Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0689

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Awwissu 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja għall-magni tal-ħasil tal-platti (innotifikata taħt id-dokument numru K(2001) 2600)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 242, 12.9.2001, p. 23–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/689/oj

    32001D0689

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Awwissu 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja għall-magni tal-ħasil tal-platti (innotifikata taħt id-dokument numru K(2001) 2600)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    Official Journal L 242 , 12/09/2001 P. 0023 - 0028
    CS.ES Chapter 15 Volume 06 P. 215 - 220
    ET.ES Chapter 15 Volume 06 P. 215 - 220
    HU.ES Chapter 15 Volume 06 P. 215 - 220
    LT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 215 - 220
    LV.ES Chapter 15 Volume 06 P. 215 - 220
    MT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 215 - 220
    PL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 215 - 220
    SK.ES Chapter 15 Volume 06 P. 215 - 220
    SL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 215 - 220


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-28 ta' Awwissu 2001

    li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja għall-magni tal-ħasil tal-platti

    (innotifikata taħt id-dokument numru K(2001) 2600)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2001/689/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema rriveduta tal-għotja ta' l-eko-tikketta Komunitarja [1],

    Billi:

    (1) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi illi tista' tingħata l-eko-tikketta lil prodott li jippossjedi l-karattersitiċi li jgħinuh jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib fejn għandhom x'jaqsmu aspetti prinċipali ambjentali.

    (2) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1980/200 jistabbilixxi illi l-kriterji speċifiċi ta' l-eko-tikketta għandhom jiġu stabbiliti skond il-gruppi tal-prodotti.

    (3) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi illi l-assessjar tal-kriterji ta' l-eko-tikketta kif ukoll il-ħtiġiet ta' l-istima u l-verifika li għandhom x'jaqsmu mal-kriterji għandhom isiru fiż-żmien mistħoqq qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien tal-validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta' prodotti u għandhom jirriżultaw fl-estensjoni, l-irtirar jew ir-reviżjoni.

    (4) Bid-Deċiżjoni 94/483/KE [2], il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi għall-għotja ta' l-eko-tikketta Komunitarja għall-magni tal-ħasil tal-platti, li, skond l-Artikolu 3 tagħha, kif emendata bid-Deċiżjoni 2001/397/KE [3] jiskadu fil-31 ta' Jannar 2003.

    (5) Huwa xieraq li ssir stima ġdida tad-definizzjoni tal-grupp ta' prodotti u tal-kriterji ekoloġiċi li kienu stabbiliti bid-Deċiżjoni 98/483/KE sabiex tirrifletti l-iżviluppi fis-suq.

    (6) Huwa xieraq illi tiġi adottata Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ekoloġiċi għal dan il-grupp ta' prodotti, li tkunu valida għall-perjodu taż-żmien ta' ħames snin,

    (7) Huwa xieraq illi, għall-perjodu limitat taż-żmien ta' mhux iktar minn 12-il xahar, ikunu validi fl-istess żmien il-kriterji stabbiliti qabel bid-Deċiżjoni 98/483/KE, sabiex jagħtu żmien biżżejjed lill-kumpaniji li kienu ngħataw l-eko-tikketta għall-prodotti tagħhom qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ġdida sabiex jadattaw il-prodotti tagħhom hekk li jikkonformaw mal-kriterji l-ġodda.

    (8) Il-miżuri ddikjarati f'din id-Deċiżjoni ġew żviluppati u adottati skond il-proċeduri li jistabbilixxu l-kriterji ta' l-eko-tikketta kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

    (9) Il-miżuri ddikjarati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-grupp tal-prodotti "magni tal-ħasil tal-platti" (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-grupp ta' prodotti") għandu jfisser:

    "Magni tal-ħasil tal-platti mħaddma bl-elettriku mibjugħa lill-pubbliku ġenerali. Huwa eskluż l-apparat li jitwaħħal li jista' juża wkoll sorsi oħra ta' l-enerġja, bħalma huma l-batteriji, u ma għandu l-ebda sors ta' sħana interna."

