EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1500

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2000 tal-10 ta' Lulju 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar in-nefqa u d-dħul tal-gvern ġenerali

ĠU L 172, 12.7.2000, p. 3–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1500/oj

32000R1500



Official Journal L 172 , 12/07/2000 P. 0003 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2000

tal-10 ta' Lulju 2000

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar in-nefqa u d-dħul tal-gvern ġenerali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-Sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ESA-95 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 448/98 [2] u b'mod partikolari l-Artikoli 2(2) u 3(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 104(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-budget.

(2) Il-għan tal-kontenut u l-format ta' programmi ta' stabbilità u konverġenza huwa li jippermetti ftehim akbar tal-mogħdijiet tal-bilanċ tal-gvern u ta' l-istrateġija ġenerali tal-budget, u għandu jingħata tagħrif kumplimentari dwar il-proporzjon bejn in-nefqa u d-dħul.

(3) Regoli nazzjonali ta' kontijiet, speċjalment kunċetti ESA-95, huma meqjusa bħala strumenti li jiżguraw il-komparabilità u t-trasparenza tad-data bejn l-Istati Membri.

(4) L-Anness A "Sistema Ewropea ta' kontijiet ESA 1995" tar-Regolament ESA-95 ma jirreferix għan-nefqa u d-dħul tal-gvern iżda jipprovdi qafas sabiex jispeċifikhom b'riferenza għall-lista tal-kategoriji fis-ESA-95.

(5) L-introduzzjoni ta' medji relatati man-nefqa u d-dħul tal-gvern ġenerali teħtieġ emendi relatati mal-programm tat-trasmissjoni ta' data fil-kontijiet nazzjonali.

(6) Trasmissjoni addizzjonali, ta' kull sena f'Marzu, tal-medji ewliena (data annwali) tal-gvern ġenerali tipprovdi tagħrif meħtieġ dwar żviluppi fl-iżbilanċ tal-gvern.

(7) Skond l-Artikolu 2(2) kif ukoll l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2223/96, għandhom jiġu adottati emendi għas-ESA-95 mill-Kummissjoni maħsuba sabiex jikkjarifikaw u jtejbu l-kontenut tiegħu u li jeħtieġu tibdil fid-data mitluba minn għand l-Istati Membri, skond il-proċedura pprovvduta fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(8) Il-Kumitat dwar Statistika Monetarja, Finanzjarja u l-Istatistici ta' Bilanċ ta' Pagamenti, stabbilit bid-Deċiżjoni 91/115/KEE [3], ġie kkonsultat.

(9) Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom [4],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-għan ta' dan r-Regolament preżenti huwa li jipprovdi definizzjoni tan-nefqa u d-dħul ġenerali tal-gvern, li jissuplimenta klassifika ta' transazzjonijiet f' merkanzija u servizzi (P) u ta' transazzjonijiet ta' distribuzzjoni (D) u biex jemenda l-programm tat-trasmissjoni tad-data tal-kontijiet nazzjonali.

L-Artikolu 2

L-Anness A (Sistema Ewropea ta' Kontijiet ESA 1995) u l-Anness B (Programm ta' trasmissjoni ta' data fil-kontijiet nazzjonali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal- 25 Ġunju 1996 għandhom jiġu emendati skond l-Anness tar-Regolament preżenti.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 58, tas-27.2.1998, p. 1.

[3] ĠU L 59, tas-6.3.1991, p. 19.

[4] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi A u B tar-Regolament (KE) Nru 2223/96 għandhom jiġu emendati kif ġej:

1.(a)(b)(ċ)(d)(e)(f)(g)(h) Fl-Anness A:

Fil-Kapitolu 3, taqsima 3.23, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Produzzjoni oħra li mhix għas-suq (P.13) tista' terġa' tinqasam f'żewġ sotto-titoli: "Pagamenti għall-produzzjoni li mhix għas-suq" (P.131), li tikkonsisti f'diversi miżati u ħlasijiet, u "Produzzjoni oħra li mhix għas-suq, oħra", (P.132), li tkopri l-produzzjoni li hija pprovvduta bla ħlas."

