This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000L0012
Directive 2000/12/EC of the European Parliament and of the Council of 20 March 2000 relating to the taking up and pursuit of the business of credit institutions
Direttiva 2000/12/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu
Direttiva 2000/12/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu
ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1–59
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2006; Imħassar b' 32006L0048
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31973L0183 | ||||
Repeal | 31977L0780 | ||||
Repeal | 31985L0345 | ||||
Repeal | 31986L0137 | ||||
Repeal | 31986L0524 | ||||
Repeal | 31989L0299 | ||||
Repeal | 31989L0646 | ||||
Repeal | 31989L0647 | ||||
Repeal | 31991L0031 | ||||
Repeal | 31991L0633 | ||||
Repeal | 31992L0016 | ||||
Repeal | 31992L0030 | ||||
Repeal | 31992L0121 | ||||
Repeal | 31994L0007 | ||||
Repeal | 31995L0015 | ||||
Repeal | 31995L0026 | Revoka parzjali | artikolu 4.4 | 15/06/2000 | |
Repeal | 31995L0026 | Tħassir | artikolu 3.2 | 15/06/2000 | |
Repeal | 31995L0026 | Tħassir | artikolu 4.5.1 | 15/06/2000 | |
Repeal | 31995L0026 | Revoka parzjali | artikolu 4.3 | 15/06/2000 | |
Repeal | 31995L0026 | artikolu 1.1 | 15/06/2000 | ||
Repeal | 31995L0026 | Tħassir | artikolu 2.1.1 | 15/06/2000 | |
Repeal | 31995L0026 | Revoka parzjali | artikolu 4.2 | 15/06/2000 | |
Repeal | 31995L0067 | ||||
Repeal | 31996L0010 | ||||
Repeal | 31996L0013 | ||||
Repeal | 31998L0032 | ||||
Repeal | 31998L0033 | artikolu 1.1 | 15/06/2000 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32000L0012R(01) | (EN) | |||
Modified by | 32000L0028 | Emenda | artikolu 1.1 | 27/10/2000 | |
Modified by | 32000L0028 | Żieda | artikolu 33 BIS | 27/10/2000 | |
Modified by | 32002L0087 | Sostituzzjoni | artikolu 51.3 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Sostituzzjoni | artikolu 1.9 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Sostituzzjoni | artikolu 1.22 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Emenda | artikolu 52.2 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Tlestija | artikolu 56.7 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Żieda | artikolu 54 BI | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Tlestija | artikolu 54.1 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Sostituzzjoni | artikolu 16.2 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Żieda | artikolu 55 BI | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Tlestija | artikolu 12 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Emenda | artikolu 34.2 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Żieda | artikolu 56 BI | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Sostituzzjoni | artikolu 1.21 | 11/02/2003 | |
Modified by | 32002L0087 | Emenda | artikolu 54.4 | 11/02/2003 | |
Modified by | 12003TN02/03 | Tlestija | artikolu 2.3 | 01/05/2004 | |
Modified by | 32004L0039 | Tlestija | anness 1 | 30/04/2004 | |
Modified by | 32004L0069 | Sostituzzjoni | ART1 PT 19 | 18/05/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Emenda | artikolu 2.5 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Emenda | artikolu 52.9 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Emenda | artikolu 56 BIS | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Sostituzzjoni | artikolu 2.4 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Sostituzzjoni | artikolu 60.2 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | abolizzjoni | titolu 4 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Emenda | artikolu 64.6 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Emenda | artikolu 49.2 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Sostituzzjoni | artikolu 25.3 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Emenda | artikolu 62.2 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32005L0001 | Emenda | artikolu 24.2 | 13/04/2005 | |
Modified by | 32006L0029 | Emenda | artikolu 2.3 | 29/03/2006 | |
Repealed by | 32006L0048 |
Official Journal L 126 , 26/05/2000 P. 0001 - 0059
Id-Direttiva 2000/12/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel u t-tielet sentenzi ta' l-Artikolu 47(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [1], Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 73/183/KEE tat-28 ta' Ġunju 1973 dwar l-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' self-employed ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3], l-ewwel Direttiva tal-Kunsill (77/780/KEE) tat-12 ta' Diċembru 1977 dwar il-koordinament ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjoni ta' kreditu [4], id-Direttiva tal-Kunsill 89/299/KEE tas-17 ta'April 1989 dwar il-fondi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu [5], it-tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE tal-15 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinament ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu [6], id-Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar ir-rata ta' likwidità Għall-istituzzjoni ta' kreditu [7], id-Direttiva tal-Kunsill 92/30/KEE tas-6 ta'April 1992 dwar is-superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu fuq il-bażi ta' konsolidazzjoni [8], u d-Direttiva tal-Kunsill 92/121/KEE tal-21 ta' Dicembru 1992 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' l-istituzzjoni ta' kreditu b'riskji kbar [9] kienu ta' spiss u sostanzjalment emendati. Għal raġunijiet ta' kjarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttivi għalhekk, għandhom ikunu kkodifikati u miġbura f'test wieħed. (2) Skond it-Trattat, kull trattament diskriminatorju f'dak li għandu x'jaqsam ma’ stabbiliment u mall-provvista ta' servizzi, ibbażat jew fuq in-nazzjonalità jew fuq il-fatt li l-intrapriża ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru fejn ikunu ipprovduti s-servizzi, hija pprojbita. (3) Sabiex tkun aktar faċli li jinbeda u jkun eżerċitat in-negozju ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, huwa meħtieġ li jkunu eliminati d-differenzi li l-aktar joħolqu ostakoli bejn il-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġijiet li għalihom dawn l-istituzzjoni huma suġġetti. (4) Din id-Direttiva tikkonstitwixxi l-istrument essenzjali għall-ħolqien tas-suq intern, pass iddeterminat mill-Att Singolu Ewropew u mniżżel fil-forma ta' skeda ta' żmien mill-White Paper tal-Kummissjoni, mill-punto di vista kemm tal-libertà ta' stabbiliment u wkoll tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam ta' l-istituzzjoni ta' kreditu. (5) Miżuri biex ikunu kkoordinati l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom, kemm sabiex jipproteġu t-tfaddil u wkoll biex jinħolqu kondizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni bejn dawn l-istituzzjonijiet, huma applikabbli għalihom kollha. Għandha tingħata attenzjoni xierqa, fejn approprjat, għad-differenzi objettivi fl-istatuti tagħhom u għall-għanijiet xierqa kif imniżżla fil-liġijiet nazzjonali. (6) L-iskop ta' dawk il-miżuri għandu għalhekk ikun wiesa' kemm jista' jkun, li jkopri l-istituzzjonijiet kollha li x-xogħol tagħhom huwa li jirċievu fondi ri-pagabbli mill-pubbliku, sew jekk f'għamla ta' depositi jew f'għamliet oħra bħalma huma’ l-ħruġ ta' bonds u titoli kumparabbli u li jingħataw krediti għall-akkont tagħhom. Eċċezzjonijiet għandhom ikunu ipprovduti fil-każ ta' ċerti l-istituzzjonijiet ta' kreditu li dwarhom din id-Direttiva ma tistax tkun applikabbli. Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jipprovdu għal awtorizzazzjonijiet supplementari speċjali li jippermettu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post dwar attivitajiet speċifiċi jew li jidħlu għal operazzjonijiet ta' tip speċifiku. (7) L-approċċ li kien ġie adottat huwa biex tintlaħaq biss l-armonizzazzjoni essenzjali meħtieġa u suffiċjenti biex tassigura l-rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjoni u sistemi ta' superviżjoni prudenti, li jagħmlu possibli l-għoti ta' liċenzja singola li tkun rikonoxxuta matul il-Komunità u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' superviżjoni prudenti mill-Istat Membru tal-lokal. Għalhekk, il-ħtieġa li programm ta' operazzjonijiet għandu jkun prodott u għandu jidher sempliċement bħala fattur li jawtorizza lill-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu fuq il-bażi ta' informazzjoni aktar eżatta bl-użu ta' kriterji objettivi. Miżura ta' flessibilità tista’ madankollu tkun possibli fir-rigward tal-ħtiġiet fuq l-għamla legali ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu għall-protezzjoni ta' l-ismijiet bankarji. (8) Ħtiġiet finanzjarji ekwivalenti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu huma meħtieġa biex jassiguraw salvagwardji simili għal dawk li jfaddlu u kondizzjonijiet xierqa ta' kompetizzjoni bejn gruppi kumparabbli ta' l-istituzzjoni ta' kreditu. Sakemm iseħħ aktar koordinament, strutturi xierqa relattivi għandhom ikunu fformulati biex jagħmluha possibli fil-qafas ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali li josservaw, bi qbil ma’ metodi normali, il-pożizzjoni ta' tipi kumparabbli ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. Din il-proċedura għandha tgħin biex twassal għall-approsimazzjoni gradwali tas-sistemi ta' koeffiċjenti stabbiliti u applikati mill-Istati Membri. Huwa meħtieġ, madankollu, li ssir distinzjoni bejn koeffiċjenti maħsuba biex jassiguraw l-amministrazzjoni soda ta' l-istituzzjoni ta' kreditu u dawk stabbiliti għall-iskopijiet ta' strateġija ekonomika u monetarja. (9) Il-prinċipji ta' rikonoxximent reċiproku u is-superviżjoni mill-Istat Membru tal-lokalità jenħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru m'għandhomx jagħtu jew għandhom jirtiraw awtorizzazzjoni meta fatturi bħalma huwa l-kontenut ta' programmi ta' attivitajiet, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet attwalment imwettqa, jindikaw ċar li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun għażlet għas-sistema legali ta' Stat Membru partikolari bl-iskop li tevita normi aktar stretti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu hi twettaq jew ikollha l-ħsieb li twettaq il-parti l-kbira ta' l-attivitajiet tagħha. L-istituzzjoni ta' kreditu li hija persuna legali għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru ta' fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. L-istituzzjoni ta' kreditu li mhijiex persuna legali għandha jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Istat Membru ta' fejn tkun awtorizzata. Minbarra dan, l-Istati Membri jistgħu jenħtieġu li l-uffiċċju prinċipali ta' l-istituzzjoni ta' kreditu dejjem ikun jinsab fl-Istat Membru attwali u li din attwalment topera hemmhekk. (10) L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jawtorizzaw jew li jkomplu jawtorizzaw l-istituzzjoni ta' kreditu meta jkun hemm il-possibilità li jkunu mfixkla milli effettivament iwettqu l-funzjonijiet ta' superviżjoni tagħhom minħabba rabtiet mill-qrib bejn din l-istituzzjoni u persuni oħra naturali jew legali. L-istituzzjonijiet ta' kreditu diġà awtorizzati għandhom ukoll jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti f'dan ir-rigward. Id-definizzjoni "rabtiet mill-qrib" f'din id-Direttiva tesiġi l-kriterja minima. Din m'għandiex tfixkel lill-Istati Membri milli japlikaw dwarha sitwazzjonijiet oħra apparti minn dawk maħsuba b'din id-definizzjoni. Il-fatt uniku li jkun akkwistat proporzjon sinifikanti tal-kapital tal-kumpannija ma jikkonstitwix parteċipazzjoni, fil-qofol ta' dak li jfisser "rabtiet mill-qrib", jekk dik l-azjenda tkun ġiet akkwistata biss bħala investiment temporanju li ma jagħmiliex possibli li teżerċita influwenza fuq l-istruttura jew l-istrateġija finanzjarja ta' l-istituzzjoni. (11) Ir-referenza għall-eżerċitu effettiv minn awtoritajiet ta' superviżjoni tal-funzjonijiet ta' superviżjoni tagħha tkopri superviżjoni fuq bażi kkonsolidata li għandha jkun eżerċitata fuq l-istituzzjoni ta' kreditu meta d-disposizzjonijiet tal-liġi tal-Komunità hekk jippermettu. F'każi bħal dawn, l-awtoritajiet li lilhom tkun saret l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jiddentifikaw l-awtoritajiet kompetenti biex jeżerċitaw is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata fuq dik l-istituzzjoni ta' kreditu. (12) L-Istat Membru tal-lokalità jista’ wkoll jistabbilixxi regoli aktar stretti minn dawk esiġiti fl-Artikolu 5(1), l-ewwel paragrafu (2), u l-Artikoli 7, 16, 30, 51 u 65 għall-istituzzjoni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. (13) L-abolizzjoni tal-ħtiġiet ta' l-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-friegħi ta' l-istituzzjoni ta' kreditu tal-Komunità toħloq il-ħtieġa ta' l-abolizzjoni ta' kapital privileġġjat. (14) Bis-saħħa ta' għarfien reċiproku, l-approċċmgħażul jippermetti lill-istituzzjonijiet ta' kreditu mgħażula fl-Istati Membri tal-lokalità tagħhom li jwettqu, matul il-Komunità, uħud mill jew l-attivitajiet kollha mniżla fl-Anness I jew billi jistabbilixxu friegħi jew billi jipprovdu servizzi. It-twettieq ta' attivitajiet li mhumiex imniżla fl-imsemmi l-Anness iġawdu mid-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi permezz tad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat. (15) Huwa xieraq, madankollu, li jkun estiż l-rikonoxximent reċiproku ta' l-attivitajiet imniżla fl-Anness I meta dawn ikunu mwetqa minn l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma sussidjarji ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji, basta li dawk is-sussidjarji jkunu koperti b'superviżjoni kkonsolidata ta' l-impenji ta' l-istituzzjoni paterna tagħhom u jilħqu ċerti kondizzjonijiet stretti. (16) L-Istat Membru tal-lokalità jista', in konnessjoni ma' l-eżerċitu tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jipprovdi servizzi, jenħtieg konformità mad-disposizzjonijiet speċifiċi tal-liġijiet jew tar-regolamenti nazzjonali tiegħu min-naħa ta' l-istituzzjonijiet li ma jkunux awtorizzati bħala l-istituzzjoni ta' kreditu fl-Istati Membri tal-lokalità tagħhom u fir-rigward ta' l-attivitajiet li mhumiex imniżżla fl-Anness I basta li, min-naħa waħda, disposizzjonijiet bħal dawk ikunu kumpatibbli mal-liġi tal-Komunità u jkunu maħsuba biex jipproteġu l-ġid ġenerali u li, min-naħa l-oħra, l-istituzzjonijiet bħal dawk jew l-attivitajiet bħal dawk ma jkunux suġġetti għal regoli ekwivalenti permezz ta' din il-leġislazzjoni jew tar-regolamenti fl-Istati Membri tal-lokalità tagħhom. (17) L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ma jkun hemm l-ebda ostakoli għat-twettiq ta' l-attivitajiet li jirċievu rikonoxximent reċiproku bl-istess manjiera bħal fl-Istat Membru tal-lokalità tagħhom, sakemm dan ta' l-aħħar ma jkunx f'kunflitt mad-disposizzjonijiet legali li jipproteġu l-ġid ġenerali fl-Istat Membru tal-lokalità. (18) Hemm rabta meħtieġa bejn l-objettiv ta' din id-Direttiva u l-liberalizzazzjoni ta' movimenti ta' kapital li jkun ikkaġunati minn leġislazzjoni oħra tal-Komunità. Fi kwalunkwe każ il-miżuri rigward il-liberalizzazzjoni ta' servizzi bankarji għandhom ikunu f'armonizzazzjoni mal-miżuri li jilliberalizzaw il-movimenti ta' kapital. (19) Ir-regoli li jirregolaw friegħi ta' l-istituzzjoni ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom il-barra mill-Komunità għandhom ikunu analogi fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti f'dan iż-żmien preżenti li jkun hemm provvediment li regoli bħal dawn ma jistgħux ikunu aktar favorevoli minn dawk tal-friegħi ta' l-istituzzjoni minn Stati Membri oħra. Għandu jkun speċifikat li l-Komunità tista’ tikkonkludi ftehim ma pajjiżi terzi li jipprovdi għall-applikazzjoni ta' regoli li jagħtu lill-dawn il-friegħi l-istess trattament matul it-territorju tagħha, akkont jittieħed tal-prinċipju ta' reċiproċità. Il-friegħi ta' l-istituzzjoni awtorizzati f'pajjiżi terzi ma jgawdux il-libertà li jipprovdu servizzi permezz tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat jew il-libertà ta' stabbiliment fi Stati Membri apparti minn dawk li fihom ikunu stabbiliti. Madankollu, talbiet għall-awtorizzazzjoni ta' sussidjarji jew għall-akkwist ta' propjetà magħmula minn intrapriżi irregolati mill-liġijiet ta' pajjiżi terzi huma suġġetti għal proċedura intenzjonata li tassigura li l-istituzzjoni ta' kreditu tal-Komunità jirċievu trattament reċiproku fil-pajjiżi terzi f'dak il-każ. (20) L-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-istituzzjoni ta' kreditu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bis-saħħa ta' din id-Direttiva jkollhom effett ta' applikazzjoni mal-Komunità kollha, u mhux sempliċement matul dak in-nazzjon. Klawsoli eżistenti ta' reċiproċità għalhekk m'għandhom l-ebda effett. Hija għalhekk meħtieġa proċedura flessibli biex ikun possibli li tkun assessjata r-reċiproċità fuq bażi tal-Komunità. L-għan ta' din il-proċedura mhux li jingħalqu s-swieq finanzjarji tal-Komunità imma aktar, minħabba li l-Komunità għandha l-intenzjoni li żżomm is-swieq finanzjarji tagħha miftuħa għal kumplament tad-dinja, li ttejjeb il-liberalizzazzjoni tas-swieq finanzjarji globali f'pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, din id-Direttiva tipprovdi għal proċeduri għal negozjati ma’ pajjiżi terzi u, bħala l-aħħar sforz, għall-possibiltà li jittieħdu miżuri li jinvolvu s-sospenzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal awtorizzazzjoni jew għal restrizzjoni ta' awtorizzazzjonijiet ġodda. (21) Huwa mixtieq li jintlaħaq ftehim, fuq il-bażi ta' reċiproċità, bejn il-Komunità u pajjiżi terzi bil-għan li jitħalla l-eżerċizzju prattiku ta' superviżjoni kkonsolidata fuq l-akbar ż-żona ġeografika possibli. (22) Ir-responsabbilità għal superviżjoni dwar is-solidarjeta finanzjarja ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, u partikolarment dwar il-likwidità, taqgħa fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità jibqgħalhom ir-responsabbilità għal superviżjoni dwar likwidità u strateġija monetarja. Is-superviżjoni dwar ir-riskju tas-suq għandha tkun suġġetta għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati. (23) L-operat mingħajr intoppi tal-ħtiġiet tas-suq intern bankarju jenħtieġ mhux biss ir-regoli legali imma wkoll kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Għal konsiderazzjoni ta' problemi li jikkonċernaw l-istituzzjoni ta' kreditu individwali l-groupe de contact (grupp ta' kuntatt) stabbilit bejn l-awtoritajiet ta' superviżjoni bankarja jibqa jkun il-forum l-aktar xieraq. Dak il-grupp huwa l-korp xieraq għal skambju reċiproku ta' informazzjoni li hemm disposizzjoni dwarha fl-Artikolu 28. (24) Dik il-proċedura għal informazzjoni reċiproka m'għandiex fi kwalunkwe każ tieħu post il-kolloborazzjoni bilaterali stabbilita bl-Artikolu 28. