovi koperazzjoni fl-investigazzjoni ta' prattiċi tan-negozju ta' ħsara jew mhux bil-fier;

    (h) timplimenta projbizzjonijiet fuq esporti fuq il-kummerċ ta' merkanzija u servizzi li l-bejgħ fis-suq tagħhom ikun ġie pprojbit fil-pajjiż ta' produzzjoni tagħhom.

    10. Il-Komunità għandha tappoġġja l-isforzi allokati mill-atturi pubbliċi u privati tal-PTLHB fil-qasam tat-teknoloġija informatika u tat-telekomunikazzjonijiet sabiex:

    (a) timmodernizza l-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet, servizzi tat-trasmissjoni tal-fatti magħrufa (data), applikazzjonijiet remoti ta' proċessar u proġetti ta' applikazzjoni tat-telematika (PAT);

    (b) tiżviluppa u ttejjeb is-servizzi u l-kapaċita tal-bniedem meħtieġa biex tinkiseb is-soċjeta tat-tagħrif, u tintegra dawk is-servizzi fl-aħjar manjiera possibbli f'kuntest reġjonali;

    (ċ) ittejjeb l-għarfien ta' opportunitajiet ekonomiċi u l-bdil ta' esperjenza u ta' l-għerf fis-sengħa;

    (d) tipprovdi aktar tagħrif lill-utenti ta' dawk ir-risorsi;

    (e) tesplojta l-potenzal ta' dan is-settur f'manjera ottima u sostenibbli;

    (f) tiżviluppa l-użu ta' tekonoġija ta' komunikazzjonijiet u ta' l-informatika fil-qasam ta' edukazzjoni, inkluż tagħlim minn distanza;

    (g) iżżid kummerċ elettroniku u koperazzjoni ekonomika;

    (h) ittejjeb u timmodernizza xbieki tas-saħħa, permezz ta' l-iżvilupp ta' rabtiet bejn sptarijiet, l-użu ta' dijanjosi remota u l-ħolqien ta' databases konġunti;

    (i) tiżviluppa aċċess multimedja għal risorsi kulturali u turistiċi;

    (j) ittejjeb u żżid l-użu ta' teknoloġija ta' l-informatika u tal-komunikazzjonijiet fl-industrija u għall-innovazzjoni.

    Artikolu 15

    Setturi soċjali

    Il-Komunità għandha tikkontribbwixxi, fl-istrateġiji ta' l-iżvilupp ta' kull PTLHB, għal miżuri ta' żvilupp tal-bniedem u soċjali. Koperazzjoni tista' partikolarment tappoġġja programmi fis-setturi li ġejjin:

    (a) Politika ta' l-edukazzjoni u twaqqif ta' istituzzjonijiet (bini u materjali); taħriġ fil-lingwa u għall-għalliema; edukazzjoni primarja; edukazzjoni sekondarja u taħriġ vokazzjonali; edukazzjoni aktar għolja (inkluż attivitajiet ta' edukazzjoni speċifiċi għas-settur, p.e. taħriġ agrikolu).

    Fl-edukazzjoni, il-mira għandha tkun fuq it-twessiegħ ta' aċċess għal u t-titjib tal-kwalità ta' edukazzjoni bażika billi jinbnew aktar skejjel, jiġu rijabilitati klassijiet eżistenti u jiġu provvduti materjali edukazzjonali, taħriġ ta' l-għalliema, u bursaries għal studenti fqar.

    (b) Attivitajiet ta' riforma fis-settur tas-saħħa, politika tas-saħħa u twaqqif ta' istituzzjonijiet, edukazzjoni medika, taħriġ u riċerka, infrastruttura tas-saħħa; HIV/AIDS.

    Fis-settur tas-saħħa, proġetti għandhom igħinu biex jipprovdu servizzi ta' kura primarja u preventiva, partikolarment ippjanar tal-familja u servizzi tas-saħħa tat-tfal u ta' l-omm;

    (ċ) Politika tal-popolazzjoni u ppjanar tal-familja; kura ta' l-omm u tat-tarbija, inkluż appoġġ għall-proġetti li jieħdu ħsieb u jiżviluppaw il-ġenerazzjoni li jmiss.

    (d) Iż-żieda ta' l-effiċjenza ta' politika għall-prevenzjoni tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u t-traffikar tat-tipi kollha ta' drogi, sustanzi narkotiċi u psikotropiċi, il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' l-abbuż tad-droga, filwaqt li jitqies ix-xogħol li jkun sar f'dan il-kuntest minn korpijiet internazzjonali.

    Koperazzjoni għandha tikkomprendi dan li ġej:

    (i) taħriġ, edukazzjoni, promozzjoni tas-saħħa u rijabilitazzjoni ta' dawk maħkuma mill-vizzju, inkluż proġetti għall-integrazzjoni mill-ġdid ta' dawk maħkuma mill-vizzju fl-ambjenti tax-xogħol u soċjali;

    (ii) miżuri li jinkoraġġixxu opportunitajiet ekonomiċi alternattivi, per eżempju programmi għall-iżvilupp alternattiv ta' erji wżati għall-produzzjoni illiċita ta' pjanti narkotiċi, marbuta ma' miżuri effettivi ta' infurzar;

    (iii) għajnuna teknika, finanzjarja u amministrattiva li għandha x'taqsma mal-monitorjar ta' kummerċ tal-prekursur, u l-istabbiliment ta' livelli stabbiliti ekwivalenti għal dawk adottati mill-Komunità u l-awtoritajiet internazzjonali konċernati;

    (iv) għajnuna teknika, finanzjarja u amministrattiva li għandha x'taqsam mal-prevenzjoni, it-trattament u t-tnaqqis ta' abbuż mid-droga;

    (v) għajnuna u taħriġ tekniku, u l-istabbilizzazzjoni ta' livelli stabbiliti biex jipprevjenu ħasil ta' flus ekwivalenti għal dawk adottati mill-Komunità u korpijiet internazzjonali oħra, partikolarment it-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar Ħasil ta' Flus;

    (vi) bdil ta' tagħrif rilevanti għall-implimentazzjoni ta' punti (a) sa (d).

    (e) Politika ta' l-ilma u twaqqif ta' istituzzjonijiet, protezzjoni ta' risorsi ta' l-ilma, maniġġjar ta' l-iskart (ilma għall-agrikoltura jew enerġija jiġi kopert skond is-settur rilevanti).

    Fil-provvista ta' l-ilma u s-settur ta' sanitazzjoni, il-mira għandha tkun li tipprovdi servizzi f'erji li m'għandhomx provvista biżżejjed. Fondi li jappoġġa aktar aċċess għall-provvista ta' l-ilma għax-xorb u servizzi ta' sanitazzjoni jikkontribbwixxu direttament għall-żvilupp ta' risorsi umani billi jtejbu l-istat ta' saħħa, u b'hekk iżidu l-produttivita, ta' nies li m'għandhomx diġa aċċess għal dawn is-servizzi; il-ħtieġa kontinwa li jiġu estiżi servizzi bażiċi fl-ilma, is-sanitazzjoni, u t-trasport lejn kemm popolazzjonijiet urbani kif ukoll rurali trid tiġi ndirizzata f'manjieri ambjentali sostenibbli.

    (f) Il-Komunità għandha tikkopera mal-PTLHB fil-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-maniġġjar tad-diversita bijoloġika tagħhom filwaqt li tqis il-Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità dwar diversita bijoloġika.

    Koperazzjoni f'din l-erja tista' partikolarment, testendi biex:

    (i) tappoġġja l-elaborazzjoni, l-aġġornar u l-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali ta' bijodiversita u pjanijiet ta' azzjoni;

    (ii) tiffaċilità l-istabbilizzazzjoni ta' mekkaniżmi lokali, reġjonali u sub-reġjonali għall-bdil ta' tagħrif u l-monitorjar u l-istima ta' progress fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Diversita Bijoloġika (KDB) [7];

    (iii) tiżviluppa u żżomm databases aġġornati dwar diversitajiet bijoloġiċi;

    (iv) timplimenta miżuri xierqa li għandhom x'jaqsmu ma' l-aċċess għal risorsi ġenetiċi;

    (v) tippromwovi l-konklużjoni ta' ftehimijiet mas-settur privat għall-użu tar-risorsi ġenetiċi tal-pajjiż, sabiex il-komunitajiet lokali jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod effettiv mid-dħul ekonomiku li joħroġ minn dawn il-ftehimijiet u sabiex l-użu tar-risorsi ġenetiċi ma jagħmilx ħsara lill-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-bijodiversita;

    (vi) tgħin lill-PTLH B sabiex jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess ta' l-għamla ta' politika u negozjati skond il-KDB.

    (g) Proġetti u programmi fil-qasam tad-djar u ta' l-iżvilupp urban integrat.

    Fi żvilupp urban, sforzi għandhom jimmiraw lejn il-bini jew ir-rijabilitazzjoni ta' toroq u infrastruttura bażika oħra, inkluż djar bi dħul baxx.

    Artikolu 16

    Koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali

    Koperazzjoni għandha tiżgura li tiġi provvduta għajnuna effettiva sabiex jinkisbu l-għanijiet u l-prijoritajiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fil-qafas ta' koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali u sub-reġjonali:

    1. Koperazzjoni reġjonali għandha tkopri operati kif miftiehma bejn:

    (a) żewġ PTLHB jew aktar;

    (b) PTLHB wieħed jew aktar u Stat wieħed jew aktar tal-AKP li huwa ġirien tiegħu;

    (ċ) PTHLB wieħed jew aktar u Stat ta' l-AKP wieħed jew aktar jew wieħed jew aktar mir-reġjunijiet l-aktar remoti riferiti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat (Guadeloupe, il-Guyana, Martinique, Réunion, il-Gżejjer Kanarji, l-Azores u il-Madeira);

    (d) żewġ korpijiet reġjonali jew aktar li tagħhom PTLHB huma membri;

    (e) PTHLB wieħed jew aktar u korpijiet reġjonali li tagħhom PTLHB, Stati ta' l-AKP jew wieħed jew aktar mir-reġjunijiet l-aktar remoti huma membri.

    2. L-għanijiet ta' koperazzjoni f'dan il-kuntest għandhom ikunu li:

    (a) tiġi nkoraġġita l-integrazzjoni gradwali tal-PTLHB fl-ekonomija dinjija;

    (b) tiġi aċċellerata koperazzjoni ekonomika u żvilupp fir-reġjunijiet tal-PTLHB u bejniethom u r-reġjunijiet ta' l-Istati ta' l-AKP;

    (ċ) tippromwovi l-moviment liberu ta' persuni, merkanzija, servizzi, kapital, xogħol u teknoloġija;

    (d) taċċellera diversifikazzjoni ekonomika u l-kordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' politika ta' koperazzjoni reġjonali u sub-reġjonali;

    (e) tippromwovi u tinkoraġġixxi inter-PTLHB u intra-PTLHB kif ukoll kummerċ mar-reġjunijiet l-aktar remoti, l-Istati ta' l-AKP jew pajjiżi terzi oħra.

    3. Fil-kuntest ta' integrazzjoni reġjonali, il-mira ta' koperazzjoni għandha tkun li:

    (a) tibni u ttejjeb u tmexxi l-quddiem il-kapaċita ta' koperazzjoni reġjonali u organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet ta' integrazzjoni biex jippromwovu koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali;

    (b) tinkoraġġixxi l-PTLHB l-inqas żviluppati sabiex jieħdu parti fl-iżvilupp ta' swieq reġjonali u jibbenefikaw minnhom;

    (ċ) timplimenta politika settorjali ta' riforma f'livell reġjonali;

    (d) tilliberalizza kummerċ u ħlasijiet;

    (e) tistimula investiment barrani u domestiku fil-qsim tal-fruntieri u inizjattivi ta' integrazzjoni ekonomiċi reġjonali jew sub-reġjonali oħra;

    (f) tqis l-ispiża transitorja nett ta' integrazzjoni reġjonali fuq dħul ta' l-estimi u l-bilanċ tal-ħlasijiet.

    4. Koperazzjoni għandha, fl-erja ta' koperazzjoni reġjonali, tkopri varjeta wiesgħa ta' oqsma funzjonali u tematiċi li speċifikament jindirizzaw problemi komuni u jieħdu vantaġġ minn ekonomiji ta' skala, inkluż:

    (a) l-infrastruttura, partikolarment infrastruttura tat-trasport u tal-komunikazzjonijiet u problemi ta' sigurta relatati, enerġija;

    (b) l-ambjent, maniġġjar ta' risors ta' l-ilma;

    (ċ) saħħa, edukazzjoni u taħriġ;

    (d) riċerka u koperazzjoni xjentifika u teknika;

    (e) preparazzjoni għal diżastru reġjonali u inizjattivi ta' allevjazzjoni;

    (f) erji oħra, p. e. kontrolli ta' armi, drogi, delitti organizzati, ħasil ta' flus, frodi u korruzzjoni.

    5. Koperazzjoni għandha tappoġġja wkoll skemi u inizjattivi ta' koperazzjoni inter-reġjonali, inter-PTLHB u inter-AKP.

    Artikolu 17

    Koperazzjoni kulturali u soċjali

    Koperazzjoni għandha tikkontribbwixxi għall-iżvilupp ta' min joqgħod fuqu tal-PTLHB, li huwa proċess iċċentrat fuq in-nies infushom u li għandu l-għeruq tiegħu fil-kultura ta' kull bniedem. Id-dimensjoni umana u kulturali għandha tħaddan l-erji kollha u tiġi riflessa fil-proġetti u l-programmi kollha ta' żvilupp. Koperazzjoni għandha tappoġġja l-politika u l-miżuri adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-PTLHB sabiex jittejbu u jitmexxew ‘l quddiem ir-risorsi umani tagħhom, jiżdiedu l-kapaċitajiet kreattivi tagħhom stess u jippromwovu l-identitajiet kulturali tagħhom. Għandha tinkoraġġixxi parteċipazzjoni mill-populazzjoni fil-proċess ta' żvilupp.

    Koperazzjoni kulturali u soċjali għandha tiġi espressa permezza ta':

    - l-qies tad-dimensjoni kulturali u soċjali;

    - il-promozzjoni ta' identitajiet kulturali u djalogu interkulturali, b'riferenza partikolari għall-priservazzjoni tal-wirt kulturali, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' prodotti kulturali, avvenimenti kulturali u tagħrif u komunikazzjoni;

    - operati li jtejbu u jmexxu ‘l quddiem risorsi umani, prinċipalment biex ikopru edukazzjoni u taħriġ, koperazzjoni xjentifika u teknika, ir-rwol tan-nisa fl-iżvilupp, is-saħħa u l-ġlieda kontra l-abbuż tad-droga, popolazzjoni u demografija.

    PARTI TLIETA

    STRUMENTI TA' KOPERAZZJONI BEJN PTLHB-KE

    IT-TITOLU I

    KOPERAZZJONI TA' ŻVILUPP FINANZJARJU

    Il-Kapitolu 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 18

    Għanijiet

    L-għan tal-koperazzjoni ta' żvilupp finanzjarju għandu jkun, permezz tad-dispożizzjoni ta' risorsi finanzjarji adegwati u ta' għajnuna teknika xierqa, li:

    (a) jappoġġa u jippromwovi l-isforzi tal-PTLHB stess sabiex jinkiseb żvilupp soċjali, kulturali u ekonomiku sostenibbli fuq il-bażi ta' interess mutwu u fi spirtu ta' interdependenza;

    (b) jgħin sabiex jiżdied il-livell ta' ħajja tan-nies tal-PTLHB;

    (ċ) jippromwovi miżuri li x'aktarx jimmobilizzaw il-kapaċita għall-inizjattiva ta' komunitajiet, gruppi, assoċjazzjonijiet u individwi u l-parteċipazzjoni tagħhom fid-disinn u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' żvilupp;

    (d) jikkontribbwixxi għall-parteċipazzjoni sħiħa tal-popolazzjoni fil-benefiċċji ta' żvilupp fl-interessi ta' l-allevjazzjoni tal-faqar;

    (e) jikkontribbwixxi għall-iżvilupp tal-kapaċita tal-PTLHB biex jinnovaw, jadattaw u jittrasformaw metodi ta' teknika lokali u biex jiġu magħrufa (to master) metodi ta' teknika ġodda;

    (f) jappoġġa l-isforzi tal-PTLHB sabiex jiksbu diversifikazzjoni ekonomika, fost ħwejjeġ oħra billi jikkontribbwixxi għall-esplorazzjoni, il-konservazzjoni, il-proċessar u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħhom;

    (g) jipprovdi appoġġa għal u jippromwovi l-iżvilupp ottimu ta' riżorsi umani fil-PTLHB;

    (h) jiffaċilità żieda fil-mixi finanzjarju lejn il-PTLHB li jilħqu l-bżonnijiet tagħhom ta' evolviment u jappoġġja l-isforzi tal-PTLHB biex jarmonizzaw koperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp tagħhom permezz ta' kofinanzjament ta' operati ma' aġenziji finanzjarji oħra jew partijiet terzi;

    (i) jippromwovi investiment privat dirett fil-PTLHB, jappoġġja l-iżvilupp ta' settur privat tal-PTLHB b'saħħtu, affluwenti u dinamiku u jinkoraġġixxi mixi ta' investiment privat lokali, nazzjonali u barrani fis-setturi produttivi fil-PTLHB;

    (j) jinkoraġġixxi koperazzjoni reġjonali, solidarjeta u integrazzjoni inter-PTLHB u PTLHB-AKP;

    (k) jippermetti l-istabbilizzazzjoni ta' aktar relazzjonijiet ekonomiċi u soċjali bilanċjati u ftehim aħjar bejn il-PTLHB, l-Istati ta' l-AKP, l-Istati Membri u l-bqija tad-dinja, bil-ħsieb li tiġi megħjuna l-integrazzjoni tal-PTLHB fl-ekonomija tad-dinja;

    (l) jgħinu lill-PTLHB iffaċjati b'diffikultajiet ekonomiċi u soċjali serji ta' natura eċċezzjonali li jirrisultaw minn diżastri naturali jew ċirkostanzi straordinarji li għandhom effetti paragunabbli sabiex jibbenefikaw minn għajnuna ta' emerġenza;

    (m) igħinu lill-PTLHB li huma l-inqas żviluppati sabiex jegħlbu l-ostakli speċifiċi li jostakolaw l-isforzi tagħhom ta' żvilupp.

    Artikolu 19

    Prinċipji

    1. Koperazzjoni finanzjarja ta' żvilupp għandha tiġi bażata fuq sħubija kumplimentarjeta u sussidju u għandha:

    (a) tiġi mplimentata, bi qbil ma' l-istrateġiji ta' assoċjazzjoni u ta' żvilupp adottati skond l-Artikolu 5, waqt li jiġu meqjusa kif mistħoqq il-karatteristiċi ġijografiċi, soċjali u kulturali tal-PTLHB rispettivi, kif ukoll il-potenzal speċifiku tagħhom;

    (b) tiżgura li mixi ta' risorsi huma jingġataw fuq bażi li titbassar u regolari;

    (ċ) tkun flessibbli u mfassla għas-sitwazzjoni f'kull PTLHB.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni biex jiżguraw maniġġjar finanzjarju sod fl-użu ta' fondi Komunitarji.

    3. Wara avviċinament ta' sħubija, attivitajiet Komunitarji għandhom jiġu deċiżi f'konsultazzjoni mill-viċin bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-PTLHB konċernati u l-Istat Membru li huwa marbut miegħu. Din is-sħubija għandha tiġi kondotta f'konformità sħiħa mal-poteri istituzzjonali, legali u finanzjarji rispettivi ta' kull wieħed mis-sieħba.

    4. Mingħajr preġudizzju għat-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 25(1), komtribuzzjonijiet Komunitarji u ta' l-Istati Membri għandhom ikunu kumplimentarji.

    5. Bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjeta, l-awtoritajiet tal-PTLHB konċernati għandhom ikunu responsabbli għall-operati ta' implimentazzjoni mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Kummissjoni disinjati biex jiżguraw il-maniġġjar finanzjarju sod fl-użu ta' fondi Komunitarji.

    Artikolu 20

    Dokumenti ta' Programmar Waħdieni

    1. Skond l-Artikolu 4, l-awtoritajiet tal-PTLHB, il-Kummissjoni u l-Istat Membru li miegħu l-PTLHB huwa marbut, li jagħmlu parti mill-isħubija, għandhom jippreskrivu l-istrateġija u l-miri ta' prijorita li fuqhom id-DPW jrid jiġi bbażat.

    2. L-awtoritajiet tal-PTLHB għandhom ikunu responsabbli biex:

    (a) jistabbilixxu l-prijoritajiet li fuqhom l-istrateġija ta' koperazzjoni għandha tiġi bbażata;

    (b) fil-qafas ta' l-ippjanar settorjali, jidentifikaw proġetti u programmi u jistabbilixxu miżuri ta' appoġġ biex jiżgura is-sostenibbilta u l-vijabilita ta' l-iskemi proposti;

    (ċ) jippreparaw dossier-ijiet ta' proġetti u programmi;

    (d) jippreparaw, jinnegozjaw u jikkonkludu kuntratti;

    (e) jimplimentaw u jimmaniġġjaw proġetti u programmi;

    (f) iżommu proġetti u programmi u jiżguraw is-sostenibbilta tagħhom.

    3. L-awtoritajiet rilevanti tal-PTLHB u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt sabiex:

    (a) jadottaw id-DPW;

    (b) jiżguraw l-ugwaljanza ta' kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi stediniet għall-offerti u kuntratti;

    (ċ) jimmonitorjaw u jevalwaw l-effetti u r-riżultati ta' proġetti u programmi;

    (d) jiżguraw l-eżekuzzjonijiet kif suppost, mill-aktar fis u effiċjenti ta' proġetti u programmi.

    4. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet finanzjarji fuq l-allokazzjoni sħiħa li tikkorrespondi għad-DPW, bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 24.

    5. Sakemm mhux provvdut mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, id-deċiżjonijiet kollha li jeħtieġu l-approvazzjoni ta' parti ma' l-assoċjazzjoni għandhom jiġu approvati, jew jitqiesu approvati, fi żmien sitt xhur min-notifika mill-parti l-oħra.

    Artikolu 21

    Skop ta' finanzjament

    Fil-qafas ta' l-istrateġija u l-prijoritajiet stabbiliti mill-PTLHB konċernati f'livell lokali u reġjonali, appoġġ finanzjarju jista' jingħata għal operati li jgħinu biex jiksbu l-għanijiet dikjarati f'din id-Deċiżjoni.

    L-attivitajiet li ġejjin għandhom jidħlu fl-iskop tiegħu:

    (a) politika settorjali u riformi kif ukoll proġetti li huma f'koerenza magħhom;

    (b) żvilupp istituzzjonali, twaqqif u integrazzjoni ta' kapaċita ta' aspetti ambjentali;

    (ċ) programmi tekniċi ta' koperazzjoni;

    (d) għajnuna umanitarja u operati ta' solliev ta' emerġenza;

    (e) appoġġ addizzjonali fil-każ ta' oxxillazzjonijiet fi qligħ ta' esportazzjoni minn esportazzjonijiet ta' merkanzija u servizzi.

    Artikolu 22

    Eliġibilita għal finanzjament

    1. L-entitajiet jew korpijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju skond din id-Deċiżjoni:

    (a) PTLHB;

    (b) korpijiet reġjonali jew inter-Statali li għalihom PTLHB jew aktar jappartjenu u li huma awtorizzati mill-awtoritajiet rilevanti tagħhom;

    (ċ) korpijiet konġunti mwaqqfa mill-Komunità u l-PTLHB biex isegwu ċerti għanijiet speċifiċi.

    2. Bla ħsara għall-ftehim ta' l-awtoritajiet tal-PTLHB konċernati, dawn li ġejjin għandhom ikun eliġibbli wkoll għal appoġġ:

    (a) aġenziji lokali, nazzjonali u/jew reġjonali pubbliċi jew semi-pubbliċi, dipartimenti jew awtoritajiet lokali tal-PTLHB u partikolarment l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom u banek ta' żvilupp;

    (b) kumpaniji u ditti tal-PTLHB u ta' gruppi reġjonali;

    (ċ) impriżi ta' Stat Membru, sabiex igħinuhom, b'żieda mal-kontribuzzjoni tagħhom stess, jidħlu għal proġetti produttivi fit-territorju ta' PTLHB;

    (d) intermedjarji finanzjarji tal-PTLHB jew tal-Komunità li jippromwovu u jiffinanzjaw investimenti privati fil-PTLHB;

    (e) atturi ta' koperazzjoni deċentralizzata u atturi oħra mhux Statali minn PTLHB u mill-Komunità, sabiex igħinuhom jidħlu għal proġetti u programmi ekonomiċ, kulturali, soċjali u edukazzjonali fil-PTLHB fil-qafas ta' koperazzjoni deċentralizzata, kif riferit fl-Artikolu29.

    Artikolu 23

    Programmar u implimentazzjoni

    Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal din il-Parti tad-Deċiżjoni u għal l-Annessi II A sa D fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tagħha, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24 u f'koperazzjoni mal-PTLHB bi qbil ma' l-Artikolu 7.

    Għandha tappoġġja l-utilizzazzjoni sħiħa mill-PTLHB ta' l-istrumenti preskritti f'din id-Deċiżjoni, partikolarment id-dispożizzjonijiet ta' kummerċ u finanzjarji, billi jiġu provvduti l-linji ta' gwida u t-tagħrif rilevanti fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tagħha.

    Id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu partikolarment:

    (a) il-proċedura għat-tħejjija tad-DPW u l-elementi essenzali tiegħu;

    (b) il-proċeduri u l-kriterji għas-segwiment, ir-reviżjoni, l-evalwazzjoni ex-ante, f'nofs l-iskond u ex-post, reviżjoni u implimentazzjoni tad-DPW, inkuż dawk f'relazzjoni mal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni f'dawn l-attivitajiet;

    (ċ) it-tħejjija ta' rapporti perjodiċi jew oħrajn;

    (d) regoli dettaljati għall-korrezzjonijiet finanzjarji riferiti fl-Artikolu 32.

    Il-proċeduri finanzjarji u ta' kontijiet għandhom jiġu preskritti fid-disa' Regolament Finanzjarju tal-FEŻ.

    Artikolu 24

    Il-Kumitat ta' l-FEŻ-PTLHB

    1. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tiġi megħjuna mill-Kumitat maħluq mill-Ftehim Intern, minn issa ‘l quddiem riferit f'dan l-Artikolu bħala "il-Kumitat."

    2. Meta jeżerċita l-poteri mogħtija lilu minn din id-Deċiżjoni, il-Kumitat għandu jkun magħruf bħala "l-Kumitat FEŻ-PTLHB". Ir-regoli interni ta' proċedura tal-Kumitat maħluqa mill-Ftehim Intern għandhom japplikaw għall-Kumitat FEŻ-PTLHB.

    3. Il-Kumitat għandu jimmira x-xogħol tiegħu fuq il-kwistjonijiet sostantivi ta' koperazzjoni ta' żvilupp f'livell tal-PTLHB u reġjonali. Fl-interessi ta' koerenza, kordinazzjoni u kumplimentarjeta, għandu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tad-DPW.

    4. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar:

    (a) abbozz ta' DPW u kull emenda għalihom;

    (b) id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal din il-Parti tad-Deċiżjoni u għall-Anness II A sa D.

    5. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'limitu ta' żmien preskritt mill-president. L-opinjoni għandha titwassal mill-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 21(4) tal-Ftehim Intern. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jitqiesu fil-manjiera dikjarata fil-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu. Il-President m' ghandux jivvota.

    6. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri, li għandhom japplikaw immedjatament. Madankollu, jekk il-miżuri mhumiex bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni lill-Kunsill mill-ewwel. F'dak il-każ,il-Kummissjoni tista' żżomm lura applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet fuqhom għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur mid-data ta' din il-komunikazzjoni.

    7. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi bil-maġġoranza u bi qbil mal-piż riferit lilu fil-paragrafu 5, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-perjodu provvdut fil-paragrafu 6.

    8. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat bis-segwiment, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' DPW.

    Il-Kapitolu 2

    Risorsi magħmula disponibbli lill-PTLHB

    Artikolu 25

    Għajnuna finanzjarja

    1. L-ammont totali ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-għanijiet ta' Kapitolu 1, l-allokazzjoni tagħha, termini u arranġamenti ta' finanzjament u ta' l-użu ta' l-għajnuna għall-perjodu mill-2000 sa' l-2007 jista' jinstab fl-Annessi II A sa D u f'Kapitolu 3, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni kif preskritt fl-Artikolu 24.

    Għajnuna finanzjarja skond din id-Deċiżjoni tista' tintuża biex tkopri l-ispiża totali ta' kemm in-nefqa totali kif ukoll barranija ta' proġetti u programmi, inkluż finanzjament ta' spejjeż rikorrenti.

    2. PTLHB huma eliġibbli wkoll għal finanzjament skond il-leġislazzjoni fis-seħħ favur il-pajjiżi li qed jiżviluppaw imniżżla f'lista fl-Anness II E u għall-programmi Komunitarji mniżżla f'lista fl-Anness II F.