Fil-Kapitolu 3, it-taqsimiet 3.79 u 3.96 għandhom jinbidlu b'li ġej:

"3.79 Nefqa finali ta' konsum (P.3) mill-gvern tinkludi żewġ kategoriji ta' nefqa, simili għal dawk minn NPISH:

(a) il-valur tal-merkanzija u s-servizzi prodotti mill-gvern ġenerali nnifsu (P.1) għajr il-formazzjoni ta' kapital ta'kont tiegħu stess (jikkorrispondi għal P.12) u bejgħ. Produzzjoni għas-suq (P.11) u pagamenti għal produzzjoni oħra li mhix għas-suq (P.131);

(b) xiri mill-gvern ġenerali ta' merkanzija jew servizzi prodotti minn produtturi għas-suq li jiġu forniti lil familji taħt saqaf wieħed, mingħajr ebda trasformazzjoni, bħala trasferimenti soċjali f'oġġetti (D.6311 + D.63121 + D.63131). Dan jimplika li l-gvern ġenerali jħallas biss għal merkanzija u servizzi illi l-bejjiegħa jipprovdu lil familji taħt saqaf wieħed."

"3.96 In-nefqa finali f'konsum (P.3) mill-gvern ġenerali jew NPISH hija ugwali għas-somma tal-produzzjoni tagħhom (P.1), flimkien man-nefqa fuq prodotti mogħtija lil familji taħt saqaf wieħed permezz ta' produtturi għas-suq, parti mit-trasferimenti soċjali f'oġġetti (D.6311 + D.63121 + D.63131), imnaqqsin minnhom il-pagamenti minn unitajiet oħra, produzzjoni għas-suq (P.11) u pagamenti għal produzzjoni oħra li mhix għas-suq (P.131), imnaqqsa minnha l-formazzjoni ta' kapital ta'kont tiegħu stess (li jikkorrespondi ma' P.12)."

Fil-Kapitolu 4, taqsima 4 105, it-tielet indent, li għandu x'jaqsam ma'

"Benefiċċji oħra ta' sigurtà soċjali mhux f'oġġetti (D. 6312)"

, għandha tiżdied din is-sentenza:

"Benefiċċji oħra ta' sigurtà soċjali in natura jistgħu għalhekk jerġgħu jinqasmu f'dawk li s-servizz tagħhom huwa prodott minn produtturi għas-suq u mixtri minn unitajiet tal-gvern ġenerali jew NPISH (D.63121), u dawk li s-servizz tagħhom huwa prodott minn produtturi mhux għas-suq (D.63122)."

Fil-Kapitolu 4, taqsima 4 105, ir-raba' indent, li għandu x'jaqsam ma'

"Benefiċċji ta' assistenza soċjali f'oġġetti (D.6313)"

, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Benefiċċji ta' assistenza soċjali f'oġġetti jistgħu għalhekk jerġgħu jinqasmu f'dawk li għalihom is-servizz huwa prodott minn produtturi għas-suq u mixtri minn unitajiet tal-gvern ġenerali jew NPISH (D.63131), u dawk li s-servizz għalihom huwa prodott minn produtturi mhux għas-suq (D.63132)."

Fil-Kapitolu 8, tiġi mdaħħla taqsima ġdida 8.99 (a) kif ġej::

"NEFQA U DĦUL TAL-GVERN ĠENERALI

8.99 (a) In-nefqa u d-dħul tal-gvern ġenerali huma definiti b'riferenza għall-lista tal-kategoriji fis-ESA 95.

Id-dħul tal-gvern jinkludi il-kategoriji ESA 95 li ġejjin, irrekordjati taħt il-parti tal-użu tal-kontijiet tal-gvern generali, minbarra D.3 u D.9 li hija rrekordjata taħt il-parti tar-riżorsi tal-kontijiet tal-gvern generali [1]:

P.2 | Konsum intermedjat |

P.5 | Formazzjoni ta' kapital gross |

D.1 | Kumpensazzjoni tal-impjegati |

D.29 | Taxxi oħra fuq il-produzzjoni |

D.3 | Sussidji, pagabbli |

D.4 | Dħul minn propjetà |

D.5 | Taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-possessjonijiet, eċċ. |

D.62 | Benefiċċji soċjali minbarra trasferimenti soċjali in natura |

D.6311 + D.63121 + D.63131 | Trasferimenti soċjali in natura in konnessjoni ma' nfiq fuq prodotti forniti lid-djar bil-mezz tal-produtturi tas-suq |

D.7 | Trasferimenti kurrenti oħra |

D.8 | Aġġustament għall-bidla fl-ekwità nett tad-djar fir-riservi tal-fondi tal-pensjoni |

D.9 | Trasferimenti tal-kapital, pagabbli |

K.2 | Akkwisti mingħajr iċ-ċessjoni tal-assi li mhumiex prodotti u mhumiex finanzjarji |

Id-dħul tal-gvern jinkludi il-kategoriji ESA 95 li ġejjin, irrekordjati taħt il-parti ta' riżorsi tal-kontijiet tal-gvern generali, minbarra D.39 li hija rrekordjata taħt il-parti tal-użu tal-kontijiet tal-gvern generali:

