EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0018

Id-Direttiva2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2000 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni

OJ L 118, 19.5.2000, p. 41–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 005 P. 31 - 33
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 005 P. 31 - 33
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 005 P. 31 - 33
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 005 P. 31 - 33
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 005 P. 31 - 33
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 005 P. 31 - 33
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 005 P. 31 - 33
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 005 P. 31 - 33
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 005 P. 31 - 33
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 007 P. 182 - 184
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 007 P. 182 - 184

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2008; Imħassar b' 32008L0068

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/18/oj

32000L0018



Official Journal L 118 , 19/05/2000 P. 0041 - 0043


Id-Direttiva2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-17 ta' April 2000

dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(1)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Jaġixxu bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

(1) Billi t-titjib fis-sigurtà tat-trasport u l-protezzjoni ta' l-Ambjent, speċjalment fil-kuntest tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, huma suġġetti importanti, kif inhu l-element uman fl-operazzjoni tas-sigurtà ta' dawn il-modi ta' trasport.

(2) Billi skond it-Termini tad-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ħatra u l-kwalifika vokazzjonali tal-konsulenti tas-sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni [4], l-impriża kollha li l-attivitajiet tagħhom jinkludu t-trasport ta' merkanzija perikoluża, kif ukoll it-tagħbija u l-ħatt relatati ma dak it-tip ta' trasport, huma obligati jappontaw wieħed jew iżjed konsulenti tas-sigurtà. L-imsemmija Direttiva ma fihiex xi dispożizzjonijet iddettaljati immirati għall-armonizazzjoni tal-ħtiġijiet ta' l-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà jew xi dispożizzjonijet applikabli għall-entitajiet ta' l-eżami.

(3) Billi l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura minima komuni għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà u l-kondizzjonijet għall-entitajiet ta' l-eżami biex jiggarantixxu ċertu livell ta' kwalità u biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati KE tat-taħriġ.

(4) Billi l-eżami tal-konsulenti tas-siġurtà għandu bħala minimu jinkludi test bil-miktub li jikkonsisti f'mistoqsijiet li jirrelataw għall-inqas mas-suġġetti elenkati fl-Anness II tad-Diretiva 96/35/KE u studju fuq każijiet li fihom il-kandidati jkunu jistgħu juru li huma għandhom l-abilita' biex iwettqu l-ħidmiet ta' konsulenti tas-sigurtà.

(5) Billi l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kandidati li għandhom l-intenzjoni biex jaħdmu għall-impriżi li l-attivitajiet huma kkonċernati biss ma merkanzija perikoluża speċifiċi għandhom ikunu eżaminati biss fuq materji ta' suġġetti relatati ma' l-attivitajiet tagħhom. F'dan il-każ, iċ-ċertifikat KE tat-taħriġ għandu jindika b'mod ċar il-limiti tal-validità tiegħu.

(6) Billi l-eżami organizzat mill-entitajiet ta' l-eżamijiet għandu jkun bla ħsara għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterja applikabbli għall-entitajiet ta' l-eżamijiet għandha tkun teknikament kompetenti, ta' fiduċja u indipendenti.

(7) Billi l-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-implementazzjoni ta' din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

Skop u definizzjonijiet

L-Artikolu 1

1. Din id-Diretiva tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi għall-eżami meħtieġ biex ikun akkwistat iċ-ċertifikat KE tat-taħriġ bħala konsulent tas-sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża li hemm provvediment dwarhom fid-Direttiva 96/35/KE.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jassiguraw li l-konsulenti tas-sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża ikunu eżaminati b'tali mod li huma jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet minimi.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "konsulent tas-sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża", minn hawn 'il quddiem riferut bħala "konsulent", għandha tfisser kwalunkwe persuna speċifikata fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 96/35/KE;

(b) "merkanzija perikoluża" għandha tfisser merkanzija definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 94/55/KE [5] u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/49/KE [6];

(ċ) "impriża" għandha tfisser l-impriża speċifikata fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 96/35/KE;

(d) "eżami" għandu jfisser l-eżami speċifikat fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 96/35/KE;

(e) "entità ta' l-eżamijiet" għandha tfisser kwalunwe entità maħtura mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex torganizza l-eżamijiet;

(f) "ċertifikat KE" għandu jfisser iċ-ċertifikat stabbilit b'konformità mal-mudell mogħti fl-Anness III mad-Direttiva 96/35/KE.

IL-KAPITOLU II

L-Eżamijiet

L-Artikolu 3

1. L-awtorità kompetenti jew l-entità ta' l-eżamijiet għandha torganizza l-eżami obbligatorju bil-miktub li hi tista' tissuplimenta b'eżami orali biex tivverifika jekk il-kandidati għandhomx il-livell neċessarju tat-tagħrif meħtieġ biex iwetqu l-ħidmiet ta' konsulenti sabiex jakkwistaw iċ-ċertifikat KE.

2. L-eżami obligatorju għandu jikkonsisti f'test bil-miktub addattat skond il-mod(i) tat-trasport li fir-rigward tiegħu ċ-ċertifikat KE ikun maħruġ.