    Il-Kapitolu 3

    Appoġġ ta' Investiment fis-Settur Privat

    Artikolu 26

    Promozzjoni ta' investiment

    L-awtoritajiet tal-PTLHB, l-Istati Membri u l-Komunità, huma u jgħarrfu l-importanza ta' investiment privat fil-promozzjoni tal-koperazzjoi ta' l-iżvilupp tagħhom u huma u jammettu l-bżonn li jittieħdu passi biex jippromwovu dan l-investiment, għandhom:

    (a) jimplimentaw miżuri biex jinkoraġġixxu parteċipazzjoni fl-isforzi ta' żvilupp tagħhom permezz ta' investituri privati li jikkonformaw ma' l-għanijiet u l-prijoritajiet ta' koperazzjoni ta' żvilupp tal-PTLHB-KE u mal-liġijiet u r-regolamenti xierqa;

    (b) jagħtu trattament bil-fier u ekwitabbli lil dawn l-investituri;

    (ċ) jieħdu miżuri u azzjonijiet li jgħinu sabiex joħolqu u jżommu klima ta' investiment li jista' jitbassar u sikur kif ukoll jidħlu f'negozjati fuq ftehimijiet li se jtejbu din il-klima;

    (d) jippromwovu koperazzjoni effettiva bejn operaturi ekonomiċi tal-PTLHB u bejniethom u dawk tal-Komunità sabiex jiżdied il-mixi ta' kapital, abbiltajiet ta' maniġġjar, teknoloġija u forom oħra ta' għerf tas-sengħa;

    (e) ifittxu li jippromwovu aktar mixi ta' risorsi privati bejn il-Komunità u l-PTLHB billi jikkontribbwixxu, fost ħwejjeġ oħra, għat-tneħħija ta' ostakli li jimpedixxu l-aċċess ta' l-operaturi tal-PTLHB għas-swieq kapitali internazzjonali, inkluż dawk tal-Komunità;

    (f) joħolqu ambjent li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet finanzjarji u l-mobilizzazzjoni ta' risorsi li huma essenzali għal formazzjoni tal-kapital u t-tkabbir ta' intrapriniżmu;

    (g) jippromwovu l-iżvilupp ta' impriżi billi jieħdu l-passi meħtieġa sabiex itejbu l-ambjent tan-negozju u, partikolarment, jinkoraġġixxu qafas legali, amministrattiv u inċentiv li jwassal għall-ħruġ u l-iżvilupp ta' impriżi dinamiċi fis-settur privat inkluż operati tal-grassroots;

    (h) isaħħu l-kapaċita ta' l-istituzzjonijiet lokali fil-PTLHB sabiex jipprovdu il-firxa ta' servizzi li jistgħu jinkoraġġixxu aktar partiċipazzjoni lokali f'attivita industrijali u tan-negozju.

    Artikolu 27

    Appoġġu finanzjament ta' investiment

    Koperazzjoni se tipprovdi finanzjament fuq skond fit-tul sabiex tippromwovi tkabbir fis-settur privat u timmobilizza kapital nazzjonali u barrani għal dan l-iskop. Għal dan l-iskop, koperazzjoni għandha partikolarment tipprovdi:

    (a) għotjiet biex ikopru għajnuna teknika u finanzjarja f'appoġġ ta' żvilupp ta' risorsi umani, twaqqif ta' kapaċita istituzzjonali, jew forom oħra ta' għajnuna istituzzjonali marbuta ma' investiment speċifiku; miżuri disinjati biex impriżi jsiru aktar kompetittivi u biex tinbena l-kapaċita ta' intermedjarji finanzjarji u mhux finanzjarji privati; miżuri li jiffaċilitàw u jippromwovu investiment u attivitajiet biex titjieb il-kompetittivita;

    (b) servizzi konsultattivi u ta' konsultazzjoni biex igħinu sabiex tinħoloq klima li toffri investiment u ħażna ta' tagħrif li jgħin u jinkoraġġixxi mixi ta' kapital;

    (ċ) għotjiet fondati mill-Faċilità ta' Investiment rifereita fl-Anness II Ċ;

    (d) self mir-risorsi tal-EIB stess.

    Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-Faċilità ta' Investiment u s-self msemmi hawn fuq huma preskritti rispettivament fl-Annessi II B u Ċ.

    Il-Kapitolu 4

    Appoġġ addizzjonali fil-każ ta' oxillazzjonijiet fi qligħ minn esporti

    Artikolu 28

    Appoġġ addizzjonali

    1. Sabiex jittaffew l-effetti ħżiena ta' tlugħ u nżul (oxillazzjonijiet) fuq skond qasir fi qligħ minn esporti, partikolarment fis-setturi agrikoli u ta' tħaffir fil-minjieri, li jistgħu jipperikolaw il-ksib ta' għanijiet ta' żvilupp tal-PTLHB konċernat, sistema ta' appoġġ addizzjonali għandha titwaqqaf fl-allokazzjoni finanzjarja riferita fl-Anness II A.

    2. L-għan ta' appoġġ fil-każ ta' oxxillazzjonijiet fuq skond qasir fi qligħ minn esporti huwa li jiġu salvagwardjati riformi u politika makroekonomika u politika li huma f'riskju bħala riżultat ta' waqa' fid-dħul u biex jiġu rimedjati l-effetti ħżiena ta' instabbilita ta' qligħ minn esporti partikolarment minn prodotti agrikoli u ta' tħaffir fil-minjieri.

    3. Id-dipendenza ta' l-ekonomiji tal-PTLHB fuq esporti, partikolarment fis-setturi agrikoli u ta' tħaffir fil-minjieri, għandha titqies fl-allokazzjoni ta' risorsi riferiti fl-Anness II D. F'dan il-kuntest, il-PTLHB li huma l-inqas żviluppati għandhom jirċievu aktar trattament favorevoli.

    4. Ir-risorsi addizzjonali għandhom jiġu provvduti bi qbil mal-modalitajiet speċifiċi tal-mekkaniżmu ta' appoġġ kif dikjarat fl-Anness II D.

    5. Il-Komunità għandha tipprovdi wkoll appoġġ għal skemi ta' assigurazzjoni bbażati fuq il-bejgħ fis-suq disinjati għall-PTLHB li qed ifittxu sabiex jipproteġu lilhom infushom kontra r-riskju ta' oxxillazzjonijiet fi qligħ ta' esporti.

    Il-Kapitolu 5

    Appoġġ għal atturi ta' koperazzjoni

    Artikolu 29

    Għanijiet u finanzjament

    1. Sabiex twieġeb għall-ħtiġijiet ta' l-iżvilupp ta' kommunitajiet lokali u tinkoraġġixxi l-atturi kollha ta' koperazzjoni deċentralizzata li huma f'pusizzjoni li jikkontribbwixxu għall-iżvilupp awtonomu tal-PTLHB sabiex iressqu u jimplimentaw inizjattivi, koperazzjoni tal-PTLHB-KE għandha tappoġġja dawn l-operati ta' żvilupp fil-limiti preskritti mill-PTLHB konċernati u mill-Istati Membri li magħhom dawn il-PTLHB huma marbuta, u fil-qafas tad-dispożizzjonijiet tad-DPW.

    2. F'dan il-kuntest, appoġġ finanzjarju għandu jingħata lil proġetti u mikroproġetti deċentralizzati kif ġej:

    (a) Is-sieħba fil-koperazzjoni eliġibbli għal appoġġ finanzjarju skond dan il-Kapitolu għandhom ikunu aġenti ta' koperazzjoni deċentralizzati fil-Komunità jew il-PTLHB jew pajjiżi oħra li għadhom qed jiżviluppaw, prinċipalment:awtoritajiet lokati, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet ta' negozjanti lokali u gruppi ta' ċittadini lokali, koperattivi, trejd union-ijiet organizzazzjonijiet tan-nisa u taż-żagħżagħ, istituzzjonijiet ta' tagħlim u ta' riċerka, knejjes u kull assoċjazzjoni mhux governattiva li x'aktarx tikkontribbwixxi għall-iżvilupp.

    Din il-forma ta' koperazzjoni għandha tagħmel disponibbli l-iżvilupp tal-PTLHB il-kapaċitajiet, metodi innovattivi ta' operat u risorsi ta' l-atturi ta' koperazzjoni deċentralizzata. Appoġġ se jqis partikolarment azzjonijiet konġunti bejn il-Komunità, il-PTLHB u pajjiżi oħra li għadhom qed jiżviluppaw;

    (b) Mikroproġetti lokali għandu jkollhom impatt ekonomiku u soċjali fuq il-ħajja tan-nies, jilħqu ħtieġa ta' prijorita murija u osservata u jindaħlu għalihom bl-inizjattiva u bil-parteċipazzjoni attiva tal-Komunità lokali li tibbenefika minnhom.

    3. Proġetti jew programmi taħt din il-forma ta' koperazzjoni jistgħu jkunu mod li permezz tiegħu jiksbu l-għanijiet speċifiċi tad-DPW jew ir-riżultati ta' inizjattivi minn komunitajiet lokali jew atturi deċentralizzati.

    4. L-appoġġ provvdut skond dan il-Kapitolu għandu jkun addizzjonali jew, jekk jinħtieġ kumplimentari rigward id-dispożizzjonijiet fl-Anness II E.

    5. Kontribuzzjonijiet għall-fondi ta' mikroproġetti u koperazzjoni deċentralizzata għandhom jiġu minn għotjiet, li fil-każ tagħhom il-kontribuzzjoni m'għandhiex normalment taqbeż it-tliet kwarti mill-ispiża totali ta' kull proġett. Il-bilanċ għandu jkun finanzjat:

    (a) għal mikroproġetti, mill-Komunità lokali konċernata, f'oġġetti jew fil-forma ta' servizzi jew flus kontanti u adattat għall-kapaċita tagħha li tikkonotribbwixxi;

    (b) għal koperazzjoni deċentralizzata mill-atturi ta' koperazzjoni deċentralizzata, basta iżda li r-risorsi finanzjarji, tekniċi, materjali u oħrajn lin jiddaħħlu minn dawn l-atturi mhumiex, bħala regola ġenerali, inqas minn 25 % mill-ispiża stmata tal-proġett/programm;

    (ċ) f'każijiet eċċezzjonali fejn kemm il-mikroproġetti u koperazzjoni deċentralizzati huma konċernati, mill-awtoritajiet tal-PTLHB konċernati, kemm fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja jew permezz ta' l-użu ta' tagħmir pubbliku jew il-provvista ta' servizzi.

    Il-proċeduri applikabbli għall-proġetti u l-programmi finanzjati fil-kuntest ta' mikroproġetti jew koperazzjoni deċentralizzata għandhom ikunu kif dikjarati f'din id-Deċiżjoni, prinċipalment rigward id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tad-DPW.

    Il-Kapitolu 6

    Appoġġ għal għajnuna umanitarja u ta' emerġenza

    Artikolu 30

    Għanijiet u mezzi

    1. Għajnuna umanitarja u ta' emerġenza għandha tingħata lill-PTLHB iffaċċjati minn diffikultajiet serji ekonomiċi u soċjali ta' natura eċċezzjonali li jirrisultaw minn diżastir naturali jew ċirkostanzi straordinarji li għandhom effetti paragunabbli. Għajnuna umanitarja u ta' emerġenza għandha tinżamm kemm huwa meħtieġ sabiex jiġu trattati problemi urġenti li jinħolqu f'dawn is-sitwazzjonijiet.

    Għajnuna umanitarja u ta' emerġenza għandha tingħata biss fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-interessi ta' vittmi tad-diżastri.

    2. Il-mira ta' għajnuna umanitarja u ta' emerġenza għandha tkun li:

    (a) issalva l-ħajjiet tan-nies f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u wara l-kriżi kkawżati minn diżastri naturali jew ċirkostanzi straordinarji li għandhom effetti paragunabbli;

    (b) tgħin sabiex tiffinanzja t-trasport ta' għajnuna u tisforza sabiex tiżgura li hija aċċessibbli għal dawk li għalihom hija maħsuba, bil-mezzi kollha loġistiċi disponibbli;

    (ċ) timplimenta miżuri ta' rijabilitazzjoni u ta' bini mill-ġdid fuq skond qasir sabiex tistabbilixxi kondizzjonijiet kemm jista' jkun malajr sabiex in-nies konċernati jiġu integrati jew integrati mill-ġdid;

    (d) twieġeb għall-ħtiġijiet li jinħolqu bħal riżultat ta' nies spostati, bħal ma' huma refuġjati, persuni spostati u returnees wara diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem sabiex tilħaq il-ħtiġijiet kollha ta' refuġjati u nies spostati kull fejn ikunu għal kemm ikun hemm bżonn u biex tiffaċilità ir-resettlement voluntarju tagħhom;

    (e) tgħin lill-PTLHB sabiex jiżviluppaw jew jipperfezzjonaw sistemi ta' prevenzjoni u tħejjija għal diżastri, inkluż tbassir u sistemi li javżaw minn kmieni, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-konsegwenzi ta' diżastri.

    3. Bl-istess mod għajnuna tista' tingħata lill-PTLHB li qed idaħħlu r-refuġjati jew ir-returnees sabiex jilħqu l-ħtiġijiet akuti mhux koperti mill-għajnuna ta' emerġenza.

    4. Għajnuna provvduta minn dan l-Artikolu għandha tiġi finanzjata mill-estimi tal-Komunità. Madankollu, tista' f'eċċezzjonijiet tiġi finanzjata mill-allokazzjonijiet preskritti fl-Anness II A, b'żieda mal-fondi mill-intestatura ta' l-estimi konċernati.

    5. Għandhom jindaħħlu għal operati ta' għajnuna umanitarja u ta' emerġenza fuq talba mill-PTLHB affettwat, il-Kummissjoni u l-Istat Membru li miegħu il-PTLHBhuwa marbut, organizzazzjonijiet internazzjonali jew organizzazzjonijet mhux governattivi lokali jew internazzjonali. Din l-għajnuna għandha tiġi amministrata u mplimentata skond proċeduri li jiffaċilitàw operati mgħaġġla, flessibbli u effettivi.

    Il-Kapitolu 7

    Proċeduri ta' implimentazzjoni

    Artikolu 31

    Għajnuna teknika

    1. Fuq l-inizjattiva ta' jew f'isem il-Kummissjoni, studji jew miżrui tekniċi ta' għajnuna jistgħu jiġu finanzjati sabiex jiżguraw it-tħeijjija, il-monitorjar, l-evalwazzjoni u s-sorveljanza meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Dawn l-istudji jew miżuri tekniċi ta' għajnuna għandhom jiġu finanzjati mill-allokazzjoni totali ta' l-għotja.

    2. Fuq l-inizjattiva tal-PTLHB, studji jew miżuri tekniċi ta' għajnuna jistgħu jiġu finanzjati f'relazzjoni ma' l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet li jinstabu fid-DPW, bla ħsara għall-opinjoni tal-Kummissjoni.

    Dawn l-istudji jew miżuri tekniċi ta' għajnuna għandhom jiġu finanzjati mill-allokazzjoni tal-PTLHB konċernat.

    Artikolu 32

    Kontroll finanzjarju

    1. IL-PTLHB konċernat għandu jġorr ir-responsabbilta primarja għas-sorveljanza finanzjarja ta' l-operat. Dan għandu jitwettaq, fejn ikun xieraq, f'kordinazzjoni ma' l-Istat Membru li miegħu il-PTLHB huwa marbut bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli.

    2. Il-Kummissjoni għandha tidħol responsabbli biex:

    (a) tiżgura li sistemi ta' maniġġjar u ta' kontroll jeżistu u jiffunzjonaw kif suppost fil-PTLHB konċernat sabiex tiżgura li l-fondi Komunitarji jintużaw b'mod korrett u effettiv;

    (b) fil-każ ta' irregolaritajiet, tibgħat rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal miżuri korrettivi biex jiġu rimedjati dawk l-irregolaritajiet u jirretttigikaw kull nuqqas li jinstab.

    3. Il-Kummissjoni, il-PTLHB u, fejn xieraq, l-Istat Membru li hu marbut miegħu, għandhom jikkoperaw fuq il-bażi ta' arranġamenti amministrattivi f'laqgħa annwali jew biannwali biex jikkordinaw progammi, metodoloġiji u l-implimentazzjoni ta' kontrolli.

    4. Rigward korrezzjonijiet finanzjarji:

    (a) il-PTLHB għandu jidħol responsabbli fl-ewwel istanza għas-sejba u l-korrezzjoni ta' irregolaritiet finanzjarji;

    (b) Madankollu, fil-każ ta' nuqqasijiet mill-PTLHB konċernat, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni, jekk il-PTLHB jonqos milli jirrimedja s-sitwazzjoni u sforzi għal konċiljazzjoni ma jkollhomx suċċess, biex jitnaqqas jew jiġi rtirat il-bilanċ ta' l-allokazzjoni totali li jikkorrespondi għad-deċiżjoni ta' finanzjament tal-DPW.

    Il-Kapitolu 8

    Transizzjoni minn Fondi Ewropej ta' Żvilupp ta' qabel (FEŻ) għad-disa' FEŻ

    Artikolu 33

    Implimentazzjoni tal-FEŻ ta' qabel u l-fażi transitorja

    1. Irbit magħmul fil-qafas tas-sitt, is-seba' u t-tmien FEŻ qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandu jibqa' jitwettaq skond ir-regoli applikabbli għal dawk il-FEŻ.

    Risorsi mis-sitt, is-seba' u t-tmien FEŻ li ġew allokati lill-PTLHB qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu allokati lilhom. Dawn ir-risorsi għandhom jibqgħu jiġu wżati bi qbil mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni 91/482/KEE, li għandu jibqa' applikabbli għal dawn l-għanijiet, sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern li jistabbilixxi d-disa' FEŻ.

    Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim Intern li jistabbilixxi d-disa' FEŻ, l-uffiċjali responsabbli għall-maniġġjar u l-implimentazzjoni tar-risorsi tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp, prinċipalment l-Uffiċjali Ewlieni li jagħti l-Awtorizzazzjonijiet, l-Uffiċjali Lokali li jagħti l-Awtorizzazzjonijiet tal-PTLHB u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni, għandhom jibqgħu responsabbli għax-xogħlijiet ta' maniġġjar u implimentazzjoni assejnati lilhom mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KE.

    2. Kull bilanċ li jibqa' mill-FEŻ ta' qabel fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern li jistabbilixxi d-disa' FEŻ, kif ukoll kull ammont li għandu jiġi decommitted f'data aktar tard minn proġetti kontinwi skond dawn il-Fondi, għandu jiġi trasferit lid-disa' FEŻ u wżat bi qbil mal-kondizzjonijiet preskritti f'din id-Deċiżjoni.

    Kull risors trasferit b'dan il-mod għad-disa' FEŻ li qabel ikun ġie allokat għall-programm indikattiv ta' PTLHB jew reġjun għandu jibqa' allokat għal dak il-PTLHB jew għal koperazzjoni reġjonali.

    Xi bilanċ ieħor li jista' jibqa' li mhuwiex allokat ma' programm indikattiv għandu jiġi trasferit għall-ammont mhux kommess tad-disa' FEŻ. L-ammont totali ta' din id-Deċiżjoni, supplimentat mill-bilanċi trasferiti minn FEŻ ta' qabel, għandu jkopri l-perjodu 2000-2007. Dan il-paragrafu għandu japplika partikolarment għall-bqija ta' bilanċi ta' l-ammonti totali riferiti fl-Artikoli 118 u 142 tad-Deċiżjoni 91/482/KEE li jirrigwardjaw, rispettivament, l-istabbilizzazzjoni ta' qligħ minn esporti minn kommoditajiet agrikoli (Stabex) u l-faċilità speċjali ta' finanzjament (Sysmin).

    IT-TITOLU II

    KOPERAZZJONI EKONOMIKA U TA' KUMMERĊ

    Artikolu 34

    Għan

    1. L-għan ta' koperazzjoni ekonomika u ta' kummerċ għandu jkun li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-PTLHB, partikolarment billi jiġu stabbiliti relazzjonijiet ekonomiċi bejniethom u l-Komunità bħala wieħed.

    L-implimentazzjoni ta' din il-koperazzjoni trid tkun konsistenti ma' l-għanijiet tal-politika l-oħra komuni.

    2. Barra minn hekk, il-Komunità tindaħal biex tappoġġja l-integrazzjoni effettiva tal-PTLHB fl-ekonomija globali u l-iżvilupp tal-kummerċ tagħhom f'merkanzija u servizzi għal swieq reġjonali u dinjija.

    Il-Kapitolu 1

    Arranġamenti għal kummerċ fil-merkanzija

    Artikolu 35

    Aċċess liberu għal prodotti li joriġinaw

    1. Prodotti li joriġinaw mill-PTLHB għandhom jiġu mportati fil-Komunità ħielsa mid-dazju ta' mportazzjoni.

    2. Il-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva li għandhom x'jaqsmu ma' dan huma preskritti fl-Anness III.

    Artikolu 36

    Trasbord ta' prodotti li ma joriġinawx f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-PTLHB

    1. Prodotti li ma joriġinawx fil-PTLHB imma li huma f'ċirkolazzjoni ħielsa f'PTLHB u huma esportati mill-ġdid hekk lill-Komunità għandhom jiġu aċċettati għal importazzjoni fil-Komunità ħielsa mid-dazji u t-taxxi tad-dwana li għandhom effett ekwivalenti basta iżda li:

    (a) jkunu ħallsu, fil-PTLHB konċernat, dazji tad-dwana jew taxxi li għandhom effetti ekwivalenti ta' livell ugwali għal, jew aktar għoli, mid-dazji tad-dwana applikabbli fil-Komunità fuq importazzjoni ta' dawn l-istess prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi eliġibbli għall-klawsola l-aktar favorita tan-nazzjon;

    (b) ma kienux is-suġġett ta' eżenzjoni minn, jew rifond ta', fl-intier tagħhom jew parti minnhom, dazji tad-dwana jew taxxi li għandhom effett ekwivalent, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2;

    (ċ) ġew akkompanjati minn ċertifikat ta' esportazzjoni.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', wara rapport sostanzjat kif mistħoqq mill-awtoritajiet tal-PTLHB konċernat u fid-dawl ta' l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, tawtorizza għajnuna pubblika finanzjarja tal-PTLHB għal dawk li qed joperaw il-proċedura ta' trasbort.

    It-talba għandha tindika partikolarment in-natura u l-volum antiċipat ta' kummerċ, li jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna.

    Din l-għajnuna trid tieħu l-forma ta' għajnuna għat-trasport ta' merkanzija li titqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa, inkluż spejjeż leġittimi fl-operat appoġġjati f'relazzjoni mal-proċedura ta' trasbord. Din l-għajnuna m'għandhiex tipprovoka tfixkil jew diffikultajiet serji, li jistgħu jirrisultaw f'deterjazzjoni f'settur ekonomiku tal-Komunità jew wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

    L-awtoritajiet tal-PTLHB jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet lill-Kummissjoni sabiex jipprovdu aktar tagħrif biex jissostanzjaw it-talba bil-miktub tagħhom.

    Jekk l-awtoritajiet tal-PTLHB jitolbu dan, kumitat tax-xogħol tas-sħubija riferit fl-Artikolu 7(3) għandu jiġi mlaqqa' sabiex jirrisolvi kull kwistjoni li tinħoloq mill-amministrazzjoni tal-proċedura ta' trasbord.

    3. Paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal:

    (a) prodotti agrikoli mniżżla f'lista fl-Anness I mat-Trattat lanqas għal prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jippreskrivi l-arranġamenti ta' kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirrisultaw mill-proċessar ta' prodotti agrikoli [8] minbarra, mill-1 ta' Frar 2002 u bla ħsara għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' l-arranġamenti meħtieġa ta' implimentazzjoni, għal prodotti mis-sajd:

    (A) li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NK 0303311000, 0304209510 u 03061310 trasbordati matul il-Grenlandja fi kwantita annwali ta' 10000 tunnellata, u

    (B) li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NK 03022110, 03033110, 03054910, 03061210, 03061290, 03062291, 03062299, 03061310, 03061330, 03061340, 03061350, 03061380, 03062310, 03062331, 03062339, 03062390 23 90 trasbordati matul Saint-Pierre-et-Miquelon fi kwantita annwali ta' 2000 tunnellata;

    (b) prodotti bla ħsara, ma' l-importazzjoni fil-Komunità, għal restrizzjonijiet kwantitattivi jew limitazzjonijiet jew dazji kontra l-fqigħ tas-suq.

    4. Il-kondizzjonijiet għad-dħul fil-Komunità ta' prodotti li ma joriġinawx mill-PTLHB imma li huma f'ċirkolazzjoni ħielsa f'PTLHB, u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva li għandha x'taqsma magħhom, huma preskritti fl-Anness IV.

    Artikolu 37

    Proċedura tal-Kumitat

    1. F'materji koperti mill-Artikolu 36, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat.

    2. L-Artikoli 3 u7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw għall-proċedimenti tal-Kumitat.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

    Artikolu 38

    Restrizzjonijiet u miżuri kwantitattivi li għandhom effett ekwivalenti

    1. Il-Komunità m'għandhiex tapplika għal importi ta' prodotti li joriġinaw fil-PTLHB xi restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi li għandhom effett ekwivalenti.

    2. Il-paragrafu 1 m'għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq importi, esporti jew merkanzija fi transitu ġustifikati għal raġunijiet ta' moralita pubblika jew politika pubblika, il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, ta' l-annimali u tal-pjanti, il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali li jippossjiedu valuri artistiċi, storiċi jew arkaeloġiċi, il-konservazzjoni ta' risorsi naturali li jinħlew jew il-protezzjoni ta' proprjetajiet industrijali u kummerċjali.

    Dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ma għandhomx fl-ebda każ jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli jew restrizzjoni travestita fil-kummerċ.

    Artikolu 39

    L-iskart

    1. Moviment ta' skart bejn l-Istati Membri u l-PTLHB għandu jiġi kontrollat bi qbil mal-liġi internazzjonali u Komunitarja. Il-Komunità għandha tappoġġja l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' koperazzjoni internazzjonali effettiva f'din l-erja bil-ħsieb li tipproteġi l-ambjent u s-saħħa pubblika.

    2. Il-Komunità għandha tipprojbixxi l-esportazzjoni kollha diretta jew indiretta ta' skart lill-PTLHB, minbarra esportazzjonijiet ta' skart li ma jagħmilx ħsara maħsub għal operati ta' rkupru waqt li fl-istess ħin l-awtoritajiet tal-PTLHB għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni diretta jew indiretta fil-pajjiż tagħhom ta' dan l-iskart mill-Komunità jew minn xi pajjiż ieħor, mingħajr preġudizzju għal impriżi internazzjonali speċifiċi li jikkonċernaw dawn l-erji li jkunu saru, jew jistgħu jsiru fil-futur, fil-fora kompetenti internazzjonali.

    3. Rigward il-Komunità, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' l-iskart ġewwa, għal ġo u għal barra mill-Komunità Ewropea [9] għandu japplika.

    4. Rigward dawk il-PTLHB, li, minħabba fl-istat kostituzzjonali tagħhom, mhumiex Parti mill-Konvenzjoni ta' Basle, l-awtoritajiet rilevanti tagħhom għandhom iħaffu l-adozzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali interna u regolamenti amministrattivi biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Basle [10].

    5. B'żieda ma' dan, l-Istati Membri konċernati għandhom jippromwovu l-adozzjoni mill-PTLHB tal-leġislazzjoni nazzjonali interna u regolamenti amministrattivi biex jimplimentaw:

    (a) Ir-Regolament (KEE) Nru 259/93 kif ġej:

    (i) l-Artikolu 13 rigward bastimenti ta' l-iskart fil-PTLHB,

    (ii) l-Artikolu 18 rigward esportazzjonijiet ta' l-iskart lill-Istati ta' l-AKP mill-PTLHB;

    (b) ir-Regolament (KE) Nru 1420/1999 [11];

    (ċ) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 [12];

    (d) il-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/59/KE bla ħsara għall-limiti taż-żmien għat-trasposizzjoni preskritta fl-Artikolu 16 tiegħu [13].

    6. Rigward importi ġol-Komunità mill-PTLHB ta' l-iskart li jagħmel il-ħsara u l-iskart li ma jagħmilx ħsara maħsuba għar-rimi/qerda finali, l-Artikoli, 1 sa 12 u 25 sa 39 tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/774/KE [14], għandhom jgħoddu.

    7. PTLHB wieħed jew aktar u l-Istat Membru li miegħu huma marbuta jista' japplika proċeduri nazzjonali ta' esportazzjoni ta' l-iskart mill-PTLHB għal dak l-Istat Membru.

    F'dan il-każ, l-Istat Membru konċernat jgħarraf lill-Kummissjoni bil-leġislazzjoni applikabbli fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni jew b'xi leġislazzjoni nazzjonali rilevanti futura, inkluż xi emendi għaliha.

    Artikolu 40

    Miżuri adottati mill-PTLHB

    1. Bil-ħsieb tal-ħtiġijiet preżenti ta' żvilupp tal-PTLHB, l-awtoritajiet tal-PTLHB jistgħu jżommu jew jdaħħlu, rigward importi ta' prodotti li joriġinaw fil-Komunità, dawk id-dazji tad-dwana jew restrizzjonijiet kwantitattivi li jqisu meħtieġa.

    2. (a) L-arranġamenti ta' kummerċ applikati lill-Komunità mill-PTLHB jistgħu ma joħolqux xi diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri lanqas ikunu inqas favorevoli mit-trattament tan-nazzjoni l-aktar favorit.

    (b) Minkejja d-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Deċiżjoni, il-Komunità m'għandhiex tiddiskrimina bejn PTLHB fil-qasam tal-kummerċ.

    (ċ) Id-dispożizzjonijiet ta' (a) m'għandhomx jipprekludu pajjiż jew territorju milli jagħti lil ċerti PTLHB jew pajjiżi oħra li għadhom qed jiżviluppaw trattament aktar favorevoli minn dak mogħti mill-Komunità.

    3. L-awtoritajiet tal-PTLHB għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, it-tariffi tad-dwana u l-listi ta' restrizzjonijiet kwantitattivi li japplikaw.

    Għandhom jikkomunikaw ukoll lill-Kummissjoni kull emenda sosegwenti għal dawn il-miżuri kif u meta jkunu adottati.

    Artikolu 41

    Klawsola ta' sorveljanza

    1. Il-prodotti li joriġinaw fil-PTLHB riferiti fl-Artikolu 35 jew prodotti li ma joriġinawx mill-PTLHB riferiti fl-Artikolu 36 jistgħu jkunu bla ħsara għal sorveljanza speċjali. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema sorveljanza ta' prodotti għandha tapplika f'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet tal-PTLHB u l-Istat Membru li miegħu l-PTLHB huwa marbut.

    2. L-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993, li jippreskrivi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 dwar il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [15] għandu japplika.