    Artikolu 2

    Il-prestazzjoni ambjentali tal-grupp ta' prodotti kif iddefinit fl-Artikolu 1 għandu jiġi stmat b'riferiment għall-kriterji speċifiċi ekoloġiċi mniżżla fl-Anness.

    Artikolu 3

    Id-definizzjoni tal-grupp ta' prodotti u l-kriterji għall-grupp ta' prodotti għandhom ikunu validi għal ħames snin mid-data li fiha din id-Direttiva tidħol fl-effett.

    Il-perjodu taż-żmien tal-validità u tal-kriterji tal-validità tal-grupp ta' prodotti stabbilit bid-Deċiżjoni 94/483/KE għandu jiġi mmodifikat sabiex jiskadi 12-il xahar wara d-data li din id-Deċiżjoni tidħol fl-effett.

    Artikolu 4

    Għall-finijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti għandu jkun "002".

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Awissu 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 237, tal-21.8.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 216, ta' l-4.8.1998, p. 12.

    [3] ĠU L 139, tat-23.5.2001, p. 21.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    QAFAS

    Sabiex tikkwalifika għall-eko-tikketta, magna tal-ħasil tal-platti (minn issa ′l quddiem imsejħa "il-prodott") trid tidħol fil-grupp ta' prodotti kif iddefinit fl-Artikolu 1, u trid tħares il-kriterji ta' dan l-Anness, b'testijiet imwettqa ma′ l-applikazjoni kif indikat fil-kriterji. Meta xieraq, jistgħu jintużaw testijiet oħra jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-korp kompetenti li jistma l-applikazzjoni. Meta ma jissemmew l-ebda testijiet, jew jiġu msemmija bħala sabiex jintużaw fil-verifika jew fil-monitoraġġ, il-korpi kompetenti għandhom joqogħdu kif xieraq fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni pprovduti mill-applikant u/jew minn verifiki indipendenti.

    L-awtoritajiet kompetenti huma rrakkommandati li jqisu l-implimentazzjoni ta' skemi rikonoxxuti għall-ġestjoni ambjentali, bħalma huma l-Iskema għall-Eko-Ġestjoni u l-Verifika jew l-ISO 14004, meta jistmaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw it-tħaris tal-kriterji f'dan l-Anness (Nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati dawn l-iskemi ta' ġestjoni).

    Dawn il-kriterji jimmiraw b'mod partikolari illi jippromwovu:

    - it-tnaqqis tal-ħsara lill-ambjent jew tar-riskji li għandhom x'jaqsmu ma′ l-użu ta' l-enerġija (iż-żieda fis-sħana globali, l-aċidifikazzjoni, it-tnaqqis tar-riżorsi li ma jiġġeddux) billi jitnaqqas il-konsum ta' l-enerġija,

    - it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali li għandha x'taqsam ma′ l-użu tar-riżorsi naturali bit-tnaqqis tal-konsum ta' l-ilma.

    Il-kriterji jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' l-aħjar prattika (l-użu ottimali ta' l-ambjent) u jtejbu l-konoxxenza ambjentali tal-konsumaturi. Barra minn hekk, l-għoti tal-marki lill-komponenti tal-plastik jinkorġġixxi r-riċiklaġġ tal-magna.

    Il-kriterji huma ffissati fil-livelli li jippromwovu t-tikkettjar tal-magn tal-ħasil tal-platti li jkollhom impatt ambjentali iktar baxx, b'mod partikolari matul l-użu tagħhom.

    IL-KRITERJI EKOLOĠIĊI

    1. L-effiċjenza fl-enerġija

    (a) Il-magni tal-ħasil tal-platti li għandhom 10 postijiet fejn tissettjhom, jew iktar, għandu jkollhom indiċi ta' effiċjenza fl-enerġija baxx iktar minn 0,58 kif iddefinit fl-Annes IV mad-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE tas-16 ta' April 1997 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward il-għoti tat-tikketti ta' l-enerġija fil-magni tal-ħasil tal-platti fid-djar [1], bl-użu ta' l-istess metodu tat-test EN 50242 u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE.