P.11 | Produzzjoni għas-suq |

P.12 | Produzzjoni għall-użu finali tagħha |

P.131 | Pagamenti għall-produzzjoni l-oħra mhux tas-suq |

D.2 | Taxxi fuq il-produzzjoni u importazzjoni |

D.39 | Sussidji fuq il-produzzjoni, riċevibbli |

D.4 | Dħul minn propjeta |

D.5 | Taxxi kurrenti fuq dħul ġid eċċ |

D.61 | Kontribuzzjonijiet soċjali |

D.7 | Trasferimenti kurrenti oħra |

D.9 | Trasferimenti ta'kapital |

Skond id-definizzjoni, id-differenza bejn in-nefqa ġenerali u d-dħul ġenerali tal-gvern hija self nett (+)/dejn nett (−) tas-settur tal-gvern ġenerali.

It-transazzjonijiet D.41, D.7, D.92 u D.99 jiġu kkonsolidati. It-transazzjonijiet l-oħra ma jiġux ikkonsolidati."

Fl-Anness IV, fi Klassifika ta' transazzjonijiet u ċaqliq ieħor - Transazzjonijiet f'merkanzija u servizzi (prodotti) (P), sotto-titolu P.1 Produzzjoni, għandhom jiżdiedu dawn l-annotazzjonijiet:

"P.131 | Pagamenti ghall-produzzjoni l-ohra li mhix tas-suq |

P.132 | Produzzjoni ohra li mhix tas-suq,ohra" |

Fl-Anness IV, fi Klassifika ta' transazzjonijiet u ċaqliq ieħor - Transazzjonijiet distributtivi (D), sotto-titolu D.6 Kontribuzzjonijiet u benefiċċji soċjali, għandhom jiddaħħlu dawn in-notamenti wara D.6312:

"D.63121 | Benefiċċji soċjali oħra in natura pprovduti minn produtturi ghas-suq |

D.63122 | Benefiċċji soċjali oħra in natura pprovduti minn produtturi mhux ghas-suq" |

Fl-Anness IV, fi Klassifika ta' transazzjonijiet u ċaqliq ieħor - Transazzjonijiet distributtivi (D), sotto-titolu D.6 Kontribuzzjonijiet u benefiċċji soċjali, għandhom jiddaħħlu dawn in-notamenti wara D.6313:

"D.63131 | Benefiċċji ta'assistenza soċjali oħra in natura pprovduti minn produtturi ghas-suq |

D.63132 | Benefiċċji ta'assistenza soċjali oħra in natura pprovduti minn produtturi mhux ghas-suq" |

2.(a)(b)(c)(d)(e) L-Anness B:

Fit-tabella intitolata Ħarsa fil-qosor tat-tabelli, għandu jiddaħħal vers ġdid 3 (a) kif ġej:

"2001 | 3 | 97-00 | Il-medji ewliena tal-gvern ġenerali | 2" |

It-tieni tabella għandha tinbidel b'li ġej:

"Tabella 2 - Medji ewliena tal-gvern ġenerali

Regoli ta' konsolidazzjoni: it-transazzjonijiet D.41, D.7, D.92 u D.99 jiġu kkonsolidati. It-transazzjonijiet l-oħra ma jiġux ikkonsolidati.

"TE = "P.2 + P.5 + D.1P + D.29P + D.3P + D.4P +D.5P + D.62P + D.6311P + D.63121P + D.63131P + D.7P + D.8P + D.9P + K.2

"TR = "P.11 + P.12 + P.131+ D.2R + D.39R + R.4R + D.5R + D.61R+ D.7R + D.9R"