    3. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-PTLHB għandhom jiżguraw l-effettivita tal-miżuri ta' sorveljanza billi jdaħħlu l-metodi ta' koperazzjoni amministrattivi dikjarati fl-Annessi III u IV.

    Artikolu 42

    Miżuri ta' salvagward

    1. Jekk, bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, ikun hemm tfixkil serju f'settur ta' l-ekonomija tal-Komunità jew wieħed jew aktar mill-Istati Membri tiegħu, jew tiġi perikolata l-istabbilita finanzjarja esterna tagħhom, jew jekk jinħolqu diffikultajiet li jistgħu jirrisultaw f'deterjorazzjoni f'settur ta' l-attivita tal-Komunità jew f'reġjun tal-Komunità, il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru wieħed jew aktar u wara konsultazzjoni mal-Kumitat riferit fl-Artikolu 43 jieħu jew jawtorizza lill-Istat Membru konċernat biex jieħu l-miżuri meħtieġa ta' salvagward, bi qbil mal-paragrafi hawn taħt.

    2. Għall-għan ta' l-implimentazzjoni ta' paragrafu 1, għandha tingħata prijorita lil dawn il-miżuri li jistgħu għall-inqas ifixklu l-funzjonament ta' l-assoċjazzjoni u l-Komunità. Dawn il-miżuri m'għandhomx jaqbżu l-limiti ta' dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġu rimedjati d-diffikultajiet li jkun nħolqu. Ma jistgħux jaqbżu l-irtirar tat-trattament preferenzali mogħti minn din id-Deċiżjoni.

    3. Meta jittieħdu jew jiġu modifikati miżuri ta' salvagward, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-interessi tal-PTLHB li huma l-inqas żviluppati.

    4. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-Komunità skond regoli ta' l-ODS, inkluż dawn li jinstabu fil-Ftehim ta' l-ODS dwar Salvagwardji [16]. Lanqas ma għandu jipprekludi l-applikazzjoni tar-regolamenti li jistabbilixxu organizzazzjoni Komunità ta' swieq agrikoli, jew dispożizzjonijiet amministrattivi Komunitarji jew nazzjonali li joħorġu minnhom, jew ir-regoli speċifiċI adottati skond l-Artikolu 235 tat-Trattat għal prodotti agrikoli proċessati.

    5. (a) Jekk Stat Membru titlob lill-Kummissjoni sabiex jiġu applikati miżuri ta' salvagward, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kunsill, l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-PTLHB bihom fi żmien tliet ijiem tax-xogħol mid-data ta' meta tkun ġiet irċevuta t-talba ta' l-Istat Membru, u għandha tistieden lill-awtoritajiet tal-PTLHB sabiex jipprovdu kull tagħrif li huma jqisu importanti għas-sitwazzjoni preżenti.

    (b) Meta l-Kummissjoni taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess, għandha tgħarraf lill-PTLHB konċernati u lill-Istati Membri fl-istadju l-aktar kmieni possibbli.

    (ċ) Jekk l-awtoritajiet tal-PTLHB jeħtieġu dan u mingħajr preġudizzju għat-temmiet ta' żmien riferiti f'dan l-Artikolu, kumitat tax-xogħol ta' sħubija riferit fl-Artikolu 7(3) għandu jiġi mlaqqa'. Ir-riżultat tal-kumitat tax-xogħol għandu jiġi trasmess lill-kumitat konsultattiv. F'dan il-każ, it-temma taż-żmien riferita fil-paragrafu 9 ta' dan l-Aritkolu għandu jiġi estiż b'għaxart ijiem tax-xogħol. Fl-istess ħin għandu jistieden lill-Istati Membri għal laqgħa tal-kumitat riferit fl-Artikolu 43.

    L-Istati Membri u l-PTLHB għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'kull tagħrif meħtieġ biex jiġġustifikaw it-talbiet tagħhom biex japplikaw jew ma japplikawx miżuri ta' salvagward.

    6. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tal-PTLHB immedjatament bid-deċiżjoni sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa ta' salvagward. Id-Deċiżjoni għandha tapplika b'effett immedjat.

    7. Kull Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni riferita fil-paragrafu 6 lill-Kunsill fi żmien 10t ijiem tax-xogħol minn meta jkun irċieva notifika tad-deċiżjoni.

    8. Jekk il-Kummissjoni tonqos milli tadotta deċiżjoni fi żmien 21 ġurnata tax-xogħol jew jekk tirriġetta t-talba jew jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tieħux miżuri ta' salvagward, kull Stat Membru li jkun ġab il-materja quddiem il-Kummissjoni jista' jirreferiha lill-Kunsill.

    9. Fil-każijiet riferiti f'paragrafi 7 u 8, il-Kunsill, huwa u jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jadotta deċiżjoni differenti fi żmien 21 ġurnata tax-xogħol.

    Artikolu 43

    Proċedura tal-Kumitat

    1. F'materji koperti mill-Artikolu 42, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat.

    2. L-Artikoli 3 u 7 tad-DeċIżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw għall-proċedimenti tal-Kumitat.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

    Il-Kapitolu 2

    Kummerċ f'servizzi u regoli ta' stabbiliment

    Artikolu 44

    Għan ġenerali

    Il-għan fuq skond fit-tul f'din l-erja huwa liberalazzazzjoni progressiva ta' kummerċ f'servizzi, b'rigward kif mistħoqq għall-għanijiet tal-politika lokali tal-PTLHB, huwa u jitqies il-livell ta' żvilupp tal-PTLHB u l-obbligazzjonijiet li tkun daħħlet għalihom il-Komunità, l-Istati Membri jew il-PTLHB fil-qafas ta' l-ODS.

    Artikolu 45

    Prinċipji ġenerali ta' stabbililment u d-dispożizzjoni ta' servizzi

    1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) "kumpaniji jew impriżi": kumpaniji jew impriżi kostitwiti skond liġi ċivili jew kummerċjali, inklużi kumpaniji pubbliċi jew oħrajn, soċjetajiet koperattivi u kull persuna jew assoċjazzjoni legali oħra regolata mill-liġi pubblika jew privata, minbarra dawk li ma jagħmlux qligħ.

    "Kumpaniji jew impriżi ta' Stati Membri" huma dawk iffurmati bi qbil mal-liġijiet ta' Stat Membru li l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom huwa ġo Stat Membru. Madankollu, kumpanija jew impriża l-għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha biss fi Stat Membru trid tiġi mqabbda f'attivita li għandha rabta attwali u kontinwa ma' l-ekonomija ta' dak l-Istat Membru.

    "kumpaniji jew impriżi tal-PTLHB" huma dawk iffurmati bi qbil mal-liġi applikabbli f'PTLHB imsemmi u li l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom huwa f'dak il-PTLHB; madankollu, kumpanija jew impriża li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha biss f'pajjiż jew territorju trid tiġi mqabbda f'attivita li għandha rabta attwali u kontinwa ma' l-ekonomija ta' dak il-pajjiż jew territorju;

    (b) "abitanti ta' PTLHB": persuni li normalment jgħixu f'PTLHB u li huma ċittadini nazzjonali ta' Stat Membru jew li jgawdu stat legali speċifiku għal PTLHB. Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija minn ċittadinanza ta' l-Unjoni fit-tifsira tat-Trattat.

    2. Rigward l-arranġamenti applikabbli għall-istabbilizzazzjoni u d-dispożizzjoni ta' servizzi, f'linja ma' l-Artikolu 183(5) tat-Trattat u bla ħsara għall-paragrafu 3 hawn taħt:

    (a) il-Komunità għandha tapplika għall-PTLHB ix-xogħlijiet imdaħħla skond il-Ftehim Ġenerali dwar Kummerċ f'Servizzi (FĠKS) skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dak il-Ftehim u bi qbil ma' din id-Deċiżjoni; fl-applikazzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet, l-Istati Membri m'għandhomx jiddiskriminaw bejn abitanti, kumpaniji jew impriżi tal-PTLHB;

    (b) l-awtoritajiet tal-PTLHB għandhom joffru trattament liċ-ċittadini nazzjonali, kumpaniji jew impriżi ta' l-Istati Membri li mhuwiex inqas favorevoli minn dak li jestendu liċ-ċittadini nazzjonali, kumpaniji jew impriżi ta' pajjiżi terzi u m'għandhomx jiddiskriminaw bejn ċittadini nazzjonali, kumpaniji jew impriżi ta' l-Istati.

    3. L-awtoritajiet ta' PRLHB jistgħu bil-ħsieb li jippromwovu jew jappoġġjaw impjieg lokali, jadottaw regolamenti sabiex igħinu lill-abitanti u l-attivitajiet lokali tagħhom.

    F'dan il-każ, l-awtoritajiet tal-PTLHB għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-regolamenti li jadottaw sabiex ikunu jistgħu jgħarrfu lill-Istati Membri.

    4. Rigward il-professjonijiet ta' tabib, dentist, qabla, infermiera ġenerali, spiżjar u kirurgu veterinarju, il-Kunsill, huwa u jaġixxxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta l-lista ta' kwalifiki professjonali speċifiċi għall-abitanti tal-PTLHB li jridu jiġu mgħarrfa fl-Istati Membri.

    Artikolu 46

    Trasport marittimu

    L-għan ta' koperazzjoni f'dan il-qasam għandu jkun sabiex jiġi żgurat żvilupp armonjuż ta' servizzi effiċjenti u ta' min joqgħod fuqhom ta' trasport bil-baħar fuq termini sodisfaċenti ekonomikament billi tiġi faċilitàta l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet kollha skond il-prinċipju ta' aċċess mhux ristrett għall-kummerċ fuq bażi kummerċjali.

    Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-Grenlandja.

    Il-Kapitolu 3

    Erji li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ

    Artikolu 47

    Ħlasijiet korrenti u movimenti ta' kapital

    1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2:

    (a) L-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-PTLHB m'għandhom jimponu l-ebda restrizzjoni fuq xi ħlasijiet f'munita korrenti konvertibbli liberalment fuq il-kont kurrenti ta' bilanċ ta' ħlasijiet bejn residenti tal-Komunità u tal-PTLHB;

    (b) rigward transazzonijiet fuq il-kont kapitali ta' bilanċ ta' ħlasijiet, l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-PTLHB m'għandhom jimponu l-ebda restrizzjoni fuq il-moviment liberu ta' kapital għal investimenti diretti f'kumpanijiet iffurmati bi qbil mal-liġijiet ta' l-Istat Membru, pajjiż jew territorju tal-lqugħ u biex jiġi żgurat li l-assi ffurmati minn dan l-investiment u kull qligħ li joħroġ minnu jkun jista' jiġi realizzat u miġjub lura fil-pajjiż (repatriated).

    2. Il-Komunità, l-Istati Membri u l-PTLHB għandhom jiġu ntitolati sabiex jieħdu l-miżuri riferiti mutatis mutandis fl-Artikoli 57, 58, 59, 60 u 301 tat-Trattat bi qbil mal-kondizzjonijiet preskritti li jinsabu fihom. Ugwalment, fejn PTLHB wieħed jew aktar jew Stat Membru wieħed jew aktar ikun f'diffikultajiet serji ta' ħlasijiet ta' bilanċ, jew taħt theddida minnhom, l-awtoritajiet ta' l-PTLHB, l-Istati Membri jew il-Komunità jistħgu, bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti skond il-GATT, il-GATS u l-Artikoli VIII u XIV ta' l-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju, jadottaw restrizzjonijiet fuq transazzjonijiet korrenti li għandhom ikunu ta' tul ta' żmien limitat u ma jistgħux imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex tiġi rmedjata s-sitwazzjoni tal-bilanċ ta' ħlasijiet. Meta jieħdu dawn il-miżuri, l-awtoritajiet tal-PTLHB, l-Istati Membri jew il-Komunità għandhom jgħarrfu lil xulxin mingħajr dewmien u jissottomettu lil xulxin kemm jista' jkun malajr tabella taż-żmien għall-eliminazzjoni tal-miżuri konċernati.

    Artikolu 48

    Politika ta' kompetizzjoni

    1. Id-dħul u l-implimentazzjoni ta' politika u regoli ta' kompetizzjoni effettivi u sodi hija ta' importanza kruċjali sabiex titjieb u tkun sikura klima li toffri investiment, proċess ta' industrijalizzazzjoni sostenibbli u trasparenza fl-aċċess għas-swieq.

    2. Sabiex tiġi żgurata l-eliminazzjoni ta' tagħwiġ fil-kompetizzjoni u b'kunsiderazzjoni kif mistħoqq għall-livelli differenti ta' ħtiġijiet ta' żvilupp u ekonomiċi ta' kull PTLHB, il-Komunità u l-PTLHB jindaħlu sabiex jimplimentaw regoli u politika lokali, nazzjonali jew reġjonali inkluż il-kontroll u, taħt ċerti kondizzjonijiet, il-projbizzjoni ta' ftehimijiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet jew tagħwiġ fil-kompetizzjoni. Il-projbizzjoni msemmija fuq għandha x'taqsma ukoll ma' l-abbuż minn impriża waħda jew aktar ta' pożizzjoni dominanti fit-territorju tal-Komunità jew tal-PTLHB.

    Artikolu 49

    Protezzjoni ta' drittijiet intellettwali tal-propjeta

    1. Livell ta' protezzjoni adegwat u effettiv ta' drittijiet ta' propjeta intellettwali, industrijali u kummerċjali, inkluż mezzi għall-infurzar ta' dawn id-drittijiet, għandu jiġi żgurat f'linja mal-livelli stabbiliti internazzjonali l-aktar għolja bil-ħsieb li jitnaqqsu tagħwiġ u impedimenti fil-kummerċ bilaterali.

    2. Drittijiet intellettwali ta' propjeta ikopru d-dritt ta' l-awtur (copyright), inkluż partikolarment id-dritt ta' l-awtur (copyright) fuq programmi tal-kompjuter u drittijiet ġirien, mudelli ta' utilita, patenti inkluż invenzjonijiet bijo-teknoloġiċi, disinni ndustrijali, indikazzjonijiet ġijografiċi inkluż appellazzjonijiet ta' oriġini, marki tal-fabbrika għal merkanzija jew servizzi, topografiji ta' ċirkwiti integrati, il-protezzjoni legali ta' databases u l-protezzjoni kontra kompetizzjoni mhux bil fier kif riferit fl-Arikolu 10 bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni ta' Propjeta Industrijali u protezzjoni ta' tagħrif mhux żvelat fuq l-għerf tas-sengħa.

    Artikolu 50

    Standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni

    Koperazzjoni aktar mill-viċin għandha tiġi segwita fil-qasam ta' standardizzazzjoni, ċertifikazzjoni u assigurazzjoni ta' kwalità sabiex jitneħħew barrieri tekniċi u biex jitnaqqsu differenzi f'dawk l-erji, sabiex jiġi faċilitàt il-kummerċ.

    Artikolu 51

    Kummerċ u l-ambjent

    Żvilupp ta' kummerċ internazzjonali għandu jiġi promoss b'tali mod sabiex jiżgura maniġġjar sostenibbli u sod ta' l-ambjent, bi qbil mal-ftehimijiet u x-xogħlijiet (undertakings) internazzjonali rilevanti u b'qies kif mistħoqq għall-livelli rispettivi ta' żvilupp tal-PTLHB. Il-bżonnijiet u l-ħtiġijiet speċjali tal-PTLHB għandhom jitqiesu fid-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ambjentali.

    Filwaqt li jinżammu fil-moħħ il-Prinċipji ta' Rio, koperazzjoni għandha tkun immirata sabiex jiġi żgurat il-appoġġ mutwu ta' politika ta' kummerċ u ta' l-ambjent, partikolarment permezz tar-rinfurzar ta' kontrolli ta' kwalità ta' merkanzija u servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u t-titjib ta' metodi ta' produzzjoni li jaqblu ma' l-ambjent.

    Artikolu 52

    Livelli stabbiliti ta' kummerċ u tax-xogħol

    Il-livelli stabbiliti fil-qalba tax-xogħol magħrufa internazzjonalment u nazzjonalment għandhom jiġu rispettati, partikolarment il-liberta ta' assoċjazzjoni u protezzjoni tad-dritt li wieħed jorganizza, l-applikazzjoni tad-dritt li wieħed jorganizza u jinnegozja kollettivament, l-abolizzjoni ta' xogħol infurzat, l-eliminazzjoni ta' l-għar forom ta' xogħol mit-tfal, l-eta minima għad-dħul f'impjieg u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni rigward l-impjieg.

    Artikolu 53

    Politika tal-konsumatur u protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur

    Koperazzjoni għandha tiġi segwita fl-erja ta' politika tal-konsumatur u protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, waqt li titqies kif mistħoqq il-leġislazzjoni fis-seħħ fil-PTLHB u l-Komunità sabiex jiġu evitati barrieri għall-kummerċ.

    Artikolu 54

    Projbizzjoni ta' miżuri protezzjonisti moħbija

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma għandhomx jintużaw bħala mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fil-kummerċ.

    Il-Kapitolu 4

    Materji monetarji u tat-taxxa

    Artikolu 55

    Klawsola tat-taxxa carve-out

    1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 56, it-trattament tan-nazzjon l-aktar favorit li jingħata bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni m'għandhomx japplikaw għal vantaġġi tat-taxxa li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet tal-PTLHB qed jipprovdu jew jistgħu jipprovdu fil-futur fuq il-bażi ta' ftehimijiet sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja jew arranġamenti oħra tat-taxxa, jew il-leġislazzjoni fiskali domestika fis-seħħ.

    2. Xejn f'din id-Deċiżjoni ma tista' titqies li tipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar ta' xi miżura mmirata lejn il-prevenzjoni biex jiġu evitati jew il-frodi ta' taxxi skond id-dispożizzjonijiet tat-taxxa ta' ftehimijiet biex tiġi evitata tassazzjoni doppja jew arranġamenti oħra tat-taxxa, jew leġislazzjoni fiskali domestika fis-seħħ.

    3. Xejn f'din id-Deċiżjoni m'għandha titqies li tipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti milli jiddistingwu, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom, bejn dawk li jħallsu t-taxxi li mhumiex fl-istess sitwazzjoni, partikolarment rigward il-post ta' residenza tagħhom, jew rigward il-post fejn il-kapital tagħhom huwa nvestit.

    Artikolu 56

    Arranġamenti ta' taxxa u tad-dwana għal kuntratti bil-fondi Komunitarji

    1. Il-PTLHB għandhom japplikaw arranġamenti tad-dwana u tat-taxxa għal kuntratti bil-fondi Komunitarji li mhumiex inqas favorevoli minn dawk applikati minnhom lill-Istati l-aktar favoriti jew organizzazzjonijiet internazzjonali ta' żvilupp li magħhom għandhom relazzjonijiet. Għall-għan li jiġi stabbilit it-trattament tan-nazzon l-aktar favorit, għandhom jitqiesu l-arranġamenti applikati mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż jew it-territorju konċernat lill-pajjiżi oħra li għadhom qed jiżviluppaw.

    2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, l-arranġamenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-kuntratti finanzjati mill-Komunità:

    (a) il-kuntratt m'għandux ikun bla ħsara fil-PTLHB benefiċjarju għal dazji tal-boll u tar-reġistrazzjoni jew għal ħlasijiet fiskali li għandhom effett ekwivalenti, kemm jekk dawn il-ħlasijiet jeżistu diġa jew jekk iridu jiġu mwaqqfa fil-futur; madankollu, dawn il-kuntratti għandhom jiġu reġistrati bi qbil mal-liġijiet fis-seħħ fil-PTLHB u miżata li tikkorrespondi għas-servizz mogħti tista' titħallas għaliha;

    (b) qligħ u/jew dħul li jinħoloq mill-qadi ta' kuntratti għandu jkun taxxabbli skond l-arranġamenti fiskali interni tal-PTLHB konċernat, basta iżda li l-persuni naturali jew legali li jirrealizzaw dan il-qligħ u/jew dħul ikollhom post permanenti ta' negozju f'dak il-PTLHB, u li l-qadi tal-kuntratt jieħu aktar minn sitt xhur;

    (ċ) impriżi li jridu jimportaw tagħmir sabiex iwettqu kuntratti ta' xogħlijiet għandhom, jekk jitolbu dan, jibbenefikaw mis-sistema ta' dħul temporanju kif preskritt mill-leġislazzjoni tal-PTLHB benefiċjarju rigward dak it-tagħmir;

    (d) tagħmir professjonali meħtieġ għat-twettieq ta' xogħlijiet definiti f'kuntratt ta' servizz għandhom jiddaħħlu temporanjament fil-PTLHB benefiċjarju bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dak il-PTLHB li huwa ħieles minn dazji fiskali, ta' importazzjoni u tad-dwana u minn ħlasijiet oħra li għandhom effett ekwivalenti fejn dawn id-dazji u l-ħlasijiet ma jikkostitwixxux rimunerazzjoni għas-servizzi mogħtija;

    (e) importi skond kuntratti ta' provvista għandhom jiddaħħlu fil-PTLHB benefiċjarju mingħajr dazji tad-dwana, dazji ta' importazzjoni, taxxi jew ħlasijiet fiskali li għandhom effett ekwivalenti. Il-kuntratt għall-provvisti li joriġinaw mill-pajjiż jew it-territorju konċernat għandhom jiġu konklużi fuq il-bażi tal-prezz ta' l-ex-works tal-provvisti, li miegħu jistgħu jiżdiedu ħlasijiet fiskali tant li jistgħu jkunu applikabbli għal dawk il-provvisti fil-pajjiż jew it-territorju;

    (f) karburanti, lubrikanti u waħħala ta' l-idrokarbonju u, in ġenerali, il-materjali kollha wżati fil-qadi ta' kuntratti ta' xogħlijiet għandhom jitqiesu bħala li nxtraw fis-suq lokali u għandhom ikunu bla ħsara għal regoli fiskali applikabbli skond il-leġislazzjoni fis-seħħ fil-PTLHB benefiċjarju;

    (g) effetti personali u tad-dar importati għall-użu minn persuni naturali, oħra għajr dawk reklutati lokalment, imqabbda sabiex iwettqu xogħlijiet definiti f'kuntratt ta' servizz u membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu eżentati minn dazji tad-dwana jew ta' importazzjoni, taxxi u ħlasijiet fiskali oħra li għandhom effett ekwivalenti, fil-limiti tal-leġislazzjoni fis-seħħ fil-PTLHB benefiċjarju.

    3. Kull materja mhux koperta minn paragrafi 1 u 2 għandha tibqa' bla ħsara għall-leġislazzjoni tal-PTLHB konċernat.

    4. L-uffiċjali tal-Kummissjoni, minbarra l-istaff mikri lokalment, għandhom jiġu eżentati mit-taxxi kollha imposti fil-pajjiż jew it-territorju li fih huma trasferiti.

    Il-Kapitolu 5

    Taħriġ vokazzjonali, eliġibilita għal programmi Komunitarji u dispożizzjonijiet oħra

    Artikolu 57

    Taħriġ professjonali

    Individwi minn PTLHB bin-nazzjonalita ta' Stat Membru għandhom ikun eliġibbli sabiex jerċievu taħriġ vokazzjonali fil-Komunità fuq l-istess bażi ta' ċittadini nazzjonali ta' l-Istat Membru msemmi fejn ikunu jistgħu jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa li jintlaħqu minn dawk iċ-ċittadini nazzjonali, inkluż kull kondizzjoni ta' residenza fil-Komunità jew l-EEE.

    Artikolu 58

    Programmi miftuħa għall-PTLHB

    Individwi minn PTLHB u fejn applikabbli l-korpijiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati rilevanti f'PTLHB għandhom ikunu eliġibbli għall-programmi tal-Komunità mniżżla f'lista fl-Anness II F u kull programm li jiġi wara, bla ħsara għar-regoli tal-programmi u l-arranġamenti applikabbli għall-Istat Membru li miegħu huma konnessi.

    Il-Kummissjoni tista' timmodifika din il-lista fuq it-talba ta' PTLHB jew Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

    Artikolu 59

    Ċentri ta' Korrespondenza Euro-Info (EICC)

    Fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tal-PTLHB u bi qbil mal-proċeduri speċifikati f'Parti Tlieta, Titolu I, Ċentru ta' Korrespondenza Euro-Info, minn issa ‘l quddiem msejjaħ "EICC", jista' jitwaqqaf f'PTLHB. Finanzjament parzjali jista' jkun disponibbli għall-istruttura tal-lqugħ ta' l-EICC mill-għajnuna ta' l-għotja disponibbli skond id-DPW jew koperazzjoni reġjonali.

    Ix-xogħlijiet ta' l-EICC-ijiet, l-għodda u s-servizzi magħmula disponibbli lilhom, il-proċeduri u l-kriterji sabiex tintgħażel l-istruttura tal-lqugħ huma dikjarati fl-Anness V.

    Artikolu 60

    ĊŻI u ĊTA

    Fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tagħhom, il-PTLHB għandu jkun eliġibbli għas-servizzi taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta' Impriża (ĊŻI) u ċ-Ċentru Tekniku għal Koperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) riferiti fl-Artikolu 1 ta' l-Anness III mal-Ftehim at' Sħubija ta' l-AKP/KE.

    Kull spiża li tirrisulta minn servizzi provvduti miċ-ĊŻI jew miċ-ĊTA għall-benefiċċju tal-PTLHB għandha tiġi finanzjata mill-fondi provvduti fl-Anness II A.

    PARTI ERBGĦA

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 61

    Bdil ta' stat

    Jekk PTLHB isir indipendenti:

    (a) l-arranġamenti provvduti f'din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu japplikaw proviżorjament għal dak il-pajjiż jew territorju skond il-kondizzjonijiet preskritti mill-Kunsill;

    (b) il-Kunsill, huwa u jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi fuq kull aġġustament meħtieġ għal din id-Deċiżjoni, partikolarment għall-ammonti speċifikati fl-Anness II A.

    Artikolu 62

    Reviżjoni

    Qabel il-31 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill, huwa u jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jridu jiġu preskritti għall-applikazzjoni sosegwenti tal-prinċipji dikjarati fl-Artikoli 182 - 186 tat-Trattat. F'dan il-kuntest, il-Kunsill għandu partikolarment jadotta kull miżura meħtieġa fejn PTLHB jiddeċiedi bi qbil mal-proċeduri kostituzzjonali tiegħu stess li jidħol f'arranġamenti preferenzali speċjali bejn il-Komunità u diversi sieħba fir-reġjun li għalih jappartjeni. Il-Kunsill għandu jqis partikolarment f'dan ir-rigward l-obbligazzjonijiet internazzjonali li jidħlu għalihom il-Komunità, l-Istati Membri jew il-PTLHB, inkluż dawk fil-qafas ta' l-ODS.

    Artikolu 63

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Diċembru 2001. Għandha tkun applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2011.

    Artikolu 64

    Pubblikazzjoni

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Neyts-Uyttebroeck

    [1] ĠU L 263, tad-19.9.1991, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar u estiża mid-Deċiżjoni 2001/161/KE (ĠU L 58, tat-28.2.2001, p. 21).

    [2] PE 228.210, ta' l- 1.12.1998.

    [3] Għadha mhux pubblikata C5-0070 - 2001/2033 (COS).

    [4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/803/KE tad-29 ta' Novembru 1997 li temenda f'nofs l-iskond id-Deċiżjoni 91/482/KEE dwar l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 329, tad-29.11.1997, p. 50).

    [5] ĠU L 184, tas-07.07.99, p. 23.

    [6] ĠU L 317, tal-15.12.00, p. 355.

    [7] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KE tal-25 ta' Ottubru 1993 rigward il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar Diversita Bijoloġika (ĠU L 309, tat-13.12.1993, p. 1).

    [8] ĠU L 318, ta' l-20.12.93, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.00, p. 5).

    [9] ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/816/KE (ĠU L 316, ta' l-10.12.1999, p. 45).

    [10] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni dwar il-kontroll ta' movimenti transboundary ta' l-iskart perikoluż u r-rimi/qerda tiegħu (Konvenzjoni ta' Basle) (ĠU L 39, tas-16.2.1993, p. 1).

    [11] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabblixxi regoli u proċeduri komuni sabiex jiġu applikati għat-trasport bil-baħar lejn ċerti pajjiżi li mhumiex fl-OŻEK ta' ċerti tipi ta' skart (ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, p. 6). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2001 (ĠU L 244, ta' l-14.9.2001, p. 19).

    [12] Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1547/1999/KE tat-12 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri ta' kontroll skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 sabiex jiġu applikati għat-trasport bil-baħar ta' ċerti tipi ta' skart lejn ċerti pajjiżi li ma tapplikax għalihom id-Deċiżjoni ta' l-OŻEK K(92)39 finali (ĠU L 185, tas-17.7.1999, p. 1) Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1800/2001.

    [13] Il-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/59/KE tas-27 ta' Novembru 2000 dwar faċilitàjiet ta' riċeviment fil-port ta' skart ġenerat mill-vapur u fdalijiet ta' merkanzija (ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 81).

    [14] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/774/KE ta' l-24 ta' Novembru 1994 rigward in-nota standard tal-kunsinja riferita fir-Regolament tal-Kunsill Nru 259/93/KEE dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' bastimenti ta' l-iskart fi, ġo u barra mill-Komunità Ewropea (ĠU L 310,tat- 3.12.94, p. 70).

    [15] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 993/2001 (ĠU L 141, tat-28.5.2001, p. 1).