    Magni tal-ħasil tal-platti li għandhom aktar minn 5 imma anqas minn 10 postijiet fejn tissettjhom għandu jkollhom indiċi ta' l-effiċjenza fl-enerġija iktar baxx minn 0,64 kif iddefinit fl-Anness IV mad-Direttiva 97/17/KE, bl-użu ta' l-istess metodu EN 50242 u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE.

    Magni tal-ħasil tal-platti b'post għal 5 postijiet jew inqas fejn tissettjhom, għandu jkollhom indiċi ta' l-effiċjenza fl-enerġija iktar baxx minn 0,76 kif iddefinit fl-Anness IV mad-Direttiva 97/17/KE, bl-użu ta' l-istess metodu EN 50242 u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE.

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika riferita fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/17/KE. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi r-rapporti ta' mill-inqas tliet teħidiet tal-kejl tal-konsum ta' l-enerġija magħmula skond l-EN 50242, bl-użu ta' l-istess ċiklu tal-programm magħżul għad-Direttiva 97/17/KE. Il-medju aritmetiku ta' dan il-kejl għandu jkun inqas jew ugwali għall-ħtieġa ta' hawn fuq. Il-valur iddikjarat fuq it-tikketta ta' l-enerġija ma għandux ikun baxx iktar minn dan il-valur medju, u l-klassi ta' l-effiċjenza fl-enerġija indikata fuq it-tikketta ta' l-enerġija għandu jikkorrispondi ma′ dan il-valur medju.

    Fil-każ tal-verifika, li ma jkunx hemm il-ħtieġa għaliha ma′ l-applikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-proċeduri tat-tolleranzi u tal-kontroll stabbiliti fl-EN 50242.

    (b) Il-magna tal-ħasil tal-platti għandha tkun tajba sabiex tiġi kkonnettjata ma′ provvista ta' misħun sabiex timtela.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma′ din ir-rikjesta.

    2. Il-konsum ta' l-ilma

    Il-konsum ta' l-ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti (espress bħala W(imkejjel)) għandu jkun baxx iktar jew ugwali għall-għatba kif iddefinita bl-ekwazzjoni ta' hawn taħt bl-użu ta' l-istess metodu tat-test EN 50242 u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttuva 97/17/KE

    W(imkejjel) < = (0,625 × S) + 9,25

    fejn:

    il-W(imkejjel) = il-konsum imkejjel ta' l-ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti f'litri għal kull ċiklu, espressi sa l-ewwel ċifra deċimali,

    il-S = in-numru applikabbli tal-postijiet fuq il-mejda standard tal-magna tal-ħasil tal-platti.

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika riferita fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/17/KE. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi r-rapporti ta' mill-inqas tliet teħidiet tal-kejl tal-konsum ta' l-ilma magħmula skond l-EN 50242, bl-użu ta' l-istess ċiklu tal-programm magħżul għad-Direttiva 97/17/KE. Il-medju aritmetiku ta' dan il-kejl għandu jkun inqas jew egwali għall-ħtieġa ta' hawn fuq. Il-valur iddikjarat fuq it-tikketta ta' l-enerġija ma għandux ikun iktar baxx minn dan il-valur medju.

    Fil-każ tal-verifika, li ma jkunx hemm il-ħtieġa għaliha ma′ l-applikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-proċeduri tat-tolleranzi u tal-kontroll stabbiliti fl-EN 50242.

    3. Il-prevenzjoni ta' l-użu eċċessiv tad-deterġent

    Il-apparat għandu jkollu l-għoti tal-marki volumetriċi biċ-ċar fuq id-distributur awtomatiku tad-deterġent li jippermetti lill-utent li jaġġusta l-kwantità tad-deterġent skond it-tip u l-ammont tat-tagħbija u l-grad tal-ħmieġ tagħha.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma′ din ir-rikjesta.