3. (a) Il-kandidat għandu jingħata kwestjonarju. Dan għandu jikkonsisti f'mill-inqas 20 mistoqsija miftuħa li jirrelataw, bi qbil ma' l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 96/35/KE, mill-inqas mas-suġġetti elenkati fl-Anness II ta' l-imsemmija Direttiva. Madanakollu, użu jista' jsir minn mistoqsijiet multiple choice. F'dan il-każ, żewġ mistoqsijiet multiple choice għandhom ikunu egwali għal mistoqsija waħda miftuħa.

Fost dawn is-suġġetti, attenzjoni partikolari, xierqa għall-mod tat-trasport ikkonċernat, għandu jingħata lil dawn it-topiċi segwenti:

- prevenzjoni ġenerali u miżuri tas-sigurtà,

- il-klassifikazzjoni ta' merkanzija perikoluża,

- il-ħtiġijiet ġenerali ta' l-imballaġġ, inklużi tankijiet, tankijiet kontenituri u tankijiet tal-ferrovija,

- markar ta' perikolu u tikketti,

- referenzi fid-dokumenti tat-trasport,

- tqandil u ħażna,

- it-taħriġ vokazzjonali ta' l-ekwipaġġ,

- karti tal-vetturi u ċ-ċertifikati tat-trasport,

- istruzzjonijet tas-sigurtà,

- ħtiġijiet tat-tagħmir tat-trasport.

(b) Kandidati għandhom jagħmlu studju ta' każ eżemplarju b'konnessjoni ma' l-Anness I tad-Direttiva 96/35/KE fejn huma jkunu jistgħu juru li huma għandhom l-abilità biex iwetqu d-doveri ta' konsulent.

(ċ) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li kandidati li għandhom l-intenzjoni li jaħdmu għall-impriżi speċjalizzati fit-trasport ta' ċerti tipi ta' merkanzija perikoluża għandhom ikunu eżaminati, bi qbil ma' l-Anness II tad-Direttiva 96/35/KE, biss dwar il-materji li jirrigwardjaw l-attivitajiet tagħhom.

Dawn it-tipi ta' merkanzija għandhom ikunu:

- Klassi 1 (esplussivi),

- klassi 2 (gassijiet),

- klassi 7 (materjal radju-attiv),

- klassijiet 3, 4.1, 4.2, 4.3, 5.1, 5.2, 6.1, 6.2, 8 u 9 (solidi u likwidi),

- Numri UN 1202, 1203, 1223 (żjut minerali).

L-intestatura taċ-ċertifikat KE għandha tkun kjarament indikata jiġifieri valida biss għat-tipi ta' merkanzija perikoluża li hemm referenza dwarhom f'dan il-paragrafu u dwar liema l-konsulent ikun ġie eżaminat b'mod konformi mal-ħtiġijiet definiti f'(a) u (b).

4. L-awtoritajiet kompetenti jew l-entità ta' l-eżamijiet għandha gradwalment tistabilixxi kompendju ta' mistoqsijiet li kienu ġew inklużi fl-eżami.

IL-KAPITOLU III

Il-kriterja applikabbli għall-entitajiet ta' l-eżamijiet

L-Artikolu 4

1. Jekk l-Istati Membri ma jiħdux responsabilità diretta għall-organizazzjoni ta' l-eżami, huma għandhom jappuntaw entitajiet ta' l-eżamijiet fuq il-bażi tal-kriterja segwenti:

(a) kompetenzà ta' l-entità ta' l-eżamijiet;

(b) speċifikazzjoni ta' l-arranġamenti ta' l-eżami proposti mill-entità ta' l-eżamijiet;

(ċ) miżuri maħsuba biex jassiguraw l-imparzjalità ta' l-eżamijiet;

(d) indipendenza ta' l-entità fir-rigward ta' kwalunkwe persuna naturali jew legali li jimpjegaw il-konsulenti.

2. L-entità ta' l-eżamijiet approvata għandha tkun innominata bil-mikub. Din l-approvazzjoni tista' tkun ta' żmien limitat.

L-Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-xulxin fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Kull Stat Membru għandu jissottometti fuq bażi regolari lejn il-Kummissjoni il-kompendju ta' mistoqsijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(4). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan.

IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'referenza bħal din fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbbilixxu l-manjiera li biha dawn ir-referenzi għandhom isiru.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 7.

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-ĠurnalUffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta' April 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

L. Capoulas Santos

[1] ĠU C 148, ta' l-14.5.1998, p. 21, u ĠU C 52, tat-23.2.1999, p. 16.

[2] ĠU C 407, tat-28.12.1998, p. 118.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 1998 (ĠU C 341, tad-9.11.1998, p. 29), ikkonfermata fis-16 ta' Settembru 1999, il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-29 ta' Marzu 1999 (ĠU C 36, tat-8.2.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2000 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2000.

[4] ĠU L 145, tad-19.6.1996, p. 10

[5] Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7). Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/86/KE (ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 43 u ĠU L 251, tal-15.9.1997, p. 1).

[6] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 Lulju 1996 dwar l-armonizazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25). Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/87/KE (ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 45).

--------------------------------------------------

Top