This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R0814
Council Regulation (EC) No 814/2000 of 17 April 2000 on information measures relating to the common agricultural policy
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta' April 2000 dwar il-miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta' April 2000 dwar il-miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola
ĠU L 100, 20.4.2000, p. 7–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1306
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013R1306 |
Official Journal L 100 , 20/04/2000 P. 0007 - 0009
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta' April 2000 dwar il-miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) L-Artikoli 32 sa 38 tat-Trattat jipprovdu sabiex tiġi implimentata politika komuni agrikola. (2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [3] jistabbilixxi illi l-miżuri maħsuba sabiex jipprovdu tagħrif dwar il-politika komuni agrikola jridu jiġu ffinanzjati mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG. (3) Għandhom jinżammu l-aspetti prattiċi prinċipali tal-politika kurrenti ta' tagħrif dwar il-politika komuni agrikola. (4) L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li japplika għall-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [4] jistipula illi l-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet imdaħħla għal azzjoni sinifikanti Komunitarja teħtieġ att bażiku. Skond il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-bażijiet legali u l-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji [5], jeħtieġ ukoll att bażiku għall-miżuri koperti b'dan ir-Regolament. (5) Spiss il-politika komuni agrikola ma tiġix mifhuma minħabba nuqqas ta' tagħrif. It-triq waħdiena sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrettifikata hija permezz ta' strateġija konsistenti, oġġettiva u komprensiva ta' tagħrif u ta' komunikazzjoni. (6) Il-kwistjonijiet li jiċċirkondaw il-politika komuni agrikola u l-iżvilupp tagħha għandhom jiġu spjegati kemm lill-bdiewa kif ukoll lil partijiet oħra interessati direttament, kif ukoll lill-pubbliku ġenerali, kemm ġewwa u kemm barra l-Komunità. L-implimentazzjoni xierqa tal-politika komuni agrikola tiddependi fil-biċċa l-kbira mill-ispjega mogħtija lill-protagonisti kollha u tqajjem il-ħtieġa ta' l-integrazzjoni tal-miżuri tat-tagħrif, li jitqiesu bħala komponenti tal-maniġġjar ta' din il-politika. (7) Għandhom jiġu definiti l-miżuri ta' prijorità li l-Komunità tista' tappoġġja. (8) L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk li huma mdaħħla fil-biedja u f'erji rurali, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonaijiet għall-protezzjoni ta' l-ambjent għandhom irwol vitali x'jaqdu fit-tagħrif lill-membri tagħhom dwar il-politika komuni agrikola u fit-trasmissjoni ta' l-opinjonijiet tal-Kummissjoni lill-partjiet interessati ġenerali u b'mod partikolari lill-bdiewa. (9) Ġaladarba l-politika komuni agrikola hija l-ewwel mill-politiki integrati tal-Komunità u l-iktar estensiva, għandha tiġi mfissra lill-pubbliku ġenerali. Partijiet oħra x'aktarx li għandhom il-ħila li jippreżentaw proġetti ta' tagħrif illi jgħinu fil-kisba ta' dan il-għan u għandhom għalhekk ikunu eliġibbli li jagħmlu proposti. (10) Il-Kummissjoni jrid ikollha r-riżorsi meħtieġa biex timplimenta l-azzjonijiet ta' tagħrif li tixtieq twettaq fil-qasam tal-biedja. (11) Għalkemm l-attivitajiet li jistgħu jiġu megħjuna skond programmi oħra Komunitarji ma għandhomx jiġu ffinanzjati skond dan ir-Regolament, għandha madankollu tiġi inkoraġġita l-kumplimentarjetà ta' dawn l-attivitajiet ma' inizjattivi oħra tal-Komunità. (12) Il-miżuiri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni [6], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-Komunità tista' tiffinanzja miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola li jimmiraw, b'mod partikolari, biex: (a) jgħinu, minn banda waħda, biex jispjegaw u, mill-banda l-oħra, biex jimplimentaw u jiżviluppaw din il-politika, (b) jippromwovu l-mudell Ewropew tal-biedja u jgħinu