    [16] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 184.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I A

    LISTA TAL-PAJJIŻI U TERRITORJI (PTLHB) RIFERITI FL-ARTIKOLU 1

    - Il-Grenlandja,

    - In-New Caledonia u d-dipendenzi tagħha,

    - French Polynesia,

    - it-Territorji tan-Nofs-in-Nhar u Antartiċi Franċiżi,

    - il-Gżejjer Wallis u Futuna,

    - Mayotte,

    - St Pierre u Miquelon,

    - Aruba,

    - l-Antilli Olandiżi:

    - Bonaire,

    - Curaçao,

    - Saba,

    - Saint Eustatius,

    - Saint Martin (Sint Maarten),

    - Anguilla,

    - il-Gżejjer Cayman,

    - il-Gżejjer Falkland,

    - Georgia t'isfel u l-Gżejjer South Sandwich,

    - Montserrat,

    - Pitcairn,

    - Saint Helena, il-Gżira Ascension, Tristan da Cunha,

    - it-Territorju Antartiku Brittanniku (British Antarctic Territory),

    - British Indian Ocean Territory,

    - il-Gżejjer tat-Torok u ta' Caicos (Turks and Caicos Islands),

    - il-Gżejjer Verġni Brittanniċi.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I B

    LISTA TAL-PTLHB MEQJUSA BĦALA L-INQAS ŻVILUPPATI, GĦALL-GĦANIJIET TA' DIN ID-DEĊIŻJONI RIFERITA FL-ARTIKOLU 3(3)

    - Anguilla,

    - Mayotte,

    - Montserrat,

    - Saint Helena, il-Gżira Ascension, Tristan da Cunha,

    - il-Gżejjer tat-Torok u ta' Caicos (Turks and Caicos Islands),

    - il-Gżejjer Wallis u Futuna,

    - St Pierre u Miquelon.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II A

    GĦAJNUNA FINANZJARJA KOMUNITARJA: ID-DISA' FEQ

    Artikolu 1

    Allokazzjoni bejn l-istrumenti varji

    1. Għall-għanijiet dikjarati f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Marzu 2000 sat-28 ta' Frar 2005, l-ammont totali ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja ta' 175 miljun EUR skond il-Fond Ewropew ta' Żvilupp (FEŻ) iffissat skond il-Ftehim Intern għandu jiġi allokat kif ġej:

    (a) 153 miljun EUR fil-forma ta' għotjiet, inkluż:

    (i) 145 miljun EUR għal appoġġ programmabbli għal żvilupp fuq skond fit-tul, għajnuna umanitarja, għajnuna ta' emerġenza, għajnuna għar-refuġjati u appoġġ addizzjonali fil-każ ta' oxxillazzjonijiet fi qligħ ta' esportazzjoni. Dan l-ammont għandu jintuża partikolarment biex jiġu finanzjati l-inizjattivi riferiti fid-Dokumenti ta' Programmazzjoni Waħdanin (DPW);

    (ii) 8 miljun EUR għal appoġġ ta' koperazzjoni reġjonali u integrazzjoni inkluż id-djalogu u azzjonijiet ta' sħubija preskritti fl-Artikolu 7.

    (b) 20 miljun EUR għandhom jiġu allokati biex tiġi finanzjata l-Faċilità ta' Investiment tal-PTLHB riferita fl-Anness II Ċ.

    (ċ) 2 miljun EUR għandhom jiġu allokati għal studji jew miżuri ta' għajnuna teknika fuq l-inizjattiva jew f'isem il-Kummissjoni, prinċipalment għal evalwazzjoni totali tad-Deċiżjoni li trid issir l-aktar tard sentejn qabel ma tiskadi.

    2. B'żieda ma' dan, l-ammont totali ta' għajnuna finanzjarja skond id-disa' FEŻ, b'xi bilanċi trasferiti lid-disa' FEŻ mill-Fondi ta' qabel miżjuda skond il-Ftehim Intern għandu jkopri l-perjodu 2000 sa 2007. Qabel l-iskadenza tad-disa' FEŻ, l-Istati Membri għandhom jistmaw id-digriet ta' realizzazzjoni ta' rbit u żborżamenti. Il-ħtieġa li risorsi ġodda jappoġġjaw koperazzjoni finanzjarja għandha tiġi stabbilita fid-dawl ta' din l-istima u għandha tqis kif mistħoqq ir-risorsi mhux kommessi u mhux żborżati skond id-disa' FEŻ.

    3. Qabel l-iskadenza tad-disa' FEŻ, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu data li lil hinn minnha l-fondi tad-disa' FEŻ ma jistgħux jiġu kommessi aktar.

    4. Jekk il-fondi provvduti fil-paragrafu 1 jistpiċċaw qabel ma din id-Deċiżjoni tiskadi, il-Kunsill għandu jieħu l-miżuri meħtieġa.

    Artikolu 2

    Amministrazzjoni ta' risorsi

    Il-BEI għandu jamminstra s-self magħmul mir-risorsi tiegħu stess, kif ukoll l-operati finanzjati skond il-Faċilità ta' Investiment tal-PTLHB. Ir-risorsi finanzjarji kollha l-oħra skond din id-Deċiżjoni għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 3

    Allokazzjoni bejn il-PTLHB

    1. L-ammont ta' 145 miljun EUR imsemmi fl-Artikolu 1(1)(i) għandu jiġi allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-qadi tal-PTLHB bi qbil mal-kriterji li ġejjin:

    (a) Ammont A ta' 66,1 miljun EUR għandu jiġi allokat għall-PTLHB li l-iżvilupp ekonomiku tagħhom huwa l-inqas avvanzjat, primarjament dawk b' Prodott Gross Nazzjonali (PGN) per kapita li ma jaqbiżx il-75 % tal-PGN tal-Komunità, skond il-fatti magħrufa (data) statistika disponibbli.

    (b) Ammont B ta' 61 miljun EUR huwa allokat għall-PTLHB b' PGN per kapita li ma jaqbiżx il-PGN tal-Komunità, sabiex jiġu finanzjati azzjonijet ta' prijorita għal żvilupp soċjali u protezzjoni ambjentali, fil-qafas tal-ġlieda kontra l-poverta.

    (ċ) L-allokazzjoni ta' ammonti A u B għandha tqis il-popolazzjoni, il-livell tal-PGN, l-użu magħmul minn FEŻ ta' qabel, ir-rispett tal-prinċipji ta' taxxa internazzjonali soda u maniġġjar finanzjarju, kostrizzjonijiet minħabba f'karatteristiċi ġijografiċi, il-kapaċita stmata ta' assorbiment u t-transizzjoni bla xkiel li tipprevjeni pass lura (setback) konsiderevoli f'daqqa f'allokazzjoni għal New Caledonia, French Polynesia u l-Antilli Olandiżi. Kull allokazzjoni għandha tkun waħda li tippermetti l-użu effettiv tagħha. Għandha tiġi deċiża f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjeta.

    2. Il-kwistjoni ta' allokazzjoni possibbli għall-Grenlandja se tiġi eżaminata fid-dawl tar-reviżjoni provvduta fl-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-kondizzjonijiet tas-sajd għall-perjodu 2001 sa 2006 [1].

    3. Riserva mhux allokata Ċ ta' 17,9 miljun EUR hija mwarrba sabiex:

    (a) tiġi finanzjata għajnuna umanitarja, ta' emerġenza u għar-refuġjati għall-PTLHB kollha u, jekk ikun meħtieġ, l-appoġġ addizzjonali fil-każ ta' oxxillazzjonijiet fi qligħ ta' esporti, bi qbil ma' l-Anness II D;

    (b) isiru allokazzjonijiet ġodda bi qbil ma' l-iżvilupp tal-ħtiġijiet u l-qadi tal-PTLHB.

    Qadi huwa evalwat f'manjiera oġġettiva u trasparenti, waqt li jitqies l-użu tar-risorsi allokati, l-implimentazzjoni effettiva ta' l-operati li jkunu qed isiru, l-allevjazzjoni jew it-tnaqqis ta' faqar u l-miżuri ta' żvilupp sostenibbli adottati:

    (ċ) Jekk ikun xieraq, biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa, wara r-reviżjoni riferita fil-paragrafu 2;

    (d) Ammont massimu ta' miljun EUR jiġi mwarrab bħala fondi għas-sussidji ta' imgħax għal operati li jridu jiġu finanzjati mill-Bank mir-risorsi tiegħu stess, bi qbil ma' l-Anness II B, jew skond il-Faċilità ta' Investiment tal-PTLHB.

    4. Bil qbil mal-paragrafi hawn fuq u mingħajr preġudizzju għat-trasferiment tal-bilanċi li ma jintefqux minn FEŻ ta' qabel, l-ammonti indikattivi allokati skond id-disa' FEŻ huma dawn li ġejjin:

    (EUR f'miljuni) |

    PTLHB | FEŻ id-disa' allokazzjoni indikattiva inizjali |

    A | B | Total |

    New Caledonia | | 13,75 | 13,75 |

    French Polynesia | | 13,25 | 13,25 |

    Wallis u Futuna | 8 | 3,5 | 11,5 |

    Mayotte | 9,9 | 5,3 | 15,2 |

    St Pierre u Miquelon | 5,6 | 6,8 | 12,4 |

    l-Antilli Olandiżi | 11,7 | 8,3 | 20,0 |

    il-Gżejjer Falkland | | 3 | 3 |

    Turks u Caicos | 8,2 | 0,2 | 8,4 |

    Anguilla | 7,9 | 0,1 | 8 |

    Montserrat | 5,3 | 5,7 | 11,0 |

    Saint Helena u d-dipendenzi tagħha (Ascension, Tristan da Cunha) | 7,5 | 1,1 | 8,6 |

    Pitcairn | 2 | | 2 |

    Total | 127,1 miljun EUR |

    Riserva Ċ mhux allokata | 17,9 miljun EUR |

    5. Il-Kummissjoni, wara reviżjoni f'nofs l-iskond, tista' tiddeċiedi dwar allokazzjoni differenti ta' kull bilanċ mhux allokat tal-fondi msemmija f'dan l-Artikolu. Il-proċedura għal din ir-reviżjoni u d-deċiżjoni dwar kull allokazzjoni ġdida huma adottati bi qbil ma' l-Artikolu 24 ta' din id-Deċiżjoni.

    [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1575/2001 tal-25 ta'Ġunju 2001 dwar il-konklużjoni tar-Raba' Protokoll jippreskrivi l-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sajd provvduti fil-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, mill-banda waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern lokali tal-Grenlandja, mill-banda l-oħra (ĠU L 209, tat-2.8.2001, p. 1).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II B

    GĦAJNUNA FINANZJARJA KOMUNITARJA SELF MIR-RISORSI TAL-BANK EWROPEW TA' L-INVESTIMENT STESS

    Artikolu 1

    Ammont

    Ammont sa 20 miljun EUR kif preskritt fl-Artikolu 5 tal-Ftehim Intern għandu jiġi provvdut mill-BEI fil-forma ta' self mir-risorsi tiegħu stess bi qbil mal-kondizzjonijiet provvduti mill-istatuti tiegħu u dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Bank Ewropew ta' l-Investiment

    1. Il-BEI għandu:

    (a) jikkontribbwixxi, permezz tar-risorsi li jimmaniġġja, għall-iżvilupp ekonomiku u industrijali tal-PTLHB fuq bażi nazzjonali u reġjonali; u għal dan l-iskop, finanzi bħala prijorita, proġetti u programmi produttivi jew investimenti oħra mmirati lejn il-promozzjoni tas-settur privat fis-setturi ekonomiċi kollha;

    (b) jistabbilixxi rabtiet ta' koperazzjoni mill-viċin ma' banek ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali u ma' istituzzjonijiet bankarji u finanzjarji tal-PTLHB u tal-Komunità;

    (ċ) f'konsultazzjoni mal-PTLHB konċernat, jadatta l-arranġamenti u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' koperazzjoni finanzjarja ta' żvilupp, kif dikjarat f'din id-Deċiżjoni, jekk ikun meħtieġ, biex titqies in-natura tal-proġetti u l-programmi u biex jaġixxi bi qbil ma' l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, fil-qafas tal-proċeduri preskritti mill-istatut tiegħu.

    2. Self mir-risorsi tal-BEI stess għandu jingħata skond it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) ir-rata ta' riferenza ta' imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-BEI għal self bl-istess kondizzjonijiet għall-munita, u l-perjodu ta' ħlas mill-ġdid fil-jum tal-firma tal-kuntratt jew fid-data ta' żborżament;

    (b) iżda:

    (i) fi prinċipju, proġetti fis-settur pubbliku għandhom ikunu eliġibbli għal sussidju tar-rata ta' imgħax ta' 3 %;

    (ii) għal proġetti fis-settur privat li jinvolvu ristrutturizzazzjoni ta' operati fil-qafas ta' privatizzazzjoni jew għal proġetti b'benefiċċji soċjali jew ambjentali sostenibbli u li jidhru b'mod ċar, self jista' jiġi estiż b'sussidju tar-rata ta' imgħax li l-ammont u l-għamla tiegħu jiġi deċiż rigward il-karatteristiċi partikolari tal-proġett. Madankollu, is-sussidju tar-rata ta' imgħax m'għandux ikun aktar għoli minn 3 %.

    Ir-rata finali ta' imgħax m,għandha qatt, f'kull każ, tkun anqas minn 50 % tar-rata ta' riferenza.

    (ċ) l-ammont tas-sussidju tar-rata ta' imgħax kalkolat f'termini tal-valur tiegħu fiż-żminijiet ta' żborżament tas-self għandu jiġi mħallas kontra l-allokazzjoni tas-sussidju ta' imgħax preskritta fl-Anness II A, l-Artikolu 3(3)(d), u jitħallas direttament lill-BEI;

    Sussidji ta' imgħax jistgħu jiġu kapitalizzati jew wżati fil-forma ta' għotjiet biex tiġi appoġġjata għajnuna teknika li għandha x'taqsam mal-proġett, partikolarment għal istituzzjonijet finanzjarji fil-PTLHB.

    (d) il-perjodu ta' ħlas lura ta' self magħmul mill-BEI mir-risorsi tiegħu stess għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-karatteristiċi ekonomiċi u finanzjarji tal-proġett, imma ma jaqbiżx il-25 sena. Dan is-self għandu normalment jikkomprendi perjodu ta' grazzja fissat permezz ta' riferenza għall-perjodu ta' kostruzzjoni tal-proġett.

    3. Għal investimenti finanzjarji mill-BEI mir-risorsi tiegħu stess fil-kumpaniji tas-settur pubbliku, garanziji jew xogħlijiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-proġett jistgħu jinħtieġu mill-PTLHB konċernat.

    Artikolu 3

    Kondizzjonijiet għat-trasferiment tal-kambju barrani

    Il-PTLHB konċernat għandu, rigward l-operati skond din id-Deċiżjoni u rigward tagħhom ingħataw approvazzjoni bil-miktub:

    (a) jingħata eżenzjoni mid-dazji kollha nazzjonali jew lokali, ħlasijiet fiskali fuq imgħax, kummissjoni u ħlas lura ta' self dovut bi qbil mal-liġi jew il-liġijiet tal-PTLHB konċernati;

    (b) ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji l-munita meħtieġa għall-ħlas ta' imgħax, kummissjoni u l-ħlas lura ta' self dovut f'termini ta' kuntratti ta' finanzjament mogħtija għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi fit-territorji tagħhom;

    (ċ) jagħmel disponibbli lill-BEI il-munita barranija meħtieġa għat-trasferiment tas-somom kollha li tkun irċeviet f'munita nazzjonali bir-rata tal-kambju applikabbli bejn l-Euro jew il-muniti l-oħra ta' trasferiment u l-munita nazzjonali fid-data tat-trasferiment. Dawn jinkludu l-forom kollha ta' rimunerazzjoni, bħal ma huma, fost ħwejjeġ oħra, imgħax, dividendi, kummissjonijiet u miżati, kif ukoll il-ħlas lura ta' self u d-dħul mill-bejgħ ta' ishma dovuti f'termini ta' kuntratti ta' finanzjament mogħtija għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi fit-territorji tagħhom.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II Ċ

    GĦAJNUNA FINANZJARJA KOMUNITARJA: IL-FAĊILITÀ TA' INVESTIMENT TAL-PTLHB

    Artikolu 1

    Għan

    Faċilità ta' Investiment ta' PTLHB (minn issa ‘l quddiem msejħa bħala "l-Faċilità") għandha titwaqqaf sabiex tippromwovi kummerċjalment impriżi vijabbli, prinċipalment fis-settur privat imma anke dawk fis-settur pubbliku li jappoġġjaw żvilupp fis-settur privat.

    It-termini u l-kondizzjonijiet ta' finanzjament rigward l-operati tal-Faċilità u s-self mir-risorsi tal-BEI stess għandhom ikunu kif preskritt f'dan l-Anness, l-Anness II B u l-Artikoli 29 u 30 tal-Ftehim Intern. Dawn ir-risorsi jistgħu jġu mgħoddija lil impriżi eliġibbli, jew direttament jew indirettament, permezz ta' fondi ta' investimienti eliġibbli u/jew intermedjarji finanzjarji.

    Artikolu 2

    Risorsi tal-Faċilità

    1. Ir-risorsi tal-Faċilità jistgħu jintużaw, fost ħwejjeġ oħra, biex:

    (a) jipprovdu kapitali f'riskju fil-forma ta':

    (i) parteċipazzjoni ta' l-ekwita f'impriżi tal-PTLHB, inkluż istituzzjonijiet finanzjarji;

    (ii) għajnuna kważi-kapitali għal impriżi tal-PTLHB, inkluż istituzzjonijiet finanzjarji;

    (iii) garanziji u titjib ieħor ta' kreditu li jista' jintuża biex ikopri riskji politiċi jew li għandhom x'jaqsmu ma' investiment ieħor, kemm għal investituri barranin u lokali u kif ukoll għal dawk li jsellfu.

    (b) jipprovdu self ordinarju.

    2. Parteċipazzjoni ta' l-ekwita għandha tkun għal impriżi ta' minorita li ma jikkontrollawx u għandhom jiġu rimunerati fuq il-bażi tal-qadi tal-proġetti konċernat.

    3. Għajnuna kważi-kapitali tista' tikkonsisti minn ħlasijiet bil-quddiem ta' l-azzjonisti, bonds konvertibbli, self kondizzjonali, subordinat u parteċipanti jew kull forma oħra simili ta' għajnuna. Din l-għajnuna tista' tikkonsisti partikolarment minn:

    (a) self kondizzjonali, li l-ħlas fuqu u/jew it-tul ta' żmien tiegħu għandhom ikunu marbuta mat-twettieq ta' ċerti kondizzjonijiet rigward il-qadi tal-proġett; fil-każ speċifiku ta' self kondizzjonali għal studji ta' investiment minn qabel jew għajnuna teknika oħra li għandha x'taqsam mal-proġett, il-ħlas jista' jiġi rinunzjat jekk l-investiment ma jitwettaqx;

    (b) self parteċipanti, il-ħlas u/jew it-tul ta' żmien tiegħu għandu jiġi marbut mar-ritorn finanzjarju tal-proġett;

    (ċ) self subordinat, li għandu jitħallas biss wara li jkunu tħallsu l-pretensjonijiet l-oħra.

    4. Ir-rimunerazzjoni ta' kull operat għandu jiġi speċifikat meta jsir is-self.

    Iżda:

    (a) fil-każ ta' self kondizzjonali jew parteċipanti, ir-rimunerazzjoni għandha normalment tikkomprendi rata fissa ta' imgħax ta' mhux aktar minn 3 % u komponent varjabbli li għandu x'jaqsma mal-qadi tal-proġett;

    (b) fil-każ ta' self subordinat, ir-rata ta' imgħax għandha tkun relatata mal-bejgħ fis-suq.

    5. Garanziji għandhom jiġu prezzati sabiex jiġu riflessi r-riskji assikurati u l-karatteristiċi partikolari ta' l-operat.

    6. Ir-rata ta' imgħax ta' self ordinarju għandu jikkomprendi rata ta' riferenza applikata mill-BEI għal self komparabbli ma' l-istess termini u kondizzjonijiet bħal perjodi ta' grazzja u ta' ħlas lura u mark up stabbilita mill-BEI.

    7. Self ordinarju jista' jiġi estiż fuq termini u kondizzjonijiet kummerċjali fil-każijiet li ġejjin:

    (a) għal proġetti ta' infrastruttura fil-PTLHB li huma l-inqas żviluppati li huma prerekwiżiti għal żvilupp fis-settur pubbliku. F'dawn il-każijiet, ir-rata ta' imgħax tas-self se jitnaqqas b' 3 %;

    (b) għal proġetti li jinvolvu operati ta' ristrutturizzazzjoni fil-qafas ta' privatizzazzjoni jew għal proġetti b'benefiċċji soċjali jew ambjentali sostenibbli jew li jidhru b'mod ċar. F'dawn il-każijiet, is-self jista' jiġi estiż b'sussidju tar-rata ta' imgħax li l-ammont u l-għamla tiegħu se jiġi deċiż skond il-karatteristi partikolari tal-proġett. Madankollu, is-sussidju tar-rata ta' imgħax m'għandux ikun aktar għoli minn 3 %.

    Ir-rata finali ta' imgħax m'għandhiex, f'kull każ, tkun anqas minn 50 % tar-rata ta' riferenza.

    8. Il-fondi li jridu jiġu provvduti għal dawn l-għanijiet konċessjonali jridu jsiru disponibbli mill-Faċilità u m'għandhomx jaqbżu l-5 % ta' l-ammont totali allokat għal finanzjament taż imvestiment mill-Faċilità u mill-BEI mir-risorsi tiegħu stess.

    9. Sussidji ta' imgħax jistgħu jiġu kapitalizzati jew jistgħu jintużaw fil-forma ta' għotjiet li jappoġġjaw għajnuna teknika li għandha x'taqsam ma' proġett, partikolarment għal istituzzjonijiet finanzjarji fil-PTLHB.

    Artikolu 3

    Operati tal-Faċilità

    1. Il-Faċilità għandha topera fis-setturi kollha ekonomiċi u għandha tappoġġja investimenti ta' entitajiet fis-settur pubbliku li jitmexxew kummerċjalment, inkluż infrastruttura ekonomika u teknoloġija li tiġġenera li hija kritika għas-settur privat. Il-Faċilità għandha:

    (a) titmexxa bħala fond li jirrevolvja u timmira li tkun finanzjament sostenibbli. L-operati tagħha għandhom ikunu fuq termini u kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ fis-suq u għandhom jevitaw li jinħoloq tagħwiġ fi swieq lokali u l-ispostar ta' risorsi privati ta' finanzi;

    (b) Tagħmel sforz sabiex ikollha effett katalitiku billi jiġi nkoraġġit il-mobilizzazzjoni ta' risorsi lokali fuq skond fit-tul u li jiġu attratti investituri privati u selliefa barranin għal proġetti fil-PTLHB.

    2. Ma l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni u fl-assenza ta' deċiżjoni speċifika mill-Kunsill, il-mixi mill-ġdid kumulattiv lill-Faċilità għandu jinġarr lejn l-Investiment Finanzjarju tal-PTLHB li jkun imiss.

    Artikolu 4

    Kondizzjonijiet għal riskju fir-rati tal-kambju

    Sabiex jiġi minimizzati l-effetti ta' oxxillazzjonijiet fir-rata tal-kambju, il-problemi tar-riskju fir-rata tal-kambju għandhom jiġu trattati bil-mod li ġej:

    (a) fil-każ ta' parteċipazzjoni ta' ekwitajiet disinjati biex jissaħħu l-fondi ta' l-impriża stess, ir-riskju fir-rata tal-kambju għandha, bħala regola ġenerali, jinġarr mill-Faċilità;

    (b) fil-każ ta' finanzjament ta' kapitali fir-riskju għal impriżi żgħar u ta' daqs medju (IŻM) ir-rata tal-kambju għandha, bħala regola ġenerali, tinqasam mill-Komunità, mill-banda waħda, u mill-partijiet l-oħra nvoluti, mill-banda l-oħra. Fuq medju ir-riskju fir-rata tal-kambju barrani għandu jinqasam ugwalment;

    (ċ) fejn possibbli u xieraq, partikolarment f'pajjiżi karatterizzati minn stabilita makroekonomika u finanzjarja, il-Faċilità se tisforza sabiex testendi self f'muniti lokali ta' PTLHB, b'hekk tkun qed tieħu r-riskju fir-rata tal-kambju.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II D

    GĦAJNUNA FINANZJARJA KOMUNITARJA: APPOĠĠ ADDIZZJONALI FIL-KAŻ TA' OXXILLAZZJONIJIET FUQ SKOND QASIR FI QLIGĦ MILL-ESPORTAZZJONI

    Artikolu 1

    Prinċipji

    1. Il-grad ta' dipendenza ta' ekonomija tal-PTLHB fuq esportazzjoni ta' merkanzija u partikolarment minn prodotti agrikoli u ta' tħaffir fil-minjieri għandu jkun kriterju għall-istabbilizzazzjoni ta' l-allokazzjoni ta' żvilupp fuq skond fit-tul.

    2. Sabiex jiġu mitigati l-effetti ta' ħsara ta' l-instabilita ta' qligħ minn esportazzjoni u sabiex jiġi salvagwardjat il-programm ta' żvilupp ipperikolat mill-waqgħa fid-dħul, appoġġ finanzjarju addizzjonali jista' jiġi mobilizzat mir-risorsi programmabbli għall-iżvilupp fuq skond fit-tul tal-pajjiż fuq il-bażi ta' l-Artikoli 2 u 3.

    Artikolu 2

    Kriterji ta' eliġibilita

    1. Eliġibilita għal risorsi addizzjonali għandha tiġi stabbilita minn:

    - 10 %, jew 2 % fil-każ ta' pajjiżi li huma l-inqas żviluppati, t-telf ta' qligħ mill-esportazzjoni minn merkanzija paragunat mal-medju aritmetiku tal-qligħ fl-ewwel tliet snin ta' l-ewwel erba' snin li jiġu qabel is-sena ta' applikazzjoni;

    jew

    - 10 %, jew 2 % fil-każ ta' pajjiżi li huma l-inqas żviluppati, t-telf ta' qligħ mill-esportazzjoni mit-total ta' prodotti agrikoli jew minerali paragunati mal-medju aritmetiku tal-qligħ fl-ewwel tliet snin ta' l-ewwel erba' snin ta' qabel is-sena ta' l-applikazzjoni għal pajjiżi fejn id-dħul mill-esportazzjoni agrikola jew minerali jirrappreżenta aktar minn 40 % tad-dħul totali minn esportazzjoni ta' merkanzija.

    2. L-intitolament għal appoġġ addizzjonali għandu jiġi limitat għal erba' snin suċċessivi.

    3. Ir-risorsi addizzjonali għandhom jiġu riflessi fil-kontijiet pubbliċi tal-pajjiż konċernat. Għandhom jiġu utilizzati bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jridu jiġu preskritti skond l-Artikolu 23 ta' din id-Deċiżjoni. Bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet ir-risorsi jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw programmi inklużi f'estimi nazzjonali. Madankollu parti mir-risorsi addizzjonali tista' titwarrab ukoll għal setturi speċifiċi.

    Artikolu 3

    Ħlasijiet bil-quddiem

    Is-sistema għall-allokazzjoni ta' risorsi addizzjonali għandha tipprovdi għal ħlasijiet bil-quddiem biex tkopri kull dewmien fil-ksib ta' statistiċi konsolidati ta' kummerċ u biex tiżgura li r-risorsi msemmija jistgħu jiġu nklużi fl-estimi tas-sena ta' wara s-sena ta' applikazzjoni. Ħlasijiet bil-quddiem għandhom jiġu mobilizzati fuq il-bażi ta' statistiċi proviżorji ta' esportazzjoni mfassla mill-awtoritajiet tal-PTLHB u sottomessi lill-Kummissjoni bil-quddiem ta' l-istatistiċI uffiċjali konsolidati finali. Il-ħlas bil-quddiem massimu għandu jkun 80 % ta' l-ammont stmat ta' risorsi addizzjonali għas-sena ta' l-applikazzjoni. L-ammonti li b'hekk jiġu mobilizzati għandhom jiġu aġġustati permezz tal-ftehim komuni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-PTLHB fid-dawl ta' statistiċi ta' esportazzjoni konsolidati finali u ċ-ċifra finali ta' l-isbilanċ pubbliku.

    Artikolu 4

    Reviżjoni

    Id-dispożizzjonijiet f'dan l-Anness għandhom ikunu bla ħsara għar-reviżjoni l-aktar tard wara sentejn mid-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni riferiti fl-Artikolu 23 ta' din id-Deċiżjoni u sosegwentement fuq it-talba tal-Kummissjoni, Stat Membru jew PTLHB.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II E

    GĦAJNUNA FINANZJARJA KOMUNITARJA: GĦAJNUNA TA' L-ESTIMI GĦAL PAJJIŻI LI GĦADHOM QED JIŻVILUPPAW

    Mingħajr preġudizzju għal modifikazzjonijiet fil-futur ta' dispożizzjonijiet ta' l-estimi, il-PTLHB jibbenefikaw mill-linji ta' l-estimi li ġejjin prevvisti għal pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-estimi ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Minbarra jekk ikunu esklużi espliċitament, il-PTLHB jistgħu jibbenefika mill-fondi ġenerali ta' l-estimi mogħtija lil pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

    1. Għajnuna fl-Ikel u Umanitarja (Titolu B7-2 1)

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/576/KE tad-29 ta' Ġunju 1999 dwar l-iffirmar u n-notifika ta' l-applikazzjoni proviżorja tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna fl-Ikel ta' l-1999 u f'isem il-Komunità Ewropea [1].

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE tat-13 ta' Ġunju 2000, dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna fl-Ikel ta' l-1999 [2].

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 tas-27 ta' Ġunju 1996 dwar il-politika tal-għajnuna mogħtija f'ikel u l-maniġġjar tal-għajnuna mogħtija f'ikel u operati speċjali li jappoġġaw is-siġurta fl-ikel [3]

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 li jirrigwarda l-għajnuna umanitarja [4].

    2. Miżuri tal-Komunità li jappoġġjaw OMG-ijiet (Kapitolu B7.60)

    - Ir-Resoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 May 1992 dwar ir-rwol ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi f'koperazzjoni ta' żvilupp [5].

    - Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 1658/98 tas-17 ta' Lulju 1998 dwar operati ta' ko-finanzjament ma' l-organizzazzjonijiet ta' żvilupp mhux governattivi Ewropej (OMG) f'oqsma ta' interess għall-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw [6].

