EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000L0018
Directive 2000/18/EC of the European Parliament and of the Council of 17 April 2000 on minimum examination requirements for safety advisers for the transport of dangerous goods by road, rail or inland waterway
Id-Direttiva2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2000 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni
Id-Direttiva2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2000 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni
ĠU L 118, 19.5.2000, p. 41–43
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2008; Imħassar b' 32008L0068
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32008L0068 |
Official Journal L 118 , 19/05/2000 P. 0041 - 0043
Id-Direttiva2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2000 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(1)(ċ) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni, Jaġixxu bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], (1) Billi t-titjib fis-sigurtà tat-trasport u l-protezzjoni ta' l-Ambjent, speċjalment fil-kuntest tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, huma suġġetti importanti, kif inhu l-element uman fl-operazzjoni tas-sigurtà ta' dawn il-modi ta' trasport. (2) Billi skond it-Termini tad-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ħatra u l-kwalifika vokazzjonali tal-konsulenti tas-sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni [4], l-impriża kollha li l-attivitajiet tagħhom jinkludu t-trasport ta' merkanzija perikoluża, kif ukoll it-tagħbija u l-ħatt relatati ma dak it-tip ta' trasport, huma obligati jappontaw wieħed jew iżjed konsulenti tas-sigurtà. L-imsemmija Direttiva ma fihiex xi dispożizzjonijet iddettaljati immirati għall-armonizazzjoni tal-ħtiġijiet ta' l-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà jew xi dispożizzjonijet applikabli għall-entitajiet ta' l-eżami. (3) Billi l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura minima komuni għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà u l-kondizzjonijet għall-entitajiet ta' l-eżami biex jiggarantixxu ċertu livell ta' kwalità u biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati KE tat-taħriġ. (4) Billi l-eżami tal-konsulenti tas-siġurtà għandu bħala minimu jinkludi test bil-miktub li jikkonsisti f'mistoqsijiet li jirrelataw għall-inqas mas-suġġetti elenkati fl-Anness II tad-Diretiva 96/35/KE u studju fuq każijiet li fihom il-kandidati jkunu jistgħu juru li huma għandhom l-abilita' biex iwettqu l-ħidmiet ta' konsulenti tas-sigurtà. (5) Billi l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kandidati li għandhom l-intenzjoni biex jaħdmu għall-impriżi li l-attivitajiet huma kkonċernati biss ma merkanzija perikoluża speċifiċi għandhom ikunu eżaminati biss fuq materji ta' suġġetti relatati ma' l-attivitajiet tagħhom. F'dan il-każ, iċ-ċertifikat KE tat-taħriġ għandu jindika b'mod ċar il-limiti tal-validità tiegħu. (6) Billi l-eżami organizzat mill-entitajiet ta' l-eżamijiet għandu jkun bla ħsara għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterja applikabbli għall-entitajiet ta' l-eżamijiet għandha tkun teknikament kompetenti, ta' fiduċja u indipendenti. (7) Billi l-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: IL-KAPITOLU I Skop u definizzjonijiet L-Artikolu 1 1. Din id-Diretiva tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi għall-eżami meħtieġ biex ikun akkwistat iċ-ċertifikat KE tat-taħriġ bħala konsulent tas-sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża li hemm provvediment dwarhom fid-Direttiva 96/35/KE. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jassiguraw li l-konsulenti tas-sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża ikunu eżaminati b'tali mod li huma jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet minimi. L-Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva: (a) "konsulent tas-sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża", minn hawn 'il quddiem riferut bħala "konsulent", għandha tfisser kwalunkwe persuna speċifikata fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 96/35/KE; (b) "merkanzija perikoluża" għandha tfisser merkanzija definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 94/55/KE [5] u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/49/KE [6]; (ċ) "impriża" għandha tfisser l-impriża speċifikata fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 96/35/KE; (d) "eżami" għandu jfisser l-eżami speċifikat fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 96/35/KE; (e) "entità ta' l-eżamijiet" għandha tfisser kwalunwe entità maħtura mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex torganizza l-eżamijiet; (f) "ċertifikat KE" għandu jfisser iċ-ċertifikat stabbilit b'konformità mal-mudell mogħti fl-Anness III mad-Direttiva 96/35/KE. IL-KAPITOLU II L-Eżamijiet L-Artikolu 3 1. L-awtorità kompetenti jew l-entità ta' l-eżamijiet għandha torganizza l-eżami obbligatorju bil-miktub li hi tista' tissuplimenta b'eżami orali biex tivverifika jekk il-kandidati għandhomx il-livell neċessarju tat-tagħrif meħtieġ biex iwetqu l-ħidmiet ta' konsulenti sabiex jakkwistaw iċ-ċertifikat KE. 2. L-eżami obligatorju għandu jikkonsisti f'test bil-miktub addattat skond il-mod(i) tat-trasport li fir-rigward tiegħu ċ-ċertifikat KE ikun maħruġ. 