    4. L-istorbju

    (a) Il-ħsejjes li jinġarru bl-arja ta' l-apparat, magħdud bħala qawwa tal-ħoss, ma għandux jaqbeż it-53 dB (A) għall-mudelli mhux imwaħħla u ta' 50 dB (A) għall-mudelli mwaħħla. L-emissjonijiet tal-ħsejjes għandhom jiġu mkejla skond l-EN 50242/EN 60704-2-3/EN 60704-3, bl-użu ta l-istess metodu tat-test u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE.

    (b) It-tagħrif dwar il-livell tal-ħoss tal-magna għandu jiġi pprovvdut f'manjiera li tidher biċ-ċar għall-konsumatur. Dan għandu jsir billi dan it-tagħrif jiddaħħal fit-tikketta ta' l-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-platti.

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika riferita fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/17/KE. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi r-rapporti ta' mill-inqas tliet teħidiet tal-kejl tal-konsum ta' l-enerġija magħmula skond l-EN 50242, bl-użu ta' l-istess ċiklu tal-programm magħżul għad-Direttiva 97/17/KE. Il-ħoss iddikjarat għandu jiġi kalkulat minn dawn il-kejlijiet kif stabbilit fl-istandards riferit fl-EN 50242, u għandhom jidhru fuq it-tikketa ta' l-enerġija.

    Fil-każ tal-verifika, li ma jkunx hemm il-ħtieġa għaliha ma′ l-applikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-proċeduri tat-tolleranzi u tal-kontroll stabbiliti fl-EN 50242.

    5. It-teħid lura u r-riċiklaġġ

    (a) Il-fabbrikant għandu joffri li jieħu lura, mingħajr ħlas, għar-riċiklaġġ tal-magna tal-ħasil tal-platti u tal-komponmenti li jibdel huwa nnifsu jew minn kumpanija kkummisjonata minnu, għajr għall-magni tal-ħasil tal-platti li jkollhom komponenti li ma jappartjenux għall-magna tal-ħasil tal-platti.

    (b) Il-partijiet tal-plastik li jkunu itqal minn 50 gramma għandu jkollhom marka permanenti li tidentifika l-materjal, skond l-ISO 11469. Din il-ħtieġa ma tapplikax għall-partijiet tal-plastik mogħtija l-forma.

    (ċ) Il-partijiet tal-plastik itqal minn 25 gramma ma għandux ikun fihom ir-ritardanti tan-nar li ġejjin:

    L-Isem | In-Nru tas-SAK |

    Id-Dekabromodifenil | 13654-09-6 |

    L-Etere monobromodifenil | 101-55-3 |

    L-Etere dibromodifenil | 2050-47-7 |

    L-Etere tribromodifenil | 49690-94-0 |

    L-Etere tetrabromodifenil | 40088-47-9 |

    L-Etere pentabromodifenil | 32534-81-9 |

    L-Etere essabromodifenil | 36483-60-0 |

    L-Etere eptabromodifenil | 68928-80-3 |

    L-Etere octabromodifenil | 32536-52-0 |

    L-Etere nonabromodifenil | 63936-56-1 |

    L-Etere dekabromodifenil | 1163-19-5 |

    Il-kloroparaffini b'tul ta' katina ta' atomi 10-13 C, kontenut ta' klorin > 50 % fl-użin | 85535-84-8 |

    (d) Il-partijiet tal-plastik li jkun fihom iktar minn 25 gramma ma għandux ikun fihom sustanzi li jirritardaw in-nar jew tħejjijiet li jkun fihom sustanzi li huma jew jistgħu jiġu assenjati waħda mill-frażijiet tar-riskju R45 (jistgħu jikkawżaw il-kanċer), R46 (jistgħu jikkawżaw ħsara ġenetika ereditarja), R50 (tossiċi ħafna għall-organiżmi akwatiċi), R51 (tossiċi għall-organiżmi akwatiċi), R52 (ta' ħsara għall-organiżmi akwatiċi), R53 (jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akwatiku), R60 (jistgħu jagħmlu ħsara lill-fertilità) jew R61 (jistgħu jagħmlu ħsara lit-tarbija mhux mitwielda), jew kull taħlita tal-frażijiet tar-riskji li jkun fihom waħdha mill-fraiżjiet tar-riskji ta' hawn fuq, kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-klassifika, l-ippakkeġġjar,u t-tikkettjar tas-sustanzi perikolużi [2], u l-emendi sussegwenti tagħha.