    3. Taħriġ u promozzjoni ta' għarfien ta' kwistjonijiet ta' żvilupp (Kapitolu B7.61)

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2836/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet dwar is-sess fil-koperazzjoni għall-iżvilupp [7].

    4. Ambjent (Kapitolu B7.62)

    - Ir-Regolament (KE) Nru 2493/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2000 dwar miżuri sabiex jippromwovu l-integrazzjoni sħiħa tad-dimensjoni ambjentali fil-proċess ta' l-iżvilupp fil-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw [8].

    - Ir-Regolament (KE) Nru 2494/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2000 dwar miżuri li jippromwovu l-konservazzjoni u l-maniġġjar sostenibbli tal-foresti tropikali u foresti oħra f'pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw [9].

    5. Is-saħħa u l-ġlieda kontra d-droga, il-popolazzjoni u d-demografija fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw (Kapitolu B7.63)

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2046/97 tat-13 ta' Ottubru 1997 dwar il-koperazzjoni nord-sud fil-kampanja kontra d-droga u l-vizzju tad-droga [10].

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 550/97 ta' l-24 ta' Marzu 1997 dwar l-operati li għandhom x'jaqsmu mal-HIV/AIDS fil-pajjiżi li għandhom qegħdin jiżviluppaw [11].

    6. Skemi ta' għajnuna speċifika fil-qasam ta' l-iżvilupp (Kapitolu B7.64)

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2258/96 tat-22 ta' Novembru 1996 dwar l-operati ta' rijabilitazzjoni u ta' rikostruzzjoni fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw [12].

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/98 tas-17 ta' Lulju 1998 dwar koperazzjoni deċentralizzata [13].

    7. Il-kampanja kontra t-turiżmu tas-sess f'pajjiżi terzi (Kapitolu B7626)

    - L-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet maħsuba skond il-kampanja kontra turiżmu tas-sess fit-tfal se tkompli fuq il-bażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 Mejju 1999 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1999.

    [1] ĠU L 222, ta' l-24.8.1999, p. 38.

    [2] ĠU L 163, ta' l-4.7.2000, p. 37.

    [3] ĠU L 166, tal-5.7.1996, p. 1.

    [4] ĠU L 163, tat-2.7.1996, p. 1.

    [5] ĠU C 150, tal-15.6.1992, p. 273.

    [6] ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1726/2001 (ĠU L 234, ta' l-1.9.2001, p. 10).

    [7] ĠU L 354, tat-30.12.1998, p. 5.

    [8] ĠU L 288, tal-15.11.2000, p. 1.

    [9] ĠU L 288, tal-15.11.2000, p. 6.

    [10] ĠU L 287, tal-21.10.1997, p. 1.

    [11] ĠU L 85, tas-27.03.1997, p. 1.

    [12] ĠU L 306, tat-28.11.1996, p. 1.

    [13] ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 6.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II F

    GĦAJNUNA OĦRA KOMUNITARJA: PARTEĊIPAZZJONI FI PROGRAMMI KOMUNITARJI

    Il-programmi li ġejjin, u kull programm li jiġi qabilhom, għandhom japplikaw għal ċittadini nazzjonali tal-PTLHB fil-qafas tal-kwota għall-Istat Membru li miegħu l-PTLHB huwa marbut:

    1. Programmi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ:

    (a) Leonardo da Vinci, it-tieni fażi tal-programm ta' azzjoni ta' taħriġ vokazzjonali tal-Komunità, imwaqqfa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE tas-26 ta' April 1999 [1],

    (b) Promozzjoni ta' mogħdijiet Ewropej għal taħriġ marbut max-xogħol, inkluż apprenticeship, imwaqqfa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/51/KE tal-21 ta' Diċembru 1998 [2],

    (ċ) Socrates, it-tieni fażi tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' l-edukazzjoni, imwaqqaf mid-Deċiżjoni 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 [3],

    (d) "Żagħżagħ" il-programm ta' azzjoni tal-Komunità, stabbilit mid-Deċiżjoni 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2000 [4].

    2. Il-programmi ta' appoġġ ta' l-impriża:

    (a) Programm multi-annwali għal Impriża u Intrapriniżmu (2001-2005), imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/819/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2000 [5],

    (b) Artisanat, provvdut fil-programm riferit f'(a),

    (ċ) Euromanagement, provvdut fil-programm riferit f'(a),

    (d) Il-kapital ta' l-avvjament (seed capital), skond it-tielet program multiannwali għal IŻM, imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/15/KE tad- 9 ta' Diċembru 1996 [6].

    3. Programmi ta' riċerka, ta' żvilupp u ta' innovazzjoni tal-ħames Programm Qafas:

    3.1. Programmi ta' tema:

    (a) Programm speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u t-turija dwar il-kwalità ta' ħajja u maniġġjar ta' risorsi ħajjin (1998 sa 2002) [7],

    (b) Programm speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u t-turija dwar soċjeta ta' tagħrif faċli għall-utent (1998 sa 2002) [8],

    (ċ) Programm speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u t-turija dwar tkabbir kompetittiv u sostenibbli (1998 sa 2002) [9],

    (d) Programm speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u t-turija dwar l-enerġija, l-ambjent u żvilupp sostenibbli (1998 sa 2002), imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/171/KE tal-25 ta' Jannar 1999 [10].

    3.2. Programmi Orizzontali:

    (a) Programm speċifiku dwar il-konferma tar-rwol internazzjonali ta' riċerka fil-Komunità (1998-2002) [11].

    (b) Programm speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u t-turija dwar il-promozzjoni ta' innovazzjoni u l-inkoraġġiment ta' parteċipazzjoni ta' l-IŻM (1998-2002) [12].

    (ċ) Programm speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u t-turija dwar it-titjib tal-potenzali tar-riċerka umana u l-bażi ta' għerf soċjo-ekonomiku (1998-2002) [13].

    4. Programmi kulturali u awdjo-viżwali:

    (a) Programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjo-viżwali (Media Plus - Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni) għall-perjodu 2001-2005, imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2000.

    (b) Kultura 2000 (2000-2004), imwaqqfa mid-Deċiżjoni 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-14 ta' Frar 2000 [14].

    5. Il-programm Ġappuniż (PTRU) (programm ta' taħriġ fir-risorsji umani fil-Ġappun) u missjonijiet topikali, imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/278/KEE tat-18 ta' Mejju 1992 [15].

    [1] ĠU L 146, tal-11.06.99, p. 33.

    [2] ĠU L tas-17, 22.01.99, p. 45.

    [3] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 1.

    [4] ĠU L 117, tat-18.05.00, p. 1.

    [5] ĠU L 333, tad-29.12.00, p. 84.

    [6] ĠU L 6, ta' l-10.1.1997, p. 25.

    [7] ĠU L 64, tat-12.3.1999, p. 1.

    [8] ĠU L 64, tat-12.3.1999, p. 20.

    [9] ĠU L 64, tat-12.3.1999, p. 40.

    [10] ĠU L 64, tat-12.3.1999, p. 58.

    [11] ĠU L 64, tat-12.3.1999, p. 78.

    [12] ĠU L 64, tat-12.3.1999, p. 91.

    [13] ĠU L 64, tat-12.3.1999, p. 105.

    [14] ĠU L 63, ta'l-10.03.00, p. 1.

    [15] ĠU L 144, tas-26.05.92, p. 19.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    RIGWARD ID-DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA' "PRODOTTI LI JORIĠINAW" U L-METODI TA' KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    INDIĊI

    It-TITOLU I

    — l-Artikolu 1

    It-TITOLU II

    — l-Artikolu 2

    — l-Artikolu 3

    — l-Artikolu 4

    — l-Artikolu 5

    — l-Artikolu 6

    — l-Artikolu 7

    — l-Artikolu 8

    — l-Artikolu 9

    — l-Artikolu 10

    It-TITOLU III

    — l-Artikolu 11

    — l-Artikolu 12

    — l-Artikolu 13

    It-TITOLU IV

    — l-Artikolu 14

    — l-Artikolu 15

    — l-Artikolu 16

    — l-Artikolu 17

    — l-Artikolu 18

    — l-Artikolu 19

    — l-Artikolu 20

    — l-Artikolu 21

    — l-Artikolu 22

    — l-Artikolu 23

    — l-Artikolu 24

    — l-Artikolu 25

    — l-Artikolu 26

    — l-Artikolu 27

    — l-Artikolu 28

    — l-Artikolu 29

    — l-Artikolu 30

    It-TITOLU V

    — l-Artikolu 31

    — l-Artikolu 32

    — l-Artikolu 33

    — l-Artikolu 34

    — l-Artikolu 35

    — l-Artikolu 36

    — l-Artikolu 37

    It-TITOLU VI

    — l-Artikolu 38

    It-TITOLU VII

    — l-Artikolu 39

    — l-Artikolu 40

    — l-Artikolu 41

    — l-Artikolu 42

    — L-Appendiċi 1

    — L-Appendiċi 2

    — L-Appendiċi 3

    — L-Appendiċi 4

    — L-Appendiċi 5A

    — L-Appendiċi 5B

    — L-Appendiċi 6

    — L-Appendiċi 7

    IT-TITOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' dan l-Anness:

    (a) "fabbrikazzjoni" jfisser kull tip ta' xogħol jew proċessar inkluż it-tagħqid flimkien jew operati speċifiċi;

    (b) "materjal" ifisser kull ingredjent, materja prima, komponent jew parti eċċ., użata fil-fabbrikazzjoni tal-prodott;

    (ċ) "prodott" jfisser il-prodott fabbrikat, anke jekk huwa maħsub għal użu aktar tard f'operat ieħor ta' fabbrikazzjoni;

    (d) "merkanzija" tfisser kemm materjali kif ukoll prodotti;

    (e) "valur tad-dwana" ifisser il-valur kif stabbilit bi qbil mal-Ftehim ta' l-1994 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (Ftehim ODS dwar valwazzjoni tad-dwana);

    (f) "prezzijiet ex-works" ifisser il-prezz imħallas għall-prodott ex works lill-fabbrikant li fl-impriża tiegħu jitwettaq l-aħħar xogħol jew proċessar, basta iżda li l-prezz jinkludi l-valur tal-materjali kollha wżati, bit-tnaqqis ta' kull taxxa interna li hija, jew tista' tkun, imħallsa mill-ġdid meta l-prodott miksub jiġi esportat;

    (g) "valur ta' materjali" ifisser il-valur tad-dwana fil-ħin ta' importazzjoni tal-materjali li ma joriġinawx wżati, jew, jekk dan mhuwiex magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz aċċertat imħallas għall-materjali fit-territorju konċernat;

    (h) "il-valur ta' materjali li joriġinaw" ifisser il-valur ta' dawn il-materjali kif definit fis-sotto-paragrafu (g) applikat mutatis mutandis;

    (i) "valur miżjud" għandu jittieħed bħala l-prezz ta' l-ex-works bit0-tnaqqis tal-valur tad-dwana tal-materjali tal-pajjiżi terzi importati fil-Komunità, l-Istati AKP jew il-PTLHB;

    (j) "kapitoli" u "intestaturi" jfissru l-kapitoli u l-intestaturi (kodiċijiet ta' erba' ċifri) użati fin-nomenklatura li tagħmel parti mis-Sistema ta' Deskrizzjoni Armonizzata u l-Kodifika ta' l-Oġġetti, riferita f'dan l-Anness bħala "is-sistema Armonizzata" jew "SA";

    (k) "klassifikat" jirreferi għall-klassifika ta' prodott jew materjal taħt intestatura partikolari;

    (l) "kunsinja" tfisser prodotti li jew jintbagħtu simultanjament minn esportatur għal destinatarju wieħed jew li huma koperti minn dokument wieħed ta' trasport li jkopri l-bastiment tagħhom mill-esportatur sad-destinatarju jew, fl-assenza ta' dan id-dokument, minn fattura waħdanija;

    (m) "territorji" jinkludu ibħra territorjali.

    IT-TITOLU II

    DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA' "PRODOTTI LI JORIĠINAW"

    Artikolu 2

    Ħtiġijiet ġenerali

    1. Għall-għan ta' l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' koperazzjoni ta' kummerċ tad-Deċiżjoni, il-prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fil-PTLHB:

    (a) prodotti miksuba għall-kollox fil-PTLHB fit-tifsira ta' l-Artikolu 3 ta' dan l-Anness;

    (b) prodotti miksuba fil-PTLHB li jinkorporaw materjali li ma ġewx miksuba għal kollox hemmhekk, basta iżda li dawn il-materjali jkunu għaddew minn xogħlijiet jew proċessar biżżejjed fil-PTLHB fit-tifsira ta' l-Artikolu 4 ta' dan l-Anness.

    2. Għall-għan ta' l-implimentazzjoni ta' paragrafu 1, it-territorji tal-PTLHB għandhom jitqiesu bħala territorju wieħed.

    3. Prodotti li joriġinaw magħmula minn materjali li jinkisbu għal kollox jew li jkunu nħaddmu jew ġew proċessati biżżejjed f'PTLHB wieħed jew aktar għandhom jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fil-PTLHB fejn ikun sar l-aħħar xogħol jew proċessar, basta iżda li dan ix-xogħol jew proċessar imur lil hinn minn dak riferit fl-Artikolu 5 ta' dan l-Anness.

    Artikolu 3

    Prodotti miksuba għal kollox

    1. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala miksuba għal kollox, fil-PTLHB, fil-Komunità, jew fl-Istati ta' l-AKP:

    (a) prodotti minerali estratti mill-ħamrija tagħhom jew minn qiegħ il-baħar tagħhom;

    (b) prodotti veġetali maħsuda hemm;

    (ċ) annimali ħajjin mitwielda u mrobbija hemm;

    (d) prodotti li ġejjin minn annimali ħajjin imrobbija hemm;

    (e) prodotti miksuba mill-kaċċa jew mis-sajd imwettqa hemm;

    (f) prodotti mis-sajd fil-baħar u prodotti oħra meħuda mill-baħar barra mill-ibħra territorjali mill-bastiment tagħhom;

    (g) prodotti magħmula abbord il-bastimenti-fabbriki tagħhom esklussivament minn prodotti riferiti fis-sottoparagrafu (f);

    (h) artikoli wżati miġbura hemmhekk li huma tajbin biss għall-irkupru ta' materji primi, inkluż tire-ijiet tajbin biss għal retreading jew għall-użu bħala skart;

    (i) skart u skrap li jirrisultaw minn operati ta' fabbrikazzjoni kondotti hemm;

    (j) prodotti estratti minn ħamrija tal-baħar jew il-ħamrija mill-art ta' qiegħ il-baħar barra mill-ibħra territorjali basta iżda li jkollhom id-drittijiet waħdiena li jaħdmu dik il-ħamrija jew il-ħamrija mill-art ta' qiegħ il-baħar;

    (k) merkanzija prodotti hemm esklussivament mill-prodotti speċifikati f'sottoparagrafi (a) sa (j).

    2. It-termini "il-bastimenti tagħhom" u "il-bastimenti-fabbriki tagħhom" fil-paragrafu 1(f) u (g) għandhom japplikaw biss għal bastimenti u bastimenti-fabbriki:

    (a) li huma reġistrati jew irrekordjati f'PTLHB, fi Stat Membru jew fi Stat ta' l-AKP;

    (b) li jbaħħru taħt il-bandiera ta' PTLHB, ta' Stat Membru tal-KE jew ta' Stat ta' l-AKP:

    (ċ) li huma posseduti sal-punt ta' mill-inqas 50 fil-mija minn PTLHB, Stat Membru jew ċittadini nazzjonali ta' l-AKP, jew minn kumpanija li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-PTLHB, jew f'wieħed minn dawn l-Istati, li tagħha l-President tal-Bord tad-Diretturi jew il-Bord Superviżorju, u l-maġġoranza tal-membri ta' dawn il-bordijiet huma ċittadini nazzjonali ta' PTLHB, l-Istat Membru jew l-AKP u li, b'żieda ma' dan, fil-każ ta' sħubiji jew kumpaniji limitati, mill-inqas nofs il-kapital jappartjeni għall-Istati Membri jew l-Istati ta' l-AKP jew għal korpijiet pubbliċi jew ċittadini nazzjonali ta' l-Istati msemmija, jew ta' PTLHB;

    (d) li mill-inqas 50 % ta' l-ekwipaġġ, il-kaptan u l-uffiċjali nklużi, huma ċittadini nazzjonali tal-PTLHB, l-Istat Membru, jew ta' l-AKP.

    3. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 2, fejn PTLHB joffri lill-Komunità l-opportunita li tinnegozja ftehim dwar is-sajd u l-Komunità ma taċċettax din l-offerta, il-PTLHB konċernat jista' jikri jew jikri b'self bastimenti ta' pajjiżi terzi sabiex jidħlu għal attivitajiet tas-sajd fiż-żona esklussiva ekonomika tiegħu u jitlob li dawn il-bastimenti jiġu ittrattati bħala "il-bastimenti tagħhom" fuq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    - li l-PLTHB offriet lill-Komunità l-opportunita li tinnegozja ftehim dwar is-sajd u l-Kominutà m' aċċettatx din l-offerta;

    - li mill-inqas 50 % ta' l-ekwipaġġ, il-kaptan u l-uffiċjali nklużi huma ċittadini nazzjonali tal-PTLHB, l-Istat Membru, jew ta' l-AKP;

    - li l-kuntratt tal-kiri jew tal-kiri b'self ikun ġie aċċettat mill-Kummissjoni bħala li jipprovdi opportunitajiet adegwati għall-iżvilupp tal-kapaċita tal-PTLHB konċernat sabiex ikun jista' jistad għar-rasu u partikolarment bħala li jagħti lill-PTLHB konċernat ir-responsabbilta għall-maniġġjar nawtiku u kummerċjali tal-bastiment li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu għal perjodu sinifikanti ta' żmien.

    Artikolu 4

    Prodotti maħduma jew proċessati biżżejjed

    1. Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, prodotti li mhumiex miksuba għal kollox huma meqjusa bħal maħduma jew proċessati biżżejjed fil-PTLHB, fil-Komunità jew fl-Istati ta' l-AKP, meta jitwettqu l-kondizzjonijiet dikjarati fil-lista fl-Appendiċi 2.

    Il-kondizzjonijiet riferiti hawn fuq jindikaw, għall-prodotti kollha koperti minn din id-Deċiżjoni, ix-xogħol jew il-proċessar li jrid jitwettaq fuq materjali li ma joriġinawx użati fil-fabbrikazzjoni u japplikaw biss rigward dawn il-materjali. Għal din ir-raġuni, jagħmel sens li jekk prodott, li jkun akkwista stat ta' orġini billi jaderixxi l-kondizzjonijiet dikjarati fil-lista, jintuża fil-fabbrikazzjoni ta' prodott ieħor, il-kondizzjonijiet applikabbli għall-prodott li fih huwa nkorporat ma japplikawx għalih, u m'għandhomx jitqiesu l-materjali li ma joriġinawx li setgħu ntużaw fil-fabbrikazzjoni tiegħu.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, materjali li ma joriġinawx li, skond il-kondizzjonijiet dikjarati fil-lista, m'għandhomx jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' prodott imsemmi jistgħu madankollu jintuażaw, basta iżda li:

    (a) il-valur totali tagħhom ma jaqbiżx il-15 fil-mija tal-prezz ta' l-ex works tal-prodott;

    (b) kull wieħed mill-persentaġġi mogħtija fil-lista għall-valur massimu ta' materjali li ma joriġinawx ma jinqabżux permezz ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

    3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw minbarra kif provvdut fl-Artikolu 5.

    Artikolu 5

    Operati tax-xogħol jew ta' proċessar mhux biżżejjed

    1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, dawn l-operati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala xogħol jew proċessar mhux biżżejjed biex jingħatalhom l-istat ta' prodotti li joriġinaw, sewwa jekk il-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 4 jkunu sodisfatti u sewwa jekk le:

    (a) operati ta' preservazzjoni biex jiġi żgurat li l-prodotti jibqgħu f'kondizzjoni tajba matul it-trasport u l-ħażna;

    (b) żmuntar u tagħqid flimkien ta' pakketti;

    (ċ) ħasil, tindif; tneħħija ta' trab, ossidu (sadid), żejt, żebgħa, jew kisi ieħor;

    (d) mogħdija jew ppressar ta' tessuti;

    (e) operati sempliċi ta' żebgħa u llostrar;

    (f) it-tneħħija tal-qoxra, tħin parzjali jew totali, llostrar, u glejżjar ta' ċereali u ross;

    (g) operati;

    (h) tqaxxir, tneħħija ta' għadam u tal-qoxra, ta' frott, ġewż u ħxejjex;

    (i) sann, tħin sempliċi jew qtugħ sempliċi;

    (j) l-għarbiel, (sifting, screening), tpoġġija f'kategoriji, klassifikazzjoni, għoti ta' gradi, tqabbil; (inkluż l-immuntar ta' settijiet ta' oġġetti);

    (k) sempliċi tpoġġija ġo fliexken, laned, fliexken b'għenuq dojoq, basktijiet, kaxxetti, kaxex, twaħħil fuq kartunċin jew bord-ijiet u kull operazzjoni oħra semplici ta' ippakkjar;

    (l) twaħħil jew stampar ta' marki, tikketti, logos u sinjali oħra distintivi fuq il-prodotti jew l-ippakkjar tagħhom;

    (m) taħlit sempliċi ta' prodotti, sewwa jekk ta' tipi differenti u sewwa jekk le, fejn komponent wieħed jew aktar tat-taħlitiet ma jilħqux il-kondizzjonijiet preskritti f'dan l-Anness sabiex ikunu jistgħu jitqiesu bħala li joriġinaw mill-PTLHB, mill-Komunità jew minn Stat ta' l-AKP;

    (n) it-tagħqid sempliċi ta' partijiet ta' oġġetti biex jiġi ffurmat oġġett komplet jew l-iżmuntar tal-prodotti f'partijiet;

    (o) tagħqid ta' żewġ operati jew aktar speċifikati f'sottoparagrafi (a) sa (n);

    (p) qtil ta' annimali.

    2. L-operati kollha mwettqa jew fil-PTLHB, fil-Komunità jew fl-Istati ta' l-AKP fuq prodott msemmi għandhom jitqiesu flimkien meta jiġi stabbilit jekk ix-xogħol jew il-proċessar li dak il-prodott ikun għadda minnu għandux jitqies bħala mhux biżżejjed fit-tifsira ta' paragrafu 1.

    Artikolu 6

    Kumulu ta' l-oriġini

    1. Materjali li joriġinaw mill-Komunità jew mill-Istati ta' l-AKP għandhom jitqiesu bħala materjali li joriġinaw mill-PTLHB meta jkunu nkorporati ġo prodott miksub hemmhekk. M'għandux ikun meħtieġ li dawn il-materjali jkunu għaddew minn xogħol jew proċessar biżżejjed, basta iżda li jkunu għaddew minn xogħol jew proċessar li jmur lil hinn minn dak riferit fl-Artikolu 5.

    2. Xogħol u proċessar imwettaq fil-Komunità jew fl-Istati ta' l-AKP għandu jitqies bħala li jkun twettaq fil-PTLHB, meta l-materjali jgħaddu minn xogħol jew proċessar sosegwenti fil-PTLHB.

    3. Prodotti li jkunu akkwistaw stat ta' oriġini minħabba fil-paragrafu 2 għandhom jibqgħu jitqiesu biss bħala prodotti li joriġinaw mill-PTLHB, meta x-xogħol jew il-proċessar imwettaq fil-PTLHB imur lil hinn minn dak riferit fl-Artikolu 5.

    4. Il-Paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-prodotti li jidħlu fil-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata jekk il-materjali wżati joriġinaw mill-Komunità u huma koperti minn sistema ta' ħlas lura (rifond) għal prodotti agrikoli, minbarra jekk tiġi provvduta xhieda li l-ebda ħlas lura (rifond) ta' esportazzjoni ma tkun tħallset għall-materjali wżati.

    Rigward il-prodotti li jidħlu fil-Kapitolu 17 tas-SA u l-intestaturi tat-tariffa tas-SA 18061030 u 18061090 , il-kumulu ta' l-oriġini ta' l-AKP/KE-PTLHB għandu jiġi permess sa mill-1 ta' Frar 2002 fi kwantita annwali ta' 28000 tunnellata mettrika sal-31 ta' Diċembru 2007. Din il-kwantita annwali għandha titnaqqas progressivament u jitneħħew f'fażijiet, kif ġej:

    21000 tunnellata metrika fl-1 ta' Jannar 2008;

    14000 tunnellata metrika fl-1 ta' Jannar 2009;

    7000 tunnellata metrika fl-1 ta' Jannar 2010;

    zero tunnellati metriċi fl-1 ta' Jannar 2011;

    Dawn il-kwantitajiet annwali ma jistgħux jinġarru minn sena għall-oħra.

    Għall-għan ta' l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kumulu ta' l-oriġini, l-iffurmar ta' ċangaturi jew blokki kubi u t-tħin għandu jitqies bħala biżżejjed sabiex jagħti stat ta' l-oriġini fil-PTLHB.

    Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni.

    5. Rigward il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi tas-SA 1006 u mingħajr preġudizzju għaż-żidiet possibbli riferiti fis-sottoparagrafi 4 u 5, il-kumulu ta' l-oriġini ta' l-AKP-PTLHB għandu jiġi permess biss mill-1 ta' Frar 2002 fi kwantita ta' ammont totali ta' 16 0000 tunnellata mettrika espress bħala l-ekwivalenti ta' ross maħruġ mill-fosdqa, li għandu jinkludi l-kwota tat-tariffa għar-ross li joriġina mill-Istati ta' l-AKP provvduti fil-Ftehim ta' Sħubija ta' l-AKP-KE.

    Ħruġ inizjali ta' liċenzi ta' importazzjoni għal kwantita ta' 35000 tunnellata metrika espressa bħala ross maħruġ mill-fosdqa l-ekwivalenti għandu jsir għall-PTLHB kull sena, u f'din il-kwantita, liċenzi ta' importazzjoni għal kwantita ta' 10000 tunnellata mettrika espressa bħala l-ekwivalenti tar-ross maħruġ mill-fosdqa għandhom jinħarġu lill-PTLHB li huma l-inqas żviluppati mniżżla f'lista fl-Anness IB. Il-liċenzi kollha l-oħra ta' importazzjoni għandhom jinħarġu għall-Antilli Olandiżi u Aruba. Importi tal-PTLHB jistgħu jilħqu l-livell ta' 160000 tunnellata metrika riferiti fl-ewwel sottoparagrafu, inkluż il-35000 tunnellata mettrika msemmija hawn fuq, mingħajr preġudizzju għal xi żidiet riferiti fis-sottoparagrafi 4 u 5, sakemm u safejn l-Istati ta' l-AKP ma jużawx fil-fatt il-possibiltajiet diretti ta' esportazzjoni tagħhom skond il-kwota riferita fl-ewwel sottoparagrafu.

    Il-ħruġ ta' liċenzi ta' importazzjoni għandu jitqassam matul is-sena f'serje ta' perjodu preskritti sabiex jiżguraw maniġġjar bilanċjat ta' bejgħ fis-suq.

    Bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, il-Kummissjoni tista' żżid il-kwantita riferita fl-ewwel sottoparagrafu b'massimu ta' 20000 tunnellata mettrika espressi bħala l-ekwivalenti ta' ross maħruġ mill-fosdqa jekk, matul April u la darba jkollha viżjoni ċara biżżejjed tas-sena korrenti tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità, issib li din iż-żieda ma tfixkilx il-bejgħ fis-suq tal-Komunità.

    Jekk il-Kummissjoni ssib, mill-1 ta' Awissu, li hemm riskju stabbilit ta' nuqqas ta' ross Indjan fis-suq tal-Komunità, tista', bħala deroga mis-sottoparagrafi 1 sa 4 u bi qbil mal-proċeduri applikabbli ta' maniġġjar, iżżid il-kwantitajiet imsemmija hawn fuq.

    Għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u minkejja l-Artikolu 5(1)(f), operati ta' tħin sħiħ jew semi-tħin għandhom jitqiesu bħala biżżejjed sabiex jingħatalhom l-istat ta' prodotti li joriġinaw mill-PTLHB.

    Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti ta' implimentazzjoni meħtieġa permezz ta' l-istess proċedura.

    Il-kwantitajiet dikjarati f'dan il-paragrafu ma jistgħux jinġarru minn sena għall-oħra.

    Artikolu 7

    Unit ta' kwalifika

    1. L-unit ta' kwalifika għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness għandu jkun il-prodott partikolari li huwa meqjus bħala l-unit bażiku meta tiġi stabbilita l-klassifika permezz ta' l-użu tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata.

    Għal din ir-raġuni, jagħmel sens li:

    (a) meta prodott kompost minn grupp jew tagħqid ta' oġġetti huwa klassifikat skond it-termini tas-Sistema Armonizzata f'intestatura waħda, l-intier tiegħu jikkostitwixxi l-unit ta' kwalifika;

    (b) meta kunsinja tikkonsisti minn numru ta' prodotti identiċi klassifikati taħt l-istess intestatura tas-Sistema Armonizzata, kull prodott irid jitqies individwalment meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

    2. Fejn, skond ir-Regola Ġenerali 5 tas-Sistema Armonizzata, il-pakkeġġjar huwa nkluż mal-prodott għal għanijiet ta' klassifika, għandu jiġi nkluż għall-għanijiet ta' l-istabbilizzazzjoni ta' l-oriġini.

    Artikolu 8

    Aċċessorji, spare parts u għodda

    Aċċessorji, spare parts u għodda li jintbagħtu ma' biċċa tagħmir, magna, apparat jew vettura, li huma parti mit-tagħmir normali u nklużi fil-prezz tagħhom jew li mhumiex fatturati separatament, għandhom jitqiesu bħala oġġett wieħed mal-biċċa tagħmir, magna, apparat jew vettura msemmija.