Kodiċi | Lista ta' varjanti | Trasmissjoni fit-t + 3 | Trasmissjoni fit-t + 8 |

P.1 | Produzzjoni | | X |

P.11+P.12 | — Produzzjoni għas-suq u produzzjoni għall-użu tagħha finali | | X |

P.13 | — Produzzjoni oħra mhux għas-suq | | X |

P.131 | — Pagamenti għall-produzzjoni oħra mhux għas-suq | | X |

P.132 | — Other non-market output, other | | X |

P.11+P.12+P.131 | | X | |

P.2 | Konsum intermedjarju | X | X |

B.1G | Valur aġġunt, gross | | X |

K.1 | Konsum ta'kapital fiss | | X |

B.1N | Valur aġġunt, net | | X |

D.1P | Kumpens tal-impjegati, pagabbli | X | X |

D.29P | Taxxi oħra fuq il-produzzjoni, pagabbli | X | X |

D.39R | Sussidji oħra fuq il-produzzjoni, riċevabbli | X | X |

B.2N | Surplus operattiv, nett | | X |

D.2R | Taxxi fuq produzzjoni u oġġetti importati, riċevabbli | X | X |

D.4R | Dħul fuq propjeta,riċevabbli | X | X |

D.3P | Sussidji, pagabbli | X | X |

D.4P | Dħul fuq propjetà, pagabbli | X | X |

D.41P | — Imgħax, pagabbli | X | X |

D.42P + …D.45P | — Dħul ieħor fuq propjetà, pagabbli | X | X |

B.5N | Bilanċ ta' dħul primarju, nett | | X |

D.5R | Taxi kurrenti fuq dħul, ġid, eċċ riċevabbli | X | X |

D.61R | Kontribuzzjonijet soċjali attwali, riċevabbli | X | X |

D.611R | — Kontribuzzjonijet soċjali attwali, riċevabbli | X | X |

D.612 | — Kontribuzzjonijet soċjali moħbija | X | X |

D.7R | Trasferimenti kurrenti oħrajn, riċevabbli | X | X |

D.5P | Taxxi kurrenti fuq dħul, ġid, eċċ pagabbili | X | X |

D.62P | Benefiċċji soċjali li mhumiex trasferimenti soċjali in natura, pagabbli | | X |

D.6311P + D.63121P + D.63131P | Trasferimeni soċjali in natura relatati ma' l-ispiża fuq prodotti forniti lill-familji jgħixu taħt saqaf wieħed permezz ta'produtturi għas-suq | | X |

D.62P + D.6311P + D.63121P + D.63131P + | Produtturi | X | |

D.7P | Trasferimenti kurrenti oħrajn, pagabbli | X | X |

B.6N | Dħul li jintrema, nett | | X |

P.3 | Spiża finali ta' konsum | | X |

P.31 | — Spiża ndividwali ta' konsum | | X |

P.32 | — Spiża kollettiva ta' konsum | | X |

D.8 | Aġġustament għall-bdil fl-ekwita netta tal-familji li jgħixu taħt saqaf wieħed fir-riservi tal-fondi għal-pensjonijet | X | X |

B.8G | Tifdil, gross | X | X |

B.8N | Tifdil, nett | | X |

D.9R | Trasferimenti tal-kapitali, riċevabbli | X | X |

D.91R | — Taxxi tal- kapitali, riċevabbli | X | X |

D.92R + D.99R | — Għotjiet għall- investimenti u trasfermenti kapitali oħrajn, riċevabbli | X | X |

D.9P | Trasferimenti tal- kapital, pagabbli | X | X |

P.5 | Formazzjoni ta' kapital gross | | X |

P.51 | — Formazzjoni ta' kapital fiss gross | X | X |

P.52 + P.53 | — Kambjamenti fl-inventarji u fl-akkwisti mingħajr iċ-ċessjoni tal-oġġetti ta' valur | | X |

K.2 | Akkwisti mingħajr id- iċ-ċessjoni tal-assi mhux finanzjarji u mhux prodotti | | X |

P.5 + K.2 | | X | |

B.9 | Self nett (+)/self nett(−) | X | X |

TE | Nefqa tal-gvern ġenerali totali | X | X |

TR | Dħul tal-gvern ġenerali totali | X | X |

It-tabella 11 għandha tinbidel b'li ġej:

+++++ TIFF +++++

F'

"Derogi li għandhom x'jaqsmu mat-tabelli li għandhom jiġu forniti fil-qafas tal-kwestjonarju ESA 95 skond il-pajjiż, punt 7.1 (L-IRLANDA - Derogi għat-tabelli)"

għandu jiddaħħal vers ġdid 6 (a) kif ġej:Vers gdid 6(a) għandu jiddaħħal kif gej:

"2 | Il-medji ewliena tal-gvern ġenerali | Trasmissjoni fit-t + 3 | Sal-2002" |

F'

"Derogi li għandhom x'jaqsmu mat-tabelli li għandhom jiġu forniti fil-qafas tal-kwestjonarju ESA 95 skond il-pajjiż, punt 10.1 (L-OLANDA - Derogi għat-tabelli)"

għandu jiddaħħal vers ġdid 6 (a) kif ġej:Vers gdid 6(a) għandu jiddaħħal kif gej:

"2 | Il-medji ewliena tal-gvern ġenerali | Trasmissjoni fit-t + 3 | Sal-2003" |

--------------------------------------------------

Top