3. (a) Il-kandidat għandu jingħata kwestjonarju. Dan għandu jikkonsisti f'mill-inqas 20 mistoqsija miftuħa li jirrelataw, bi qbil ma' l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 96/35/KE, mill-inqas mas-suġġetti elenkati fl-Anness II ta' l-imsemmija Direttiva. Madanakollu, użu jista' jsir minn mistoqsijiet multiple choice. F'dan il-każ, żewġ mistoqsijiet multiple choice għandhom ikunu egwali għal mistoqsija waħda miftuħa. Fost dawn is-suġġetti, attenzjoni partikolari, xierqa għall-mod tat-trasport ikkonċernat, għandu jingħata lil dawn it-topiċi segwenti: - prevenzjoni ġenerali u miżuri tas-sigurtà, - il-klassifikazzjoni ta' merkanzija perikoluża, - il-ħtiġijiet ġenerali ta' l-imballaġġ, inklużi tankijiet, tankijiet kontenituri u tankijiet tal-ferrovija, - markar ta' perikolu u tikketti, - referenzi fid-dokumenti tat-trasport, - tqandil u ħażna, - it-taħriġ vokazzjonali ta' l-ekwipaġġ, - karti tal-vetturi u ċ-ċertifikati tat-trasport, - istruzzjonijet tas-sigurtà, - ħtiġijiet tat-tagħmir tat-trasport. (b) Kandidati għandhom jagħmlu studju ta' każ eżemplarju b'konnessjoni ma' l-Anness I tad-Direttiva 96/35/KE fejn huma jkunu jistgħu juru li huma għandhom l-abilità biex iwetqu d-doveri ta' konsulent. (ċ) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li kandidati li għandhom l-intenzjoni li jaħdmu għall-impriżi speċjalizzati fit-trasport ta' ċerti tipi ta' merkanzija perikoluża għandhom ikunu eżaminati, bi qbil ma' l-Anness II tad-Direttiva 96/35/KE, biss dwar il-materji li jirrigwardjaw l-attivitajiet tagħhom. Dawn it-tipi ta' merkanzija għandhom ikunu: - Klassi 1 (esplussivi), - klassi 2 (gassijiet), - klassi 7 (materjal radju-attiv), - klassijiet 3, 4.1, 4.2, 4.3, 5.1, 5.2, 6.1, 6.2, 8 u 9 (solidi u likwidi), - Numri UN 1202, 1203, 1223 (żjut minerali). L-intestatura taċ-ċertifikat KE għandha tkun kjarament indikata jiġifieri valida biss għat-tipi ta' merkanzija perikoluża li hemm referenza dwarhom f'dan il-paragrafu u dwar liema l-konsulent ikun ġie eżaminat b'mod konformi mal-ħtiġijiet definiti f'(a) u (b). 4. L-awtoritajiet kompetenti jew l-entità ta' l-eżamijiet għandha gradwalment tistabilixxi kompendju ta' mistoqsijiet li kienu ġew inklużi fl-eżami. IL-KAPITOLU III Il-kriterja applikabbli għall-entitajiet ta' l-eżamijiet L-Artikolu 4 1. Jekk l-Istati Membri ma jiħdux responsabilità diretta għall-organizazzjoni ta' l-eżami, huma għandhom jappuntaw entitajiet ta' l-eżamijiet fuq il-bażi tal-kriterja segwenti: (a) kompetenzà ta' l-entità ta' l-eżamijiet; (b) speċifikazzjoni ta' l-arranġamenti ta' l-eżami proposti mill-entità ta' l-eżamijiet; (ċ) miżuri maħsuba biex jassiguraw l-imparzjalità ta' l-eżamijiet; (d) indipendenza ta' l-entità fir-rigward ta' kwalunkwe persuna naturali jew legali li jimpjegaw il-konsulenti. 2. L-entità ta' l-eżamijiet approvata għandha tkun innominata bil-mikub. Din l-approvazzjoni tista' tkun ta' żmien limitat. L-Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-xulxin fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Kull Stat Membru għandu jissottometti fuq bażi regolari lejn il-Kummissjoni il-kompendju ta' mistoqsijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(4). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan. IL-KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet finali L-Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'referenza bħal din fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbbilixxu l-manjiera li biha dawn ir-referenzi għandhom isiru. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva. L-Artikolu 7. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-ĠurnalUffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 8 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta' April 2000. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President L. Capoulas Santos [1] ĠU C 148, ta' l-14.5.1998, p. 21, u ĠU C 52, tat-23.2.1999, p. 16. [2] ĠU C 407, tat-28.12.1998, p. 118. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 1998 (ĠU C 341, tad-9.11.1998, p. 29), ikkonfermata fis-16 ta' Settembru 1999, il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-29 ta' Marzu 1999 (ĠU C 36, tat-8.2.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2000 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2000. [4] ĠU L 145, tad-19.6.1996, p. 10 [5] Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7). Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/86/KE (ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 43 u ĠU L 251, tal-15.9.1997, p. 1). [6] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 Lulju 1996 dwar l-armonizazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25). Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/87/KE (ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 45). --------------------------------------------------