    Artikolu 9

    Settijiet

    Settijiet, kif definiti fir-Regola Ġenerali 3 tas-Sistema Armonizzata, għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw meta l-prodotti kollha komponenti joriġinaw. Madankollu, meta sett huwa kompost minn prodotti li joriġinaw u li ma joriġinawx, is-sett bħala wieħed għandu jitqies bħala li joriġina, basta iżda li l-valur ta' prodotti li ma joriġinawx ma jaqbiżx il-15 fil-mija tal-press ta' l-ex-works tas-sett.

    Artikolu 10

    Elementi newtrali

    Sabiex jiġi stabbilit jekk prodott joriġinax jew le, għandu jkun metħieġ li jiġi stabbilit l-oriġini ta' dan li ġej li jista' jintuża fil-fabbrikazzjoni tiegħu:

    (a) l-enerġija u l-karburant;

    (b) impjant u tagħmir;

    (ċ) magni u għodda;

    (d) merkanzija li ma tidħolx u li mhijiex maħsuba biex tidħol fil-kompetizzjoni finali tal-prodott.

    IT-TITOLU III

    ĦTIĠIJIET TERRITORJALI

    Artikolu 11

    Prinċipju ta' territorjalita

    1. Il-kondizzjonijiet dikjarati fit-Titolu II li għandhom x'jaqsmu mal-akkwist ta' stat ta' l-oriġini jridu jitwettqu mingħajr interruzzjoni fil-PTLHB, minbarra kif provvdut fl-Artikolu 6.

    2. Jekk il-merkanzija li toriġina esportat mill-PTLHB, il-Komunità, jew l-Istati ta' l-AKP lejn pajjiż ieħor jiġi ritornati, iridu jitqiesu bħala li ma joriġinawx, minbarra jekk ikun jista' jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet tad-dwana li:

    (a) il-merkanzija ritornata hija l-istess merkanzija bħal dik esportata;

    (b) ma tkunx għaddiet minn xi operat aktar milli huwa meħtieġ biex tibqa' preservata f'kondizzjoni tajba waqt li tkun f'dan il-pajjiż jew waqt li qed tiġi esportata.

    Artikolu 12

    Trasport dirett

    1. It-trattament preferenzali provvdut skond id-dispożizzjonijiet ta' koperazzjoni ta' kummerċ tad-Deċiżjoni japplika biss għal prodotti, li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' dan l-Anness, li huma trasportati direttament bejn it-territorji tal-PTLHB, tal-Komunità, jew ta' l-Istati ta' l-AKP, mingħajr ma jidħlu f'xi territorju ieħor. Madankollu, prodotti li jikkostitwixxu kunsinja waħdanija jistgħu jiġu trasportati matul territorji oħra, u jekk tinħoloq l-okkazzjoni, b' trasbord jew magażżinaġġ temporanju f'dawn it-territorji, basta iżda li jibqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet tad-dwana fil-pajjiż tat-transitu jew ta' magażżinaġġ u li ma jgħaddux minn operati oħra għajr il-ħatt, it-tagħbija mill-ġdid jew xi operat ieħor disinjat biex jippreservahom f'kondizzjoni tajba.

    Prodotti li joriġinaw jistgħu jiġu trasportati minn sistema ta' pajpijiet matul territorju ieħor għajr dak tal-PTLHB, tal-Komunità, jew ta' Stat ta' l-AKP.

    2. Għandha tiġi fornita lill-awtoritajiet tad-dwana fil-pajjiż importatur xhieda illi l-kondizzjonijiet dikjarati fil-paragrafu 1 ikunu ġew imwettqa bil-produzzjoni ta':

    (a) dokument wieħed ta' trasport li jkopri l-passaġġ mill-pajjiż jew it-territorju esportatur matul il-pajjiż tat-transitu; jew

    (b) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż tat-transitu:

    (i) li jagħti deskrizzjoni eżatta tal-prodotti;

    (ii) li jiddikjara d-dati tal-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid tal-prodotti u, fejn ikun applikabbli, l-ismijiet tal-vapuri, jew il-mezzi l-oħra ta' trasport wżati;

    (iii) li jiċċertifika l-kondizzjonijiet skond liema l-prodotti jibqgħu fil-pajjiż tat-transitu; jew

    (ċ) fin-nuqqas ta' dawn, kull dokument li jissostanzjahom.

    Artikolu 13

    Esibizzjonijiet

    1. Prodotti li joriġinaw, mibgħuta minn PTLHB għal esibizzjoni f'pajjiż ieħor għajr PTLHB, Stat ta' l-AKP jew Stat Membru u mibjugħa wara l-esibizzjoni għal importazzjoni fil-Komunità għandhom jibbenefikaw fuq l-importazzjoni mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni basta iżda li tintwera li hija għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana li:

    (a) esportatur ikun ikkonsinja dawn il-prodotti minn PTLHB għall-pajjiż li fih tinżamm l-esibizzjoni u esibixxihom hemm;

    (b) il-prodotti jkunu nbiegħu jew inqerdu mod ieħor minn dak l-esportatur lill-persuna fil-Komunità;

    (ċ) il-prodotti jkunu ġew kunsinjati matul l-esibizzjoni jew immedjatament wara fl-istat li fih ikunu ntbagħtu għall-esibizzjoni:

    (d) il-prodotti, mindu ġew kunsinjati għall-esibizzjoni, ma ntużawx għal xi għan ieħor għajr għall-wiri fl-esibizzjoni.

    2. Trid tinħareġ jew issir prova ta' l-oriġini bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV u tiġi sottomessa lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur fil-manjiera normali. L-isem u l-indirizz ta' l-esibizzjoni jrid jiġi ndikat fuqha. Fejn ikun meħtieġ, xhieda addizzjonali dokumentarja tal-kondizzjonijiet skond liema jkunu ġew esibiti tista' tinħtieġ.

    3. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kull kummerċ, esibizzjoni industrijali, agrikola jew tal-krafts, fiera jew wirja (show or display) pubblika simili li mhijiex organizzata għal għanijiet privati fi ħwienet jew fondijiet tan-negozju bil-ħsieb ta' bejgħ ta' prodotti barranin, u li matulhom il-prodotti jibqgħu taħt il-kontroll tad-dwana.

    IT-TITOLU IV

    IL-PROVA TA' L-ORIĠINI

    Artikolu 14

    Ħtiġijiet ġenerali

    1. Prodotti li joriġinaw mill-PTLHB għandhom, ma' l-importazzjoni fil-Komunità jibbenefikaw minn din id-Deċiżjoni mas-sottomissjoni ta' jew:

    (a) ċertifikat ta' moviment EUR 1, li kampjun tiegħu jidher fl-Appendiċi 3; jew

    (b) fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 19(1), dikjarazzjoni, li t-test tagħha jidher fl-Appendiċi 4, mogħtija mill-esportatur fuq fattura, delivery note jew xi dokument ieħor kummerċjali li jiddeskrivi l-prodotti konċernati f'dettall biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati (minn issa ‘l quddiem msejħa d-"dikjarazzjoni tal-fattura").

    2. Minkejja l-paragrafu 1, prodotti li joriġinaw fit-tifsira ta' dan l-Anness għandhom, fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 25, jibbenefikaw minn din id-Deċiżjoni mingħajr ma jkun meħtieġ li jissottomettu xi wieħed mid-dokumenti riferiti hawn fuq.

    Artikolu 15

    Il-proċedura għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' moviment EUR.1

    1. Ċertifikat ta' moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-PTLHB esportatur fuq applikazzjoni li tkun saret bil-miktub mill-esportatur jew, fuq ir-responsabbilta ta' l-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    2. Għal dan il-għan, l-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jimla kemm iċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1 u l-formola ta' l-applikazzjoni, li kampjun tagħhom jidhru fl-Appendiċi 3. Dawn il-formoli għandhom jimtlew bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness. Jekk ikunu miktuba bl-idejn, iridu jimtlew bl-inka f'karattri stampati. Id-deskrizzjoni tal-prodotti trid tingħata fil-kaxxa riservata għal dan il-għan mingħajr ma jitħallew linji vojta. Meta l-kaxxa ma timtelhiex kompletament, linja oriżontali trid titpenġa taħt l-aħħar linja tad-deskrizzjoni, u l-ispazju vojt jinqata'.

    3. L-esportatur li qed japplika għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' moviment EUR.1 għandu jkun ippreparat sabiex jissottometti f'kull ħin, fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tad-dwana tal-PTLHB esportatur fejn jinħareġ iċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1, id-dokumenti kollha xierqa li jippruvaw li l-istat ta' l-oriġini tal-prodotti konċernati kif ukoll it-twettieq tal-ħtiġijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

    4. Ċertifikat ta' moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-PTLHB esporatatur jekk il-prodotti konċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw mill-PTLHB, mill-Komunità jew mill-AKP u li jwettqu l-ħtiġijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

    5. L-awtoritajiet tad-dwana tal-ħruġ (ta' dawn iċ-ċertifikati) għandhom jieħdu kull pass meħtieġ sabiex jivverifikaw l-istat ta' l-oriġini ta-prodotti u t-twettieq tal-ħtiġijiet l-oħra ta' dan l-Anness. Għal dan il-għan, għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kull xhieda u li jwettqu kull spezzjoni tal-kontijiet ta' l-esportatur jew xi spezzjoni oħra li titqies xierqa. L-awtoritajiet tad-dwana tal-ħruġ (ta' dawn iċ-ċertifikati) għandhom jiżgura wkoll li l-formoli riferiti fil-paragrafu 2 jimtlew kif suppost. Partikolarment, għandhom jispezzjonaw jekk l-ispazju riservat għad-deskrizzjoni tal-prodotti jkunx tlesta f'manjiera li teskludi l-possibilta kollha ta' żidiet frawdolenti.

    6. Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1 għandha tiġi ndikata fil-Kaxxa 11 taċ-ċertifikat.

    7. Ċertifikat ta' moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet tad-dwana u jsir disponibbli lill-esportatur malli l-esportazzjoni attwali tkun ġiet effettwata jew żgurata.

    Artikolu 16

    Ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa retrospettivament

    1. Minkejja l-Artikolu 15(7), ċertifikat tal-moviment EUR.1 jista' jinħareġ eċċezzjonalment wara l-esportazzjoni tal-prodotti li għandhom x'jaqsmu miegħu:

    (a) ma nħariġx fil-ħin ta' l-esportazzjoni minħabba żbalji jew ommissjonijiet involuntarji jew ċirkostanzi speċjali; jew

    (b) jintwera għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana li nħareġ ċertifikat ta' moviment EUR.1 imma ma ġiex aċċettat fl-importazzjoni għal raġuni tekniċi.

    2. Għall-implimentazzjoni ta' paragrafu 1, l-esportatur irid jindika fl-applikazzjoni tiegħu il-post u d-data ta' esportazzjoni tal-prodotti li magħhom għandu x'jaqsam iċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1, u jiddikjara r-raġunijiet għat-talba tiegħu.

    3. L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu joħorġu ċertifikat ta' moviment EUR.1 retrospettivament biss wara li jivverifikaw li t-tagħrif provvdut fl-applikazzjoni ta' l-esportatur jiftiehem ma' dak il-fajl korrespondenti.

    4. Ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa retrospettivament iridu jiġu endorsjati ma waħda mill-frażijiet li ġejjin fil-kaxxa "Rimarki" (Kaxxa 7) taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1.

    "EXPEDIDO A POSTERIORI","UDSTEDT EFTERFØLGENDE","NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT","ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ","ISSUED RETROSPECTIVELY","DÉLIVRÉ A POSTERIORI","RILASCIATO A POSTERIORI","AFGEGEVEN A POSTERIORI","EMITIDO A POSTERIORI","ANNETTU JÄLKIKÄTEEN","UTFÄRDAT I EFTERHAND".

    5. L-endorsjar riferit fil-paragrafu 4 għandu jiddaħħal fil-kaxxa "Rimarki" taċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1.

    Artikolu 17

    Ħruġ ta' ċertifikat doppju ta' moviment EUR.1

    1. Fil-każ tas-serq, it-telf u l-qerda ta' ċertifikat ta' moviment EUR.1, l-esportatur jista' japplika lill-awtoritajiet tad-dwana li jkunu ħarġuh għal kopja magħmula fuq il-bażi tad-dokumenti ta' esportazzjoni fil-pussess tagħhom.

    2. Iċ-ċertifikat ta' movement doppju EUR.1 għandu jiġi endorsjat fil-kaxxa "Rimarki" (Kaxxa 7) b'waħda mill-kelmiet li ġejjin:

    "DUPLICADO", "DUPLIKAT", "ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ", "DUPLICATE", "DUPLICATA", "DUPLICATO", "DUPLICAAT", "SEGUNDA VIA", "KAKSOISKAPPALE".

    3. L-endorsjar riferit fil-paragrafu 2 għandu jiddaħħal fil-kaxxa tar-"Rimarki" taċ-ċertifikat doppju ta' movement taċ-ċertifikat doppju ta' movement EUR.1.

    4. Il-kopja, li trid iġġorr id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat oriġinal ta' moviment EUR.1, għandha tibda tapplika minn dik id-data.

    Artikolu 18

    Ħruġ ta' ċertifikati ta' movement EUR.1 fuq il-bażi ta' prova ta' l-oriġini maħruġa jew magħmula minn qabel.

    Meta prodotti li joriġinaw jitqiegħdu taħt il-kontroll ta' uffiċċju tad-dwana fil-Komunità jew fil-PTLHB, għandu jkun possibbli li tiġi mibdula l-prova oriġinali ta' l-oriġini minn ċertifikat ta' moviment wieħed jew aktar EUR.1 għall-għan li jintbagħtu l-prodotti kollha jew xi wħud minnhom x'imkien ieħor fil-Komunità jew fil-PTLHB. Iċ-ċertifikat(i) ta' moviment mibdul EUR.1 għandu jinħareġ mill-uffiċċju tad-dwana li taħt il-kontroll tiegħu jitqegħdu l-prodotti.

    Artikolu 19

    Kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' fattura

    1. Dikjarazzjoni ta' fattura kif riferit fl-Artikolu 14(1)(b) tista' tintbagħat:

    (a) minn esportatur approvat fit-tifsira ta' l-Artikolu 20, jew

    (b) minn kull esportatur għal kull kunsinja li tikkonsisti minn pakkett wieħed jew aktar li jikkontjenu prodotti li joriġinaw li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 6000.

    2. Tista' tinħareġ dikjarazzjoni ta' fattura jekk il-prodotti konċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fil-PTLHB, fl-Istati ta' l-AKP jew fil-Komunità u jkunu jwettqu l-ħtiġijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

    3. L-esportatur li qed joħroġ dikjarazzjoni ta' fattura għandu jkun ippreparat sabiex jissottometti f'kull ħin, fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż jew territorju esportatur, id-dokumenti kollha xierqa li jippruvaw li l-istat ta' l-oriġini tal-prodotti konċernati kif ukoll it-twettieq tal-ħtiġijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

    4. Dikjarazzjoni ta' fattura għandha tinħareġ mill-esportatur permezz tat-tajpjar, it-timbrar jew l-istampar fuq il-fattura, id-delivery note jew dokument kummerċjali ieħor, id-dikjarazzjoni, li t-test tiegħu jidher fl-Appendiċi 4, permezz tal-versjonijiet lingwistiċi dikjarati f'dak l-Anness u bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tal-pajiż jew territorju esportatur. Jekk id-dikjarazzjoni tkun miktuba bl-idejn, trid timtla bl-inka f'karattri stampati.

    5. Dikjarazzjonijiet ta' fattura għandhom iġorru l-firma oriġinali ta' l-esportatur bil-kitba ta' l-id. Madankollu, esportatur approvat fit-tifsira ta' l-Artikolu 20 m'għandux jinħtieġ li jiffirma dawn id-dikjarazzjonijiet basta iżda li jagħti lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż esportatur impenn bil-miktub li jaċċetta responsabbita sħiħa għal kull dikjarazzjoni ta' fattura li tidentifikah bħalli kieku jkun iffirma bil-kitba ta' l-id huwa stess.

    6. Dikjarazzjoni ta' fattura tista' tinħareġ mill-esportatur meta l-prodotti li għandhom x'jaqsmu magħha jiġu esportati jew wara l-esportazzjoni fuq kondizzjoni li tiġi preżentata fil-pajjiż importatur mhux aktar minn sentejn wara l-importazzjoni tal-prodotti li għandhom x'jaqsmu magħha.

    Artikolu 20

    Esportatur approvat

    1. L-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż esportatur jistgħu jawtorizzaw lil kull esportatur li jagħmel tagħbija frekwenti ta' prodotti skond id-dispożizzjonijiet ta' koperazzjoni tal-kummerċ tad-Deċiżjoni biex jagħmlu dikjarazzjoni tal-fattura irrispettivament mill-valur tal-prodotti konċernati. Esportatur li jfittex din l-awtorizzazzjoni jrid joffri għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana l-garanziji kollha meħtieġa sabiex jiġi verifikat l-istat ta' l-oriġini tal-prodotti kif ukoll it-twettiwq tal-ħtiġijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

    2. L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jagħtu l-istat ta' esportatur approvat bla ħsara għal xi kondizzjonijiet li jqisu xieraq.

    3. L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jagħtu lill-esportatur approvat numru ta' awtorizzazzjoni tad-dwana li għandu jidher fuq id-dikjarazzjoni tal-fattura.

    4. L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jimmonitorjaw l-użu ta' l-awtorizzazzjoni mill-esportatur approvat.

    5. L-awtoritajiet tad-dwaba jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni f'kull ħin. Għandhom jagħmlu dan meta l-esportatur approvat ma joffrix aktar il-garanziji riferiti fil-paragrafu 1, ma jwettaqx il-kondizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 2 jew inkella jagħmel użu mhux korrett ta' l-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 21

    Il-validita tal-prova ta' l-o riġini

    1. Prova ta' l-oriġini għandha tkun valida għal għaxar xhur mid-data tal-ħruġ fil-pajjiż esportatur, u għandha tiġi sottometta fil-perjodu msemmi lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur.

    2. Il-provi ta' l-oriġini li huma sottomessi lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur wara d-data finali għall-presentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu aċċettati għall-għan li jiġi applikat trattament preferenzali, fejn nuqqas tas-sottomissjoni ta' dawn id-dokumenti sad-data finali ddikjarata hija dovuta għal ċirkostanzi eċċezzjonali.

    3. F'każijiet oħra ta' presentazzjoni fit-tard, l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur jistgħu jaċċettaw il-provi ta' l-oriġini fejn il-prodotti jkunu ġew sottomessi qabel id-data finali msemmija.

    Artikolu 22

    Il-proċedura transitu

    Meta l-prodotti jidħlu f'PTLHB jew Stat ta' l-AKP ieħor għajr il-pajjiż ta' l-orġini, perjodu aktar ta' validita ta' 4 xhur għandu jibda fid-data li fiha l-awtoritajiet tad-dwana fil-pajjiż tat-transitu jdaħħlu dan li ġej fil-kaxxa tar-Rimarki (Kaxxa 7) taċ-ċertifikat EUR.1:

    - il-kelma "transitu".

    - l-isem tal-pajjiż tat-transitu,

    - it-timbru uffiċjali, li kampjun tiegħu jkun sar disponibbli lill-Kummissjoni, f'konformità ma' l-Artikolu 31,

    - id-data ta' l-endorsjar.

    Artikolu 23

    Is-sottomissjoni tal-prova ta' l-oriġini

    Provi ta' l-orġini għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur bi qbil mal-proċeduri applikabbli f'dak il-pajjiż. L-awtoritajiet imsemmija jistgħu jeħtieġu traduzzjoni ta' prova ta' l-oriġini u jistgħu jeħtieġu d-dikjarazzjoni tal-fattura li trid tiġi akkompanjata minn dikjarazzjoni mill-importatur illi turi li l-prodotti jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni.

    Artikolu 24

    Importazzjoni bin-nifs

    Fejn, fuq it-talba ta' l-importatur u fuq il-kondizzjonijiet preskritti mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur, prodotti żmontati jew mhux magħquda flimkien fit-tifsira tar-Regola Ġenerali 2(a) tas-Sistema Armonizzata li tidħol fit-Taqsimijiet XVI u XVII jew l-intestatura Nri 7308 u 9406 tas-Sistema Armonizzata huma mportati bin-nifs, prova waħdanija ta' l-oriġini għal dawn il-prodotti għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet tad-dwana ma' l-importazzjoni ta' l-ewwel akkont.

    Artikolu 25

    Eżenzjonijiet mill-prova ta' l-oriġini

    1. Prodotti li jintbagħtu bħala pakkett żgħar minn persuni privati għal persuni privati jew li jiffurmaw parti mill-bagalji personali tal-vjaġġaturi għandhom jiddaħħlu bħala prodotti li joriġinaw mingħajr ma tkun tinħtieġ is-sottomissjoni tal-prova ta' l-orġini, basta iżda li dawn il-prodotti ma jkunux ġew importati permezz ta' kummerċ u jkunu ġew dikjarati bħala li jilħqu l-ħtiġijiet ta' dan l-Anness u fejn ma jkun hemm l-ebda dubbju rigward l-onesta ta' din id-dikjarazzjoni. Fil-każ ta' prodotti li jintbagħtu bil-posta, din id-dikjarazzjoni tista' ssir fuq id-dikjarazzjoni tad-dwana CN22/CN23 jew fuq karta annessa ma dak id-dokument.

    2. Importi li huma fuq bażi okkażżjonali u jikkonsistu biss minn prodotti għall-użu personali tar-reċipjenti jew il-vjaġġaturi jew il-familji tagħhom m'għandhomx jitqiesu bħala importi ta' kummerċ jekk ikun ċar min-natura u l-kwantita tal-prodotti li l-ebda għan kummerċjali ma huwa maħsub.

    3. Barra minn hekk, il-valur totali ta' dawn il-prodotti m'għandux jaqbeż il-500 EUR fil-każ ta' pakketti żgħar jew 1200 EUR fil-każ ta' prodotti li jiffurmaw parti mill-bagalji personali tal-vjaġġatur.

    Artikolu 26

    Il-proċedura ta' tagħrif għal għanijiet ta' kumulu

    1. Meta jiġu applikati l-Artikolu 2(2) jew l-Artikolu 6(1), ix-xhieda ta' l-istat ta' l-oriġini fit-tifsira ta' dan l-Anness tal-materjali li jkunu ġew mill-PTLHB l-ieħor, il-Komunità jew l-Istati ta' l-AKP għandhom jingħataw permezz ta' ċertifikat ta' moviment EUR.1 jew permezz ta' dikjarazzjoni tal-provveditur, kampjun li jidher fl-Appendiċi 5 A mogħti mill-esportatur fil-pajjiż li minn jiġu l-materjali.

    2. Meta jiġu applikati l-Artikolu 2(2) jew l-Artikolu 6(1), ix-xhieda tax-xogħol jew proċessar imwettaq fil-PTLHB l-ieħor, il-Komunità jew l-Istati ta' l-AKP għandhom jingħataw permezz tad-dikjarazzjoni tal-provveditur li kampjun tiegħu jidher fl-Appendiċi 5 A mogħti mill-esportatur fil-pajjiż li minn jiġu l-materjali.

    3. Għandha tingħata dikjarazzjoni separata tal-provveditur mill-provveditur għal kull kunsinja ta' materjal fuq il-fattura kummerċjali li għandha x'taqsma ma' dik it-tagħbija jew f'anness ma' dik il-fattura, jew fuq delivery note jew xi dokument kummerċjali ieħor li għandu x'jaqsam mat-tagħbija li tiddeskrivi l-materjali konċernat f'dettall biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu identifikati.

    4. Id-dikjarazzjoni tal-provveditur tista' ssir fuq formola stampata minn qabel.

    5. Id-dikjarazzjonijiet tal-provveditur għandhom jiġu ffirmati bil-kitba ta' l-id. Madankollu, fejn il-fattura u d-dikjarazzjoni tal-provveditur huma stabbiliti permezz ta' metodi elettroniċi ta' proċessar ta' fatti magħrufa (data), id-dikjarazzjoni tal-provveditur ma teħtieġx li tiġi ffirmata bil-kitba ta' l-id basta iżda li l-uffiċjali responsabbli fil-kumpanija provveditura huwa identifikat għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana fil-pajjiż jew it-territorju fejn id-dijarazzjonijiet tal-provvedituri huma stabbiliti. L-awtoritajiet tad-dwana msemmija tista' tippreskrivi l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu.

    6. Id-dikjarazzjonijiet tal-provveditur huma sottomessi għall-uffiċċju kompetenti tad-dwana fil-PTLHB esportatur li huwa mitlub li joħroġ iċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1.

    7. Id-dikjarazzjonijiet tal-provveditur li jkunu saru u ċertifikati ta' tagħrif maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni bi qbil ma' l-Artikolu 23 ta' l-Anness II mad-Deċiżjoni 91/482/KEE għandhom jibqgħu validi.

    8. Għall-għan ta' l-Artikolu 6(4), l-ewwel sottoparagrafu, iċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1 għandu jiġi endorsjat b'waħda mill-frażijiet fil-kaxxa tar-"Rimarki" (Kaxxa 7) taċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1:

    "RESTITUCIÓN A LA EXPORTACIÓN NO PAGADA","EKSPORTRESTITUTION IKKE UDBETALT","KEINE AUSFUHRERSTATTUNG GEZAHLT","ΔΕΝ ΚΑΤΕΒΛΗΘΗ ΚΑΤΑ ΤΗΝ ΕΞΑΓΩΓΗ","EXPORT REFUND NOT PAID","RESTITUTION À L'EXPORTATION NON PAYÉE","RESTITUZIONE ALL'ESPORTAZIONE NON CORRISPOSTA","GEEN UITVOERRESTITUTIE BETAALD","RESTITUIÇÕES À EXPORTAÇÃO NÃO PAGAS","EI MAKSETTU VIENTITUKEA","EXPORTSTÖD EJ UTBETALAT".

    Artikolu 27

    Id-dokumenti ta' sostenn

    Id-dokumenti riferiti fl-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 19(3) użati għall-għan li jixhdu li prodotti koperti minn ċertifikat ta' movement EUR.1 jew dikjarazzjoni ta' fattura u jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw f'PTLHB jew fil-Komunità jew f'AKP u li jwettqu l-ħtiġijiet l-oħra ta' dan l-Anness jistgħu jikkonsistu fost ħwejjeġ oħra minn dawn li ġejjin:

    (a) xhieda diretta tal-proċessi mwettqa mill-esportatur jew mill-provveditur sabiex tinkiseb il-merkanzija konċernata, li tinstab per eżempju fil-kontijiet tiegħu jew bookkeeping intern;

    (b) dokumenti li jixhdu l-istat ta' l-oriġini tal-materjali wżati, maħruġa jew magħmula f'PTLHB, jew fil-Komunità jew fi Stat ta' l-AKP fejn dawn id-dokumenti jintużaw bi qbil mal-liġi domestika;

    (ċ) dokumenti li jixhdu x-xogħol jew il-proċessar ta' materjali fil-PTLHB, fil-Komunità, jew fl-Istati ta' l-AKP, maħruġa jew magħmula f'PTLHB, fil-Komunità jew fi Stat ta' l-AKP, fejn dawn id-dokumenti jintużaw bi qbil mal-liġi domestika;

    (d) ċertifikati ta' moviment EUR.1 jew dikjarazzjonijiet tal-fattura li jixhdu l-istat ta' l-oriġini ta' materjali wżati, maħruġa jew magħmula fil-PTLHB, fil-Komunità jew fl-Istati ta' l-AKP u bi qbil ma' dan l-Anness.

    Artikolu 28

    Il-preservazzjoni tal-prova ta' l-oriġini u d-dokumenti ta' sostenn

    1. L-esportatur li qed japplika għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' moviment EUR.1 għandu jżomm għal mill-inqas tliet snin id-dokumenti riferiti fl-Artikolu 15(3).

    2. L-esportatur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fattura għandu jżomm għal mill-inqas tliet snin kopja ta' din id-dikjarazzjoni tal-fattura kif ukoll id-dokumenti riferiti fl-Artikolu 19(3).

    3. L-awtoritajiet tad-dwana tal-PTLHB esportatur li joħroġ ċertifikat ta' moviment EUR.1 għandu jżomm għal mill-inqas tliet snin l-applikazzjoni riferita fl-Artikolu 15(2).

    4. L-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur għandu jżomm għal mill-inqas tliet snin Iċ-ċertifikati ta' movement EUR.1 u d-dikjarazzjonijiet ta' fattura sottomessi lilhom.

    Artikolu 29

    Diskrepanzi u żbalji formali

    1. L-iskoperta ta' diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-prova ta' l-oriġini u dawk magħmula fid-dokumenti sottomessi lill-uffiċċju tad-dwana għall-għan tat-twettieq tal-formalitajiet għall-importazzjoni tal-prodotti m'għandhiex ipso facto tirrendi l-prova ta' l-orġini nulla u battala jekk ikun stabbilit kif xieraq li dan id-dokument jikkorrespondi għall-prodotti sottomessi.

    2. Żbalji formali ovvji bħal ma huma żbalji tat-typing fuq prova ta' l-oriġini m'għandhomx jikkaġunaw li dan id-dokument jiġi riġettat jekk dawn l-iżbalji mhumiex tali li joħolqu dubbji rigward il-korrettezza tadidkjarazzjonijiet li jsiru f'dan id-dokument.

    Artikolu 30

    Ammonti espressi f'euro

    1. L-ammonti li jridu jintużaw f'kull munita nazzjonali msemmija ta' Stat Membru għandhom ikunu ekwivalenti f'dik il-munita nazzjonali ta' l-ammonti espressi f'euro ma' l-ewwel ġurnata tax-xogħol f'Ottubru 1999.