lill-poplu jifhimha, (ċ) jinformaw lill-bdiewa u lil partijiet oħra attivi f'erji rurali, (d) iqajmu l-għarfien pubbliku dwar il-kwistjonijiet u l-għanijiet immedjati ta' din il-politika. Dawn l-azzjonijiet jimmiraw li jfornu tagħrif koerenti, oġġettiv u komprensiv, kemm ġewwa u kemm barra l-Komunità, sabiex jagħtu stampa ġenerali ta' din il-politika. L-Artikolu 2 1. Il-miżuri riferiti fl-Artikolu 1 jistgħu jkunu: (a) programmi annwali ta' xogħol ppreżentati, partikolarment, minn orgnizzazzjonijiet tal-bdiewa jew ta' l-iżvilupp rurali, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u assoċjazzjonijiet tal-protezzjoni ta' l-ambjent, (b) miżuri speċifiċi ppreżentati minn kull parti għajr dawk riferiti f’(a), b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri, il-medja tax-xandir u l-universitajiet, (ċ) attivitajiet implimentati fuq l-inizjattiva tal-Komunità. 2. Ir-rata massima tal-finanzjament għall-miżuri riferiti fil-paragrafu 1(a) u (b) għandha tkun ta' 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. Madankollu, ir-rata tista' tiġi miżjuda sa 75 % f'każijiet eċċezzjonali, li jridu jiġu speċifikati f'Regolament ta' implimentazzjoni. 3. Il-miżuri li ġejjin ma jistgħux jirċievu finanzjament mill-Kommnità provvdut fl-Artikolu 1: (a) miżuri meħtieġa bil-liġi, (b) miżuri li digà jirċievu finanzjament minn ħidma oħra Komunitarja. 4. Biex jiġu implimentati l-attivitajiet riferiti fil-paragrafu 1(ċ), il-Kummissjoni tista' tagħmel użu minn kull għajnuna teknika u amministrattiva li teħtieġ. L-Artikolu 3 1. Il-miżuri eliġibbli skond l-Artikolu 2 għandhom jinkludu, b'mod partikolari, taħdidiet, seminars, viżiti ta' tagħrif, azzjonijiet mill-medja tax-xandir, parteċipazzjoni f'okkażjonijiet internazzjonali u programmi għall-iskambju ta' l-esperjenzi. 2. Il-miżuri riferiti fl-Artikolu 2 għandhom jiġu magħżula fuq il-bażi ta' kriterji ġenerali bħalma huma: (a) il-kwalità tal-proġett, (b) l-effettività tan-nefqa (cost effectiveness). L-Artikolu 4 Il-finanzjament Komunitarju riferit fl-Artikolu 1 ma għandux jaqbeż l-approprjazzjonijiet annwali deċiżi mill-awtorità ta' l-estimi finanzjarji. L-Artikolu 5 Il-Kummissjoni għandha tiżgura illi l-miżuri u l-proġetti Komunitarji implimentati skond dan ir-Regolament huma konsistenti ma' l-azzjoni Komunitarja u jikkumplimentawha. L-Artikolu 6 Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tikkontrolla l-miżuri ffinanzjati skond dan ir-Regolament sabiex tiżgura illi jiġu implimentati kif jixraq u b'effiċjenza. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jiġu awtorizzati li jagħmlu kontrolli fuq il-post dwar dawn il-miżuri, inkluż bit-teħid ta' kampjuni. L-Artikolu 7 Fejn tiġġudika li huwa approprjat, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri ffinanzjati skond dan ir-Regolament. L-Artikolu 8 Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-ewwel rapport jrid jiġi ppreżentat l-iktar tard sal-31 ta' Diċembru 2001. L-Artikolu 9 Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament, inkluża kull miżura transitorja li tista' tinħtieġ, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2). L-Artikolu 10 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanziji stabbilit bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-"Kumitat"). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu taż-żmien stabbilit bl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. 4. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat dwar il-miżuri maħsuba bil-quddiem u meħuda skond dan ir-Regolament. L-Artikolu 11 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fis-17 ta' April 2000. Għall-Kunsill Il-President L. Capoulas Santos [1] ĠU C 376 E, tat-28.12.1999, p. 40. [2] Opinjoni mogħtija fi (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) [3] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103. [4] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2779/98 (ĠU L 347, tat-23.12.1998, p. 3). [5] ĠU C 344, tat-12.11.1998, p. 1. [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. --------------------------------------------------