    Din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika għar-ritardanti tan-nar li meta jiġu applikati jbiddlu n-natura kimika tagħhom hekk li ma jiġġustifikawx iktar il-klassifika taħt xi waħda mill-frażijiet R kif elenkati hawn fuq, u meta inqas minn 0,1 % tar-ritardant tan-nar fil-parti ttrattata tibqa′ fil-għamla ta' qabel l-applikazjoni.

    (e) Il-fabbrikant għandu jqis kif tiżżarma meta jiddisinja u għandu jiċċekkja kif tiżżarma l-magna tal-ħasil tal-platti u jipprovdi rapport dwar kif tiżżarma li għandu jkun disponibbli għal partijiet terzi fuq talba. Fost ħwejjeġ oħra, r-rapport għandu jikkonferma illi:

    - il-ġogi jkunu jistgħu jinstabu u jintlaħqu malajr,

    - it-tagħqid elettroniku kunu jista′ jinstab u jżżarma bla xkiel,

    - il-prodott ikun ħafif sabiex jiżżarma bl-użu tal-għodda ta' kuljum disponibbli,

    - il-materjali inkompatibbli u ta' riskju jkunu jistgħu jiġu mifruda.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma′ dawn ir-rikjesti. L-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti li tistma l-applikazjoni kopja tar-rapport dwar kif tiżżarma. L-applikant u/jew il-fornitur jew il-fornituri tiegħu, kif xieraq, għandhom jindikaw lil din l-awtorità kompetenti liema ritardanti tan-nar, jekk ikun hemm minnhom, ikunu ġew użati f'partijiet tal-plastik, jew fuqhom, itqal minn 25 gramma.

    6. L-estensjoni tat-tul tal-ħajja

    (a) Il-fabbrikant għandu joffri garanzija kummerċjali li tiżgura illi l-magna tal-ħasil tal-platti trid tiffunzjona għal mill-inqas sentejn. Din il-garanzija għandha tkun valida mid-data tal-kunsinna lill-klijent.

    (b) Id-disponibbiltà tal-partijiet komptibbli li jinbidlu għandhom jiġu ggarantiti għal 12-il sena minn meta tieqaf il-produzzjoni.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn ir-rikjesti.

    7. Id-disinn ta' l-apparat li jitwaħħal

    (a) L-apparat li jitwaħħal għandu jippermetti lill-utent li jagħżel programm għall-ħasil ta' tagħbija standard bl-użu ta' deterġenti li jaħdmu l-aħjar f'temperaturi ta' inqas minn 65 °C.

    (b) L-apparat li jitwaħħal għandu jkollu marki ċari li jidentifikaw il-pożizzjonijiet bejn wieħed u ieħor tal-programmi disponibbli (p.e. tagħbija standard, f'temperatura baxxa, nofs tagħbija, ftit maħmuġa jew maħmuġa ħafna, eċċ.)

    (ċ) Meta japplika, l-apparat għandu jippermetti illi d-dożi tal-melħ jiġu aġġustati għal skond kif jira′ l-ilma lokali, u għandu jkollu indikatur għall-mili tal-melħ.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma′ dawn ir-rikjesti.

    8. Il-prestazzjoni fix-xogħol tat-tindif

    Il-magni tal-ħasil tal-platti b'post għal 5 postijiet jew inqas fejn tissettjhom għandu jkollhom indiċi ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija ta' iktar minn 1,00 kif iddefinit fl-Anness IV mad-Direttiva 97/17/KE, bl-użu ta' l-istess metodu EN 50242 u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE. Il-magna tal-ħasil tal-platti trid għalhekk tikkwalifika għall-prestazzjoni fix-xogħol tat-tindif jew tal-klassi A jew tal-Klassi B kif iddefinit fl-Anness IV mad-Direttiva 97/17/KE.