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità jistgħu, mingħajr preġudizzju għal poteri tagħhom ta' kontroll xieraq, ikomplu jew, f'emerġenza, fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew wara l-inizjattiva ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokal, li jivverifikaw li l-attivitajiet ta' l-istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fit-territorji tagħhom ikunu konformi mal-liġijiet relevanti u mal-prinċipji ta' amministrazzjoni soda u proċeduri ta' kontabilità u kontrolli interni xierqa. (25) Huwa xieraq li jitħalla li l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi li, bis-saħħa tal-funzjonament tagħhom, jgħinu sabiex tissaħħaħ l-istabbilità tas-sistema finanzjarja. Sabiex tkun ippreservata in-natura kunfidenzjali ta' l-informazzjoni mwassla, il-lista tad-destinatarji għandha tinżamm f'limiti stretti. (26) Ċerta imġieba, bħalma huma offiżi ta' frodi u offiżi rigward informazzjoni minn ġewwa, aktarx li taffettwa l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, anki meta tinvolvi istituzzjonijiet l-oħra apparti dawk finanzjarji. (27) Huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet li bihom dan l-iskambju ta' informazzjoni jkun awtorizzat. (28) Fejn ikun stipulat li l-informazzjoni tista’ tkun imwassla biss bil-ftehim espress ta' l-awtoritajiet kompetenti, dawn jistgħu, fejn xieraq, jistipulaw li l-ftehim tagħhom ikun suġġett għal konformità ma kondizzjonijiet stretti. (29) Skambju ta' informazzjoni bejn, min-naħa waħda, l-awtoritajiet kompetenti u, min-naħa l-oħra, banek ċentrali u korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet monetarji u, fejn xieraq, awtoritajiet publiċi oħra responsabbli għal superviżjoni ta' sistemi ta' pagamenti, għandha wkoll tkun awtorizzata. (30) Sabiex tissaħħaħ is-superviżjoni prudenti ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-protezzjoni ta' klijenti ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, għandu jkun stipulat li awditur għandu jkollu d-dover li jirraporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti, kull meta, kif hemm disposizzjoni għalih f'din id-Direttiva, hu jsir jaf, waqt li jwettaq id-doveri tiegħu, dwar ċerti fatti li aktarx li jkollhom effetti serji fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva jew tal-kontijiet ta' l-istituzzjoni ta' kreditu. Filwat li jittieħed kont ta' l-għan maħsub, huwa mixtieq li l-Istat Membru jipprovdi li dover bħal dak għandu japplika fiċ-ċirkostanzi kollha fejn fatti bħal dawn ikunu skoperti minn awditur waqt it-twettiq tad-doveri tiegħu f'intrapriża li għandha għaqdiet mill-qrib ma' istituzzjoni tal-kreditu. Id-dover ta' awdituri li jikkomunikaw, fejn xieraq, ma' l-awtoritajiet kompetenti ċerti fatti u deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-istituzzjoni ta' kreditu li huma jiskopru waqt it-twettiq tad-doveri tagħhom f'intrapriża mhux finanzjarja ma tbiddilx minnha nnifisha n-natura tad-doveri tagħhom f'dik l-intrapriża u l-anqas il-manjiera li biha huma għandhom iwettqu d-doveri tagħhom f'dik l-intrapriża. (31) Normi bażiċi komuni dwar il-fondi tagħhom stess ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu huma fattur kruċjali fil-ħolqien ta' suq intern bankarju minħabba li l-fondi tagħhom iservu biex jassiguraw il-kontinwità ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-protezzjoni tat-tfaddil. Armonizzazzjoni bħal din issaħħaħ is-superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u tikkontribwixxi għal aktar koordinazzjoni fis-settur bankarju. (32) Normi bħal dawn għandhom ikunu applikabbli għall-istituzzjoni ta' kreditu kollha awtorizzati fil-Komunità. (33) Il-fondi tagħhom ta' l-istituzzjoni ta' kreditu jistgħu jservu biex jassorbu telf li ma jkunx imqabbel b'volum suffiċjenti ta' profitti. Il-fondi tagħhom iservu wkoll bħala kejl importanti għall-awtoritajiet kompetenti, partikolarment għal assessjar tal-likwidità ta' l-istituzzjoni ta' kreditu jew għal skopijiet prudenti oħra. (34) L-istituzzjoni ta' kreditu, fis-suq intern bankarju, involuti f'kompetizzjoni diretta ma xulxin, u d-definizzjonijiet u n-normi li jappartieni l-fondi tagħhom għandhom għalhekk ikunu ekwivalenti. Għal dak il-għan, il-kriterja biex tkun iddeterminata l-komposizzjoni tal-fondi tagħhom m'għandhiex titħalla solament f'idejn l-Istati Membri. L-adozzjoni tan-normi komuni bażiċi tkun fl-aħjar interessi tal-Komunità billi din ma tħallix tgħawwiġ ta' kompetizzjoni u ssaħħah is-sistema bankarja tal-Komunità. (35) Id-definizzjoni ta' fondi tagħhom esiġita f'din id-Direttiva tipprovdi għal massimu ta' dettalji u ammonti kwalifikanti, li titħalla fid-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru li juża dawn kollha jew uħud minn dawn id-dettalji jew li jadotta limiti aktar baxxi għall-ammonti ta' kwalifikazzjoni. (36) Din id-Direttiva tispeċifika l-kriterja kwalifikanti għal ċerti dettalji tal-fondi tagħhom, u l-Istat Membru jibqa’ liberu li japplika disposizzjonijiet aktar stretti. (37) Fl-istadju inizjali n-normi bażiċi komuni huma definiti f'termini wiesa sabiex jiġbru d-dettalji kollha li flimkien jagħmlu l-fondi tagħhom fl-Istati Membri varji. (38) Skond in-natura tad-dettalji li joħolqu l-fondi tagħhom, din id-Direttiva tiddisingwixxi bejn min-naħa waħda, dettalji li jikkonstitwixxu l-fondi tagħhom oriġinali u, min-naħa l-oħra, dawk li jikkonstitwixxu l-fondi tagħhom addizzjonali. (39) Biex jirrefletti l-fatt li oġġetti li jikkonstitwixxu fondi tagħhom addizzjonali ma jkunux ta' l-istess natura bħal dawk li jikkonstitwixxu l-fondi tagħhom oriġinali, l-ammont ta' dawk ta' l-ewwel inklużi fil-fondi tagħhom m'għandux jeċċedi l-fondi tagħhom oriġinali. Aktar minn hekk, l-ammont ta' ċerti oġġetti ta' fondi tagħhom addizzjonali inklużi m'għandux jeċċedi nofs il-fondi tagħhom oriġinali. (40) Sabiex ikun evitat it-tgħawwiġ ta' kompetizzjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu pubbliċi m'għandhomx jinkludu fil-fondi tagħhom stess garanziji mogħtija lilhom minn l-Istati Membru jew minn awtoritajiet lokali. (41) Kull meta filwaqt ta' superviżjoni jkun meħtieġ li jkun iddeterminat l-ammont tal-fondi tagħhom ikkonsolidati ta' grupp ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-kalkolazzjoni għandha ssir bi qbil ma' din id-Direttiva. (42) It-teknika preċiża tal-kontijiet li għandha tintuża għal kalkolazzjoni tal-fondi tagħhom, ir-rata tal-likwidità, u għall-istima tal-konċentrament ta' riskju għandhom jieħdu kont tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra [10], li tinkorpora ċerti addattazzjonijiet tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat dwar ammonti ikkonsolidati [11]. (43) Id-disposizzjonijiet dwar il-fondi tagħhom jiffurmaw parti minn sforz internazzjonali aktar wiesa’ biex iwassal għal approssimazzjoni tar-regoli eżistenti f'pajjiżi maġġuri rigward l-adekwatezza tal-fondi tagħhom. (44) Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport u perjodikament teżamina, bil-għan li tissikhom aktar, id-disposizzjonijiet dwar il-fondi tagħhom u b'hekk tilħaq akbar konverġenza fuq id-definizzjoni komuni ta' fondi tagħhom. Konverġenza bħal din tippermetti l-allinjament tal-fondi tagħhom ta' l-istituzzjoni tal-Komunità. (45) Id-disposizzjonijiet dwar rati ta' likwidità huma’ l-frott ta' xogħol imwettaq mill-Kumitat Konsultattiv Bankarju li huwa responsabbli biex jagħmel suġġerimenti lill-Kummissjoni bil-għan li jikkordina l-koeffiċjenti applikabbli fl-Istati Membri. (46) L-istabbiliment ta' ir-ratio ta' likwidità xierqa jilgħabu rwol ċentrali fis-superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu. (47) Ratio li tiżen l-assi u d-dettalji l-barra mill-off-balance sheet skond il-grad tar-riskju ta' kreditu hija partikolarment miżura utili ta' likwidità. (48) L-iżvilupp ta' normi komuni għal fondi tagħhom b'relazzjoni ma’ l-assi u dettalji l-barra mill-balance sheet esposti għal riskju ta' kreditu huwa, għalhekk, aspett essenzjali ta' l-armonizzazzjoni meħtieġa għall-kisba ta' rikonoxximent reċiproku ta' tekniki ta' superviżjoni u b'hekk it-twettieq tal-tas-suq intern bankarju. (49) F'dak ir-rigward, id-disposizzjonijiet tar-ratio ta' likwidità għandhom ikunu meqjusa flimkien ma’ l-istrumenti speċifiċi oħra li wkoll jarmonizzaw it-teknika fundamentali ta' superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu. (50) Fis-suq intern bankarju, l-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jidħlu f'kompetizzjoni diretta ma’ xulxin u n-normi komuni ta' likwidità fl-għamla ta' ratio minima jżommu milli jkun hemm tgħawwiġ ta' kompetizzjoni u ssaħħu s-sistema bankarja tal-Komunità. (51) Din id-Direttiva tipprovdi għal piżijiet differenti li għandhom jingħataw lill-garanziji maħruġa mid-diversi istituzzjoni finanzjarji. Il-Kummissjoni għalhekk tintrabat li teżamina jekk din id-Direttiva meħuda kollha kemm hi, tgħawwiġx b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni bejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-intrapriżi ta' assigurazzjoni u, fid-dawl ta' dak l-eżami, tikkunsidra jekk xi miżuri għal rimedju jkunux iġġustifikati. (52) L-Anness II jipprovdi t-trattament tad-dettalji l-barra mill-balance sheet fil-kuntest tal-kalkolazzjonijiet tal-ħtiġijiet tal-kapital ta' l-istituzzjoni ta' kreditu. Bil-għan ta' funzjonar aktar faċli tas-suq intern u partikolarment bil-għan li tkun assigurata bażi aktar komuni, l-Istati Membri huma obligati li jistinkaw għal assessjar uniformi ta' ftehim netti kontrattwali mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. L-Anness III jieħu akkont tax-xogħol ta' forum internazzjonali ta' dawk li jagħmlu superviżjoni bankarja dwar l-għarfien ta' superviżjoni ta' għarfien netti ta' superviżjoni, partikolarment il-possibilità li jkunu ikkalkolati l-ħtiġijiet tal-fondi tagħhom għal ċerti tranżazzjonijiet fuq il-bażi netta aktar milli l-ammont gross basta li jkun hemm ftehim li jorbot legalment li jassigura li r-riskju ta' kreditu jkun illimitat għal ammont nett. Għall-istituzzjoni ta' kreditu internazzjonalment attivi u gruppi ta' kreditu f'wisa kbira ta' pajjiżi terzi, li jikkompetu ma’ l-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Komunità, ir-regoli adottati fuq livell internazzjonali aktar wiesa għandu jirriżulta fi trattament raffinat ta' superviżjoni ta' strumenti derivattivi aċċessibli mingħajr kontrolli (over-the-counter) (OTC). Dan ir-raffiniment jirriżulta f'aktar koperta kapitali xierqa ta' bil-fors li tieħu akkont ta' l-effetti li jnaqqsu ir-riskju ta' ftehim netti kontrattwali b'ruperviżjoni mgħarufa dwar il-futur potenzjali tar-riskji ta' kreditu. Il-kjarifika ta' strumenti derivattivi OTC li huma ipprovduti minn clearing houses li jaġixxu bħala kontra-parti jilgħabu rwol importanti f'ċerti Stati Membri. Huwa xieraq li jkunu rikonoxxuti l-benefiċji minn dawk it-termini ta' "clearing" fit-tnaqqis ta' riskju ta' kreditu u riskju sistematiku relatat fit-trattament prudenti ta' riskju ta' kreditu. Huwa meħtieġ dwar riskji kurrenti u potenzjali futuri li joriġinaw minn kuntratti cleared ta' derivattivi OTC li jkunu kompletament kollateraliżżati u dwar ir-riskju tat-tisħieħ ta' l-espost tal-clearing house aktar mill-valur tas-suq tal-kollaterali irreġistrat li għandu jkun eliminat sabiex id-derivattivi cleared OTC li jingħataw għal perijodu tranżizzjonali l-istess trattament prudenti bħal derivattivi innegozjati bi skambju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti dwar il-livell tal-marġini inizjali u l-varjazzjonijiet ta' marġini meħtieġa u l-kwalità ta' u l-livell ta' protezjoni mogħtija mill-kollateral irreġistrat. Għall-istituzzjoni ta' kreditu inkorporati fi Stati Membri, l-Anness III joħloq possibilità simili għall-għarfien nett bilaterali mill-awtoritajiet kompetenti u b'hekk joffri lilhom kondizzjonijiet egwali ta' kompetizzjoni. Ir-regoli huma t-tnejn ibbilanċjati sewwa u xierqa għal aktar infurzament ta' l-applikar ta' miżuri ta' superviżjoni prudenti lil l-istituzzjoni ta' kreditu. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kalkolazzjoni ta' żidiet tkun ibbażata fuq ammonti nazzjonali effettivi aktar milli fuq l-ammonti nazzjonali apparenti. (53) Il-medja minima li hemm disposizzjoni dwarha f'din id-Direttiva issaħħaħ il-kapital ta' l-istituzzjoni ta' kreditu fil-Komunità. Livell ta' 8 % kien ġie adottat wara studju statistiku tal-ħtiġijiet kapitali eżistenti fil-bidu tal-1988. (54) Ir-regoli essenzjali għal sorveljanzata’ riskji kbar ta' l-istituzzjoni ta' kreditu għandhom ikunu arminożżati. Stati Membri għandhom xorta waħda jkunu jistgħu jadottaw disposizzjonijiet aktar stretti minn dawn li hemm dispsosizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. (55) Is-sorveljanzau l-kontroll ta' riskji ta' l-istituzzjoni ta' kreditu huwa parta integrali mis-superviżjoni. Konċentrament eċċessiv ta' riskji dwar klijent wieħed jew grupp konness ma klijenti jista’ jirriżulta f'riskju mhux aċċettabli ta' telf. Sitwazzjoni bħal din għandha tkun ikkunsidrata preġudikali għal-likwidità ta' l-istituzzjoni ta' kreditu. (56) Fis-suq intern bankarju, l-istituzzjoni ta' kreditu huma involuti f'kompetizzjoni diretta bejn wieħed u l-ieħor u l-ħtiġijiet ta' sorveljanza matul il-Komunità għalhekk għandu jkun ekwivalenti. Għal dak il-għan, il-kriterja aplikata biex ikun iddeterminat il-konċentrament ta' riskji għandu jkun suġġett għal regoli li jorbtu legalment fil-livell tal-Komunità u ma tistax titħalla kompletament għad-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri. L-adottazzjoni ta' regoli komuni għandhom għalhekk iservu l-interessi tal-Komunità, la darba dawn ma jħallux differenzi fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, waqt li jsaħħu is-sistema bankarja tal-Komunità. (57) Id-dispożizzjonijiet tal-medja ta' likwidità għall-istituzzjoni ta' kreditu jinkludu lista ta' riskji ta' kreditu li jistgħu jidħlu għalihom l-istituzzjoni ta' kreditu. Dik il-lista għandha għalhekk tintuża wkoll għad-definizzjoni ta' riskji għall-iskopijiet ta' limiti ta' riskji kbar. M'hux, madankollu, xieraq li ssir referenza dwar il-pronċipju tal-piżijiet jew il-gradi ta' riskju esiġiti fl-imsemmija dispożizzjonijiet. Dawk il-piżijiet u gradi ta' riskji kienu ddisinjati għall-iskop li jkunu stabbiliti ħtiġijiet ġenerali ta' likwidità li jkopru ir-riskju ta' kreditu ta' l-istituzzjoni ta' kreditu. Fil-kuntest tar-regolazzjoni ta' riskji kbar, l-għan huwa li jkun illimitat it-telf massimu li l-istituzzjoni ta' kreditu tista’ tiffaċċja permezz ta' klijent wieħed jew grupp ta' klijenti konnessi. Huwa għalhekk xieraq li jkun adottat approċċ aktar prudenti li bieħ, bħala regola ġenerali, akkont jittieħed tal-valur nominali ta' riskji, imma li l-ebda piżijiet jew gradi ta' riskji ma jkunu applikati. (58) Meta l-istituzzjoni ta' kreditu tiffaċja riskju li jkun maħluq mill-intrapriża paterna jew minn xi sussidjarji ta' l-intrapriża paterna, prudenza partikolari tkun meħtieġa. L-amministrazzjoni ta' riskji meħudha minn l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jitwettqu b'manjera kompletament awtonoma, bi qbil mal-prinċipji ta' amministrazzjoni bankarja soda, mingħajr rigward għal xi konsiderazzjonijiet apparti minn dawk il-prinċipji. Id-disposizzjoni ta' din id-Direttiva tenħtieġ li meta nfluwenza tkun eżerċitata minn persuni direttament jew indirettament li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjoni ta' kreditu li aktar topera b'detriment ta' l-amministrazzjoni soda u prudenti ta' dik l-amministrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu dik is-sitwazzjoni. Fil-qasam ma riskji kbar, normi speċifiċi għandhom ukoll ikunu esiġiti sabiex ir-riskji involuti minn l-istituzzjoni ta' kreditu lejn il-grupp tieghu, u f'każi bħal dawn restrizzjonijiet aktar stretti huma iġġustifikati milli għal riskji oħra. Restrizzjonijiet aktar stretti mhemmx bżonn, madankollu, jkunu applikati meta l-intrapriża paterna tkun il-kumpannija finanzjarja li tippossedi l-istituzzjoni jew l-istituzzjoni ta' kreditu meta is-sussidjarji l-oħra ikunu jew l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji jew intrapriżi li joffru servizzi bankarji anċillari, basta li intrapriżi bħal dawk ikunu koperti b'superviżjoni ta' l-istituzzjoni ta' kreditu fuq bażi kkonsolidata. F'każi bħal dawn is-sorveljanza kkonsolidat tal-grupp ta' intrapriżi jippermetti għal livell adekwat ta' superviżjoni, u ma jkunx jenħtieġ l-imposizzjoni ta' limiti aktar stretti dwar ir-riskji. Skond dan ir-raġunar gruppi bankarji għandhom ukoll ikunu nkuraġġiti li jorganiżżaw l-istrutturi tagħhom b'tali mod hekk li jippermetti sorveljat ikkonsolidat, li jkun mixtieq minħabba li livell aktar komprensiv ta' sorveljanza jkun possibli. (59) Sabiex tkun aktar affettiva, superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha tkun applikata għal gruppi bankarji kollha, inklużi dawk l-intrapriżi paterni li ma jkunux l-istituzzjonijiet ta' kreditu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommi l-istrumenti legali meħtieġa biex ikunu jistgħu jeżerċitaw dik is-superviżjoni. (60) F'każi ta' gruppi b'attivitajiet diversifikati li l-intrapriżi paterni tagħhom jikkontrollaw mill-anqas l-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja waħda, l-awtoritajiet kompetentigħandhom ikunu jistgħu jassessjaw is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-istituzzjoni ta' kreditu f'dak il-grupp. Sakemm iseħħ kordinament sussegwenti, l-Istati Membri jistgħu jesiġu metodi xierqa għal konsolidazzjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompteneti għandhom mill-anqas ikollhom il-meżżi li jakkwistaw mill-intrapriżi fil-grupp l-informazzjoni meħtieġa għat-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom. Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-setturi finanzjarji differenti għandha tkun stabbilità fil-każi ta' gruppi ta' intrapriżi li jwettqu diversi attivitajiet finanzjarji. (61) L-Istati Membri jistgħu, aktar minn hekk, jiċħdu jew jirtiraw awtorizzazzjoni bankarja fil-każ ta' ċerti gruppi ta' strutturi meqjusa bħala mhux xierqa għat-twettieq ta' attivitajiet bankarji, partikolarment minħabba li strutturi bħal dawn ma jkunux jistaw issirilhom superviżjoni effettiva. F'dan ir-rigward l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-poteri msemmija fl-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 7(2), punt (ċ) ta' l-Artikolu 14(1), u l-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva, sabiex jassiguraw l-amministrazzjoni soda u prudenti ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu. (62) L-Istati Membri jistgħu l-istess japplikaw tekniki ta' superviżjoni xierqa fuq gruppi bi strutturi li mhumiex koperti b'din id-Direttiva. Jekk strutturi bħal dawn isiru komuni, din id-Direttiva għandha tkun estiża biex tkoprihom. (63) Superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha tinkludi l-attivitajiet kollha definiti fl-Anness I. L-intrapriżi li huma prinċipalment involuti f'attivitajiet bħal dawn għandhom għalhekk ikunu inklużi fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata. Bħala riżultat, id-definizzjoni ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jitwessgħu sabiex ikopru attivitajiet bħal dawk. (64) Id-Direttiva 86/635/KEE, flimkien mad-Direttiva 83/349/KEE, stabbilew ir-regoli tal-konsolidazzjoni applikabbli għal kontijiet ikkonsolidati ippubblikati mill-l-istituzzjonijiet ta' kreditu. Huwa għalhekk possibli li jkunu definiti preċiżament il-metodi li għandhom ikunu wżati f'superviżjoni prudenti eżerċitata fuq bażi kkonsolidata. (65) Superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu fuq bażi kkonsolidata għandha jkollha l-għan, partikolarment, li tipproteġi l-interessi tad-depositaturi fl-imsemmija istituzzjonijiet u li tassigura l-istabilità tas-sistema finanzjarja. (66) L-eżaminazzjoni ta' problemi konnessi ma materji koperti b'din id-Direttiva kif ukoll bid-Direttivi l-oħra dwar in-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu tenħtieġ koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni f'kumitat konsultattiv bankarju, partikolarment meta mwettqa bil-għan ta' kordinazzjoni aktar mill-qrib. Il-Kumitat Bankarju Konsultattiv ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ma jaqlax barra forom oħra ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jagħmlu s-superviżjoni fuq il-bidu u t-twettieq ta' negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u, partikolarment, kooperazzjoni fil-groupe de contact (grupp ta' kuntatt) imwaqqaf bejn l-awtoritajiet bankarji ta' superviżjoni. (67) Modifikazzjinijiet tekniċi għar-regoli dettaljati esiġiti f'din id-Direttiva jistgħu, minn żmien għal żmien, ikunu meħtieġa biex jieħdu akkont ta' żviluppi ġodda fis-settur bankarju. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tgħamel dawk il-modifiki li jkunu meħtieġa, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Bankarju Konsultattiv, fil-limiti tal-poteri ta' l-implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fit-Trattat. Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tesiġi l-proċeduri għal eżerċizju ta' poteri tal-implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [12]. (68) L-Artikolu 36(1) ta' din id-Direttiva jippermetti impenji konġunti u separati ta' dawk li jisselfu fil-każ ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu organiżżati bħala soċjetajiet koperattivi jew fondi li għandhom ikunu ittratti bħala dettalji tal-fondi tagħhom permezz ta' l-Artikolu 34(2)(7). Il-Gvern Ġermaniż wera interess qawwi li jkollu l-ftit istituzzjoni tiegħu ta' kreditu mortgage organiżżati bħala soċjetajiet koperattivi jew fondi ikkonvertiti f'kumpanniji publiċi ta' responsabbilità illimitata. Sabiex tiffaċilità il-konverżjoni jew biex jagħmluha possibli, derogazzjoni temporanja li tippermettilhom li jinkludu parti mill-impenji konġunti jew separati bħala fondi tagħhom hija meħtieġa. Din id-derogazzjoni temporanja m'għandiex taffetwa ħażin il-kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu. (69) L-applikar ta' 20 % tal-piżijiet għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom mortgage bonds jista’ jħawwad is-suq nazzjonali finanzjarju li fuqu strumenti bħal dawn jilgħabu rwol predominanti. F'dan il-każ, miżuri proviżjonali għandhom ikunu meqjusa li japplikaw tagħbija ta' 10 % riskju. Is-suq għal titoli (kambjali) għaddej minn żvilupp mgħaġġel. Huwa għalhekk mixtieq li l-Kummissjoni għandha teżamina ma’ l-Istati Membri t-trattament prudenti ta' titoli li jkollhom sosstenn ta' assi u mressqa, qabel it-22 ta' Ġunju 1999, proposti bil-għan li taddatta leġislazzjoni eżistenti sabiex tiddifinexxi trattament prudenti xieraq għal titoli b'sostenn ta' assi. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw piżijiet ta' 50 % dwar l-assi sostenuti b'mortgages fuq uffiċini jew bini kummerċjali li jista' jkollu diversi użu sal-31 ta' Diċembru 2006. Il-propjetà li dwarha l-mortgage ikun applikabbli għandha tkun suġġetta għal kriterja ta' assessjar rigoruż u rivalutazzjoni regolari biex jittieħed akkont ta' l-iżviluppi fis-suq ta' propjetà kummerċjali. Il-propjetà għandha jew tkun okkupata jew mikrija mis-sid. Self għal żvilupp ta' propjetà huwa eskluż minn dan il-piż ta' 50 %. (70) Sabiex tkun assigurata l-armonizzazzjoni tad-disposizzjonijiet fuq riskji kbar, Stati Membri għandhom ikollhom il-permess li jipprovdu għal applikazzjoni f'żewġ stadji tal-limiti l-ġodda. Għall l-istituzzjonijiet ta' kreditu izgħar, perijodu tranżizzjonali itwal jista’ jkuun meħtieġ minħabba li l-applikar aktar mgħaġġel tar-regola ta' 25 % tista’ tnaqqas l-attività tagħhom ta' self wisq malajr. (71) Aktar minn hekk, l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-ri-organiżazzjoni u x-xoljiment ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu hija wkoll fil-proċess. (72) L-arranġamenti meħtieġa għas-superviżjoni ta' likwidità ta' riskji għandhom ukoll ikunu armoniżżati. (73) Din id-Direttiva m'għandhiex taffetwa l-obligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti għal transposizzjoni esiġità fl-Anness V, Parti B, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: KONTENUTI TITOLU I DEFINIZZJONIJIET U SKOP … Artikolu 1 Definizzjonijiet … Artikolu 2 Il-Firxa … Artikolu 3 Projbizzjonijiet għall-intrapriżi apparti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu milli jwettqu negozju ta’ ġbir ta’ depositi jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku. … TITOLU II ĦTIĠIET GĦAL AĊĊESS GĦALL-BIDU U L-EŻERĊIZZJU TAN-NEGOZJU TA’ L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU … Artikolu 4 Awtorizzazzjoni … Artikolu 5 Kapital inizjali … Artikolu 6 Korp ta’ l-amministrazzjoni u l-lokalità ta’ l-uffiċji prinċipali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu … Artikolu 7 Sieħba u membri … Artikolu 8 Programm ta’ operazzjonijiet u organizzazzjoni strutturali … Artikolu 9 Ħtiġiet ekonomiċi … Artikolu 10 Ċaħda ta’ l-awtorizzazzjoni … Artikolu 11 Notifika ta’ l-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni … Artikolu 12 Konsultazzjonijiet bil-quddiem ma’ l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra … Artikolu 13 Friegħi ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor … Artikolu 14 Tneħħija ta’ awtorizzazzjoni … Artikolu 15 Isem … Artikolu 16 Propjetà kwalifikanti fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu … Artikolu 17 Proċeduri u mekkaniżmi interni ta’ kontroll … TITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-LIBERTÀ TA’ STABBILIMENT U L-LIBERTÀ LI JKUNU PPROVDUTI SERVIZZI … Artikolu 18 L-istituzzjonijiet ta’ kreditu … Artikolu 19 L-istituzzjonijiet finanzjarji … Artikolu 20 Eżerċizzju u d-dritt ta’ stabbiliment … Artikolu 21 Eżerċizzju tal-libertà li jkunu ipprovduti servizzi … Artikolu 22 Poter ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita … TITOLU IV RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI … Artikolu 23 Notifika dwar is-sussidjarji ta’ l-intrapriżi ta’ pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet dwar l-aċċess għas-swieq ta’ dawn il-pajjiżi … Artikolu 24 Friegħi ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom il-barra mill-Komunità … Artikolu 25 Koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi rigward is-superviżjoni ta’ bażi kkonsolidata … TITOLU V PRINĊIPJI U STRUMENTI TEKNIĊI GĦAL SUPERVIŻJONI PRUDENTI … Kapitolu 1 PRINĊIPJI TA’ SUPERVIŻJONI PRUDENTI … Artikolu 26 Kompetenza ta’ kontroll ta’ l-Istat Membru tal-lokalità … Artikolu 27 Kompetenza ta’ l-Istat Membru li jospita … Artikolu 28 Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni … Artikolu 29 Verifikazzjoni fuq il-post ta’ friegħi stabbiliti fi Stat Membru ieħor … Artikolu30 Skambju ta’ informazzjoni u s-segretezza professjonali … Artikolu 31 Dover ta’ persuni responsabbli għall-kontroll legali ta’ kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati … Artikolu 32 Qawwa ta’ sanzjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti … Artikolu 33 Dritt ta’ l-appell lejn il-qrati … Kapitolu 2 STRUMENTI TEKNIĊI TA’ SUPERVIŻJONI PRUDENCI … Taqsima 1 Fondi tagħha … Artikolu 34 Prinċipji ġenerali … Artikolu 35 Unitajiet oħra … Artikolu 36 Disposizzjonijiet oħra li jikkonċernaw fondi tagħha … Artikolu 37 Kalkolazzjoni tal-fondi tagħha fuq bażi kkonsolidata … Artikolu 38 Tnaqqis u limiti … Artikolu 39 Disposizzjoni ta’ prova lejn l-awtorotajiet kompetenti … Taqsima 2 Relattività ta’ likwidità … Artikolu 40 Prinċipji ġenerali … Artikolu 41 In-numeratur: fondi tagħhom … Artikolu 42 Id-denominatur: assi aġġustati b’riskju u unitajiet off-balance-sheet … Artikolu 43 Tagħbijiet ta’ riskji … Artikolu 44 It-tagħbija ta’ talbiet għal gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta’ l-Istati Membri … Artikolu 45 Tagħbijiet oħra … Artikolu 46 Korpi amministrattivi u intrapriżi mhux kummerċjali … Artikolu 47 Livell ta’ relattività ta’ likwidità … Taqsima 3 Riskji kbar … Artikolu 48 Rapurtaġġ ta’ riskji kbar … Artikolu 49 Limiti fuq riskji kbar … Artikolu 50 Superviżjoni fuq bażi kkonsolidata jew mhux ikkonsolidata ta’ riskji kbar … Taqsima 4 Propjetà kwalifikanti l-barra mis-settur finanzjarju … Artikolu 51 Limiti għal propjetà kwalifikanti mhux finanzjarja … Kapitolu 3 SUPERVIŻJONI FUQ BAżI KKONSOLIDATA … Artikolu 52 Superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu … Artikolu 53 Awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni fuq bażi kkonsolidata … Artikolu 54 Għamla u estent ta’ konsolidazzjoni … Artikolu 55 Informazzjoni li għandha tkun fornuta minn kumpannija propjetarji b’attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom … Artikolu 56 Miżuri biex jiffaċilitaw superviżjoni fuq bażi kkonsolidata … TITOLU VI KUMITAT KONSULTATTIV BANKARJU … Artikolu 57 Il-kompożizzjoni u d-doveri tal-Kumitat Konsultattiv Bankarju … Artikolu 58 Eżaminazzjoni tal-ħtiġiet għal awtorizzazzjoni … Artikolu 59 Relattività ta’ osservazzjonijiet … TITOLU VII POTERI TA’ L-EŻEKUZZJONI … Artikolu 60 Addattazzjonijiet tekniċi … TITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI … Kapitolu 1 DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI … Artikolu 61 Dispożizzjonijiet transizzjonali rigward l-Artikolu 36 … Artikolu 62 Dispożizzjonijiet transizzjonali rigward l-Artikolu 43 … Artikolu 63 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward l-Artikolu 47 … Artikolu 64 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward l-Artikolu 49 … Artikolu 65 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward l-Artikolu 51 … Kapitolu 2 DISPOŻIZZJONIJIET FINALI … Artikolu 66 Informazzjoni tal-Kummissjoni … Artikolu 67 Direttivi mħassra … Artikolu 68 Implementazzjoni … Artikolu 69 Indirizzi … ANNESS I Lista ta’ attivitajiet suġġetti għal rikonoxximent reċiproku … ANNESS II Klassifikazzjoni ta’ unitajiet off-balance-sheet … ANNESS III It-trattament ta’ unitajiet off-balance-sheet … ANNESS IV Tipi ta’ unitajiet off-balance-sheet … ANNESS V PARTI A Direttivi mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħhom … ANNESS V PARTI B Limiti taż-żmien għall-implementazzjoni … ANNESS VI Tabelli ta’ korrelazzjoni … TITOLU I DEFINIZZJONIJIET U SKOP Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-iskop ta' din id-Direttiva: 1. "l-istituzzjoni ta' kreditu" għandha tfisser intrapriża li n-negozju tagħha jkun li tirċievi depositi jew fondi oħra ri-pagabli mill-pubbliku u li tgħati krediti mil-kont tagħha stess. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, għandha tkun meqjusa bħala istituzzjoni ta' kreditu, istituzzjoni ta' kreditu skond l-ewwel paragrafu u xi intrapriża privata jew pubblika li tikkorrespondi għad-definizzjoni fl-ewwel paragrafu u li kienet ġiet awtorizzata f'pajjiż terz. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tas-superviżjoni u l-kontroll ta' riskji kbar, għandha tkun meqjusa bħala istituzzjoni ta' kreditu, istituzzjoni ta' kreditu skond l-ewwel paragrafu, inklużi friegħi ta' l-istituzzjoni ta' kreditu f'pajjiżi terzi u xi intrapriża privata jew pubblika, inklużi l-friegħi tagħha, li tikkorrespondi għad-definizzjoni fl-ewwel paragrafu u li kienet ġiet awtorizzata f'pajjiż terz; 2. "awtorizzazzjoni" għandha tfisser strument maħruġ f'kull għamla mill-awtoritajiet li biha id-dritt li jitwettaq negozju ta' l-istituzzjoni ta' kreditu jkun mogħti; 3. "fergħa" għandha tfisser il-post tan-negozju li tifforma parti legalment dipendenti minn istituzzjoni ta' kreditu u li twettaq direttament it-tranżazzjonijiet kollha jew parti minnhom inerenti fin-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu; kwalunkwe numru ta' postijiet tan-negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn l-istituzzjoni ta' kreditu bis-seda prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu meqjusa bħala fergħa singola; 4. "awtoritajiet kompetenti" għandha tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li huma awtorizzati bil-liġi jew b'regolament li jwettqu superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu; 5. "l-istituzzjoni finanzjarja" għandha tfisser intrapriża apparti minn l-istituzzjoni ta' kreditu, li l-attività ewlenija tagħha hija li takkwista propjetà jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet stipulati fil-punti 2 sa 12 ta' l-Anness I; 6. "Stat Membru tal-lokal" għandha tfisser l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ġiet awtorizzata bi qbil ma’ l-Artikoli 4 sa 11; 7. "Stat Membru li jospita" għandha tfisser l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha fergħa li fiha tipprovdi s-servizzi; 8. "kontroll" għandha tfisser ir-relazzjoni bejn l-intrapriża paterna u s-sussidjarja, kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn xi persuna naturali jew legali u l-intrapriża; 9. "parteċipazzjoni" għall-iskopijiet ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha tfisser il-propjetà, diretta jew indiretta, ta' 20 % jew aktar mid-drittijiet tal-voti jew tal-kapital ta' l-intrapriża; 10. "propjetà kwalifikanti" għandha tfisser propjetà diretta jew indiretta f'intrapriża li tirrapreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-voti li jagħmluha possibli li teżerċità influwenza sinifikanti fuq l-amministrazzjoni ta' l-intrapriża li fiha l-propjetà tissostjeni; 11. "kapital inizjali" għandu jfisser il-kapital kif definit fl-Artikolu 34(2)(1) u (2); 12. "intrapriża paterna" għandha tfisser intrapriża paterna kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE. Għandha, għall-iskopijiet ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata u l-kontroll ta' riskji kbar, tfisser intrapriża paterna fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u xi intrapriża li, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet competenti, effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq xi intrapriża oħra; 13. "sussidjarja" għandha tfisser intrapriża sussidjarja kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE. Għandha, għall-iskopijiet ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata u l-kontroll ta' riskji kbar, tfisser intrapriża sussidjarja fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u xi intrapriża li, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet competenti, effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq xi intrapriża oħra. Is-sussidjarji kollha ta' intrapriża sussidjarja għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala sussidjarji ta' l-intrapriża li jkollha l-paternalità oriġinali; 14. "Żona A" għandha tinkludi l-Istati Membru kollha u lill-pajjiżi l-oħra kollha li huma membri sħaħ ta' l-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD) u dawk il-pajjiżi li jkunu ikkonkludew arranġamenti speċjali ta' self mal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) assoċjati ma’ l-arranġamenti ġenerali tal-Fond biex jisselfu (GAB). Xi pajjiż li jiskeda mill-ġdid id-dejn sovran estern tiegħu huwa, madankollu, prekluż minn Żona A għal perijodu ta' ħames snin; 15. "Żona B" għandha tinkludi l-pajjiżi kollha li mhumiex f' Żona A; 16. "l-istituzzjonijiet ta' kreditu f'Żona" A għandha tfisser l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Membri, bi qbil ma’ l-Artikolu 4, inklużi l-friegħi tagħhom f'pajjiżi terzi, u l-intrapriżi kollha privati u publiċi koperti bid-definizzjonijiet fil-punt 1, l-ewwel sub-paragrafu u awtorizzati f'pajjiżi oħra taż-Żona A, inklużi l-friegħi tagħhom; 17. "l-istituzzjonijiet ta' kreditu f'Żona B" għandha tfisser l-intrapriżi kollha privati jew publiċi awtorizzati l-barra miż-Żona A koperti bid-definizzjoni fil-punta 1, l-ewwel sub-paragrafu, inklużi l-friegħi tagħhom fil-Komunità; 18. "settur mhux bankarju" għandha tfisser dawk kollha li jisselfu apparti minn l-stituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punti 16 u 17, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, il-Komunitajiet Ewropej, il-Bank Ewropew ta' l-Investimenti (EIB) u l-banek ta' żvilupp multilaterali kif definiti fil-punt 19; 19. "banek ta' żvilupp multilaterali" għandha tfisser il-Bank Internazzjonali għal Rikonstruzzjoni u Żvilupp, il-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali, il-Bank Inter-Amerikana ta' Żvilupp, il-Bank Asjatiku ta' Żvilupp, il-Bank Afrikan ta' Żvilupp, il-Fond ta' Risettiljar tal-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Bank Nordiku ta' l-Investiment, il-Bank Karibew ta' Żvilupp, il-Bank Ewropew għal Rikonstruzzjoni u Żvilupp, il-Fond Ewropew ta' l-Investiment u l-Korporazzjoni Inter-Amerikana ta' l-Investimenti; 20. "riskji-sħaħ", "riskji-medji", "riskji-medji/baxxi" u "riskji-baxxi" u dettalji l-barra mill-balance-sheet għandha tfisser dettalji deskritti fl-Artikolu 43(2) u mniżżla fl-Anness II; 21. "kumpannija ta' propjetà finanzjarja" għandha tfisser l-istituzzjoni finanzjarja, l-intrapriżi sussidjarji li huma jew esklussivament jew prinċipalment l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji, li mill-anqas wieħed minn dawn is-sussidjarji jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu; 22. "kumpanija ta' propjetà ta' attività mħallta" għandha tfisser intrapriża paterna, apparti minn kumpannija ta' propjetà finanzjarja jew instituzzjoni ta' kreditu li s-sussidjarji tagħha jinkludu mill-anqas istituzzjoni waħda ta' kreditu; 23. "intrapriżi ta' servizzi bankarji anċillari" għandha tfisser intrapriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti filli jkollha u tamministra propjetà, servizzi ta' amministrazzjoni ta' proċessar ta' data tal-kompjuter, jew xi attività oħra simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta' istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar; 24. "riskji" għall-iskopijiet ta' l-applikar ta' l-Artikoli 48, 49 u 50 - fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' kambju barrani, riskji involuti fil-korsa ordinarja ta' twettieq matul l-48 siegħa ta' wara l-pagament, jew - fil-każ ta' tranżazzjonijiet għall-iskopijiet ta' xiri jew bejgħ ta' titoli, riskji involuti fil-korsa ordinarja ta' twettieq matul il-ħamest-ijiem tax-xogħol wara l-pagament jew il-wasla ta' titoli, liema minnhom tkun l-aktar kmieni; 25. "grupp ta' klijenti konnessi" - tnejn jew aktar persuni naturali jew legali li, sakemm ma jkunx mhuri mod ieħor, jikkonstitwixxu riskju wieħed minħabba li wieħed minnhom, direttament jew indirettament, ikollu kontroll fuq wieħed jew l-oħrajn, jew - tnejn jew aktar persuni naturali jew legali li bejniethom ma jkun hemm l-ebda relazzjoni ta' kontroll kif definita fl-ewwel inċiż imma li huma meqjusa bħala li jikkonstitwixxi riskju wieħed minħabba li hekk marbutin flimkien li, jekk wiehed minnhom kellu jsofri problemi finanzjarji, l-ieħor jew l-oħrajn kollha aktarx li l-istess iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet ta' ri-pagamenti; 26. "rabtiet mill-qrib" (a) partiċipazzjoni, li għandha tfisser il-propjetà, diretta jew permezz ta' kontroll, ta' 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-voti jew tal-kapital ta' l-intrapriża, jew (b) kontroll, li għandha tfisser ir-relazzjoni bejn l-intrapriża paterna u s-sussidjarja, fil-każi kollha li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn xi persuni naturali jew legali u xi intrapriża; xi intrapriża sussidjarja ta' intrapriża sussidjarja għandha wkoll tkun meqjusa bħala sussidjarja ta' l-intrapriża paterna li tkun fir-ras ta' dawk l-intrapriżi. Sitwazzjoni li fiha tnejn jew aktar persuni naturali jew legali jkollhom rabta permanenti ma wieħed jew aktar mill-istess persuni b'relazzjoni ta' kontroll għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala li jikkonstitwixxu rabta mill-qrib bejn persuni bħal dawk; 27. "kambji rikonoxxuti" (i) jiffunzjonaw regolarment, (ii) ikollhom regoli, maħruġa u approvati mill-awtoritajiet xierqa tal-pajjiż tal-lokal tat-kambju, li jiddifenixxi l-kundizzjonijiet ta' l-operati tal-kambju, il-kondizzjonijiet ta' l-aċċess għal kambju kif ukoll il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu issodisfati b'kuntratt qabel ma jkunu effettivament ittrattati fuq il-borża, (iii) ikollhom mekkaniżmu ta' rilaxx li jipprovdi għal kuntratti stipulati fl-Anness IV li jkunu suġġetti għal ħtiġijiet ta' marġini ta' kull jum li jipprovdu protezjoni fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti. Artikolu 2 Il-Firxa 1. Din id-Direttiva tikkonċerna l-bidu u l-eżerċizzju ta' negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha. 2. L-Artikoli 25 u 52 sa 56 għandhom ukoll japplikaw għal kumpannija ta' propjetà finanzjarja u kumpanniji ta' propjetà ta' attività mħallta li jkollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fil-Komunità. L-istituzzjonijiet b'esklużjoni permanenti permezz ta-paragrafu 3, bl-eċċezzjoni, madankollu, tal-banek ċentrali ta' l-Istati Membri, għandhom ikunu ittrattati bħala l-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 25 u 52 sa 56. 3. Din id-Direttiva m'għandiex tapplika għal: - il-banek ċentrali tal-Istati Membri, - l-istituzzjonijiet giro ta' uffiċji postali, - fil-Belġju, il-"Institut de Réescompte et de Garantie/Herdiscontering- en Waarborginstituut", - fid-Danimarka, il-"Dansk Eksportfinansieringsfond", il-"Danmarks Skibskreditfond", u "Dansk Landbrugs Realkreditfond", - fil-Ġermanja, il-"Kreditanstalt für Wiederaufbau", intrapriżi li huma rikonoxxuti permezz tal-"Wohnungsgemeinnützigkeitsgesetz" bħala korpi ta' strateġija tad-djar ta' l-Istat u li mhumiex prinċipalment involuti fi tranżazzjonijiet bankarji, u intrapriżi rikonoxxuti permezz tal-liġi ta' l-intrapriżi tad-djar li ma jagħmlux profit, - fil-Greċja, il-"Ελληνική Τράπεζα Βιομηχανικής Αναπτύξεως", (Elliniki Trapeza Viomichanikis Anaptyxeos), il-"Ταμείο Παρακαταθηκών και Δανείων" (Tamio Parakatathikon kai Danion), u l- "Ταχυδομικό Ταμιευτήριο"(Tachidromiko Tamieftirio), - fi Spanja, il-"Instituto de Crédito Oficial", - fi Franza, il-"Caisse des dépôts et consignations", - fl-Irlanda, l-għaqdiet ta' kreditu u soċjetajiet ta' ħbieb, - fl-Italja, il-"Cassa depositi e prestiti", - fl-Olanda, il-"Netherlandse Investeringsbank voor Ontwikkelingslanden NV", il-"NV Noordelijke Ontwikkelingsmaatschappij", il-"NV Industriebank Limburgs Instituut voor Ontwikkeling en Financiering" u l-"Overijsselse Ontwikkelingsmaatschappij NV", - fl-Awstrija, intrapriżi rikonoxxuti bħala għaqdiet tad-djar ta' interess pubbliku u l-"Österreichische Kontrollbank AG", - fil-Portugall, "Caixas Económicas" li kien jeżisti fl-1 ta' Jannar 1986 bl-eċċezzjoni ta' dawk inkorporati bħala kumpanniji llimitati u l-"Caixa Económica Montepio Geral", - fil-Fillandja, il-"Teollisen yhteistyön rahasto Oy/Fonden för industriellt samarbete AB", u l-"Kera Oy/Kera Ab", - fl-Isvezja, il- "Svenska Skeppshypotekskassan", - fir-Renju Unit, il-"National Savings Bank", il-"Commonwealth Development Finance Company Ltd," il-"Agricultural Mortgage Corporation Ltd," il-"Scottish Agrigultural Securities Corporation Ltd," il-"Crown Agents" għal gvernijiet u amministrazzjonijiet barranija, għaqdiet ta' kreditu u banek muniċipali. 4. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, li, għal dan l-iskop, għandha tikkonsulta mal-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 57 (minn hawn ’il quddiem irriferut bħala l-"Kumitat Konsultattiv Bankarju") għandu jiddeċiedi dwar xi emendi għal-lista fil-paragrafu 3. 5. L-istituzzjonijiet ta' kreditu li jinstabu fl-istess Stat Membru u affiljati fuq bażi permanenti, fil-15 ta' Diċembru 1977, ma’ korp ċentrali li jagħmel superviżjoni fuqhom u li huwa stabbilit fl-istess Stat Membru, jistgħu jkunu eżentati mill-ħtiġiet ta' l-Artikoli 6(1), 8 u 59 jekk, mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru 1979, il-liġi nazzjonali tipprovdi li: - l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati huma responsabiltajiet, jew impenji konġunti u separati ta' l-istituzzjonijiet affiljati miegħu huma ggarantiti mill-korp ċentrali, - il-likwidità tal-korp ċentrali u ta' l-istituzzjonijiet kollha affiljati miegħu huma issorveljati kollha flimkien fuq il-bażi ta' kontijiet ikkonsolidati, - l-amministrazzjoni tal-korp ċentrali tkun awtorizzata li toħroġ istruzzjonijiet lill-amministrazzjoni ta' l-istituzzjonijiet affiljati. L-istituzzjonijiet ta' kreditu li joperaw lokalment li huma affiljati, wara l-15 ta' Diċembru 1977, ma’ korp ċentrali fil-qofol ta' dak li jfisser l-ewwel subparagrafu, jistgħu jibbenefikaw mill-kondizzjonijiet esiġiti hemmhekk jekk dawn jikkonstitwixxu żidiet normali fil-qafas li jappartieni lil dak il-korp ċentrali. Fil-każ ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu apparti minn dawk li huma stabbiliti f'żoni ġodda rikjamati mill-baħar jew li jkunu irriżultaw minn firda jew għaqda ta' l-istituzzjonijiet eżistenti li huma dipenedenti jew li jwieġbu lejn korp ċentrali, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, li għal dan l-iskop għandha, tikkonsulta mal-Kumitat Bankarju Konsultattiv, tista’ testipula regoli addizzjonali għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu inkluż it-tneħħija ta' l-eżenzjonijiet li hemm disposizzjoni dwarhom fl-ewwel subparagrafu, meta jkollu l-opinjoni li l-affiljazzjoni ta' l-istituzzjonijiet ġodda li jibbenefikaw mill-arranġamenti stipulati fit-tieni subparagrafu jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-kompetizzjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata. 6. L-istituzzjoni ta' kreditu li, kif definita fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, tkun affiljata ma’ korp ċentrali fl-istess Stat Membru tista’ tkun eżentata mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5, u wkoll ta' l-Artikoli 40 sa 51, u 65 basta li, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet, lejn il-korp ċentrali, il-grupp kollu kif konstitwit mill-korp ċentrali flimkien ma’ l-istituzzjonijiet affiljati mieghu ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq bħala bażi kkonsolidata. Fil-każ ta' eżenzjonijiet, l-Artikoli 13, 18, 19, 20(1) sa (6), 21 u 22 għandhom ikunu japplikaw lejn il-grupp kollu kif konstitwit mill-korp ċentrali flimkien ma’ l-istituzzjonijiet affiljati miegħu. Artikolu 3 Projbizzjonijiet għall-intrapriżi apparti minn istituzzjonijiet ta' kreditu milli jwettqu negozju ta' ġbir ta' depositi jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu persuni jew intrapriżi li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu milli jwettqu n-negozju ta' ġbir ta' depositi jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku. Din il-projbizzjoni m'għandiex tkun applikabbli għal ġbir ta' depositi jew fondi ripagabbli oħra minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta' Stat Membru jew minn korpi internazzjonali publiċi li tagħhom Stat Membru wieħed jew aktar ikunu membri jew f'każi espressament koperti b'leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità, basta li dawk l-attivitajiet ikunu suġġetti għal regolamenti u kontrolli intenzjonati li jipproteġu d-depositaturi u l-investituri u applikabbli f'dawk il-każi. TITOLU II ĦTIĠIET GĦAL AĊĊESS GĦALL-BIDU U L-EŻERĊIZZJU TAN-NEGOZJU TA' L-ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU Artikolu 4 Awtorizzazzjoni L-Istati Membri għandhom jenħtieġu l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jakkwistaw awtorizzazzjoni qabel ma jibdew bl-attivitajiet tagħhom. Huma għandhom jesiġu l-ħtiġiet għal awtorizzazzjoni bħal din suġġetta għall-Artikoli 5 sa 9, u jinnotifikawhom kemm lill-Kummissjoni u wkoll lill-Kumitat Konsultattiv Bankarju. Artikolu 5 Kapital inizjali 1. Mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet ġenerali oħra esiġiti b'liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni meta l-istituzzjoni ta' kreditu ma tippossediex il-fondi tagħha jew f'każi meta l-kapital inizjali jkun ta' anqas minn EUR 5 miljuni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-ħtieġa ta' fondi separati tagħhom u li kienu eżistenti fil-15 ta' Diċembru 1979 jistgħu jibqgħu iwettqu n-negozju tagħhom. Huma jistgħhu jeżentaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu bħal dawn milli jkunu konformi mal-ħtieġa li tinstab fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1). 2. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ikollhom l-għażla li jagħtu awtorizzazzjoni lill-kategoriji partikolari ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li l-kapital inizjali tagħhom ikun anqas minn dak preskritt fil-paragrafu 1. F'każi bħal dawn: (a) il-kapital inizjali m'għandux ikun anqas minn EUR 1 miljun, (b) l-Istati Membri ikkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tagħhom il-għala jkunu għamlu użu mill-għażla li hemm disposizzjoni dwarha f'dan il-paragrafu, (ċ) meta l-lista li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 11 tkun ippubblikata, l-isem ta' kull istituzzjoni ta' kreditu li ma jkollhiex il-kapital minimu preskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun annotata dwar dan l-effett. 3. Il-fondi tagħha ta' l-instituzzjoni ta' kreditu ma jistgħux jaqgħu taħt l-ammont tal-kapital inizjali meħtieġ mill-paragrafi 1 u 2 fil-waqt ta' l-awtorizzazzjoni tagħha. 4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu diġà eżistenti fl-1 ta' Jannar 1993, li l-fondi tagħhom ma jkunux jilħqu l-livelli preskritti għal kapital inizjali fil-paragrafi 1 u 2, jistgħu jibqgħu iwettqu l-attivitajiet tagħhom. F'dak il-każ, il-fondi tagħhom ma jistgħux jaqgħu taħt l-għola livell milħuq b'effett mit-22 ta' Diċembru 1989. 5. Jekk kontroll ta' l-istituzzjoni ta' kreditu li tidħol fil-kategorija li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 4 jkun meħud minn persuna naturali jew legali apparti minn dik il-persuna li tkun ikkontrollat l-istituzzjoni qabel, il-fondi tagħha ta' dik l-istituzzjoni għandhom jilħqu mill-anqas il-livell preskritt għal kapital inizjali fil-paragrafi 1 u 2. 6. F'ċerti ċirkostanzi speċifiċi u bil-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti, meta jkun hemm għaqda ta' tnejn jew aktar istituzzjonijiet ta' kreditu li jidħlu fil-kategorija li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 4, il-fondi tagħhom ta' l-istituzzjoni li tirriżulta mill-għaqda ma jistgħux jaqgħu taħt it-total tal-fondi tagħhom ta' l-istituzzjoni mgħaquda fil-waqt ta' l-għaqda, sakemm il-livelli xierqa meħtieġa minn paragrafi 1 u 2 ma jkunux ġew milħuqa. 7. Jekk, fil-każi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 3, 4 u 6, il-fondi tagħhom għandhom ikunu mnaqqsa, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fejn iċ-ċirkostanzi jiġġustifkaw li jsir dan, jippermettu l-istituzzjoni perijodu limitat li fih tirratifika dik is-sitwazzjoni jew twaqqaf l-attivitajiet tagħha. Artikolu 6 Korp ta' l-amministrazzjoni u l-lokalità ta' l-uffiċji prinċipali ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta' kreditu biss meta jkun hemm mill-anqas żewġ persuni li effettivament jidderieġu n-negozju ta' l-istituzzjoni tal-kreditu. Aktar minn hekk, l-awtoritajiet ikkonċernati m'għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk dawn il-persuni ma jkunux ta' reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma jkollhomx esperjenza suffiċjenti biex iwettqu dawk id-doveri. 2. Kull Stat Membru għandu jenħtieġ li: - xi istituzzjoni ta' kreditu li tkun persuna legali u li, permezz tal-liġi nazzjonali tagħha, ikollha uffiċċju irreġistrat, li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru bħala l-uffiċċju irreġistrat, - xi istituzzjoni ta' kreditu oħra li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni u li fih attwalment twettaq in-negozju tagħha. Artikolu 7 Sieħba u membri 1. L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għal bidu ta' negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu qabel ma jkunu ġew infurmati bl-identità tas-sieħba jew membri, sew jekk diretti jew indiretti, persuni naturali jew legali, li jkollhom propjetà kwalifikanti, u dwar l-ammonti ta' dik il-propjetà. Għall-iskop tad-definizzjoni ta' propjetà kwalifikanti fil-kuntest ta' dan l-Artikolu, id-drittijiet tal-voti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 88/627/KEE [13] għandha tittieħed b'kunsiderazzjoni. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu awtorizzazzjoni jekk, meta jieħdu akkont tal-ħtieġa biex jassiguraw l-amministrazzjoni soda u prudenti ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, huma ma jkunux sodisfatti dwar l-addattibilità tas-sieħba jew membri msemmija hawn fuq. 3. Meta rabtiet mill-qrib jeżistu bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u persuni naturali jew legali oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jfixklux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta' superviżjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' pajjiż mhux-membru jirregola wieħed jew aktar persuni naturali jew legali li magħhom l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha rabta mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar, ifixklu l-eżerċizzju effettiv ta' dawn il-funzjonijiet ta' superviżjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jipprovdulhom l-informazzjoni li huma jenħtieġu biex jissorveljaw il-konformità mal-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom f'dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa. Artikolu 8 Programm ta' operazzjonijiet u organizzazzjoni strutturali L-Istati Membri għandhom jenħtieġ li applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jkunu akkumpanjati minn programm ta' operazzjonijiet li jesiġu, inter alia, it-tipi ta' negozju ippjanat u l-organizzazzjoni strutturali ta' l-istituzzjoni. Artikolu 9 Ħtiġiet ekonomiċi L-Istati Membri jistgħu ma jkunux jenħtieġu l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li tkun eżaminata fit-termini tal-ħtiġiet ekonomiċi tas-suq. Artikolu 10 Ċaħda ta' l-awtorizzazzjoni Raġunijiet għandhom jingħataw kull meta awtorizzazzjoni tkun miċħudha u l-applikant għandu jkun innotifikat dwar dan fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' l-applikazzjoni jew, jekk din ta' l-aħħar ma tkunx kompluta, fi żmien sitt xhur minn meta l-applikant jibgħat l-informazzjoni meħtieġa għal din id-deċiżjoni. Deċiżjoni għandha, f'kull każ, tittieħed fi żmien 12-il xahar mill-wasla ta' l-applikazzjoni. Artikolu 11 Notifika ta' l-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni Kull awtorizzazzjoni għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni. Kull istituzzjoni ta' kreditu għandha tiddaħħal f'lista li l-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandha żżommha aġġornata. Artikolu 12 Konsultazzjonijiet bil-quddiem ma’ l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra Għandu jkun hemm konsultazzjoni bil-quddiem ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra involuti fl-awtorizzazzjoni ta' l-istituzzjoni ta' kreditu li tkun: - sussidjarja ta' l-istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew - sussidjarja ta' l-intrapriża paterna ta' l-istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor, - ikkontrollata mill-istess persuni, sew jekk naturali jew legali, bħalma jikkontrollaw l-istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor. Artikolu 13 Friegħi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor L-Istati Membri li jospitaw ma jistgħux jenħtieġu awtorizzazzjoni jew l-għoti ta' kapital lill-friegħi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor. L-istabbiliment u s-superviżżjoni ta' friegħi bħal dawn għandhom ikunu effetwati kif hemm preskritt fl-Artikoli 17, 20(1) sa (6) u l-Artikoli 22 u 26. Artikolu 14 Tneħħija ta' awtorizzazzjoni 1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jneħħu awtorizzazzjoni maħruġa lill-instituzzjoni ta' kreditu biss meta din l-istituzzjoni: (a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12 il-xhar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew tieqaf milli twettaq negozju għal aktar minn sitt xhur, jekk l-Istat Membru ikkonċernat ma jkun għamel l-ebda disposizzjoni għall-awtorizzazzjoni li tiskadi f'każi bħal dawn; (b) tkun akkwistat l-awtorizzazzjoni permezz ta' stqarrija falza jew b'xi meżżi irregolari oħra; (ċ) ma tkunx aktar twettaq il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-awtorizzazzjoni tkun ġiet mogħtija; (d) ma tkunx aktar tipposjedi fondi tagħha suffiċjenti u ma tkunx aktar tista’ tkun afdata li twettaq l-obligazzjonijiet tagħha lejn il-kredituri tagħha, u partikolarment ma tkunx aktar tipprovdi sigurtà dwar l-assi afdati lilha; (e) tidhol f'xi wieħed jew aktar każi fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi għal tneħħija ta' l-awtorizzazzjoni. 2. Raġunijiet għandhom jingħataw għal tneħħija ta' l-awtorizzazzjoni u dawk ikkonċernati għandhom ikunu infurmati b'dan; tneħħija bħal din għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni. Artikolu 15 Isem Għall-iskop ta' l-eżerċitu ta' l-attivitajiet tagħhom, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu, independentament minn xi disposizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tal-kliem "bank", "bank tat-tfaddil" jew xi ismijiet bankarji oħra li jistgħu jeżistu fl-Istat Membru li jospita, l-użu matul it-territorju tal-Komunità ta' l-istess isem bħalma jużaw fl-Istat Membru li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali. Fil-każ li jkun hemm xi periklu ta' konfużjoni, l-Istat Membru li jospita jista, għall-iskopijiet ta' kjarifikazzjoni, jenħtieġ li l-isem ikun akkumpanjat minn ċerti partikolaritajiet ta' spjegazzjoni. Artikolu 16 Propjetà kwalifikanti fl-istituzzjonijiet ta' kreditu 1. L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li xi persuna naturali jew legali li tipproponi li żżomm, direttament jew indirettament propjetà kwalifikanti fl-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ewwel nett li tinforma lill-awtoritajiet kompetenti, fejn tgħidilhom id-daqs tal-propjetà li hija jkollhu l-intenzjoni li żżommu. Persuna bħal din għandha l-istess tinforma lill-awtoritajiet kompetenti jekk tip proponi li żżid il-propjetà kwalifikanti tagħha sa biex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum minnha jkun jilħaq jew jeċċedi 20 %, 33 % jew 50 % jew li b'hekk l-istituzzjoni ta' kreditu tkun saret sussidjarja. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom massimu ta' tliet xhur mid-data tan-notifika li hemm disposizzjoni dwarha fl-ewwel subparagrafu li jopponu pjan bħal dak jekk, in vista tal-ħtieġa li tkun assigurata amministrazzjoni soda u prudenti ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, dawn ma jkunux sodisfatti dwar l-addattibilità tal-persuna li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu. Jekk huma ma jopponux għal pjan li hemm referenza dwaru fl-ewwel subparagrafu, huma jistgħu jistabbilixxu perijodu massimu għall-implementazzjoni tiegħu. 2. Jekk dawk li jakkwistaw il-propjetà li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 fl-istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew fl-intrapriża paterna ta' l-istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew persuna naturali jew legali tikkontrolla l-istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-istituzzjoni, li fiha dak li jakkwista jipproponi li jkollu propjetà jkun isir susidjarju jew suġġett għal kontroll ta' dak li jakkwista, l-assessjar ta' l-akkwist għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni minn qabel skond ir-referenza fl-Artikolu 12. 3. L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li xi persuna naturali jew legali li tipproponu li tiddisponi, direttament jew indirettament, propjetà kwalifikanti fl-istituzzjoni ta' kreditu, li l-ewwel tinforma lill-awtoritajiet kompetenti, billi tgħidilhom id-daqs tal-propjetà li hija jkollha l-intenzjoni li żżomm. Persuna bħal din għandha l-istess tinforma lill-awtoritajiet kompetenti jekk tipproponi li tnaqqas il-propjetà kwalifikanti tagħha sa biex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum minnha jkunu jaqgħu taħt il-20 %, 33 % jew 50 % jew li b' hekk l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx tibqa' sussidjarja. 4. Malli jsiru jafu b'dan, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b'xi akkwisti jew disponimenti ta' propjetà fil-kapital tagħhom li jikkaġunaw li l-propjetà teċċedi jew tinżel taħt waħda mil-limiti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 u 3. Għandhom ukoll, mill-anqas darba fis-sena, jinfurmawhom bl-ismijiet tas-sieħba u l-membri li jipposjedu propjetà kwalifikanti u d-daqs ta' propjetà bħal dik kif mhurija, per eżempju, bl-informazzjoni mogħtija fil-laqgħat ġenerali annwali tas-sieħba u l-membri jew bħala riżultat ta' konformità mar-regolamenti li jirrigwardjaw kumpanniji mniżla fil-borża. 5. Stati Membri għandhom jenħtieġu li, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 aktarx li topera għad-detriment ta' l-amministrazzjoni prudenti u soda ta' l-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu dik is-sitwazzjoni. Miżuri bħal dawn jistgħu jikkonsistu, per eżempju, f'inġuzzjonijiet, sanzjonijiet kontra d-diretturi u l-managers jew is-sospenzjoni ta' l-eżerċitu tad-drittijiet tal-vot marbuta ma’ l-ishma miżmuma mis-sieħba jew mill-membri f'dak il-każ. Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni naturali jew legali li jonqsu milli jkunu konformi ma’ l-obligazzjonijiet li jipprovdu l-informazzjoni bil-quddiem, kif esiġit fil-paragrafu 1. Jekk propjetà tkun akkwistata avolja jkun hemm l-opposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, independentament minn xi sanzjonijiet oħra li għandhom ikunu adottati, jipprovdu jew li l-eżerċitu tad-drittijiet ta' votar bil-posta li jiġi sospiż, jew tan-nullità ta' voti mitfuha, jew tal-possibiltà li dawn ikunu annullati. 