    2. L-ammonti espressi f'euro u l-ekwivalenti tagħhom fil-muniti nazzjonali ta' xi wħud mill-Istati Membri għandhom jiġu riveduti mill-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana (Taqsima Oriġini) fuq it-talba tal-Kummissjoni, Stat Membru jew tal-PTLHB. Hija u twettaq din ir-reviżjoni, il-Kumitat għandu jiżgura li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fl-ammonti li jridu jintużaw f'kull munita nazzjonali u barra minn hekk għandha tqis ix-xewqa li jiġu preservati l-effetti tal-limiti konċernati f'termini rejali. Għal dan il-għan, tista' tiddeċiedi li timmodifika l-ammonti espressi f'euro.

    3. Meta l-prodotti jiġu fatturati fil-munita ta' Stat Membru ieħor, il-pajjiż importatur għandu jagħraf l-ammont mgħarraf mill-Istat Membru konċernat.

    IT-TITOLU V

    ARRANĠAMENTI GĦAL KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    Artikolu 31

    Komunikazzjoni ta' timbri u ndirizzi

    Il-PTLHB għandu jingħat lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri wżati flimkien ma' l-indirizzi ta' l-awtoritajiet tad-dwana kompetenti biex joħorġu ċertifikati ta' moviment EUR.1 u jwettqu l-verifika sosegwenti ta' ċertifikati ta' moviment EUR.1 u d-dikjarazzjonijiet tal-fattura.

    Ċertifikati ta' moviment EUR.1 għandhom jiġu aċċettati għall-għan li jiġi applikat trattament preferenzali mid-data li l-Kummissjoni terċievi t-tagħrif.

    Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri.

    Artikolu 32

    Il-verifika ta' provi ta' l-oriġini

    1. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni kif suppost ta' dan l-Anness, il-PTLHB, il-Komunità u l-Istati ta' l-AKP għandhom jgħinu lil xulxin permezz ta' l-amministrazzjonijiet kompetenti tad-dwana, fl-ispezzjonar ta' l-awtentiċita taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 jew id-dikjarazzjonijiet tal-fattura u l-korrettezza tat-tagħrif mogħti f'dawn id-dokumenti.

    L-awtoritajiet konsultati għandhom ifornu t-tagħrif rilevanti rigward il-kondizzjonijiet fuq liema l-prodott ikun sar, u jindikaw speċjalment il-kondizzjonijiet li fuqhom ir-regoli ta' l-orġini jkunu ġew rispettati fid-diversi PTLHB, l-Istati Membri jew l-Istati ta' l-AKP konċernati.

    2. Verifiki sosegwenti ta' provi ta' l-oriġini għandhom jitwettqu kif ġie ġie jew kull meta l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur ikollhom dubbji raġunevoli rigward l-awtentiċita ta' dawn id-dokumenti, l-istat ta' l-oriġini tal-prodotti konċernati jew it-twettieq tal-ħtiġijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

    3. Għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 2, l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur għandhom jirritormaw iċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1 u l-fattura, jekk tkun ġiet sottomessa, id-dikjarazzjoni tal-fattura, jew kopja ta' dawn id-dokumenti, lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż esportatur waqt li jagħtu, fejn ikun xieraq, ir-raġunijiet għall-investigazzjoni. Kull document u tagħrif miksub li jissuġġerixxi li t-tagħrif mogħti fuq il-prova ta' l-oriġini mhuwiex korrett għandu jintbagħat f'appoġġ tat-talba tal-verifika.

    4. Il-verifika għandha titwettaq mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż esportatur Għal dan il-għan, għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kull xhieda u li jwettqu kull spezzjoni tal-kontijiet ta' l-esportatur jew xi spezzjoni oħra li titqies xierqa.

    5. Jekk l-awtoritajiet tal-pajjiż importatur jiddeċiedu li jissospendu l-għoti ta' trattament preferenzali lill-prodotti konċernati waqt li jistennew ir-riżultati tal-verifika, rilaxx tal-prodotti għandu jiġi offrut lill-importatur bla ħsara għal kull miżuri prekawzjonali ġġudikata meħtieġa.

    6. L-awtoritajiet tad-dwana li qed jitlobu l-verifika għandhom jiġu mgħarrfa bir-riżultati ta' din il-verifika kemm jista' jkun malajr. Dawn ir-riżultati jridu jindikaw b'mod ċar jekk id-dokumenti humiex awtentiċi u jekk il-prodotti konċernati jistgħux jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fil-PTLHB, fil-Komunità jew fl-AKP u jwettqux il-ħtiġijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

    7. Jekk f'każijiet ta' dubju raġunevoli ma jkunx hemm risposta fi żmien għaxar xhur mid-data tat-talba tal-verifika jew jekk ir-risposta ma tikkontjenix tagħrif biżżejjed biex tiġi stabbilita l-awtentiċita tad-dokument imsemmi jew l-oriġini rejali tal-prodotti, l-awtoritajiet tad-dwana li qed jitolbu dan għandhom, minbarra f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jirrifjutaw intitolament għall-preferenzi.

    8. Fejn il-proċedura tal-verifika jew kull tagħrif ieħor disponibbli jidher li qed jindika li d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness qed jinkisru, il-PTLHB fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tal-Komunità għandu jwettaq inkjesti xierqa jew jirranġa sabiex dawn l-inkjesti jitwettqu bl-urġenza meħtieġa sabiex jidentifika u jipprevjeni dawn il-kontravenzjonijiet. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fl-inkjesti.

    Artikolu 33

    Il-verifika ta' dikjarazzjonijiet tal-provvedituri

    1. IL-verifika tad-dikjarazzjoni tal-provvedituri tista' titwettaq kif ġie ġie jew kull meta l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur ikollhom dubbji raġunevoli rigward l-awtentiċita tad-dokument jew l-eżattezza jew il-kompletezza tat-tagħrif rigward l-oriġini vera tal-materjali msemmija.

    2. L-awtoritajiet tad-dwana li lilhom tiġi sottomessa dikjarazzjoni tal-provveditur jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat fejn id-dikjarazzjoni kienet saret sabiex joħorġu ċertifikat ta' tagħrif, li kampjun tiegħu jidher fl-Appendiċi 6. Alternattivament, l-awtoritajiet tad-dwana li lilhom tiġi sottomessa dikjarazzjoni tal-provveditur jistgħu jitolbu lill-esportatur sabiex jipproduċi ċertifikat ta' tagħrif maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat fejn tkun saret id-dikjarazzjoni.

    Kopja taċ-ċertifikat ta' tagħrif għandha tiġi preservata mill-uffiċċju li jkun ħarġu għal mill-inqas tliet snin.

    3. L-awtoritajiet tad-dwana li qed jitolbu dan għandhom jiġu mgħarrfa bir-riżultati tal-verifika kemm jista' jkun malajr.. Ir-riżultati jridu jkunu tali li jindikaw pożittivament jekk id-dikjarazzjoni rigward l-istat tal-materjali huwiex korrett.

    4. Għall-għan ta' verifika, provvedituri għandhom iżommu għal mhux inqas minn tliet snin kopja tad-dokument li jikkontjeni d-dikjarazzjoni flimkien max-xhied kollha meħtieġa li turi l-istat veru tal-materjali.

    5. L-awtoritajiet tad-dwana fl-Istat fejn id-dikjarazzjoni tal-provveditur hija stabbilita għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kull xhieda jew iwettqu kull spezzjoni li jqisu xierqa sabiex tiġi verifikata l-korrettivita ta' kull dikjarazzjoni tal-provveditur.

    6. Kull ċertifikat ta' moviment EUR.1 maħruġ jew magħmul fuq il-bażi ta' dikjarazzjoni inkorretta tal-provveditur għandu jitqies null u battal.

    Artikolu 34

    Il-ftehim f'nuqqas ta' qbil

    Fejn jinħoloq nuqqas ta' qbil rigward il-proċeduri ta' verifika ta' l-Artikoli 32 u 33 fejn ma jistax jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet tad-dwana li qed jitolbu verifika u l-awtoritajiet tad-dwana responsabbli għat-twettieq ta' din il-verifika jew fejn iqajjmu mistoqsija rigward l-interpretazzjoni ta' dan l-Anness, għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana – Taqsima Oriġini mwaqqfa mir-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Fil-każijiet kollha il-ftehim f'nuqqas ta' qbil bejn l-importatur u l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur għandu jkun skond il-leġislazzjoni tal-pajjiż imsemmi.

    Artikolu 35

    Il-Penali

    Il-penali għandhom jiġu mposti fuq kull persuna li tfassal, jew tikkaġuna t-tfassil, ta' dokument li jikkontjeni tagħrif mhux korrett għall-għan li jinkiseb trattament preferenzali għal prodotti.

    Artikolu 36

    Żoni ħielsa

    1. Il-PTLHB u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li prodotti negozjati taħt kopriment ta' prova ta' l-oriġini jew dikjarazzjoni tal-provveditur u li fil-kors tat-trasport jużaw żona ħielsa li tinstab fit-territorju tagħhom, mhumiex sostitwiti minn merkanzija oħra u ma jgħaddux minn maniġġjar ieħor għajr l-operati normali disinjati biex tiġi preventata d-deterjorazzjoni tagħhom.

    2. Permezz ta' eżenzjoni għad-dispożizzjonijiet li jinstabu fil-paragrafu 1, meta prodotti li joriġinaw jiġu mportati f'żona ħielsa taħt kopriment ta' prova ta' l-orġini u jgħaddu minn trattament jew proċessar, l-awtoritajiet konċernati għandhom joħorġu ċertifikat ta' moviment EUR.1 ġdid fuq it-talba ta' l-esportatur, jekk it-trattament u l-proċessar li jkun sar ikun f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

    Artikolu 37

    Derogi

    1. Id-derogi minn dan l-Anness jistgħu jiġu adottati fejn l-iżvilupp ta' industriji eżistenti jew il-ħolqien ta' industriji ġodda tiġġustifikahom.

    L-Istati Membri jew, fejn ikun xieraq, l-awtoritajiet tal-PTLHB konċernati għandhom jgħarrfu lill-Komunità bit-talba tagħhom għal deroga flimkien mar-raġunijiet għat-talba bi qbil mal-paragrafu 2.

    Il-Komunità għandha twieġeb b'mod pożittiv għat-talbiet kollha li huma ġustifikati kif mistħoqq f'konformità ma' dan l-Artikolu u li ma jistgħux jikkaġunaw ħsara serja għal industrija Komunitarja stabbilita.

    2. Sabiex jiġi faċilitàt l-eżami ta' talbiet għal deroga, l-Istat Membru jew il-PTLHB li qed jagħmel it-talba għandu, permezz tal-formola mogħtija fl-Appendiċi 7, iforni bħala appoġġ għat-talba tiegħu it-tagħrif possibbli l-aktar sħiħ li jkopri partikolarment il-punti mniżżla f'lista hawn taħt:

    - deskrizzjoni tal-prodott lest

    - in-natura u l-kwantita ta' materjali li joriġinaw minn pajjiż terz,

    - in-natura u l-kwantita ta' materjali li joriġinaw fl-Istati ta' l-AKP, il-Komunità jew il-PTLHB, jew li jkunu ġew proċessati hemm,

    - proċessi ta' fabbrikazzjoni,

    - il-valur miżjud,

    - in-numru ta' impjegati fl-impriża konċernata,

    - il-volum antiċipat ta' esporti lejn il-Komunità,

    - sorsi oħra possibbli ta' provvista għal materji primi,

    - raġunijiet għat-tul ta' żmien mitlub fid-dawl ta' sforzi magħmula biex jinstabu sorsi ġodda ta' provvista,

    - osservazzjonijiet oħra.

    L-istess regoli għandhom japplikaw għal kull talba għal estensjoni.

    3. L-eżami ta' talbiet għandu partikolarment iqis:

    (a) il-livell ta' żvilupp jew is-sitwazzjoni ġijografika tal-PTLHB konċernat;

    (b) każijiet fejn l-applikazzjoni tar-regoli eżistenti ta' l-oriġini jkunu jaffettwaw sinifikament l-abbilita ta' industrija eżistenti f'PTLHB sabiex tkompli l-esportazzjonijiet tagħha lill-Komunità, b'riferenza partikolari għal każijiet fejn dan ikun jista' jwassal għall-waqfien ta' l-attivitajiet tagħha;

    (ċ) każijiet speċifiċi fejn ikun jista' jintwera b'mod ċar li investiment sinifikanti f'industrija jista' jinżamm lura mir-regoli ta' l-oriġini u fejn deroga li tiffavorixxi r-rejalizzazzjoni tal-programm ta' investiment tipperemetti li dawn ir-regoli jiġu sodisfatti fi stadji.

    4. F'kull każ għandu jsir eżami sabiex jiġi aċċertat jekk ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-kumulu ta' l-oriġini ma jipprovdux soluzzjoni għall-problema.

    5. B'żieda ma' dan meta talba għal deroga tirrigwardja pajjiż jew territorju li huwa l-inqas żvilppat, l-eżami tiegħu għandu jitwettaq b' bias favorevoli waqt li jitqies partikolarment:

    (a) l-impatt ekonomiku u soċjali tad-deċiżjoni li trid tittieħed speċjalment rigward l-impjieg;

    (b) il-bżonn li wieħed japplika d-deroga għal perjodu waqt li titqies is-sitwazzjoni partikolari tal-PTLHB konċernat u d-diffikultajiet tiegħu.

    6. Fl-eżami ta' talbiet, għandu jittieħed qies speċjali, każ b'każ, tal-possibilta li jingħata stat ta' l-oriġini fuq prodotti li jinkludu fil-komposizzjoni tagħhom materjali li joriġinaw fil-pajjiżi ġirien li għandhom qed jiżviluppaw jew pajjiżi l-inqas żviluppati, basta iżda li koperazzjoni amministrattiva sodisfaċenti tkun tista' tiġi stabbilita.

    7. Mingħajr preġudizzju għal paragrafi 1 sa 6, id-deroga għandha tingħata fejn il-valur miżjud mal-prodotti li ma joriġinawx wżati fil-PTLHB konċernat huwa mill-inqas 45 % tal-valur tal-prodott lest, basta iżda li d-deroga mhijiex tali li tikkawża ħsara serja lill-settur ekonomiku tal-Komunità jew wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

    8. (a) Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li tintlaħaq deċiżjoni kemm jista' jkun malajr u f'kull każ mhux aktar minn 75 ġurnata tax-xogħol wara li il-President tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana – Taqsima Oriġini jkun irċieva t-talba. F'dan il-kuntest, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/399/KE [1] għandhom japplika mutatis mutandis.

    (b) Jekk deċiżjoni ma titteħidx fil-limitu taż-żmien riferit f'sottoparagrafu (a), it-talba għandha titqies bħala aċċettata.

    9. (a) Id-deroga għandha tkun valida għal perjodu, ġeneralment ta' ħames snin.

    (b) Id-deċiżjoni deroga tista' tipprovdi għal tiġdid mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni, basta iżda li l-Istat Membru jew il-PTLHB konċernat jissottometti, tliet xhur qabel it-tmien ta' kull perjodu, prova li għadu ma jistax jilħaq il-kondizzjonijiet ta' dan l-Anness minn liema ġew derogati.

    Jekk issir xi oġġezzjoni għall-estensjoni, il-Kummissjoni għandha teżaminaha kemm jista' jkun malajr u tiddeċiedi jekk ittawwalx id-deroga. Il-Kummissjoni għandha tipproċedi kif provvdut fil-paragrafu 8. Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġu evitati interruzzjonijiet fl-applikazzjoni tad-deroga.

    (ċ) Fil-perjodi riferiti f'sottoparagrafi (a) u (b), il-Komunità tista' tirrevedi t-termini għall-implimentazzjoni tad-deroga jekk jinstab li tkun seħħet bidla sinifikanti fil-fatturi sostanzjali li jirregolaw id-deċiżjoni li jagħtu d-deroga. Mal-konklużjoni tar-reviżjoni tagħha il-Komunità tista' tiddeċiedi li temenda t-termini tad-deċijoni tagħha rigward l-iskop tad-deroga jew kull kondizzjoni oħra preskritta minn qabel.

    IT-TITOLU VI

    CEUTA U MELILLA

    Artikolu 38

    Kondizzjonijiet speċjali

    1. It-terminu "Komunità" użat f'dan l-Anness m'għandux ikopri Ceuta u Melilla. It-terminu "prodotti li joriġinaw fil-Komunità" m'għandux ikopri Ceuta u Melilla.

    2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw mutatis mutandis fl-istabbilizzazzjoni ta' jekk prodotti jistgħux jitqiesu bħala li joriġinaw mill-PTLHB meta importati ġo Ceuta u Melilla.

    3. Fejn prodotti li jinkisbu għal kollox f'Ceuta, Melilla, l-Istati ta' l-AKP jew fil-Komunità jgħaddu minn xogħol u proċessar fil-PTHLB, għandhom jitqiesu li jkunu nkisbu għal kollox fil-PTLHB.

    4. Xogħol jew proċessar imwettaq f'Ceuta, Melilla, l-Istati ta' l-AKP jew fil-Komunità għandu jitqies bħala li jkun sar fil-PTHLB, meta materjali jgħaddu minn aktar xogħol jew proċessar fil-PTLHB.

    5. Għall-għan ta' l-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4, l-operati li mhumiex biżżejjed mniżżla f'lista fl-Artikolu 5 għandhom jitqiesu bħala xogħol jew proċessar.

    6. Ceuta u Melilla għandhom jitqiesu bħala territorju wieħed.

    IT-TITOLU VII

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 39

    Ir-reviżjoni tar-Regoli ta' l-o riġini

    1. Il-Kunsill għandu jeżamina kull meta l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż jew territorju jew tal-Komunità jitolbu dan, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness u l-effetti ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb li jagħmlu kull emenda jew adattament meħtieġ.

    Il-Kunsill għandu jqis fost elementi oħra l-effetti fuq ir-regoli ta' l-oriġini ta' żviluppi teknoloġiċi.

    Id-deċiżjonijiet meħuda għandhom jiġu mplimentati kemm jista' jkun malajr.

    2. Kull emenda teknika għal dan l-Anness għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura regolatorja preskritta fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna għal dan il-għan mill-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana riferit fl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [2], u l-perjodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. Il-proċedura msemmija qabel m'għandhiex tapplika għall-Artikolu 6(4) u (5) ta' dan l-Anness.

    Artikolu 40

    L-Appendiċi

    L-Appendiċi għal dan l-Anness għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

    Artikolu 41

    L-implimentazzjoni ta' l-Anness

    Il-Komunità u l-PTLHB għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jimplimentaw dan l-Anness.

    Artikolu 42

    Il-perjodu transitorju rigward il-ħruġ ta' formoli EUR.2

    1. Sal-31 ta' Diċembru 2002, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jaċċessat bħala prova ta' l-oriġini valida fit-tifsira ta' dan l-Anness formoli EUR.2 maħruġa fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni.

    2. Talbiet għal verifika sosegwenti ta' formoli EUR.2 għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi esportaturi għal perjodu ta' sentejn wara li tkun saret il-formola EUR.2 konċernata. Dawn il-verifiki għandhom jitwettqu bi qbil mat-Titolu V ta' dan l-Anness.

    [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2000 dwar il-proċedura rigward derogi mir-regoli ta' l-oriġini dikjarati f'Protokoll Nru 1 mal-Ftehim ta' Sħubija ta' l-AKP-KE (ĠU L 151, ta' l-24.6.2000, p. 16).

    [2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

    --------------------------------------------------

    Appendiċi 1

    Noti introduttorji għall-lista fl-Appendiċi 2

    Nota 1 :

    Il-lista tiddikjara l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-prodotti kollha li jridu jitqiesu bħala maħduma jew proċessati biżżejjed fit-tifsira ta' l-Artikolu 4 ta' l-Appendiċi 2.

    Nota 2 :

    2.1. L-ewwel żewġ kolonni fil-lista jiddeskrivu l-prodott miksub. L-ewwel kolonna tagħti n-numru ta' l-intestatura jew numru ta' kapitolu wżat fis-Sistema Armonizzata u t-tieni kolonna tagħti d-deskrizzjoni ta' merkanzija wżati f'dik is-sistema għal dik l-intestatura jew kapitolu. Għal kull daħla fl-ewwel żewġ kolonni tiġi speċifikata regola f'kolonni 3 jew 4. Fejn, f'xi każijiet, id-daħla fl-ewwel kolonna hija preċeduta minn "ex", dan ifisser li r-regoli f'kolonna 3 jew 4 japplikaw biss għall-parti ta' dik l-intestatura kif deskritti f'kolonna 2.

    2.2. Fejn numru ta' numri diversi ta' intestatura jinġabru flimkien f'kolonna 1 jew numru ta' kapitolu jingħata u d-deskrizzjoni ta' prodotti f'kolonna 2 hija għalhekk mogħtija f'termini ġenerali, ir-regoli adjaċenti f'kolonna 3 jew 4 japplikaw għall-prodotti kollha li, skond is-Sistema Armonizzata, huma klassifikati f'intestaturi tal-kapitolu jew f'xi waħda mill-intestaturi miġbura flimkien f'kolonna 1.

    2.3. Fejn hemm regoli differenti fil-lista li japplikaw għal prodotti differenti f'intestatura, kull indent jikkontjeni d-deskrizzjoni ta' dik il-parti ta' l-intestatura koperta mir-regoli adjaċenti f'kolonni 3 jew 4.

    2.4. Fejn, għal dħul fl-ewwel żewġ kolonni, regola hija speċifikata fiż-żewġ kolonni 3 u 4, l-esportatur jista' jagħżel, bħala alternattiva, li japplika jew ir-regola dikjarata f'kolonna 3 jew dik dikjarata f'kolonna 4. Jekk l-ebda regola ta' l-orġini ma tingħata f'kolonna 4, ir-regola dikjarata f'kolonna 3 trid tiġi applikata.

    Nota 3 :

    3.1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 ta' l-Anness III, rigward prodotti li akkwistaw stat ta' oriġini li huma wżati fil-fabbrikazzjoni ta' prodotti oħra japplikaw mingħajr ma jingħata każ ta' jekk dan l-istat ġiex akkwistat ġol-fabbrika fejn dawn il-prodotti huma wżati jew ġo fabbrika oħra fil-Komunità jew fil-PTLHB.

    Eżempju:

    Magna ta' intestatura Nru 8407, li għaliha r-regola tiddikjara li l-valur tal-materjali li ma joriġinawx li jistgħu jiġu nkorporati ma jistax jaqbeż l-40 % tal-prezz ta' l-ex works, hija magħmula minn "illigi oħra ta' l-azzar mogħtija għamla ħarxa bil-forġa" ta' l-intestatura Nru ex7224.

    Jekk din il-mogħdija mill-forġa tkun saret fil-pajjiż konċernat minn ingott li ma joriġinax, diġa tkun akkwistat stat ta' oriġini minħabba fir-regola għall-intestatura Nru ex7224 fil-lista. Il-mogħdija mill-forġa tista' imbagħad tgħodd bħala li toriġina fil-kalkolu tal-valur għall-magna mingħajr ma jingħata każ jekk ġietx prodotta fl-istess fabbrika jew f'fabbrika oħra fil-Komunità. Il-valur ta' l-ingott li ma joriġinax mhuwiex għalhekk meqjus meta jingħadd il-valur tal-materjali li ma joriġinawx użati.

    3.2. Ir-regola fil-lista tirrappreżenta l-ammont minimu ta' xogħol jew proċessar meħtieġ u t-twettieq ta' aktar xogħol jew proċessar jagħti wkoll stat ta' l-oriġini; reċiprokament, it-twettieq ta' anqas xogħol jew proċessar ma jistax jagħti stat ta' l-oriġini. Għalhekk jekk regola tipprovdi li materjal li ma joriġinax f'ċertu livell ta' fabbrikazzjoni jista' jintuża, l-użu ta' dan il-materjali fi stadju aktar kmieni ta' fabbrikazzjoni huwa permess u l-użu ta' dan il-materjal fi stadju aktar tard mhuwiex.

    3.3. Mingħajr preġidizzju għal Nota 3.2 fejn regola tiddikjara li "materjali ta' kull intestatura" jistgħu jintużaw, materjali ta' l-istess intestatura bħal dik tal-prodott jistgħu jintużaw ukoll, bla ħsara, madankollu, għal kull limitazzjoni speċifika li tista' wkoll tinstab fir-regola. Madankollu, l-espressjoni "fabbrikazzjoni minn materjali ta' kull intestatura, inkluż materjali oħra ta' intestatura Nru…" tfisser li materjali klassifikati fl-istess intestatura bħall-prodott u ta' deskrizzjoni differenti minn dik tal-prodott kif mogħtija f'kolonna 2 tal-lista biss jistgħu jintużaw.

    3.4. Fejn regola fil-lista tispeċifika li prodott jista' jiġi fabbrikat minn aktar minn materjal wieħed, dan ifisser li materjal wieħed jew aktar jistgħu jintużaw. Ma jinħtieġx li jintużaw kollha.

    Eżempju:

    Ir-regola għal fabbrikati ta' intestaturi Nri 5208 sa 5212 tipprovdi li fibri natural jistgħu jintużaw u li materjali kimiċi, fost materjali oħra, jistgħu jintużaw ukoll. Dan ma jfissirx li t-tnejn iridu jintużaw; huwa possibbli li jintuża wieħed jew l-ieħor jew it-tnejn.

    3.5. Fejn regola fil-lista tispeċifika li prodott irid jiġi fabbrikat minn materjal partikolari, il-kondizzjoni ovvjament ma tipprevjenix l-użu ta' materjali oħra li, minħabba fin-natura inerenti tagħhom, ma jistgħux jissodisfaw ir-regola. (Ara wkoll Nota 6.2 u 6.3 hawn taħt rigward tessuti.)

    Eżempju:

    Ir-regola għal ikel imħejji ta' intestatura Nru 1904, li speċifikament teskludi l-użu ta' ċereali u d-derivattivi tagħhom ma tipprevjenix l-użu ta' mluħa minerali, kimiċi u addittivi oħra li mhumiex prodotti minn ċereali.

    Madankollu, dan ma japplikax għal prodotti li, għalkemm ma jistgħux jiġu fabbrikati minn materjali partikolari speċifikati fil-lista, jistgħu jiġu prodotti minn materjal ta' l-istess natura fi stadju aktar kmieni ta' fabbrikazzjoni.

    Eżempju:

    Fil-każ ta' artikolu ta' lbies ta' ex Kapitolu 62 magħmul minn materjali mhux minsuġa, jekk l-użu ta' ħajt li ma joriġinax biss huwa permess għal din il-klassi ta' artikolu, mhuwiex possibbli li wieħed jibda minn drapp mhux minsuġ - anke jekk drappijiet mhux minsuġa ma jistgħux normalment isiru mill-ħajt. F'dawn il-każijiet, il-materjali tal-bidu normalment ikunu fl-istadju qabel il-ħajt – jiġifieri l-istadju tal-fibri.

    3.6. Fejn, f'regola fil-lista, żewġ persentaġġi huma mogħtija għall-valur massimu ta' materjali oi ma joriġinawx li jistgħu jiġu wżati, imbagħad dawn il-persentaġġi ma jistgħux jingħaddu flimkien. Fil-kliem ieħor, il-valur massimu tal-materjali kollha li ma joriġinawx użati ma jista' qatt jaqbeż il-persentaġġ l-aktar għoli li jingħata. Barra minn hekk, il-persentaġġi individwali ma jistgħux jinqabzu rigward il-materjali partikolari li għalihom japplikaw,

    Nota 4 :

    4.1. It-terminu "fibri naturali" huwa wżat fil-lista biex jirreferi għal fibri oħra għajr fibri artifiċjali jew sintetiċi. Huwa ristrett għall-istadji qabel ma jsir it-tidwir, inkluż skart, u, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, jinkludi fibri li ġew mimxuta, imħallsa jew proċessati mod ieħor imma mhux minsuġa.

    4.2. It-terminu "fibri naturali" jinkludi xagħar taż-żiemel ta' intestatura Nru 0503, ħarir ta' intestaturi Nri 5002 u 5003 kif ukoll fibri tas-suf, xagħar fin jew oħxon ta' l-annimali ta' intestaturi Nri 5101 sa 5105, fibri tal-qoton ta' intestaturi Nri 5201 sa 5203, u fibri veġetali oħra ta' intestaturi Nri 5301 sa 5305.

    4.3. It-termini "polpa tat-tessut", "materjali kimiċi" u "materjali li minnhom isiru l-karti" huma wżati fil-lista biex jiddeskrivu l-materjali mhux klassifikati f'Kapitoli 50 sa 63, li jistgħu jintużaw biex jiffabbrikaw fibri jew ħjut artifiċjali, sintetiċi jew tal-karti.

    4.4. It-terminu "fibri prinċipali magħmula mill-bniedem" huwa wżat fil-lista biex jirreferi għal ċimi ta' l-irmunkar ta' filamenti sintetiċi jew artifiċjali, fibri prinċipali jew skart, ta' intestatura Nri 5501 sa 5507.

    Nota 5 :

    5.1. Fejn għal prodott imsemmi fil-lista issir riferenza għal din in-nota, il-kondizzjonijiet dikjarati f'kolonna 3 m'għandhomx jiġu applikati għal xi materjali bażiċi tat-tessut, użati fil-fabbrikazzjoni ta' dan il-prodott, li, meta jittieħdu flimkien, jirrappreżentaw 10 % jew anqas mill-piż totali tal-materjali bażiċi tat-tessut użati. (Ara wkoll Noti 5.3 u 5.4 hawn taħt.)

    5.2. Madankollu, it-tolleranza msemmija f'Nota 5.1 tista' tiġi applikata biss għal prodotti mħallta li jkunu saru minn żewġ materjali bażiċi tat-tessut jew aktar.