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika riferita fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/17/KE. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi r-rapporti ta' mill-inqas tliet teħidiet tal-kejl ta l-indiċi tal-prestazzjoni fix-xogħol tat-tindif magħmula skond l-EN 50242, bl-użu ta' l-istess ċiklu standard tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE. Il-medju artimetiku ta' dawn il-kejlijiet għandu jkun ikbar mill-ħtieġa ta' hawn fuq. Il-klassi tal-prestazzjoni fix-xogħol tat-tindif indikata fuq it-tikketta ta' l-enerġija għandha tikkorrispondi ma′ dan il-medju.

    Fil-każ tal-verifika, li ma jkunx hemm il-ħtieġa għaliha ma′ l-applikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-proċeduri tat-tolleranzi u tal-kontroll stabbiliti fl-EN 50242.

    9. Il-prestazzjoni fix-xogħol tat-tnixxif

    Il-magna tal-ħasil tal-platti għandu jkollha indiċi tal-prestazzjoni fix-xogħol tat-tindif ta' iktar minn 0,93 kif iddefinit fl-Anness IV mad-Direttiva 97/17/KE, bl-użu ta' l-istess metodu EN 50242 u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE. Il-magna tal-ħasil tal-platti trid għalhekk tikkwalifika għall-prestazzjoni fix-xogħol tat-tindif jew tal-klassi A jew tal-Klassi B kif iddefinit fl-Anness IV mad-Direttiva 97/17/KE.

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika riferita fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/17/KE. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi r-rapporti ta' mill-inqas tliet kejlijiet ta' l-indiċi tal-prestazzjoni fix-xogħol tat-tnixxif magħmula skond l-EN 50242, bl-użu ta' l-istess ċiklu standard tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE. Il-medju artimetiku ta' dawn il-kejlijiet għandu jkun ikbar mill-ħtieġa ta' hawn fuq. Il-klassi tal-prestazzjoni fix-xogħol tat-tindif indikata fuq ittikketta ta' l-enerġija għandha tikkorrispondi ma′ dan il-medju.

    Fil-każ tal-verifika, li ma jkunx hemm il-ħtieġa għaliha ma′ l-applikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni l-proċeduri tat-tolleranzi u tal-kontroll stabbiliti fl-EN 50242.

    10. L-istruzzjonijiet għall-utent

    L-apparat għandu jiġi mibjugħ b'manwal ta' l-istruzzjonijiet li, fost ħwejjeġ oħra, għandu jipprovdi pariri dwar l-użu korrett ambjentali u, b'mod partikolari rakkommandazzjonijiet dwar l-aħjar użu ta' l-enerġija, l-ilma, l-addittivi (id-deterġent, il-melħ, eċċ.) fil-ħidma ta' l-apparat. Dan il-manwal għandu jinkludi:

    (a) fuq il-faċċata tal-kopertura jew l-ewwel faċċata, it-test li ġej (jew l-ekwivalenti): "Dan il-prodott ġie mogħti l-eko-tikketta ta' l-UE. It-tagħrif dwar kif jitnaqqsu iktar l-impatti ambjentali huwa mogħti f'dan il-manwal.";

    (b) parir dwar kif tiġi stallata l-magna hekk li tnaqqas il-ħoss li tagħmel;

    (ċ) parir dwar li l-użu tal-mili bil-misħun jista′ jiffranka l-enerġija u emissjonijiet konnessi jekk l-ilma jissaħħan bl-enerġija solari, sistemi ta' sħana komunitarja, sħana moderna bil-gass naturali jew biż-żejt jew heater b'ċirkolazzjoni kontinwa. L-utent għandu jiġi mgħarraf illi l-conduit bejn is-sors tal-misħun u l-magna tal-ħasil tal-plati għandu jkun qasir u iżolat sewwa;