6. Għall-iskopijiet tad-definizzjoni ta' propjetà kwalifikanti u livelli oħra ta' propjetà esiġiti f'dan l-Artikolu, id-drittijiet tal-voti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 88/627/KEE għandha tittieħed b'kunsiderazzjoni. Artikolu 17 Proċeduri u mekkaniżmi interni ta' kontroll L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri tal-lokalità għandhom jenħtieġu li kull istituzzjoni ta' kreditu jkollha proċeduri sodi ta' amministrazzjoni u kontijiet u mekkaniżmi adekwati ta' kontroll intern. TITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-LIBERTÀ TA' STABBILIMENT U L-LIBERTÀ LI JKUNU PPROVDUTI SERVIZZI Artikolu 18 L-istituzzjonijiet ta' kreditu L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jistgħu jitwettqu fit-terrirorji tagħhom, bi qbil ma’ l-Artikoli 20(1) sa (6), 21(1) u (2), u 22, jew bl-istabbiliment ta' fergħa jew permezz tal-provista ta' servizzi, minn xi istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata u taħt is-superviżżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor, basta li dawk l-attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni. Artikolu 19 L-istituzzjonijiet finanzjarji L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jistgħu jittwettqu fit-territorji tagħhom, bi qbil ma’ l-Artikoli 20(1) sa (6), 21 (1) u (2), u 23, jew bl-istabbiliment ta' fergħa jew permezz tal-provista ta' servizzi, minn xi istituzzjoni finanzjarja minn Stat Membru ieħor, sew jekk sussidjarja ta' l-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjra bi propjetà konġunta ta' tnejn jew aktar istituzzjonijiet ta' kreditu, li l-memorandum u l-articles of association tagħhom jippermettu it-twettieq ta' dawk l-attivitajiet u li jissosisfaw kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet: - l-intrapriża jew l-intrapriżi paterni għandhom ikunu awtorizzati bħala l-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istat Membru bil-liġi li biha tkun irregolata is-sussidjarja, - l-attivitajiet f'dak il-każ għandhom attwalment jitwettqu fit-territorju ta' l-istess Stat Membru, - l-intrapriża jew l-intrapriżi paterni għandhom ikollhom 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-voti marbuta ma’ l-ishma fil-kapital tas-sussidjarja, - l-intrapriża jew l-intrapriżi paterni għandhom jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti rigward l-amministrazzjoni prudenti tas-sussidjarji u għandhom jiddikjaraw, bil-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti relevanti ta' l-Istat Membri tal-lokal,li huma flimkien u separatament jiggarantixxu l-impenji li tkun daħlet għalihom is-sussidjarja, - is-sussidjarja għandha tkun effettivament inkluża, għall-attivitajiet f'dan il-każ, partikolarment, fis-superviżjoni kkonsolidata ta' l-intrapriża paterna, jew ta' kull waħda mill-intraprżi tal-paterna, bi qbil ma’ l-Artikoli 52 sa 56, partikolarment għal kalkolazzjoni tar-rata ta' likwidità, għal kontroll ta' riskji kbar u għall-iskopijiet tal-limitazzjoni tal-propjetà li hemm disposizzjoni dwarha fl-Artikolu 51. Konformità ma’ dawn il-kondizzjonijiet għandha tkun ivverifikata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità u dan ta' l-aħħar għandu jforni lis-sussidjarja b'ċertifikat ta' konformità li għandu jagħmel parti min-notifikazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikoli 20(1) sa (6), u 21(1) u (2). L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokal għandhom jassiguraw is-superviżjoni tas-sussidjarja bi qbil ma’ l-Artikoli 5(3), 16, 17, 26, 28, 29, 30, and 32. Id-disposizzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis għal sussidjarji, suġġett għall-modifikazzjonijiet meħtieġa. Partikolarment, il-kliem "l-istituzzjoni ta' kreditu" għandha tinqra bħala "l-istituzzjoni finanzjarja li twettaq il-kondizzjonijiet esiġiti fl-Artikolu 19" u l-kelma "awtorizzazzjoni" bħala "memorandum u articles of association". It-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 20(3) għandu jaqra: "L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokal għandhom ukoll jikkomunikaw l-ammont tal-fondi tagħhom tas-sussidjarji ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji u r-relattività ikkonsolidata ta' likwidità ta' l-istituzzjoni ta' kreditu li tkun intrapriża tal-paterna tagħha" . Jekk l-istituzzjoni finanzjarja eliġibli permezz ta' dan l-Artikolu tieqaf milli twettaq uħud mill-kondizzjonijiet imposti, l-Istat Membru tal-lokalità għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita u l-attivitajiet imwettqa minn dik l-istituzzjoni fl-Istat Membru li jospita isiru suġġetti għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li jospita. Artikolu 20 Eżerċizzju u d-dritt ta' stabbiliment 1. L-istituzzjoni ta' kreditu li tkun tixtieq li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tagħha. 2. L-Istat Membri għandu jenħtieġ li kull istituzzjoni ta' kreditu li tkun tixtieq li tistabbilixxi fergħa fi Stat Membru ieħor li tipprovdi din l-informazzjoni li ġejja meta teffetwa n-notifika li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1: (a) l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tippjana li tistabbilixxi fergħa; (b) programm ta' l-operazzjonijiet, issemmi, inter alia, it-tipi ta' negozju maħsub u l-organiżazzjoni strutturali tal-fergħa; (ċ) l-indirizz ta' l-Istat Membru li jospita li minn għandu jkunu jistgħu jiġu akkwistati id-dokumenti; (d) l-ismijiet ta' dawk responsabbli għall-amministrazzjoni tal-fergħa. 3. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokal ma jkollhomx raġunijiet biex jiddubitaw l-adekwatezza ta' l-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, billi jittieħed akkont ta' l-attivitajiet maħsuba, huma għandhom fi żmien tliet xhur mill-wasla ta' l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita u għandhom jinfurmaw lill-istituzzjoni kif xieraq. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità għandhom ukoll jikkomunikaw l-ammont tal-fondi tagħhom u r-relatività ta' likwidità ta' l-istituzzjoni ta' kreditu. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità jiċħdu li jikkomunikaw l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħhom lill-istituzzjoni ikkonċernata fi żmien tliet xhur mill-wasla ta' l-informazzjoni. Iċ-ċaħda tagħhom jew in-nuqqas li jwieġbu għandhom ikunu suġġetti għad-dritt ta' applikazzjoni lejn il-qrati ta' l-Istat Membru tal-lokalità. 4. Qabel ma’ l-fergħa ta' l-istituzzjoni ta' kreditu tibda bl-attivitajiet tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita għandhom, fi żmien xharejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, iħejju għas-superviżjoni ta' l-istituzzjoni ta' kreditu bi qbil ma’ l-Artikolu 22 u jekk meħtieġ jindikaw il-kondizzjonijiet li bihom, fl-interess ta' ġid ġenerali, dawk l-attivitajiet għandhom ikunu mwettqa fl-Istat Membru li jospita. 5. Mal-wasla tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita, jew fil-każ li jeskadi l-perijodu li hemm disposizzjoni dwaru fil-paragrafu 4 mingħajr il-wasla ta' xi komunikazzjoni minn dawk ta' l-aħħar, il-fergħa tista’ tkun stabbilita u tibda bl-attivitajiet tagħha. 6. Fil-każ ta' xi bidla f'uħud mill-partikolaritajiet ikkomunikati bis-saħħa tal-paragrafu 2(b), (ċ) jew (d), l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tagħti avviż bil-miktub tal-bidla f'dak il-każ lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-lokalità u li jospita, mill-anqas xahar wieħed qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3 u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita għandhom jieħu deċiżjoni dwar il-bidla bis-saħħa tal-paragrafu 4. 7. Friegħi li jkunu bdew bl-attivitajiet tagħhom, bi qbil mad-disposizzjonijiet eżistenti fl-Istati Membri li jospitaw, qabel l-1 ta' Jannar 1993, għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu suġġetti għal-proċedura esiġita fil-paragrafi 1 sa 5. Dawn għandhom ikunu irregolati, mid-data msemmija hawn fuq, bil-paragrafu 6, u bl-Artikoli 18, 19, 22 u 29. Artikolu 21 Eżerċizzju tal-libertà li jkunu ipprovduti servizzi 1. Xi istituzzjoni ta' kreditu li tkun tixtieq li teżerċità il-libertà li tipprovdi servizzi bit-twettieq ta' l-attivitajiet tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalita, bl-attivitajiet fil-lista ta' l-Anness I li hi jkollha l-intenzjoni li twettaq. 2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità għandhom, fi żmien xahar wieħed mill-wasla tan-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jibgħatu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita. 3. Dan l-Artikolu m'għandux jaffetwa d-drittijiet akkwistati mill-l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jipprovdu servizzi qabel l-1 ta' Jannar 1993. Artikolu 22 Poter ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita 1. Stati Membri li jospitaw jistgħu, għall-iskopijiet statistiċi, jenħtieġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li jkollhom friegħi fit-territorji tagħhom, jirrapurtaw perjodikament dwar l-attivitajiet f'dawk l-Istati Membri li jospitaw, lill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri li jospitaw. Fit-twettieq tar-responsabbiltajiet imposti fuqhom fl-Artikolu 27, l-Istati Membri li jospitaw jistgħu jenħtieġu li l-friegħi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu minn Stati Membri oħra jipprovdu l-istess informazzjoni bħal dik li jkunu jenħtieġu mill-istituzzjoni ta' kreditu nazzjonali għal dak l-iskop. 2. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li jospita jaċċertaw li l-istituzzjoni li jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu ma tkunx konformi mad-disposizzjonijiet legali adottati f'dak l-Istat bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jinvolvu poteri ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita, dawk l-awtoritajiet għandhom jenħtieġu li l-istituzzjoni kkonċernata li twaqqaf dik is-sitwazzjoni irregolari. 3. Jekk l-istituzzjoni kkonċernata tonqos milli tieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità, kif xieraq. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità għandhom, ma’ l-ewwel opportunità l-aktar kmieni, li jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jassiguraw li l-istituzzjoni kkonċernata twaqqaf dik is-sitwazzjoni irregolari. In-natura ta' dawk il-miżuri għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita. 4. Jekk, avolja jkunu ttieħdu l-miżuri mill-Istat Membru li jospita jew minħabba li miżuri bħal dawk juru li ma jkunux adekwati jew li ma jkunux disponibbli fl-Istat Membru f'dak il-każ, l-istituzzjoni tippersisti fil-vjolazzjoni tar-regoli legali li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 u li huma eżistenti fl-Istat Membru li jospita, dan l-Istat ta' l-aħħar jista, wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità, li jieħu l-miżuri xierqa biex ma jħallix jew jikkastiga aktar irregolaritajiet u, sakemm ikun meħtieġ, li ma jħallix dik l-istituzzjoni milli tibda aktar tranżazzjonijiet fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fit-territorju tagħhom ikun possibli li jkunu servuti d-dokumenti legali meħtieġa għal dawn il-miżuri fuq l-l-istituzzjonijiet ta' kreditu. 5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx jaffetwaw il-poter tal-Istati Membri li jospitaw milli jieħdu l-miżuri xierqa biex ma jħallux jew jikkastigaw irregolaritajiet imwettqa fit-territorji tagħhom li huma kuntrarji għar-regoli legali li huma jkunu adottaw fl-interess tal-ġid ġenerali. Dan għandu jinkludi l-possibilità li ma jitħallex li l-istituzzjonijiet li joffendu milli jibdew aktar tranżazzjonijiet fit-territorju tagħhom. 6. Xi miżuri adottati bis-saħħa tal-paragrafi 3, 4 u 5 li jinvolvu penalitajiet jew restrizzjonijiet dwar l-eżerċizju tal-libertà li jkunu ipprovduti servizzi għandhom ikunu ġustifikati kif xieraq u ikkomunikati lill-l-istituzzjonijiet ikkonċernati. Kull waħda minn dawn il-miżuri għandha tkun suġġetta għad-dritt ta' l-appell fil-qrati ta' l-Istati Membri ta' l-awtoritajiet li jkunu adottawha. 7. Qabel ma jużaw il-proċedura li hemm disposizzjoni dwarha fil-paragrafi 2, 3 u 4, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita jistgħu, f'emerġenza, li jieħdu l-miżuri ta' prekwazzjoni meħtieġa biex jipprotieġu d-depositaturi, l-investituri u l-oħrajn li lilhom ikunu ipprovduti is-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra ikkonċernati għandhom ikunu infurmati b'miżuri bħal dawn fl-aktar opportunità kmieni. Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati, tiddeċiedi li l-Istat Membru f'dak il-każ għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-miżuri. 8. Stati Membri li jospitaw jistgħu jeżerċitaw il-poteri mogħtija lilhom permezz ta' din id-Direttiva billi jieħdu l-miżuri xierqa biex ma jħallux jew jikkastigaw irregolaritajiet imwettqa fit-territorji tagħhom. Dan għandu jinkludi l-possibilità li ma jħallux l-istituzzjonijiet milli jibdew aktar tranżazzjonijiet fit-territorju tagħhom. 9. Fil-każ ta' tneħħija ta' l-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita għandhom ikunu infurmati u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex ma jħallux li l-istituzzjoni kkonċernata milli tibda aktar tranżazzjonijiet fit-territorju tagħhom u biex jissalvagwardjaw l-interessi tad-depositaturi. Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar dawk il-każi lejn il-Kumitat Bankarju Konsultattiv. 10. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bin-numru u t-tipi ta' każi li fihom ikun hemm ċaħda bis-saħħa ta' l-Artikolu 20(1) sa (6) jew li fihom miżuri jkunu ittieħdu bi qbil mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar dawk il-każi lejn il-Kumitat Bankarju Konsultattiv. 11. Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jfixkel lill-istituzzjonijiet ta' kreditu b'uffiċini prinċipali tagħhom fi Stati Membri oħra milli jirreklamaw is-servizzi tagħhom bill-meżżi kollha ta' komunikazzjoni fl-Istat Membru li jospita, suġġett għal xi regoli li jirregolaw il-għamla u l-kontenut ta' dawk ir-reklami fl-interess tal-ġid ġenerali. TITOLU IV RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI Artikolu 23 Notifika dwar is-sussidjarji ta' l-intrapriżi ta' pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet dwar l-aċċess għas-swieq ta' dawn il-pajjiżi 1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni: (a) b'xi awtorizzazzjoni ta' sussidjarja diretta jew indiretta ta' l-intrapriża paterna waħda jew aktar li jkunu irregolati mill-liġijiet ta' pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat Konsultattiv Bankarju kif xieraq; (b) kull meta intrapriża paterna takkwista propjetà f'l-istituzzjoni ta' kreditu fil-Komunità, dik ta' l-aħħar issir sussidjarja. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat Konsultattiv Bankarju kif xieraq. Meta awtorizzazzjoni tkun mogħtija lill-sussidjarja diretta jew indiretta ta' l-intrapriżi paterna waħda jew aktar irregolati bil-liġi ta' pajjiżi terzi, l-istruttura tal-grupp għandha tkun speċifikata fin-notifika li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw lill-Kummissjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 11. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar xi diffikultajiet ġenerali li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet ta' kreditu meta jistabbilixxu rwieħhom jew iwettqu l-attivitajiet bankarji f'pajjiż terz. 3. Il-Kummissjoni għandha perjodikament tħejji rapport li jeżamina t-trattament mogħti lill-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Komunità f’pajjiżi terzi, bit-termini li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 4 u 5, rigward l-istabbiliment u twettieq ta' l-attivitajiet bankarji, u l-akkwist ta' propjetà fl-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dawn ir-rapporti lill-Kunsill, flimkien ma’ xi proposti xierqa. 4. Kull meta jkun jidher għall-Kummissjoni, jew fuq il-bażi tar-rapporti li hemm refernza dwarhom fil-paragrafu 3 jew fuq il-bażi ta' l-informazzjoni l-oħra, li pajjiż terz ma jkunx qiegħed jgħati lill-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Komunità aċċess effettiv għas-suq kumparabbli ma’ dak mogħti mill-Komunità lill-istituzzjonijiet ta' kreditu minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti lill-Kunsill għal mandatt xieraq għal negozjar bil-għan li takkwista opportunitajiet ta' kompetizzjoni kumparabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Komunità. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata. 5. Kull meta jkun jidher lill-Kummissjoni, jew fuq il-bażi tar-rapporti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 jew fuq il-bażi ta' l-informazzjoni l-oħra li l-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Komunità f’pajjiż terz ma jkunux irċevew trattament nazzjonali li joffri l-istess opportunitajiet kompetittivi bħalma huma disponibbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu domestiċi u l-kondizzjonijiet ta' l-aċċess effettiv għas-suq ma jkunux imwettqa, il-Kummissjoni tista’ tibda negozjati sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni. Fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-ewwel sub-paragrafu, hi tista’ wkoll tiddeċiedi fi kwalunke waqt, u b'żieda ma li tibda n-negozjati, bi qbil mal-proċedura esiġita fl-Artikolu 60(2), li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jillimitaw jew jissospendu d-deċiżjonijiet tagħhom rigward talbiet pendenti fil-waqt tad-deċiżjoni jew talbiet futuri għal awtorizzazzjonijiet u l-akkwist ta' propjetà minn intrapriżi paterni diretti jew inderetti rregolati bil-liġijiet tal-pajjiż terz f'dak il-każ. It-tul tal-miżuri li hemm referenza dwarhom ma jistgħux jeċċedu tliet xhur. Qabel it-tmiem ta' dak il-perijodu ta' tliet xhur, u fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati, il-Kunsill jista, billi jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata jekk il-miżuri għandhomx jitkomplew. Limitazzjonijiet jew sospenzjonijiet bħal dawn ma jistgħux japplikaw għat-twaqqif ta' sussidjarji minn l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew is-sussidjarji tagħhom awtorizzati kif xieraq fil-Komunità, jew fl-akkwist ta' propjetà fl-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Komunità minn istituzzjonijiet jew sussidjarji bħal dawn. 6. Kull meta jkun jidher għall-Kummissjoni li waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafi 4 u 5 jkunu jeżistu, l-Istati Membri għandhom jinfurmawha fuq it-talba tagħha: (a) b'xi talba għal-awtorizzazzjoni ta' sussidjarja diretta jew indiretta ta' intrapriża paterna waħda jew aktar li jkunu irregolati mill-liġijiet ta' pajjiż terz f'dak il-każ; (b) kull meta jkunu infurmati bi qbil ma’ l-Artikolu 16 li intrapriża bħal dik tipproponi li takkwista propjetà fl-istituzzjoni ta' kreditu tal-Komuità hekk li din ta' l-aħħar issir sussidjarja. Din l-obligazzjoni li tipprovdi informazzjoni għandha teskadi kull meta ftehim ikun milħuq mal-pajjiż terz li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 4 jew 5 jew meta l-miżuri li hemm referenza dwarhom fit-tieni jew fit-tielet subparagrafi tal-paragrafu 5 ma jibqgħux japplikaw aktar. 7. Miżuri meħudha bis-saħħa ta' dan l-Artikolu huma konformi ma’ l-obligazzjonijiet tal-Komunità permezz ta' xi ftehim internazzjonali, bilaterali jew multi-laterali, li jirregolaw il-bidu jew its-l-eżerċizzju ta' negozju għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Artikolu 24 Friegħi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom il-barra mill-Komunità 1. L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw għal friegħi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom il-barra mill-Komunità, meta jibdew jew iwettqu n-negozju tagħhom, disposizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-friegħi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konsultattiv Bankarju bl-awtorizzazzjonijiet għal friegħi mogħtija lil l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom il-barra mill-Komunità. 3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, il-Komunità tista, permezz ta' ftehim konkluż bi qbil mat-Trattat ma wieħed jew aktar pajjiżi terzi, taqbel li tapplika id-disposizzjonijiet li, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' reċiproċità, tgħati lil friegħi ta' l-istituzzjonijiet li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom il-barra mill-Komunità, trattament egwali matul it-territorju tal-Komunità. Artikolu 25 Koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi rigward is-superviżjoni ta' bażi kkonsolidata 1. Il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti lill-Kunsill, jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew bl-inizjattiva tagħha, għal negozjar ta' ftehim ma’ wieħed jew aktar pajjiżi terzi rigward il-meżżi biex teżerċita superviżjoni b'bażi kkonsolidata fuq: - l-istituzzjonijiet ta' kreditu li l-intrapriżi paterni tagħhom ikollhom l-uffiċini prinċipali gewwa pajjiż terz, u - l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu jinstabu f'pajjiżi terzi li l-intrapriżi paterna tagħhom, sew jekk ikunu l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew il-kumpanniji ta' propjetà finanzjarja, li jkollhom l-uffiċini prinċipali fil-Komunità. 