Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2881

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2881/2000 tas-27 ta’ Diċembru 2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 1859/93 dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm importat minn pajjiżi terzi

ĠU L 333, 29.12.2000, p. 71–71 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2881/oj

32000R2881



Official Journal L 333 , 29/12/2000 P. 0071 - 0071


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2881/2000

tas-27 ta’ Diċembru 2000

li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 1859/93 dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm importat minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2699/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tà dan,

Billi:

(1) L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2000 [3], jippreskrivi perjodi għad-dħul ta’ l-applikazzjonijiet għall-liċenzji tà l-importazzjoni tat-tewm li joriġina miċ-Ċina.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/93 [4], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1662/94 [5], jippreskrivi li liċenzji għall-importazzjoni għandhom jibqgħu validi għal 40 ġurnata mid-data tal-ħruġ kif iddeterminat fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament. Minħabba li l-perjodu għad-dħul ta’ l-applikazzjonijiet għall-liċenzji ta’ l-importazzjoni tat-tewm li joriġina miċ-Ċina għal Diċembru 2000 u Jannar 2001 huwa itwal, iż-żmien li l-liċenzji maħruġa għal dak il-perjodu jibqgħu validi għandu jiġi mtawwal jekk l-applikanti jitolbu dan.

(3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tà Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Minkejja l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1859/93, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jtawwlu ż-zmien illi l-liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm li joriġina miċ-Ċina maħruġa għall-perjodu bejn Diċembru 2000 u Jannar 2001 jibqgħu validi, kif jirreferi l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1104/2000 sa 80 ġurnata mid-data tal-ħruġ jekk min għandu l-liċenzja kkonċernata jitlob dan.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 9.

[3] ĠU L 125, tas-26.5.2000, p. 21.

[4] ĠU L 170, tat-13.7.1993, p. 10

[5] ĠU L 176, tad-9.7.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

Top