    (d) parir dwar kif jiġi aġġustat id-dożaġġ għall-ilma lokali li ma jirgħax, jekk japplika;

    (e) parir dwar l-użu ta' tagħbija sħiħa kulmeta posibbli;

    (f) parir sabiex jiġi evitat it-tlaħliħ ta' l-oġġetti qabel ma jitqiegħdu fil-magna tal-ħasil tal-platti;

    (g) parir dwar il-għażla tat-tlaħliħ jew mingħajru, jekk disponibbli;

    (h) il-għażla dwar id-disponibbiltà tad-deterġenti li jaħdmu l-aħjar f'temperaturi ta' inqas minn 65 °C u għandhom il-potenzjal li jiffrankaw l-enerġija;

    (i) parir dwar li tiġi varjata d-doża tad-deterġent skond it-tip u l-ammont tat-tagħbija u l-grad tal-ħmieġ tagħha (per eżempju: nofs tagħbija teħtieġ inqas deterġent). Għandha ssir referenza għall-mod tal-marki fid-distributur awtomatiku tad-deterġent;

    (j) tagħrif dwar il-livelli tal-konsum ta' l-enerġija u ta' l-ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti skond il-programmi differenti, bit-tħollija lill-konsumatur li jidentifika l-programm xieraq li jagħmel l-inqas użu mill-enerġija u mill-ilma, kif ukoll tagħrif dwar il-livelli tal-konsum fi stat ta' waqfien ta' stennija;

    (k) parir li l-magna tal-ħasil ma għandhiex titħalla fil-pożizzjoni ta' "għadha mixgħula" meta tkun lestiet iċ-ċiklu tagħha, minħabba l-possibbiltà tat-telf ta' l-enerġija meta tkun fi stat ta' waqfien ta' stennija. Il-manwal ta' l-istruzzjonijiet għandu jiddikjara ż-żmien meħtieġ sabiex jitlestew il-programmi disponibbli;

    (l) tagħrif dwar il-ħtiġiet ta' l-enerġija matul il-modi li ġejjin: il-mod mitfi, il-mod tal-għoti taż-żmien (il-programmazzjoni), il-mod tal-programm imlesti.

    (m) parir dwar il-manutenzjoni xierqa tal-magna tal-ħasil tal-platti, inkluż it-tindif regolari tal-filtri, u tagħrif dwar id-disponibbiltà tal-partijiet li jinbidlu;

    (n) it-tagħrif li jinjora l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq jista′ jwassal għal konsum ogħla ta' l-enerġija, l-ilma u/jew id-deterġent u b'hekk jista' jżid l-ispejjeż kurrenti u jwassal għal prestazzjoni fqira fix-xogħol;

    (o) parir dwar kif il-konsumatur jista′ jieħu vantaġġ mill-proċedura tat-teħid lura mill-fabbrikant;

    (p) tagħrif dwar li l-prodott ġie mogħti l-eko-tikketa ta' l-UE, bi spjega qasira dwar din xi tfisser, flimkien ma′ indikazzjoni illi iktar tagħrif dwar l-eko-tikketta jista′ jinstab fl-indirizz tal-website (http:/europea.eu.int/ecolabel), u li huma disponibbli d-deterġenti li jġorru l-eko-tikketta.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma′ dawn ir-rikjesti, u għandu jipprovdi kopja tal-manwal ta' l-istruzzjonijiet lill-awtorità kompetenti li tassessja l-applikazzjoni.

    11. It-tagħrif dwar l-eko-tikketta

    Il-Kaxxa 2 ta' l-eko-tikketta għandha tinkludi t-test li ġej:

    - konsum baxx ħafna ta' l-enerġija,

    - konsum baxx ta' l-ilma,

    - iddisinjata sabiex tiffaċilita r-riċiklaġġ.

    [1] ĠU L 118, tas-7.5.1997, p. 1.

    [2] ĠU C 198 tas-16.6.1967, p.1.

    --------------------------------------------------

    Top