2. Il-ftehim li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom partikolatment ifittxu li jassiguraw dawn iż-żewġ disposizzjonijiet: - li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu jistgħu jakkwistaw l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni, fuq il-bażi tas-sitwazzjonijiet finanzjarji ikkonsolidati tagħhom, ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew tal-kumpanniji ta' propjetà finanzjarja li jkunu jinstabu fil-Komunità u li jkollhom sussidjarji l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinstabu l-barra mill-Komunità, jew li jkollhom partiċipazzjoni f'dawk l-istituzzjonijiet, - li l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jkunu jistgħu jakkwistaw l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni ta' l-intrapriżi paterni li l-uffiċċji prinċipali tagħhom ikunu jinstabu fit-territorji tagħhom u li jkollhom bħala sussidjarji l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinstabu f'wieħed jew aktar Stati Membri jew li jkollhom parteċipazzjoni fl-istituzzjonijiet bħal dawk. 3. Il-Kummissjoni u l-Kumitat Bankarju Konsultattiv għandhom jeżaminaw ir-riżultat tan-negozjati li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni riżultanti. TITOLU V PRINĊIPJI U STRUMENTI TEKNIĊI GĦAL SUPERVIŻJONI PRUDENTI KAPITOLU 1 PRINĊIPJI TA' SUPERVIŻJONI PRUDENTI Artikolu 26 Kompetenza ta' kontroll ta' l-Istat Membru tal-lokalità 1. Superviżjoni prudenti ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, inklużi li l-attivitajiet ikunu mwettqa bi qbil ma’ l-Artikoli 18 u 19, għandhom ikunu ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-lokalità, mingħajr preġudizzju għal dawk id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li jospita. 2. Il-paragrafu 1 m'għandux ifixkel is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata bis-saħħa ta' din id-Direttiva. Artikolu 27 Kompetenza ta' l-Istat Membru li jospita L-Istati Membri li jospitaw għandhom iżommu r-responsabbilità b'koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità għas-superviżjoni tal-likwidità tal-friegħi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni. Mingħajr preġudizzju għal miżuri meħtieġa għall-ri-inforzament tas-Sistema Monetarja Ewropea, l-Istati Membri li jospitaw għandhom iżommu r-responsabbilità għal miżuri li jirriżultaw mill-implementazzjoni ta' l-strateġiji monetarji tagħhom. Miżuri bħal dawn ma jistgħux jipprovdu għal trattament diskriminatorju jew restrittiv li jkun ibbażat fuq il-fatt li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor. Artikolu 28 Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkolloboraw mill-qrib sabiex issir is-superviżjoni ta' l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li joperaw, partikolarment billi jkollhom friegħi stabbiliti hemm, fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti minn dak li fih l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinstab. Għandhom ifornu lill-xulxin bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-amministrazzjoni u l-propjetà ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu bħal dawk li aktarx li tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li tiffaċilita l-monitoraġġ ta' l-istituzzjonijiet bħal dawk, partikolarment fir-rigward ta' likwidità, il-possibilta li jitħalsu d-djun, l-garanziji ta' depositu, il-limiti ta' riskji kbar, l-proċeruri amministrattivi u tal-kontijiet u l-mekkaniżmi tal-kontrol intern. Artikolu 29 Verifikazzjoni fuq il-post ta' friegħi stabbiliti fi Stat Membru ieħor 1. L-Istati Membri li jospitaw għandhom jipprovdu li, meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor li twettaq l-attivitajiet tagħha minn fergħa, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokalità jistgħu, wara li l-ewwel ikunu infurmaw lill awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita, li jwettqu huma stess jew permezz ta' l-intermedjarju ta' persuni li huma jaħtru għal dak l-iskop, verifiki fuq il-post ta' l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 28. 2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-lokal jistgħu wkoll, għall-iskopijiet tal-verifika tal-friegħi, li jkollom aċċess għall-proċeduri l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 56(7). 3. Dan l-Artikolu m'għandux jaffetwa d-dritt ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita milli jwettqu, fil-proċess tar-responsabilitajiet permezz ta' din id-Direttiva, verifiki fuq il-post tal-friegħi stabbiliti fit-territorju tagħhom. Artikolu 30 Skambju ta' informazzjoni u s-segretezza professjonali 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikunu marbuta bl-obligazzjoni tas-segretezza professjonali. Din tfisser li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali li huma jistgħu jirċievu fil-korsa tad-doveri tagħhom ma tkun tista’ tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità liema tkun, ħlief f'sommarju f'għamla kollettiva, hekk li l-istituzzjonijiet individwali ma jistgħux ikunu dentifikati, mingħajr preġudizzju għal każi koperti bil-liġi kriminali. Madankollu, meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun giet iddikjarata bħala falluta jew li tkun xolta ta' bil-fors, informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna partijiet terzi involuti fi sforz li jsalvaw din l-istituzzjoni ta' kreditu tista’ tkun żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali. 2. Il-paragrafu 1 m'għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri varji mill-iskambju ta' l-informazzjoni bi qbil ma’ din id-Direttiva u mad-Direttivi l-oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1. 3. Stati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta' koperazzjoni, li jipprovdu għal skambju ta' l-informazzjoni, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jew ma’ l-awtoritajiet jew il-korpi ta' pajjiżi terzi kif definit fil-paragrafi 5 u 6, biss jekk l-informazzjoni li tkun żvelata tkun suġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk li hemm referenza dwarhom f'dan l-Artikolu. Skambju ta' l-informazzjoni bħal din għandha tkun għall-iskopijiet tat-twettieq tad-doveri ta' superviżjoni mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija. Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-ftehim espress ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, solament għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom. 4. L-awtoritajiet kompteneti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali permezz tal-paragrafi 1 jew 2 jistgħu jagħmlu użu minnha biss fil-korsa tad-doveri tagħhom: - biex jivverifikaw li l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu mwettqa u biex tiffaċilita l-monitoraġġ, fuq bażi mhux ikkonsolidata jew ikkonsolidata, tat-twettieq ta' dak in-negozju, speċjalment f'dak li jirrigwardja l-monitoraġġ tal-likwidità, il-kapaċità ta' ħlasijiet, ir-riskji kbar u l-proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet u l-mekkaniżmi interni ta' kontroll, jew - biex jimponu sanzjonijiet, jew - f'appell amministrattiv kontra deċiżjoni ta' l-awtorità kompetenti, jew - fi proċedimenti tal-qorti mibdijja bis-saħħa ta' l-Artikolu 33 jew għal disposizzjonijiet speċjali li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva u d-Direttivi l-oħra adottati fil-qasam ta l-istituzzjonijiet ta' kreditu. 5. Il-paragrafi 1 u 4 m'għandhomx ifixklu l-ikkambju ta' l-informazzjoni fl-Istat Membru, meta jkun hemm tnejn jew aktar awtoritajiet kompetenti fl-istess Stat Membru, jew bejn Stati Membri, bejn awtoritajiet kompetenti u: - l-awtotiajiet li jkunu ingħataw id-dover pubbliku li jagħmlu superviżjoni fuq organiżazzjonijiet finanzjarji oħra u kumpanniji ta' l-assigurazzjoni u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, - korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u fi proċedimenti oħra simili, - persuni responsabbli għat-twettieq ta' l-awditjar statutorju tal-kontijijiet ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra, fit-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom ta' superviżjoni, u fl-iżvelar lejn korpi li jamministraw skemi ta' garanzija ta' depositu dwar l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Din l-informazzjoni mwassla għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1. 6. Independentament mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta' informazzjoni bejn, l-awtoritajiet kompetenti u: - l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw il-korpi, involuti fil-likwidazzjoni jew fil-falliment ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-proċeduri oħra simili, jew - l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' persuni inkarigati li jwettqu awditjar satutorju tal-kontijiet ta' l-intrapriżi ta' l-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' l-investimenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-Istati Membri li jkollhom rikors għad-disposizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jenħtieġu li mill-anqas dawn il-kondizzjonijiet ikunu milħuqha: - l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettaq id-dover ta' sorveljanza li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu, - l-informazzjoni mwassla f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1, - meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-ftehim espress ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, solament għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta' l-awtoritajiet li jistgħu jirċievu l-informazzjoni bis-saħħa ta' dan il-paragrafu. 7. Independentament mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw is-skambju ta' l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli permezz tal-liġi għad-detenzjoni u l-investigazzjoni tal-ksur tal-liġi tal-kumpanniji. L-Istati Membri li jkollhom rikors għad-disposizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li dawn il-kondizzjonijiet ikunu milħuqa: - l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettqu d-doveri li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu, - l-informazzjoni mwassla f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1, - meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr ftehim espress ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, solament għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom. Meta, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew il-korpi li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu jwettqu d-doveri tagħhom ta' tfittix jew investigazzjoni bl-għajnuna, in vista tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta' persuni maħtura għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibiltà ta' skambju ta' informazzjoni li hemm disposizzjoni dwarha fl-ewwel subparagrafu tista’ tkun estiża għal persuni bħal dawk permezz tal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu. Sabiex ikun implimentat it-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet jew il-korpi li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-reponsabilitajiet preċiżi tal-persuni li lilhom għandha tkun mibgħuta. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta' l-awtoritajiet jew tal-korpi li jistgħu jirċievu informazzjoni bis-saħħa ta' dan il-paragrafu. Qabel il-31 ta' Diċembru 2000, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu. 8. Dan l-artikolu m'għandux ifixkel lil awtorità kompetenti milli titrasmetti: - lejn il banek ċentrali u lejn il korpi l-oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet monetarji, - meta xieraq lejn l-awtoritajiet publiċi l-oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta' pagamenti, informazzjoni ntenzjonata għat-twettieq tad-doveri tagħhom, l-anqas m'għandha tfixkel l-awtoritajiet bħal dawk milli jikkomunikaw mal-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li huma jistgħu jenħtieġu għall-iskopijiet tal-paragrafu 4. L-informazzjoni mwassla f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali imposta f'dan l-Artikolu. 9. B'żieda, u indipendentament mid-disposizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 u 4, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tad-disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta' ċerta informazzjoni lejn id-dipartimenti l-oħra ta' l-amministrazzjonijiet ċentrali tal-gvernijiet tagħhom li jkunu responsabbli għal leġislazzjoni dwar is-superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, tas-servizzi ta' l-investimenti u tal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni u ta' spetturi li jaġixxu f'isem dawk id-dipartimenti. Madankollu, l-iżvelar bħal dan jista’ jsir biss meta meħtieġ u għal raġunijiet ta' kontrol prudenti. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-informazzjoni li tkun waslitilhom permezz tal-paragrafi 2 u 5 u dik akkwistata permezz tal-verifiki fuq il-post li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 29(1) u (2) qatt ma tkun tista’ tiġi żvelata fil-każi li hemm referenza dwarhom f'dan il-paragrafu ħlief bil-kunsens espress ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni jew ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun twettqet il-verifika fuq il-post. 10. Dan l-Artikolu m'għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti milli jikkomunikaw l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafi 1 sa 4 lill-clearing house jew korp simili rikonoxxut mill-liġi nazzjonali ħalli jipprovdi clearing u twettieq ta' servizzi għal wieħed mis-swieq ta' l-Istati Membri jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jassiguraw il-funzjonar xieraq ta' dawk il-korpi b'relazzjoni man-nuqqasijiet jew il-potenzjal ta' nuqqasijiet mill-parteċipanti fis-suq. L-informazzjoni mwassla f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jassiguraw li informazzjoni li tkun waslitilhom permezz tal-paragrafu 2 ma tkunx tista’ tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza dwarhom f'dan il-paragrafu mingħajr il-kunsens espress ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom. Artikolu 31 Dover ta' persuni responsabbli għall-kontroll legali ta' kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw mill-anqas li: (a) xi persuna awtorizzata fil-qofol ta' dak li tfisser id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE [14], li jkunu jwettqu fl-istituzzjoni ta' kreditu d-dover deskritt fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE [15], jew fl-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, jew fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 85/611/KEE [16], jew xi dover statutorju ieħor, għandhom ikollhom id-dover li jirrapurtaw minnufieh lejn l-awtoritajiet kompetenti xi fatt jew deċiżjoni li tikkonċerna dik l-istituzzjoni, li dwarhom ikun sar konxju waqt li jkun iwettaq dak id-dover, li tkun tista’ twassal biex: - tikkonstitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi li jesiġu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament tirregola l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew - taffettwa l-kontinwità tal-funzjonament ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, jew - twassal għal ċaħda ta' ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew l-espressjoni ta' riservi; (b) dik il-persuna għandha l-istess ikkolha d-dover li tirraporta xi fatt jew deċiżjonijiet li dwarhom issir konxja matul il-korsa ta' twettieq ta' dover kif deskritt f’(a) f'intrapriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta' kontroll ma’ l-istituzzjoni ta' kreditu li fiha jkun qiegħed iwettaq id-dover imsemmi hawn fuq. 2. Dan l-iżverar in bona fede lejn l-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fil-qofol ta' dak li tfisser id-Direttiva 84/253/KEE, jew xi fatt jew deċiżjoni li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 m'għandux jikkonstitwixxi ksur ta' xi restrizzjoni dwar l-iżvelar ta' l-informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi disposizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva u m'għandiex tinvolvi lil dik il-persuna f'xi responsabilità ta' kwalunkwe tip. Artikolu 32 Qawwa ta' sanzjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għat-tneħħija ta' l-awtorizzazzjoni u tad-disposizzjonijiet tal-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jistgħu, bħal kontra l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew dawk li jkollhom kontroll effettiv tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw is-superviżjoni jew l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet tagħhom, jadottaw jew jimponu fuqhom penalitajiet jew miżuri immirati speċifikament biex iwaqqfu dak il-ksur osservat jew il-kawżi ta' dak il-ksur. Artikolu 33 Dritt ta' l-appell lejn il-qrati L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjonijiet meħudha rigward l-istituzzjoni ta' kreditu fl-eżerċizzju tal-liġijiet, tar-regolament jew tad-disposizzjonijiet amministrattivi adottati bi qbil ma dan id-Direttiva jistgħu jkunu suġġetti għad-dritt ta' appell lejn il-qrati. L-istess għandu jkun applikabbli meta l-ebda deċiżjoni ma tittieħed fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħha fir-rigward ta' l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa permezz tad-disposizzjonijiet eżistenti. KAPITOLU 2 STRUMENTI TEKNIĊI TA' SUPERVIŻJONI PRUDENTI Taqsima 1 Fondi tagħha Artikolu 34 Prinċipji ġenerali 1. Kull meta Stat Membru jista’ jesiġi b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva disposizzjonijiet fl-implementazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità li tikkonċerna s-superviżjoni prudenti ta' l-operattiv ta' l-istituzzjoni ta' kreditu li tuża t-termini jew tirreferi għal kunċett ta' fondi tagħha, dan għandu jressaq dan it-terminu jew kunċett bi dritt tad-definizzjoni mogħtija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' l-Artikoli 35 sa 38. 2. Suġġett għal-limiti imposti fl-Artikolu 38, il-fondi tagħhom mhux ikkonsolidati ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkonsistu f'dawn id-dettalji li ġejjin: (1) kapital fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 22 tad-Direttiva 86/635/KEE, sakemm dan ikun tħallas kollu, kif ukoll kontijiet premium ta' l-ishma imma esklużi l-ishma preferenzjali kumulattivi; (2) riservi fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 23 tad-Direttiva 86/635/KEE u profitti u telf meħudha l-quddiem bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tal-profitt jew tat-telf finali. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-inklużjoni ta' profitti interim qabel ma deċiżjoni formali tkun ittieħdet biss jekk dawn il-profitti jkunu ġew ivverifikati minn persuni responsabbli għall-awditjar tal-kontijiet u jekk ikun ġie ppruvat għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti li l-ammont tagħhom ikun ġie evalutat bi qbil mal-prinċipji tabbiliti fid-Direttiva 86/635/KEE u jkun nett minn xi imposti jew dividendi previsti; (3) fondi għal riskji bankarji ġenerali fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 38 tad-Direttiva 96/635/KEE; (4) ri-valutazzjoni tar-riservi fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 33 tad-Direttiva 78/660/KEE; (5) aġġustament tal-valur fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 86/635/KEE; (6) xi dettalji oħra fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 35; (7) l-impenji tal-membri ta' l-istituzjinijiet ta' kredutu stabbiliti bħala soċjetajiet koperattivi u l-impenji konġunti u separati ta' dawk li jisselfu ta' ċerti istituzzjonijiet organizzati bħala fondi, kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 36(1); (8) l-ishma kumulattivi preferenzjali għal-żmien fiss u kapital ta' self subordinat kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 36(3). Dawn id-dettalji li ġejjin għandhom ikunu mnaqqsa bi qbil ma’ l-Artikolu 38: (9) l-ishma tagħha fil-valur tal-kotba miżmuma minn l-istituzzjoni ta' kreditu; (10) assi intanġibbli fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 4(9) ("Assi") tad-Direttiva 86/635/KEE; (11) telf materjali fis-sena finanzjareja kurrenti; (12) propjetà fl-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jammontaw għal aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom, talbiet subordinati u l-istrumenti li hemnm referenza dwarhom fl-Artikolu 35 li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha fir-rigward ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li fihom ikollhom propjetà li jeċċedu 10 % tal-kapital f'kull każ. Meta l-ishma fl-istituzzjoni ta' kreditu jew finanzjarji oħra li jkollha temporanjament għall-iskopijiet ta' l-għajnuna ta' l-operat finanzjarju maħsuba biex jirrorganizzaw u jsalva lil dik l-instituzzjoni, l-awtorita kompetenti tista’ twarrab din id-disposizzjoni; (13) propjetà fl-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji oħra sa massimu ta' 10 % tal-kapital tagħhom, it-talbiet subordinati u l-istrumenti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 35 li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha fir-rigward ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanazjari apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-punt (12) fir-rigward ta' l-ammont tat-total ta' dik il-propjetà, talbiet subordinati u strumenti li ma jeċċedux 10 % tal-fondi tagħha ta' l-istituzzjoni tal-kreditu kkalkulati qabel it-tnaqqis ta' l-unitajiet fil-punt (12) u ta' dan il-punt. Sakemm isseħħ il-kordinazzjoni sussegwenti tad-disposizzjonijiet dwar il-konsolidazzjoni, Stati Membri jistgħu jipprovdu li, għal kalkolazzjoni ta' fondi tagħha mhux ikkonsolidati, kumpanniji paterni suġġetti għal superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ma jkollomx bżonn li jnaqqsu l-propjetà fl-istituzzjonijiet ta' kreditu l-oħra jew fl-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra li huma nklużi fil-konsolidazzjoni. Din id-disposizzjoni għandha tkun applikabbli għar-regoli prudenti armonizzati b'atti tal-Komunità. 