    Dawn li ġejjin huma l-materjali bażiċi tat-tessut:

    - il-ħarir,

    - is-suf,

    - ix-xagħar oħxon ta' l-annimali,

    - ix-xagħar fin ta' l-annimali,

    - ix-xagħar taż-żiemel,

    - it-tajjar,

    - il-materjali li minnhom isiru l-karti u l-karta,

    - il-ħjut tal-kittien,

    - il-qanneb ta' veru,

    - il-ħjut tal-ġuta u fibri oħra bast tat-tessut,

    - is-sisal u fibri ta' l-insiġ oħrajn tar-razza Agave,

    - il-ġewż ta' l-Indja, l-abaka, ir-ramie u fibri tal-ħaxix ta' l-insiġ oħrajn,

    - filamenti sintetiċi magħmula mill-bniedem,

    - filamenti artifiċjali magħmula mill-bniedem,

    - filamenti li jikkonduċu l-kurrent,

    - fibri prinċipali sintetiċi tal-polipropilene magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali sintetiċi tal-polijester magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali sintetiċi tal-polijamid magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali sintetiċi tal-polyacrylonitrile magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali sintetiċi tal-polyimide magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali sintetiċi tal-polytetrafluoroethylene magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali sintetiċi tal-polyphenylene sulphide magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali sintetiċi tal-klorur polivinil magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali sintetiċi oħra magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali artifiċjali tal-viskuż magħmula mill-bniedem,

    - fibri prinċipali artifiċjali oħra magħmula mill-bniedem,

    - ħajt magħmul minn poljuretan segmentat b'segmenti flessibbli ta' polyether, kemm jekk mibrum u kemm jekk le,

    - ħajt magħmul minn poljuretan segmentat b'segmenti flessibbli ta' polijester kemm jekk mibrum u kemm jekk le,

    - prodotti ta' intestatura Nru 5605 (ħajt metallizzat) li jinkorporaw strip li jikkonsisti minn ġewwieni ta' fuljetta ta' l-aluminju jew ġewwieni ta' film tal-plastik kemm jekk miksi bit-trab ta' l-aluminju u kemm jekk le, ta' wisa' li ma taqbiżx il-5 mm, li jinsab bejn adeżiv trasparenti jew ikkulurit bejn żewġ saffi ta' film tal-plastik,

    - prodotti oħra ta' l-intestatura Nru 5605.

    Eżempju:

    Ħajt ta' intestatura Nru 5205, magħmul minn fibri tal-qoton ta' intestatura Nru 5203 u fibri prinċipali sintetiċi ta' intestatura Nru 5506 huwa ħajt imħallat. Għalhekk, fibri prinċipali sintetiċi li ma joriġinawx li ma jissodisfawx ir-regoli ta' l-orġini (li jeħtieġu fabbrikazzjoni minn materjali kimiċi jew polpa tat-tessut) jistgħu jintużaw sa piż ta' 10 % tal-ħajt.

    Eżempju:

    Drapp tas-suf, ta'l-intestatura Nru 5112 magħmul minn ħajt tas-suf ta' intestatura Nru 5107 u ħajt sintetiku ta' fibri prinċipali ta' intestatura Nru 5509 huwa drapp imħallat. Għalhekk, ħajt sintetiku li ma jissodisfax ir-regoli ta' l-oriġini (li jeħtieġu fabbrikazzjoni minn materjali kimiċi jew polpa tat-tessut), jew ħajt tas-suf li ma jissodisfax ir-regoli ta' l-oriġini (li jeħtieġu fabbrikazzjoni minn fibri naturali, mhux mimxuta jew imħallsa jew imħejjija mod ieħor għall-insiġ), jew kombinazzjoni tat-tnejn jistgħu jintużaw basta li l-piż totali tagħhom ma jaqbiżx l-10 % tal-piż tad-drapp.

    Eżempju:

    Drapp tat-tessut bit-trofof ta' intestatura Nru 5802 magħmul minn ħajt tal-qoton ta' intestatura Nru 5205 u drapp tal-qoton ta' intestatura Nru 5210 huwa biss prodott imħallat jekk id-drapp tal-qoton innifsu huwa drapp imħallat magħmul minn ħjut klassifikat f'żewġ intestaturi separati jew jekk il-ħjut tal-qoton infushom huma taħlitiet.

    Eżempju:

    Jekk id-drapp tat-tessut bit-trofof konċernat kien magħmul minn ħajt tal-qoton ta' l-intestatura Nru 5205 u drapp sintetiku ta' intestatura Nru 5407, imbagħad, ovvjament, il-ħjut użati huma żewġ materjali tat-tessut bażiċi separati u d-drapp tat-tessut bit-trofof huwa, għal din ir-raġuni, prodott imħallat.

    5.3. Fil-każ ta' prodotti li jinkorporaw "ħajt magħmul minn poljuretan segmentat b'segmenti flessibbli ta' polyether, kemm jekk mibruma u kemm jekk le" din it-tolleranza hija 20 % rigward dan id-drapp.

    5.4. Fil-każ ta' prodotti li jinkorporaw "strixxa li tikkonsisti minn ġewwieni ta' fuljetta ta' l-aluminju jew ġewwieni ta' film tal-plastik kemm jekk miksi bit-trab ta' l-aluminju u kemm jekk le, ta' wisa' li ma taqbiżx il-5 mm, li tinsab bejn adeżiv bejn żewġ saffi ta' film tal-plastik", din it-tolleranza hija 30 % rigward din l-istrixxa.

    Nota 6 :

    6.1. Fil-każ ta' dawk il-prodotti tat-tessut, li huma mmarkati fil-lista fin-nota f'qiegħ il-paġna li tirreferi għal din in-Nota Introduttorja, tirqim u aċċessorju tat-tessut li ma jissodisfawx ir-regola dikjarata fil-lista f'kolonna 3 għall-prodotti magħmula konċerati jistgħu jintużaw basta iżda li l-piż tagħhom ma jaqbiżx l-10 % tal-piż totali tal-materjali tat-tessut kollha nkorporati.

    Tirqim u aċċessorji tat-tessut huma dawk klassifikati f'Kapitolu 50 sa 63. Kisi u kisi minn ġewwa m'għandhomx jitqiesu bħala tirqim jew aċċessorji.

    6.2. Kull tirqim jew aċċessorji mhux tat-tessut jew materjali oħra wżati li ma jikkontjenux tessuti ma jridux jissodisfaw il-kondizzjonijiet dikjarati f'kolonna 3 anke jekk jaqgħu barra mill-iskop ta' Nota 3.5.

    6.3. Bi qbil man-Nota 3.5, kull tirqim u aċċessorji mhux tat-tessut li ma joriġinawx jew xi prodott ieħor, li ma jikkontjenux xi tessuti, jistgħu jintużaw b'mod liberu fejn ma jkunux jistgħu jsiru mill-materjali mniżżla f'lista f'kolonna 3.

    Per eżempju, jekk regola fil-lista tgħid li għal oġġett tat-tessut partikolari bħal ma hija qmis (blouse), irid jintuża l-ħajt, dan ma jipprevjenix l-użu ta' oġġetti tal-metall, bħal ma huma buttuni, minħabba li ma jistgħux isiru minn materjali tat-tessut.

    6.4. Fejn regola ta' persentaġġ tapplika, il-valur ta' tirqim u aċċessorji jrid jitqies meta jiġi kalkolat il-valur ta' materjali li ma joriġinawx inkorporati.

    Nota 7 :

    7.1. Għall-għanijiet ta' intestaturi Nri ex2707 , 2713 sa 2715, ex2901 , ex2902 u ex3403, il-"proċessi speċifiċi" huma dawn li ġejjin:

    (a) distillazzjoni bil-vakwu;

    (b) distillazzjni mill-ġdid bi proċess ta' frazzjonazzjoni ta' reqqa kbira [1];

    (ċ) tixqiq ('cracking');

    (d) formazzjoni mill-ġdid;

    (e) estrazzjoni permezz ta' solventi silettivi;

    (f) il-proċess li jinkludi l-operati kollha li ġejjin: proċessar bl-aċidu sulfuriku (spirtu tal-melħ) konċentrat, anidridu ta l-olju jew tal-kubrit; newtralizzazzjoni b'aġenti alkalini; tneħħija tal-kulur u purifikazzjoni bi trabijiet tal-blat attivi naturalment, faħam tal-kannol jew boksajt ('bauxite') attivat;

    (g) polimerizzazzjoni;

    (h) alkajlazzjoni (alkylation');

    (i) isomerizzazzjoni.

    7.2. Għall-għanijiet ta' intestaturi Nri2710, 2711 u 2712, il-"proċ essi speċifiċi" huma dawn li ġejjin:

    (a) distillazzjoni bil-vakwu;

    (b) distillazzjni mill-ġdid bi proċess ta' frazzjonazzjoni ta' reqqa kbira;

    (ċ) tixqiq ("cracking");

    (d) formazzjoni mill-ġdid;

    (e) estrazzjoni permezz ta' solventi silettivi;

    (f) il-proċess li jinkludi l-operati kollha li ġejjin: proċessar bl-aċidu sulfuriku (spirtu tal-melħ) konċentrat, anidridu ta l-olju jew tal-kubrit; newtralizzazzjoni b'aġenti alkalini; tneħħija tal-kulur u purifikazzjoni bi trabijiet tal-blat attivi naturalment, faħam tal-kannol jew boksajt ('bauxite') attivat;

    (g) polimerizzazzjoni;

    (h) alkajlazzjoni (alkylation');

    (i) isomerizzazzjoni;

    (k) rigward ż-żjut tqal li jidħlu taħt intestatura Nru ex2710 biss, desulfurizzazzjoni bl-idroġenu li tirriżulta fi tnaqqis ta' mill-inqas 85 % tal-kontenut ta' kubrit tal-prodotti proċessati;

    (il-metodu ASTM D 1266-59 T);

    (l) fejn jidħlu l-prodotti li jidħlu taħt intestatura Nru 2710 biss, it-tneħħija tal-paraffin bi proċess ieħor għajr il-filtrazzjoni;

    (m) rigward ż-żjut tqal li jidħlu taħt intestatura Nru ex2710 biss, trattament bl-idroġeni bi pressa ta' iktar minn 20 bar u f'temperatura ta' iktar minn 250 grad Ċ bl-użu ta' katalist, għajr biex jagħmel desulfurizzazzjoni, meta l-idroġenu jikkostitwixxi element attiv f'reazzjoni kimika. Trattament iktar fit-tul/fond bl-idroġenu taż-żjut lubrikanti ta' l-intestatura Nru ex2710 (p.e. tlestija bl-ilma ('hydrofinishing') jew tneħħija tal-kulur) sabiex, iktar u iktar jittejbu l-kulur jew l-istabbilta ma għandhomx, madankollu, jiqiesu bħala proċess speċifiku;

    (n) rigward ż-żjut tal-karburanti li jidħlu taħt intestatura Nru ex2710 biss, distillazzjoni atmosferika, bil-kondizzjoni li inqas minn 30 % ta' dawn il-prodotti jiddistillaw, fil-volum, inkluż it-telf, f'temperatura ta' 300 grad Ċ bil-metodu ASTM D 86;

    (o) rigward ż-żjut tqal oħra għajr żjut tal-gass u żjut tal-karburanti li jidħlu taħt intestatura Nru ex2710 biss, trattament permezz ta' ħruġ mill-brushes ta' ċarġ elettriku bi frekwenza għolja (ċarġ qawwi).

    7.3. Għall-għanijiet ta' intestaturi Nri ex2707, 2713 sa 2715, ex2901, ex2902 u ex3403, operati sempliċi bħal ma huma t-tindif, id-dekantazzjoni, it-tneħħija tal-melħ, is-separazzjoni ta' l-ilma, il-filtrazzjoni, il-kulur, l-immarkar, li kisba ta' kontenut ta' kubrit bħala riżultat ta' taħlit ta' prodotti b'kontenuti differenti ta' kubrit, jew kombinazzjoni ta' dawn l-operati jew operati simili ma jagħtux oriġini.

    [1] Ara Nota Addizzjonali ta' Spjega 4(b) tal-Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Kombinata.

    --------------------------------------------------

    Appendiċi 2

    Lista ta' xogħol jew proċessar meħtieġ li jrid jitwettaq fuq materjali li ma joriġinawx sabiex il-prodott fabbrikat ikun jista' jikseb l-istat ta' l-oriġini [1]

    [1] Dan l-Appendiċi se jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali kemm jista' jkun malajr.

    --------------------------------------------------

    L-Appendiċi 3

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Appendiċi 4

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Appendiċi 5 A

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Appendiċi 5 B

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Appendiċi 6

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Appendiċi 7

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    KONDIZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FIL-KOMUNITÀ TA' PRODOTTI LI MA JORIĠINAWX FIL-PTLHB, IMMA LI HUMA F'ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA FIL-PTLHB, U METODI TA' KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    Artikolu 1

    Trasport dirett

    1. L-arranġamenti provvduti skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 36 ta' din id-Deċiżjoni japplika biss għal prodotti, li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' dan l-Anness, li huma trasportati direttament bejn it-territorji tal-PTLHB u tal-Komunità mingħajr ma jidħlu f'xi territorju ieħor. Madankollu, prodotti li jikkostitwixxu kunsinja waħdanija jistgħu jiġu trasportati matul territorju ieħor għajr dak tal-PTLHB, u jekk tinħoloq l-okkazzjoni, b' trasbord jew magażżinaġġ temporanju f'dawn it-territorji, basta iżda li jibqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet tad-dwana fil-pajjiż tat-transitu jew ta' magażżinaġġ u li ma jgħaddux minn operati oħra għajr il-ħatt, it-tagħbija mill-ġdid jew xi operat ieħor disinjat biex jippreservahom f'kondizzjoni tajba.

    2. Għandha tiġi fornita lill-awtoritajiet tad-dwana responsabbli xhieda illi l-kondizzjonijiet dikjarati fil-paragrafu 1 ikunu ġew imwettqa bil-produzzjoni ta':

    (a) dokument wieħed ta' trasport li jkopri l-passaġġ mill-pajjiż jew it-territorju esportatur matul il-pajjiż tat-transitu; jew

    (b) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż tat-transitu:

    (i) li jagħti deskrizzjoni eżatta tal-prodotti;

    (ii) li jiddikjara d-dati tal-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid tal-prodotti u, fejn ikun applikabbli, l-ismijiet tal-vapuri, jew il-mezzi l-oħra ta' trasport wżati;

    (iii) li jiċċertifika l-kondizzjonijiet skond liema l-prodotti jibqgħu fil-pajjiż tat-transitu; jew

    (ċ) fin-nuqqas ta' dawn, kull dokument li jissostanzjahom.

    Artikolu 2

    Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP

    1. Xiehda ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 36 ma' din id-Deċiżjoni għandha tingħata permezz ta' Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP, li kampju tiegħu jidher fl-Appendiċi.

    2. Ċertifikat ta' esportazzjoni EXP għandu jinħareġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-PTLHB esportatur fuq applikazzjoni li tkun saret bil-miktub mill-esportatur jew, fuq ir-responsabbilta ta' l-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    3. Għal dan il-għan, l-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jimlew iċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP, li kampjun tiegħu jidher fl-Appendiċi. Dawn il-formoli għandhom jimtlew bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness. Jekk ikunu miktuba bl-idejn, iridu jimtlew bl-inka f'karattri stampati. Id-deskrizzjoni tal-prodotti trid tingħata fil-kaxxa riservata għal dan il-għan mingħajr ma jitħallew linji vojta. Meta l-kaxxa ma timtelhiex kompletament, linja oriżontali trid titpenġa taħt l-aħħar linja tad-deskrizzjoni, u l-ispazju vojt jinqata'.

    Applikazzjonijiet għal Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP iridu jiġu preservati għal mill-inqas tliet snin mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż jew territorju esportatur.

    4. L-esportatur li qed japplika għall-ħruġ ta' Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP għandu jkun ippreparat li jissottometti f'kull ħin, fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tad-dwana tal-PTLHB esportatur fejn jinħareġ iċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP, id-dokumenti kollha li jixhdu li l-prodotti li jridu jiġu esportati huma tali li jikkwalifikaw għall-ħruġ ta' Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP.

    L-esportaturi jinħtieġu li jżommu d-dokumenti ta' appoġġ riferiti f'dan il-paragrafu għal mill-inqas tliet snin.

    5. Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP għandu jinħareġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-PTLHB esportatur jekk il-prodotti konċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala li jkunu f'ċirkolazzjoni ħielsa u jwettqu d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' l-Artikolu 36 ta' din id-Deċiżjoni.

    6. L-awtoritajiet tad-dwana tal-ħruġ (ta' dawn iċ-ċertifikati) għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jivverifikaw il-korrettezza ta' l-applikazzjoni. Għal dan il-għan, għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kull xhieda u li jwettqu kull spezzjoni tal-kontijiet ta' l-esportatur jew xi spezzjoni oħra li titqies xierqa. L-awtoritajiet tad-dwana tal-ħruġ (ta' dawn iċ-ċertifikati) għandhom jiżgura wkoll li l-formoli riferiti fil-paragrafu 3 jimtlew kif suppost. Partikolarment, għandhom jispezzjonaw jekk l-ispazju riservat għad-deskrizzjoni tal-prodotti jkunx tlesta f'manjiera li teskludi l-possibilta kollha ta' żidiet frawdolenti.

    7. Id-data tal-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP għandha tiġi ndikata fil-Kaxxa 11 taċ-ċertifikat.

    8. Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP għandu jinħareġ mill-awtoritajiet tad-dwana u jsir disponibbli lill-esportatur malli tkun ġiet effettwata jew żgurata l-esportazzjoni attwali.

    Artikolu 3

    Ħruġ ta' Ċertifikat ta' Esportazzjoni doppju (duplicate) EXP

    1. Fil-każ tas-serq, it-telf u l-qerda ta' Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP, l-esportatur jista' japplika lill-awtoritajiet tad-dwana li jkunu ħarġuh għal kopja (duplicate) magħmula fuq il-bażi tad-dokumenti ta' esportazzjoni fil-pussess tagħhom.

    2. Il-kopja (duplicate) maħruġa b'dan il-mod trid tiġi ndorsjata b'waħda minn dawn il-kelmiet li ġejjin:

    "DUPLICADO", "DUPLIKAT", "ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ", "DUPLICATE", "KOPJA", "DUPLICATA", "DUPLICATO", "DUPLICAAT", "SEGUNDA VIA", "KAKSOISKAPPALE".

    3. L-endorsjar riferit fil-paragrafu 2 għandu jiddaħħal fir-"Rimarki" kaxxa 7 taċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP doppju.

    4. Il-kopja, li trid iġġorr id-data tal-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP, għandha tibda tapplika minn dik id-data.

    Artikolu 4

    Il-validita taċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP

    1. Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP għandu jkun validu għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ fil-PTLHB esportatur, u jrid jiġi sottomess fil-perjodu msemmi lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur.

    2. Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP li jingħataw lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur wara d-data finali għall-presentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu aċċettati għall-għan li jiġu applikati l-arranġamenti, fejn in-nuqqas li jiġu sottomessi dawn id-dokumenti sad-data finali huwa minħabba f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

    3. F'każijiet oħra ta' presentazzjoni fit-tard, l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatu jisgħu jaċċettaw iċ-Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP fejn il-prodotti jkunu ġew sottomessi qabel id-data finali msemmija.

    Artikolu 5

    Sottomissjoni taċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP

    Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur bi qbil mal-proċeduri applikabbli f'dak il-pajjiż. L-awtoritajiet imsemmija jistgħu jeħtieġu traduzzjoni taċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP u jistgħu jeħtieġu wkoll li d-dikjarazzjoni ta' importazzjoni tiġi akkompanjata minn dikjarazzjoni mill-importatur illi turi li l-prodotti jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    ARRANĠAMENTI GĦAL KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    Artikolu 6

    Assistenza bejn xulxin

    1. Il-PTLHB għandu jibgħat lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri wżati flimkien ma' l-indirizzi ta' l-awtoritajiet tad-dwana kompetenti sabiex joħorġu Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP jekk dawn ikunu differenti minn dawk inklużi fl-Artikolu 31 ta' l-Anness III. ‘Il-PTLHB għandu jwettaq il-verifika sosegwenti taċ-Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP.

    Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP għandhom jiġu aċċettati biss għall-għan li jiġu applikati l-arranġamenti provvduti mid-data li l-Kummissjoni terċievi t-tagħrif.

    Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri.

    2. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni kif suppost ta' dan l-Anness, il-PTLHB u l-Komunità għandhom igħinu lil xulxin, permezz ta' amministrazzjonijiet kompetenti tad-dwana, fl-ispezzjonar ta' l-awtentiċita taċ-Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP u l-korrettezza tat-tagħrif mogħti f'dawn id-dokumenti.

    Artikolu 7

    Verifika taċ-Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP

    1. Verifiki sosegwenti taċ-Ċertifikati ta' Esportazzjoni EXP għandhom jitwettqu -kif ġie ġie jew kull meta l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur ikollhom dubbji raġunevoli rigward l-awtentiċita ta' dawn id-dokumenti jew il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 36 ma' din id-Deċiżjoni.

    2. Għall-għanijet ta' l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1, l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur għandu jirritorna ċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP, id-dokumenti rilevanti kummerċjali jew kopja ta' dawn id-dokumenti, lill-awtoritajiet tad-dwana tal-PTLHB esportatur waqt li jagħtu, fejn ikun xieraq, ir-raġunijiet għall-inkjesta. Kull document u tagħrif miksub li jissuġġerixxi li t-tagħrif mogħti fuq iċ-Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP mhuwiex korrett għandu jintbagħat b'appoġġ għat-talba għall-verifika.

    3. Il-verifika għandha titwettaq mill-awtoritajiet tad-dwana tal-PTLHB esportatur. Għal dan il-għan, għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kull xhieda u li jwettqu kull spezzjoni tal-kontijiet ta' l-esportatur jew kull spezzjoni oħra meqjusa xierqa.

    4. Jekk l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur jiddeċiedu li jissospendu l-applikazzjoni ta' l-arranġamenti għall-prodotti konċernati filwaqt li jistennew ir-riżultati tal-verifika, rilaxx tal-prodotti għandu jiġi offrut lill-importatur bla ħsara għal kull miżura prekawzjonali ġġudikata meħtieġa.

    5. L-awtoritajiet tad-dwana li qed jitolbu l-verifika għandhom jiġu mgħarrfa bir-riżultati ta' din il-verifika kemm jista' jkun malajr. Dawn ir-riżultati jridu jindikaw b'mod ċar jekk id-dokumenti humiex awtentiċi u jekk il-prodotti konċernati jistgħux jitqiesu bħal li jkunu wettqu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 36 ta' din id-Deċiżjoni.

    6. Jekk f'każijiet ta' dubbju raġunevoli ma jkunx hemm risposta fi żmien għaxar xhur mid-data tat-talba tal-verifika jew jekk ir-risposta ma tikkontjenix biżżejjed tagħrif sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċita tad-dokument imsemmi jew li l-prodotti li jridu jiġu esportati huma tali li jistgħu jikkwalifikaw għall-ħruġ ta' Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP, l-awtoritajiet tad-dwana li qed jitolbu dan għandhom, minbarra f'każijiet eċċezzjonali, jirrifjutaw applikazzjoni ta' l-arranġamenti

    7. Fejn il-proċedura ta' verifika jew kull tagħrif ieħor disponibbli jidher li jkun jindika li d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness qed jinkisru, il-PTLHB fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tal-Komunità għandu jwettaq inkjesti xierqa jew jirranġa sabiex dawn l-inkjesti jitwettqu b'urġenza kif mistħoqq sabiex jidentifikaw u jipprevjenu dawn il-kontravenzjonijiet. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fl-inkjesti.

    8. Fejn jinħoloq nuqqas ta' qbil rigward il-proċeduri ta' verifika fejn ma jistax jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet tad-dwana li qed jitolbu verifika u l-awtoritajiet tad-dwana responsabbli għat-twettieq ta' din il-verifika jew fejn iqajjmu mistoqsija rigward l-interpretazzjoni ta' dan l-Anness, għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana mwaqqfa mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    9. Fil-każijiet kollha il-ftehim f'nuqqas ta' qbil bejn l-importatur u l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur għandu jkun skond il-leġislazzjoni tal-pajjiż imsemmi.

    Artikolu 8

    Il-Penali

    Il-penali għandhom jiġu mposti fuq kull persuna li tfassal, jew tikkaġuna t-tfassil, ta' dokument li jikkontjeni tagħrif mhux korrett sabiex prodotti jkunu jistgħu jiġu aċċettati bħala eliġibbli għall-arranġamenti provvduti.

    Artikolu 9

    Żoni ħielsa

    Il-PTLHB u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li prodotti negozjati taħt kopriment ta' Ċertifikat ta' Esportazzjoni EXP u li fil-kors tat-trasport jużaw żona ħielsa li tinstab fit-territorju tagħhom, mhumiex sostitwiti minn merkanzija oħra u ma jgħaddux minn maniġġjar ieħor għajr l-operati normali disinjati biex tiġi prevjenuta d-deterjorazzjoni tagħhom.

    Artikolu 10

    L-Annessi

    L-Appendiċi ma' dan l-Anness għandu jifforma parti integra tiegħu.

    --------------------------------------------------

    Appendiċi

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS V

    ĊENTRI TA' KORRESPONDENZA EURO-INFO (EICC)

    Xogħolijiet ta' l-EICC

    Rigward il-PTLHB ix-xogħlijiet taċ-Ċentri ta' Korrespondenza Euro-info (EICC) għandhom ikunu li:

    - ixxerrdu tagħrif tal-Komunità lil ditti tal-PTLHB,

    - jiġbru u jittrasmettu liċ-Ċentri ta' l-Euro-info (EIC) tagħrif mill-PTLHB li jista' jkun ta' użu lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju Ewropej,

    - iwieġbu mistoqsijiet ġenerali, legali, amministrattivi u statistiċi minn ditti tal-PTLHB dwar l-Unjoni Ewropea,

    - iwieġbu mistoqsijiet ġenerali, legali, amministrattivi u statistiċi minn ditti tal-Komunità dwar il-PTLHB,

    Biex tinkisb l-akbar reċiproċita possibbli fil-bdil ta' tagħrif, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-ditti tal-Komunità jkollhom aċċess għall-istess tip ta' tagħrif u l-istess servizzi konsultattivi/ta' appoġġ rigward il-PTLHB bħal dawk offruti mill-omunità għad-ditti tal-PTLHB.

    Għodda u servizzi

    L-għodda u s-servizzi li ġejjin għandhom ikunu disponibbli jew akkwistati miċ-Ċentri ta' Korrespondenza għall-qadi kif suppost tax-xogħol tagħhom:

    (a) dokumentazzjoni: lista ta' dokumenti magħżula sabiex tifforma ġabra bażika ta' librerija (li trid tiġi akkwistata); termini u prezz ta' akkwist;

    (b) programm speċifiku ta' software (li jrid jiġi akkwistat) biex jinħolqu u jitmexxew dossier-ijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi u biex jiġu kondotti tfittxijiet dwar dossier-ijiet ta' qabel u dokumenti u databases eżistenti;

    (ċ) databases: lista ta' databanks disponibbli (li għalihom hemm ħlas); termini u prezz għall-konnessjoni;

    (d) taħriġ: korsijiet fejn wieħed jgħallem lilu nnifsu (li jrid jiġi akkwistat), tabella taż-żmien ta' sessjonijiet ta' taħriġ (materji speċifiċi Komunitarji, ħdim ta' l-EIC-ijeit), sessjonijiet ta' taħriġ fl-użu tad-database bil-ħlas ta' miżata, u konferenza annwali ta' l-EIC-ijiet u l-EICC-ijiet kollha (għal dawn l-attivitajiet kollha, spejjeż ta' vjaġġar u akkomodazzjoni jridu jinġarru mill-EICC);

    (e) aċċess għal uffiċjali ta' tagħrif ta' l-amministrazzjoni ċentrali għal risposti għal talbiet għal tagħrif dwar materji li għandhom x'jaqsmu mal-Komunità;

    (f) aċċess għad-database ta' kapitalizzazzjoni permezz tal-VANS: din id-database tax-xibka EIC tikkontjeni mistoqsijiet u tweġibiet prinċipalment fuq materji tal-Komunità;

    (g) posta elettronika: l-EICC-ijiet għandu jkollha aċċess għas-sistema ta' posta elettronika, parikolarment l-ambjent tax-xibka ta' l-EIC stess.

    Proċeduri ta' stabbiliment

    1. Talba għall-istabbiliment ta' ċentru ta' korrespondenza u l-għażla ta' l-istruttura tal-lqugħ għandha tiġi ndirizzata lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż jew territorju permezz tal-mezzi provvduti fl-Artikolu 59 ta' din id-Deċiżjoni.

    2. Ftehim li jipprovdi għal, fost ħwejjeġ oħra, risorsi suffiċjenti umani, materjali u finanzjarji għandhom jiġu konklużi bejn il-EICC u l-Kummissjoni.

    Kriterji għall-għażla ta' l-istruttura tal-lqugħ

    Il-kriterji li ġejjin għandhom jintużaw biex jintgħażlu strutturi tal-lqugħ applikanti tal-EICC-ijiet:

    - esperjenza ta' l-istruttura ta' l-applikant fl-għajnuna u l-konsultazzjoni ta' negozji, atitudni orjentata lejn in-negozju f'impriżi żgħar u ta' daqs medju,

    - rappreżentanti rigward is-settur tan-negozju fil-pajjiż jew territorju applikant,

    - tagħrif dwar kwistjonijiet Ewropej,

    - ir-rieda u l-abbilta biex tiġi żgurata reċiproċita ta' servizzi lill-PTLHB u ditti tal-PTLHB u tal-Komunità,

    - il-potenzal għal indipendenza finanzjarja,

    - ir-rieda li jimpjegaw bħala staff għaċ-Ċentru, nies li jafu sew l-Ingliż u l-Franċiż u li għandhom esperjenza tal-kompjuter,

    - dispożizzjoni ta' tagħmir tal-kompjuter u tal-komunikazzjonijiet li tikkomforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet,

    - impenn li jiġu servuti l-impriżi kollha żgħar u ta' daqs medju ugwalment mingħajr diskriminazzjoni rigward stat jew settur, fejn xieraq f'għaqda ma' EIC-ijiet jew EICC-ijiet fuq ix-xibka.

    --------------------------------------------------

    Top