This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0019
2001/19/EC: Commission Decision of 20 December 2000 on the procedure for attesting the conformity of construction products pursuant to Article 20(2) of Council Directive 89/106/EEC as regards expansion joints for road bridges (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2000) 3694)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2000 dwar il-proċedura li tattesta l-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-ġonti ta' l-espansjoni għall-pontijiet tat-toroq (innotifikata fid-dokument bin-numru K(2000) 3694) (Test bir-relevanza għaż-ŻEE)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2000 dwar il-proċedura li tattesta l-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-ġonti ta' l-espansjoni għall-pontijiet tat-toroq (innotifikata fid-dokument bin-numru K(2000) 3694) (Test bir-relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 5, 10.1.2001, p. 6–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 005 , 10/01/2001 P. 0006 - 0007
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2000 dwar il-proċedura li tattesta l-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-ġonti ta' l-espansjoni għall-pontijiet tat-toroq (innotifikata fid-dokument bin-numru K(2000) 3694) (Test bir-relevanza għaż-ŻEE) (2001/19/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari fl-Artikolu 13(4) tagħha, Billi: (1) Il-Kummissjoni hija mitluba li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE sabiex tattesta l-konformità ta' prodott, il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà. Dan ifisser illi huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, rigward prodott jew familja ta' prodotti mogħtija, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni f'fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant, hijiex kundizzjoni meħtieġa u biżżejjed sabiex tiġi attestata l-konformità, jew jekk, għal raġunijiet li jkollhom x'jaqsmu mat-tħaris tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), ikunx meħtieġ l-intervent ta' korp approvat taċ-ċertifikazzjoni. (2) L-Artikolu 13(4) jeħtieġ illi l-proċedura hekk stabbilita għandha tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa għalhekk mixtieq li jiġu identifikati l-prodotti jew il-familji tal-prodotti riferiti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. (3) Iż-żewġ proċeduri pprovduti fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati b'mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati, bir-referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta' prodotti, ġaladarba l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi. (4) Il-proċedura riferita fl-Artikolu 13(3)(a) tikkorrispondi mas-sistemi ddikjarati fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u mat-tieni u t-tielet possibbiltajiet ta' l-Anness III(2)(ii). Il-proċedura riferita fit-III(2)(i), l-Artikolu 13(3)(a)(b) jikkorrispondi mas-sistemi ddikjarati fl-Anness III(2)(i), u fl-ewwel possibbiltà, bis-sorveljanza kontinwa, ta' l-Anness III(2)(ii). (5) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-prodotti u l-familji tal-prodotti ddikjarati fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha, b'żieda mas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika mħaddma mill-fabbrikant, korp approvat taċ-ċertifikazzjoni jkun involut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu. Artikolu 2 Il-proċedura sabiex tiġi attestata l-konformità kif iddikjarata fl-Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għal-linji gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2000. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Il-ġonti ta' l-espansjoni għall-pontijiet tat-toroq Sabiex jintużaw fil-pontijiet tat-toroq għalbiex jiżguraw il-kontinwità tal-wiċċ ta' fuq, il-kontinwità tal-kapaċità li jifilħu t-traffiku u biex jakkomodaw il-moviment tal-pontijiet. -------------------------------------------------- ANNESS II Il-familja tal-prodotti: il-ġonti ta' l-espansjoni għall-pontijiet tat-toroq Is-sistemi ta' l-attestazzjoni tal-konformità Għall-prodott/i u l-użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, l-EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema/i li ġejja/in dwar l-attestazzjoni tal-konformità mal-linja gwida rilevanti għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej: Is-Sistema 1 : Ara l-Anness III(2)(i) mad-Direttiva 89/106/KEE (CPD) mingħajr il-verifika tal-kampjuni. Il-Prodott | L-Użu maħsub | Il-Livell jew il-Klassi | Is-Sistema ta' l-attestazzjoni tal- konfomità | Il-ġonti ta' l-espansjoni għall-pontijiet tat-toroq | Fil-pontijiet tat-toroq | — | 1 | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata saħansitra meta t-twettiq tax-xogħol ma jkollux il-ħtieġa li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-paragrafu 1.2.3 tad-dokumenti interprettattivi). F'dawk il-każijiet il-verifika ta' din il-karatteristika ma għandhiex tiġi imposta fuq il-fabbrikant jekk ma jixtieqx jiddikjara l-effiċjenza tal-prodott f'dan ir-rigward. --------------------------------------------------