3. Il-kunċett tal-fondi tagħha kif definiti fil-punti (1) sa (8) tal-paragrafu 2 jinkludi n-numru massimu ta' l-unitajiet u l-ammonti. L-użu ta' dawn l-unitajiet u l-istabbilizzar ta' limiti aktar baxxi, u t-tnaqqis ta' dettalji apparti minn dawk lenkati fil-punti (9) sa (13) tal-paragrafu 2 għandhom jitħallew għad-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom madankollu jkunu obligati li jikkunsidraw żieda ta' konverġenza bil-għan ta' definizzjoni komuni ta' fondi tagħha. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, sa l-1 ta' Jannar 1996 l-aktar tard, tissottometti rapport lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 35 sa 39, akkumpanjat fejn xieraq, bi proposti bħal dawk għal emendi li hi tħoss li jkunu meħtieġa. Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1998, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, waqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura tabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jeżaminaw id-definizzjoni ta' fondi tagħha bil-għan ta' l-applikazzjoni uniformi tad-definizzjoni komuni. 4. Id-dettali lenkati fil-punti (1) sa (5) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu għall-użu mingħajr restrizzjonijiet u immedjat biex ikopru riskji jew telf malli dawn iseħħu. L-ammont għandu jkun nett minn xi imposti ta' taxxi previsti fil-waqt tal-kalkolu tagħhom jew li jkunu aġġustati kif xieraq sa fejn l-imposti tat-taxxi jnaqqsu l-ammont sal-limitu li dawn l-unitajiet jistgħu jkunu applikati biex ikopru riskji jew telf. Artikolu 35 Unitajiet oħra 1. Il-kunċett ta' fond tagħha użat minn Stat Membru jista' jinkludi unitajiet oħra basta li, irrispettivament mid-designazzjoni legali jew tal-kontijiet tagħhom x'tista' tkun, huma jkollhom dawn il-karatteristiċi: (a) ikunu liberalment disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu biex ikopru r-riskji bankarji normali meta l-introjtu jew it-telf kapitali ma jkunx għadu ġie identifikat; (b) l-eżistenza tagħhom tkun żvelata fir-reġistri tal-kontijiet interni; (ċ) l-ammont tagħhom ikun iddeterminat mill-amministrazzjoni ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, ivverifikat minn awdituri independenti, mgħamul mgħaruf lill-awtoritajiet kompetenti u mqiegħed taħt is-superviżjoni ta' dawn ta' l-aħħar. 2. Titoli ta' tul mhux determinat u strumenti oħra li jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet jistgħu wkoll ikunu aċċettati bħala unitajiet oħra: (a) ma jkunux jistgħu jitħallsu l-ura fuq l-inizjattiva tal-possessur jew mingħajr il-ftehim bil-quddiem ta' l-awtorità kompetenti; (b) il-ftehim tad-dejn għandu jipprovdi għall-istituzzjoni ta' kreditu li jkollha l-għażla li tiddifferixxi l-pagament ta' l-imgħax fuq id-dejn; (ċ) it-talbiet ta' min jislef li jkollu fuq l-istituzzjoni ta' kreditu għandhom ikunu kompletament subordinati għal dawk il-kredituri kollha mhux subordinati; (d) id-dokumenti li jirregolaw il-ħruġ ta' titoli għandhom jipprovdu għal dejn u imgħax mhux imħallas li jkun tali li jassorbi t-telf, waqt li jħalli l-istituzzjonijiet ta' kreditu f'qagħda li tkompli tinnegozja; (e) dawk l-ammont biss li jkunu imħalsa kollha għandhom ikunu ikkunsidrati. Ma dawn jista’ jiżdied il-kumulattiv ta' ishma preferenzjali apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-punt 8 ta' l-Artikolu 34(2). Artikolu 36 Dispożizzjonijiet oħra li jikkonċernaw fondi tagħha 1. L-impenji tal-membri ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti bħala soċjetajiet koperattivi li hemm referenza dwarhom fil-punt 7 ta' l-Artikolu 34(2), għandhom jinkludu l-kapital mhux imsejjah (mhux imħallas) ta' dawk is-soċjetajiet; flimkien ma’ l-impenji legali tal-membri ta' dawk is-soċjetajiet koperattivi biex jagħmlu l-pagamenti addizjonali mhux-rifondibbli fil-każ li l-istituzzjoni ta' kreditu issofri xi telf, f'liema każ għandu jkun possibli li jkunu mitluba dawk il-pagamenti mingħajr dewmien. L-impenji konġunti u separati ta' min jissellef fil-każ ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu organizzati bħala fondi għandhom ikunu ittratti bl-istess mod bħall-unitajiet preċedenti. L-unitajiet kollha bħal dawn jistgħu jkunu nklużi fil-fondi tagħha sakemm dawn jingħaddu bħala fondi tagħha ta' l-istituzzjoni f'din il-kategorija skond il-liġi nazzjonali. 2. L-Istati Membri m'għandhomx jinkludu l-fondi tagħhom ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu publiċi dawk il-garanziji li huma jew li l-awtoritajiet lokali tagħhom jestendu lejn entitajiet bħal dawn. 3. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu ishma preferenzjali kumulattivi ta' termini-fissi li hemm referenza dwarhom fil-punt 8 ta' l-Artikolu 34(2) u tal-kapital tas-self subordinat li hemm referenza dwaru fid-disposizzjoni tal-fondi tagħha, jekk ikun jeżisti l-ftehim li jorbot li bieħ, fil-każ ta' falliment jew ta' likwidazzjoni ta l-istituzzjoni ta' kreditu, huma jiġu wara t-talbiet tal-kredituri l-oħra kollha u ma jkunux pagabbli l-ura sakemm id-dejn l-ieħor kollu pendenti fl-isetss waqt ikun tħallas. Kapital misluf subordinat għandu wkoll iwettaq din il-kriterja: (a) dawk il-fondi biss imħalsa kollha għandhom ikunu ikkunsidrati; (b) is-self involut għandu jkollu maturità oriġinali ta' mill-anqas ħames snin, li wara dan ikunu jistgħu jitħalsu; jekk il-maturità tad-dejn ma tkunx iffissata, dawn għandhom jitħalsu l-ura biss suġġetti għal avviż ta' ħames snin sakemm is-self ma jkunx aktar meqjus bħala fondi tagħha jew sakemm kunsens bil-quddiem ta' l-awtoritajiet kompetenti ma jkunx speċifikament meħtieġ għal ri-pagament aktar kmieni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess għal ri-pagament aktar kmieni ta' dak is-self basta li t-talba tkun magħmulha fuq l-inizjattiva ta' dak li jkun ħarighom u l-kapaċità ta' ħlas ta' l-istituzzjoni ta' kreditu f'dak il-każ ma tkunx affetwata; (ċ) il-limitu li bieħ dawn ikunu meqjusa fi prijorità ta' importanza għandu jkun gradwalment imnaqqas matul mill-anqas il-ħames snin ta' qabel id-data tar-ri-pagament; (d) il-ftehim tas-self m'għandux jinkludi xi klawsola li tipprovdi li f'ċirkostanzi speċifikati, apparti minn l-għeluq ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, id-dejn isir ri-pagabli qabel id-data mifthiema tar-ri-pagament. Artikolu 37 Kalkolazzjoni tal-fondi tagħha fuq bażi kkonsolidata 1. Meta l-kalkolazzjoni issir fuq bażi kkonsolidata, l-ammonti ikkonsolidati li għandhom x' jaqsmu ma' l-unitajiet lenkati fl-Artikolu 34(2) għandhom jintużaw bi qbil mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 52 sa 56. Aktar minn hekk, dawn li ġejjin jistgħu, meta jkunu unitajiet ta' kreditu ("negattiv"), ikunu meqjusa bħala riservi ikkonsolidati għal kalkolazzjoni tal-fondi tagħha: - xi interessi minuri fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 21 tad-Direttiva 83/349/KEE, meta l-metodu ta' l- integrazzjoni globali jkun użat, - l-ewwel differenzi ikkonsolidati fil-qofol ta' dak li jfissru l-Artikoli 19, 30 u 31 tad-Direttiva 83/349/KEE, - it-translazzjoni tad-differenzi inklużi fir-riservi ikkonsolidati bi qbil ma’ l-Artikolu 39(6) tad-Direttiva 86/635/KEE, - xi differenzi li jirriżultaw mill-inklużjoni ta' ċerti interessi parteċipanti bi qbil mal-metodu preskritt fl-Artikolu 33 tad-Direttiva 83/349/KEE. 2. Meta dawn unitajiet t'hawn fuq ikunu dejn ("pożittiv"), dawn għandhom ikunu mnaqqsa bil-kalkolazzjoni tal-fondi tagħha ikkonsolidati. Artikolu 38 Tnaqqis u limiti 1. L-unitajiet li hemm referenza dwarhom fil-punti (4) sa (8) ta' l-Artikolu 34(2), għandhom ikunu suġġetti għal dawn il-limiti: (a) it-total ta' l-unitajiet fil-punti (4) sa (8) ma jistgħux jeċċedu massimu ta' 100 % ta' l-unitajiet fil-punti (1) b'żieda ta' (2) u (3) mnaqqsa (9), (10) u (11); (b) it-total ta' l-unitajiet fil-punti (7) u (8) ma jistgħux jeċċedu massimu ta' 50 % ta' l-unitajiet fil-punti (1) b'żieda ta' (2) u (3) mnaqqsa (9), (10) u (11); (ċ) it-total ta' l-unitajiet fil-punti (12) u (13) għandhom ikunu mnaqqsa mit-total ta' l-unitajiet. 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu biex jeċċedu l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 f'ċirkostanzi temporanji u eċċezzjonali. Artikolu 39 Dispożizzjoni ta' prova lejn l-awtorotajiet kompetenti Konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(2), (3) u (4) u l-Artikoli 35 sa 38 għandhom ikunu ippruvati għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti. Taqsima 2 Relattività ta' likwidità Artikolu 40 Prinċipji ġenerali 1. Ir-relatività ta' likwidità tal-fondi tagħha, kif definita fl-Artikolu 41, bħala proporzjon ta' l-assi totali u ta' l-unitajiet off-balance-sheet, riskju aġġustat bi qbil ma’ l-Artikolu 42. 2. Ir-relattività ta' likwidità ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li la huma intrapriżi paterni kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, l-anqas sussidjarji ta' l-intrapriżi bħal dawk għandha tkun ikkalkulata fuq bażi individwali. 3. Ir-relattività ta' likwidità ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma intrapriżi paterni għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi kkonsolidata bi qbil mal-metodi stabbiliti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 86/635/KEE. 4. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' l-intrapriża paterna li tkun l-istituzzjoni ta' kreditu tista’ wkoll tenħtieġ il-kalkolazzjoni ta' relattività subkonsolidata jew mhux-konsolidata fir-rigward ta' dik l-intrapriża paterna u ta' xi sussidjarji tagħha li huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni jew tas-superviżjoni minnhom. Meta monitoraġġ għal allokazzjoni sodisfatta ta' kapital fil-grupp bankarju ma jkunx imwettaq, miżuri oħra għandhom jittieħdu biex jintlaħaq dak il-għan. 5. Mingħajr preġudizji għal konformità minn l-istituzzjonijiet ta' kreditu mal-ħtiġiet tal-paragrafi 2, 3 u 4, u l-Artikolu 52(8) u (9), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li r-rellattivitajiet ikunu kkalkulati mhux anqas minn darbtejn kull sena, jew mill-istituzzjonijiet ta' kreditu innifishom, li għandhom jikkomunikaw ir-riżultati u xi dettalji komponenti meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-awtoritajiet kompetenti, billi jużaw id-dettalji fornuti mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. 6. Il-valutazzjoni ta' l-assi u l-unitajiet off-balance-sheet għandhom iseħħu bi qbil mad-Direttiva 86/635/KEE. Artikolu 41 In-numeratur: fondi tagħhom Fondi tagħhom kif definiti f'din id-Direttiva għandhom jiffurmaw in-numeratur fir-relattività tal-medja ta' likwidità. Artikolu 42 Id-denominatur: assi aġġustati b'riskju u unitajiet off-balance-sheet 1. Gradi ta' riskju ta' kreditu, espressi bħala tagħbijiet perċentwali, għandhom ikunu assenjati għal unitajiet ta' assi bi qbil ma’ l-Artikoli 43 u 44, u eċċezjonalment l-Artikoli 45, 62 u 63. Il-valur fil-balance-sheet ta' kull assi għandu mbagħad ikun immultiplikat bit-tagħbija relevanti biex jipproduċu l-valur aġġustat-b'riskju. 2. Fil-każ ta' l-unitajiet off-balance-sheet elenkati fl-Anness II, il-kalkolazzjoni fuq żewġ-stadji kif preskritta fl-Artikolu 43(2) għandha tkun użata. 3. Fil-każ ta' l-unitajiet off-balance-sheet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 43(3), l-ispejjeż potenzjali għal bdil ta' kuntratti fil-każ li l-kontra-parti tonqos għandhom ikunu ikkalkulati permezz ta' wieħed miż-żewġ metodi stabbiliti fl-Anness III. Dawk l-ispejjeż għandhom ikunu immultiplikati bit-tagħbija kontra-parti relevanti fl-Artikolu 43(1), ħlief il-100 % tagħbijiet li hemm disposizzjoni dwarhom għandhom ikunu mibdula b'50 %tagħbijiet biex jipproduċu l-valuri ta' riskju-aġġustat. 4. It-total tal-valuri ta' riskju-aġġustat ta' l-assi u l-unitajiet off-balance-sheet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu d-denominatur tar-relattività ta' likwidità. Artikolu 43 Tagħbijiet ta' riskji 1. Dawn il-piżijiet li ġejjin għandhom ikunu applikati għal varji kategoriji ta' l-unitajiet ta' l-assi, għalkemm l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw tagħbijiet għola skond kif iħossu li jkun hemm bżonn. (a) Tagħbijiet żero (1) flus fl-idejn u l-unitajiet ekwivalenti; (2) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet ta' gvernijiet centrali u banek ċentrali fiż-Żona A; (3) unitajiet ta' assi li jikkinstitwixxu talbiet fuq il-Komunitajiet Ewropej; (4) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet li jkollhom garanziji espliċiti ta' gvernijiet ċentrali u banek ċentrali fiż-Żona A jew tal-Komunitajiet Ewropej; (5) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet ta' gvernijiet ċentrali u banek ċentrali fiż-Żona B denominati u b'fondi f'muniti nazzjonali ta' dawk li jisselfu; (6) unitajiet ta' assi li jikkonsitwixxu talbiet li jġorru garanziji espliċiti ta' gvernijiet ċentrali u banek ċentrali fiż-Żona B denominati u b'fondi fil-munità nazzjonali komuni għal min jiggarantixxi u min jissellef; (7) unitajiet ta' assi salvagwardjati għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, b'għamla kollaterali ta' gvernijiet ċentrali u banek ċentrali taż-Żona A b'titoli jew b'titoli maħruġa mill-Komunitajiet Ewropej jew b'depositu ta' flus imqiegħda ma’ l-istituzzjoni li tislef jew b'ċertifikat ta' depositu jew strumenti simili maħruga minn u ippreżentati għand dan ta' l-aħħar; (b) 20 % tagħbija (1) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq il-BEI; (2) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq banek ta' żvilupp multi-laterali; (3) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet li jġorru garanziji espliċiti tal-BEI; (4) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet li jġorru garanziji espliċiti tal-banek ta' żvilupp multi-laterali; (5) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxi talbiet fuq gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fiż-Żona A, suġġett għall-Artikolu 44; (6) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxi talbiet li jġorru l-granziji espliċiti ta' gvernijiet reġjonali jew ta' l-awtoritajiet lokali fiż-Żona A, suġġett għall-Artikolu 44; (7) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-Żona A imma li ma jikkonstitwixxux il-fondi tagħhom ta' l-istituzzjonijiet bħal dawk; (8) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet b'maturità ta' sena waħda jew anqas, ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-Żona B, apparti minn titoli maħruġa minn l-istituzzjonijiet bħal dawk li huma rikonoxxuti bħala komponenti tal-fondi tagħhom; (9) unitajiet ta' assi li jġorru l-garanziji espliċiti ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-Żona A; (10) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet b'maturità ta' sena waħda jew anqas li jġorru garanziji espliċiti ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-Żona B; (11) unitajiet ta' assi assigurati, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, b'kollaterali f'għamla ta' titoli maħruġa mill-BEI jew minn banek ta' l-iżvilupp multi-laterali; (12) unitijiet ta' flus fil-proċess ta' ġbir; (ċ) 50 % tagħbija (1) is-self kollu u kompletament assigurat, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, b’mortgages fuq propjetà residenzjali li hija jew li sejra tkun okkupata jew mikrija minn dak li jissellef, is-self kollu u kompletament assigurat, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, b'ishma f'kumpanniji Finlandiżi ta' djar residenzjali, li joperaw bi qbil ma’ l-Att tal-Kumpaniji Finlandiżi tad-Djar ta' 1991 jew b'leġislazzjoni ekwivalenti sussegwenti, fir-rigward ta' propjetà residenzjali li hija jew li sejra tkun okkupata jew mikrija minn dak li jissellef; "titoli sostnuti b’mortgage" li jistgħu jkunu ittrati bħala self li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu jew bl-Artikolu 62(1), jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw, wara li jkunu ikkunsidraw il-qafas legali eżistenti f'kull Stat Membru, li dawn huma ekwivalenti fid-dawl tar-riskju tal-kreditu. Mingħajr preġudizzju għal-liġi ta' titoli li jistgħu jkunu nklużi fil u li jkunu kapaċi li jwettqu l-kondizzjonijiet f'dan il-punt 1, "titoli sostnuti b’mortgage" jistgħu jinkludu strumenti fil-qofol ta' dak li tfisser it-Taqsima B(1)(a) u (b) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE [17]. L-awtoritajiet kompetenti għandhom partikolarment ikunu sodisfatti li: (i) titoli bħal dawn ikunu kompletament u direttament isostnuti b’ġemgha ta' mortgages li huma ta' l-istess natura bħal dawk definiti fl-ewwel subparagrafu jew fl-Artikolu 62(1) u li jkunu jwettqu bis-sħieħ meta t-titoli sostnuti b’mortgage ikunu maħluqa; (ii) b'impost aċċettabli ta' prijorità għolja f'unitajiet ta' assi b’mortgage li jaċċennaw jew li huma miżmuma direttament minn investituri t-titoli sostnuti b’mortgage jew f'isimhom minn trustee jew rapreżentant mandatarju fl-istess proporzjon ta' titoli li huma jżommu; (2) pagamenti bil-quddiem u dħul miġmugħ: dawn l-assi huma suġġetti għal tagħbijiet li jikkorrespondu għal kontra-parti meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tista’ tiddetermina dan bi qbil mad-Direttiva 86/635/KEE. Inkella, meta ma tkunx tista’ tiddetermina l-kontra-parti, hi għandha tapplika rata-dritta ta' tagħbija ta' 50 %; (d) 100 % tagħbija (1) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet ta' gvernijiet ċentrali u banek ċentrali fiż-Żona B ħlief meta jkunu ddenominati u b'fondi f'muniti nazzjonali ta' dawk li jisselfu; (2) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet ta' gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fiż-Żona B; (3) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet b'maturità ta' aktar minn sena waħda fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-Żona B; (4) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq setturi mhux bankarji fiż-Żona A u ż-Żona B; (5) "assi" tanġibli fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 4(10) tad-Direttiva 86/635/KEE; (6) propjetà ta' ishma, parteċipazzjoni u komponenti oħra tal-fondi tagħhom ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu oħra li ma jkunux imnaqqsa mill-fondi tagħhom ta' l-istituzzjonijiet li jisilfu; (7) l-assi l-oħra kollha meta mnaqqsa mill-fondi tagħhom. 2. Dan it-trattament li ġej għandu japplika għal unitajiet off-balance-sheet apparti minn dawk koperti fil-paragrafu 3. Għandhom l-ewwel ikunu miġbura skond il-gruppaġġ ta' riskji stabbiliti fl-Anness II. Il-valur sħieħ ta' l-unitajiet ta' riskju sħieħ meħudin b'akkont, 50 % tal-valur ta' l-unitajiet ta' valur ta' riskju medju u 20 % ta' l-unitajiet ta' riskju medju/baxx, waqt li l-valur ta' l-unitajiet ta' riskju baxx għandu jitqiegħed f'żero. It-tieni stadju għandu jkun li jkunu immultiplikati l-valuri ta' off-balance-sheet, aġġustati kif deskritt hawn fuq, bit-tagħbijiet attribwiti għal kontra-partijiet relevanti bi qbil mat-trattament ta' l-unitajiet ta' l-assi perskritti fil-paragrafu 1 u l-Artikolu 44. Fil-każ ta' ftehim ta' bejgħ ta' assi u xiri mill-ġdid u xiri kompletament bil-quddiem, u tagħbijiet għandhom ikunu dawk li jorbtu ma’ l-assi f'dak il-każ u mhux tal-kontro-partijiet tat-tranżazzjoni. Il-porzjon ta' kapital mhux imħallas sottoskritt ma l-Fond Ewropew ta' Investiment jista' jkun mgħobbi b'20 %. 3. Il-metodi stabbiliti fl-Anness III għandhom ikunu applikati għall-unitajiet ta' off-balance-sheet imniżla fl-Anness IV ħlief għal: - kuntratti nnegozjati fuq il-boroż rikonoxxuti, - kuntratti ta' kambju barrani (ħlief kuntratti li jikkonċernaw id-deheb) b'maturità oriġinali ta' 14 il-jum kalendarju jew anqas. Sal-31 ta' Diċembru 2006, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni tal-metodi stabbiliti fl-Anness III ta' kuntratti mingħajr formalitajiet (over-the-counter (OTC)) mgħoddija minn clearing house meta din ta' l-aħħar taġixxi bħala l-kotro-parti legali u l-parteċipanti kompletament kollateralizzati fuq bażi ta' kull jum ir-riskju li jippreżentaw għal clearing house, b'hekk jipprovdu koperta ta' protezjoni kemm għar-riskju kurrenti u wkoll għar-riskji futuri potenzjali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l-kollateral irreġistrat jgħati l-istess livell ta' protezjoni bħal kollateral li jkun konformi mal-paragrafu 1(a) (7) u li r-riskju ta' aktar pressjoni fuq ir-riskji tal-clearing house lill hinn mill-valur tas-suq ta' kollateral irreġistrat ikun eliminat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-użu li huma jagħmlu minn din l-għażla. 4. Meta l-unitajiet ta' off-balance-sheet ikollhom garanziji espliċiti, dawn għandhom ikunu mgħobbija jekk kienu twettqu f'isem dak li jigarantixxi milli tal-konrto-parti. Meta riskju potenzjali joriġina minn tranżazzjonijiet off-balance-sheet jkun kollu u kompletament assigurat, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, bi kwalunkwe mill-unitajiet ta' l-assi rikonoxxuti bħala kollateral fil-paragrafu 1(a)(7) u (b) (11), it-tagħbijiet ta' 0 % jew 20 % għandhom ikunu applikabbli jiddependi mill-kollateral f'dak il-każ. L-Istati Membri jistgħu japplikaw tagħbija ta' 50 % lejn l-unitajiet ta' off-balance-sheet li jkunu titoli jew garanziji li jkollhom karattru ta' sostituti ta' kreditu u li huma iggarantiti bis-sħieħ, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, b’mortgages li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(ċ)(1), suġġett li dak li jkun iggarantixxa jkollu dritt dirett għall-kollateral bħal dak. 5. Meta l-assi u l-unitajiet off-balance-sheet jingħataw tagħbija aktar baxxa minħabba l-eżistenza ta' garanziji espliċiti jew ta' kollateral aċċettabli għall-awtoritajiet kompetenti, it-tagħbija aktar baxxa għandha tapplika biss għal dik il-parti li tkun iggaranitata jew li hija koperta kollha bil-kollateral. Artikolu 44 It-tagħbija ta' talbiet għal gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta' l-Istati Membri 1. Independentament mill-ħtiġiet ta' l-Artikolu 43(1)(b), l-Istati Membri jistgħu jiffissaw tagħbija ta' 0 % għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali tagħhom jekk ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn talbiet fuq dawn ta' l-aħħar u talbiet fuq il-gvernijiet ċentrali tagħhom minħabba l-poteri li jiġbru introjtu tal-gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali u l-eżistenza ta' l-arranġamenti istituzjonali speċifiċi li l-effett tagħhom ikun li jitnaqqsu l-possibilitajiet ta' nuqqas minn dawn ta' l-aħħar. It-tagħbija żero iffissata bi qbil ma dawn il-kriterji għandha tapplika għal talbiet ta' l-unitajiet ta' fuq u l-barra mill-balance-sheet minfuqa f'isem il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali f'dak il-każ u talbiet fuq oħrajn u fuq l-unitajiet ta' off-balance-sheet minfuqa f'isem oħrajn u iggarantiti minn dawk il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali jew assigurati, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ikkonċernati, b'kollateral f'għamla ta' titoli maħruġa minn dawk il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk huma jemmnu li tagħbija żero li hija ġġustifikata skond il-kriterja stabbilita fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiċċirkola dik l-informazzjoni. L-Istati Membri l-oħra jistgħu joffru lill-istutuzzjonijiet ta' kreditu taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom il-possibiltà li japplikaw it-tagħbija żero meta huma jidħlu għan-negozju mal-gvernijiet reġjonali jew ma’ l-awtoritajiet lokali f'dak il-każ jew meta jkollhom talbiet iggarantiti minn dawk ta' l-aħħar, inklużi kollaterali fil-għamla ta' titoli. Artikolu 45 Tagħbijiet oħra 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44(1) l-Istati Membri jistgħu japplikaw tagħbija ta' 20 % lill-unitajiet ta' assi li jkunu assigurati, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ikkonċernati, b'kollateral fil-għamla ta' titoli maħruġa mill-gvernijiet reġjonali jew mill-awtoritajiet lokali taż-Żona A, b'depositi imqiegħda fl-istituzzjonijiet ta' kreditu taż-Żona A apparti minn l-istituzzjonijiet li jisilfu oħrajn, jew b'ċertifikati ta' depositu jew strumenti simili maħruġa minn l-istituzzjonijiet ta' kreditu bħal dawk. 2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw tagħbija ta' 10 % għal talbiet fuq l-istituzzjonijiet li jispeċjalizzaw fi swieq inter-bankarji u dejn pubbliku fl-Istati Membri tal-lokal u suġġetti għal superviżjoni mill-qrib mill-awtoritajiet kompetenti meta dawk l-unitajiet ta' assi jkunu kollha u kompletament assigurati, għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-lokal, b'għaqda ta' l-unitajiet ta' l-assi msemmija fl-Artikolu 43(1)(a) u (b) rikonoxxuti minn ta' l-aħħar li jikkonstitwixxu kollateral adekwat. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'xi disposizzjonijiet adottati bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2 u fuq il-bażi ta' disposizzjonijiet bħal dawk. Il-Kummissjoni għandha twassal dik l-informazzjoni lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha perjodikament teżamina l-implikazzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet sabiex tassigura li dawn ma jirriżultawx f'xi tgħawwiġ ta' kompetizzjoni. Artikolu 46 Korpi amministrattivi u intrapriżi mhux kummerċjali Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 43(1)(b), l-awtoritajiet kompteneti jistgħu jinkludu fil-kunċett ta' gvernijiet reġjonali u ta' l-awtoritajiet lokali korpi amministrattivi mhux kommerċjali responsabbli lejn gvernijiet reġjonali jew lejn l-awtoritajiet lokali jew l-awtoritajiet li, in vista ta' l-awtoritajiet kompetenti, jeżerċitaw l-istess responsabbiltajiet bħall-awtoritajiet reġjonali jew lokali. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jinkludu l-kunċett ta' gvernijiet reġjonali u ta' l-awtoritajiet lokali, knejjes u Komunitajiet reliġjużi ikkonstitwiti fl-għamla ta' persuna legali permezz ta' liġi pubblika, sakemm dawn jagħmlu taxxi bi qbil mal-leġislazzjoni li tagħtihom id-dritt li jagħmlu hekk. Madankollu, f'dan il-każ l-għażla stabbilita fl-Artikolu 44 m'għandiex tkun applikabbli. Artikolu 47 Livell ta' relattività ta' likwidità 1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ikunu meħtieġa li jżommu bħala permanenti r-relattività definita fl-Artikolu 40 fil-livell ta' mill-anqas 8 %. 2. Independentament mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippreskrivu relattivitajiet minimi għola skond kif huma jħossu li jkun xieraq. 3. Jekk ir-relattività taqa’ taħt it-8 % l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-istituzzjoni ta' kreditu f'dak il-każ tieħu l-mużuri xierqa biex terġa tilħaq ir-relattività tal-minimu mifthiem malarj kemm jista’ jkun possibli. Taqsima 3 Riskji kbar Artikolu 48 Rapurtaġġ ta' riskji kbar 1. Ir-riskji ta' l-istituzzjoni ta' kreditu lejn klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għandha tkun meqjusa bħala riskju kbir meta l-valur ikun egwali għal jew jeċċedi 10 % tal-fondi tagħha. 2. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tirraporta kull riskju kbir fil-qofol ta' dak li jfisser il-paragrafu 1 lejn l-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rapurtaġġ ikun imwettaq, fid-diskrezzjoni tagħhom, bi qbil ma wieħed minn dawn iż-żewġ metodi li ġejjin: - rapurtaġġ tar-riskji kbar kollha mill-anqas darba kull sena, flimkien ma rapurtaġġ matul is-sena ta' riskji kbar ġodda kollha u xi żidiet fir-riskji kbar eżistenti ta' mill-anqas 20 % f'dak li jirrigwardja l-komunikazzjoni preċedenti, - rapurtaġġ tar-riskji kbar kollha mill-anqas erba' darbiet fis-sena. 3. Riskji eżentati permezz ta' l-Artikolu 49(7)(a), (b), (ċ), (d), (f), (g) u (h) m’hemmx bżonn, madankollu, li jkunu irrapurtati kif stabbilit fil-paragrafu 2. Il-frekwenza ta' rapurtaġġ stabbilita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 2 tista’ tkun imnaqqsa għal darbtejn fis-sena għar-riskji li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 49(7)(e) u (i), u wkoll fil-paragrafi 8, 9 u 10. 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu li kull istituzzjoni ta' kreditu jkollha proċeduri sodi amministrattivi u tal-kontijiet u mekkaniżmi interni ta' kontroll adekwati għall-iskopijiet ta' l-identifikar u r-reġistrar tar-riskji kbar kollha u t-tibdiliet sussegwenti għalihom, kif definiti u meħtieġa b'din id-Direttiva, u għal dawk ta' monitoraġġ ta' dawk ir-riskji fid-dawl ta' l-istrateġiji ta' riskji ta' kull istituzzjoni ta' kreditu. Meta l-istituzzjoni ta' kreditu tinvoka l-paragrafu 3, din għandha żżomm nota ta' l-avvanzi għal mill-anqas darba kull sena wara l-każ li jgħati bidu għad-dispensa, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jistabbilixxu jekk tkunx iġġustifikata. Artikolu 49 Limiti fuq riskji kbar 1. L-istituzzjoni ta' kreditu ma tistgħax tidħol għal riskju dwar klijent jew grupp ta' klijenti relatati għal valur li jeċċedi 25 % tal-fondi tagħha. 2. Meta klijent jew grupp ta' klijenti relatati tkun l-intrapriża paterna jew sussidjarja ta' l-istituzzjoni ta' kreditu u/jew waħda jew aktar sussidjarji ta' dik l-intrapriża paterna, il-persentaġġ stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun imnaqqas għal 20 %. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jeżentaw ir-riskju involut dwar klijenti bħal dawk mil-limitu ta' 20 % jekk huma jipprovdu għal monitoraġġ speċifiku ta' dawk ir-riskji b'miżuri jew proċeduri oħra. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Bankarju Konsultattiv bil-kontenut ta' dawk il-miżuri jew proċeduri. 3. L-istituzzjoni ta' kreditu ma tistgħax tidħol għal riskji kbar li fit-total jeċċedu 80 % tal-fondi tagħha. 4. L-Istati Membri jistgħu jimponu limiti aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. 5. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha f'kull waqt tkun konformi mal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 fir-rigward tar-riskji tagħha. Jekk f’każ eċċezzjonali ir-riskji jeċċedu dawk il-limiti, dak il-fatt għandu jkun irrapurtat mingħajr dewmien lejn l-awtoritajiet kompetenti li jistgħu, meta ċ-ċirkostanzi hekk ikunu jenħtieġu, li jħallu lill-istituzzjoni ta' kreditu perijodu ta' żmien limitat biex fih tkun konformi ma’ dawk il-limiti. 6. L-Istati Membri jistgħu kompletament jew parzjalment jeżentaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 riskji nvoluti minn l-istituzzjoni ta' kreditu lejn l-intrapriża paterna tagħha, lill-sussidjarji oħra ta' dik l-intrapriża paterna jew lis-sussidjari tagħha stess, sakemm dawk l-intrapriżi jkunu koperti bis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata li dwarha l-istituzzjoni ta' kreditu innifisha tkun suġġetta, bi qbil ma’ din id-Direttiva jew ma normi ekwivalenti eżistenti f'pajjiż terz. 7. L-Istati Membri jistgħu kompletament jew parzjalment jeżentaw dawn ir-riskji li ġejjin mill-applikar tal-paragrafi 1, 2 u 3: (a) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet ta' gvernijiet centrali jew banek ċentrali fiż-Żona A; (b) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq il-Komunitajiet Ewropej; (ċ) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet li jkollhom garanziji espliċiti ta' gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali fiż-Żona A jew tal-Komunitajiet Ewropej; (d) riskji oħra attribwiti għal, jew iggarantiti minn, gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali fiż-Żona A jew tal-Komunitajiet Ewropej; (e) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq u riskji oħra ta' gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali fiż-Żona B denominati u, fejn applikabbli, b'fondi f'muniti nazzjonali ta' dawk li jisselfu; (f) unitajiet ta' assi u riskji oħra assigurati, għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, b'kollateral f'għamla ta' titoli ta' gvern ċentrali jew bank ċentrali fiż-Żona A, jew titoli maħruġa mill-Komunitajiet Ewropej jew minn awtoritajiet reġjonali jew lokali ta' Stat Membru li dwaru l-Artikolu 44 jesiġi tagħbija żero għal skopijiet ta' likwidità; (g) unitajiet ta' assi u riskji oħra assigurati, għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, b'kollateral f'għamla ta' depositu ta' flus kontanti imqiegħda ma’ l-istituzzjoni li tislef jew l-istituzzjoni ta' kreditu li tkun l-intrapriża paterna jew is-sussidjarja ta' l-istituzzjoni li tislef; (h) unitajiet ta' assi u riskji oħra assigurati, għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, b'kollateral f'għamla ta' ċertifikati ta' depositu maħruġa mill-istituzzjoni li tislef jew mill-istituzzjoni ta' kreditu li tkun l-intrapriża paterna jew sussidjarja ta' l-istituzzjoni li tislef u ippreżentati lil waħda minnhom; (i) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq u riskji oħra għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, b'maturità ta' sena waħda jew anqas, imma li ma jikkonsitwux il-fondi tagħha ta' l-istituzzjoni bħal tali; (j) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq u riskji oħra għal dawk l-istituzzjonijiet li ma jkunux l-istituzzjonijiet ta' kreditu imma li jwettqu l-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 45(2), b’maturità ta' sena waħda jew anqas, u assigurati bi qbil ma’ l-istess paragrafu; (k) kambjali tan-negozju u kambjali simili, b'maturità ta' sena waħda jew anqas, li jkollhom il-firem ta' l-istituzzjonijiet l-oħra ta' kreditu; (f) titoli ta' dejn kif definiti fl-Artikolu 22(a) tad-Direttiva 85/611/KEE; (m) jiddependi minn koordinazzjoni sussegwenti, propjetà fil-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 51(3) sa 40 % tal-fondi tagħha ta' l-istituzzjoni ta' kreditu li takkwista dik il-propjetà; (n) unitajiet ta' assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu reġjonali jew ċentrali li magħhom l-istituzzjoni li tislef tkun assoċjata f'qafas bi qbil mad-disposizzjonijiet legali jew statutorji u li huma responsabbli, permezz ta' dawk id-disposizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta' cash-clearing f'dak il-qafas; (o) riskji assigurati, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, b'kollateral f'għamla ta' titoli apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fi (f) basta li dawk it-titoli ma jkunux maħruġa mill-istituzzjoni ta' kreditu innifisha, il-kumpannija paterna jew waħda mis-sussidjarji tagħhom, jew mill-klijent jew grupp ta' klijenti konnessi f'dak il-każ. It-titoli użati bħala kollateral għandhom ikunu ivvalutati bil-prezz tas-suq, ikollhom valur li jeċċedi r-riskju iggarantit u jkunu jew innegozjati fuq il-borża jew effettivament negozjabbli u regolarment ikkwotati fuq suq operat taħt l-awspiċji ta' operaturi professjonali rikonoxxuti u jippermettu, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ta' l-oriġini ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, għall-istabbeliment ta' prezz objettiv hekk li l-eċċess tal-valur ta' titoli jista’ jkun ivverifikat fi kwalunkwe żmien. L-eċċess tal-valur meħtieġ għandhu jkun 100 %, għandu, madankollu, jkun 150 % fil-każ ta' ishma u 50 % fil-każ ta' titoli ta' dejn maħruġa minn l-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-Istati Membri reġjonali jew l-awtoritajiet lokali apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 44, u fil-każ ta' titoli ta' dejn maħruġa mill-BEI u banek ta' żvilupp multi-laterali. Sigurtajiet użati bħala kollateral ma jistgħux jikkonstitwixxu l-fondi tagħha ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu; (p) self assigurat, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, b’mortgages fuq propjetà residenzjali jew b'ishma f'kumpanniji ta' djar residenzjali Finlandiżi, li joperaw skond l-Att tal-Kumpaniji Finlandiżi tad-Djar ta' 1991 jew leġislazzjoni ekwivalenti sussegwenti u tranżazzjonijiet ta' kiri li permezz tagħhom dak li jikri jżomm il-propjetà assoluta tal-propjetà residenzjali li jikri għat-tul sakemm il-kerrej ma jkunx eżerċità l-għażla li jixtri, fil-każi kollha sa 50 % għal valur tal-propjetà residenzjali ikkonċernata. Il-valur tal-propjetà għandu jkun ikkalkulat, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, fuq il-bażi ta' normi stretti ta' valutazzjoni stabbiliti b'liġi, b'regolament jew b'disposizzjonijiet amministrattivi. Il-valutazzjoni għandha titwettaq mill-anqas darba kull sena. Għall-iskopijiet ta' dan il-punt propjetà residenzjali għandha tfisser residenza li għandha tkun okkupata jew mikrija minn dak li jissellef; (q) 50 % tar-riskju medju/baxx ta' l-unitajiet off-balance-sheet li hemm referenza dwarhom fl-Anness II; (r) suġġett għal ftehim mill-awtoritajiet kompetenti, garanziji apparti minn garanziji ta' self li jkollhom bażi legali jew regolatorja u li jingħatw lill-membri tagħhom bi skemi ta' garanzija reċiproka li jippossedu l-istatus ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, suġġetti għal tagħbija ta' 20 % ta' l-ammont tagħhom. Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-użu li jagħmlu minn din l-għażla sabiex jassiguraw li din ma tirriżultax f'tgħawwiġ tal-kompetizzjoni; (s) l-unitajiet ta' riskju baxx off-balance-sheet li hemm referenza dwarhom fl-Anness II, sal-limiti li ftehim ikun ġie konkluż mal-klijent jew grupp ta' klijenti konnessi li permezz tiegħu ir-riskju jista’ jseħħ biss jekk ikun ġie aċċertat li dan ma joħloqx li l-limiti applikabbli permezz tal-paragrafi 1, 2 u 3 li jkunu misbuqa. 8. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tagħbija ta' 20 % ta' l-unitajiet ta' l-assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għal riskji oħra lejn jew iggarantiti minn l-awtoritajiet bħal dawk; suġġett għal kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 44, madankollu, l-Istati Membri jistgħu inaqqsu dik ir-rata għal 0 %. 9. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Memrbi jistgħu japplikaw tagħbija ta' 20 % lejn l-unitajiet ta' l-assi li jikkonstitwixu talbiet fuq u riskji oħra għall-istituzzjonijiet ta' kreditu b'maturità ta' aktar minn sena waħda imma mhux aktar minn tliet snin u tagħbija ta' 50 % għal unitajiet ta' l-assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu b'maturità ta' aktar minn tliet snin, basta li dawn ta' l-aħħar ikunu irrapreżentati bi strumenti ta' dejn li kienu maħruġa minn l-istituzzjoni ta' kreditu u li dawk l-istrumenti ta' dejn huma, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, effettivament negozjabbli f'suq mgħamul minn operaturi professjonali u suġġetti għal kwotazzjoni ta' kull jum fuq dak is-suq, jew li l-ħruġ tagħhom kien ġie awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' l-oriġini ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu ħarġuhom. Fl-ebda każ dawn l-unitajiet ma jistgħu jikkonstitwixxi fondi tagħha. 10. Bħala deroga mill-paragrafi 7(1) u 9, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tagħbija ta' 20 % lejn l-unitajiet ta' l-assi li jikkonstitwixxu talbiet fuq u riskji oħra lejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu, independentament mill-maturità. 11. Meta riskju dwar klijent ikun iggarantit minn parti terza, jew b'kollateral f'għamla ta' titoli maħruġa minn parti terza skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7(o), l-Istati Membri jistgħu: - jittrattaw ir-riskju bħala li kien ġie mwettaq mill-parti terza aktar milli mil-klijent, jekk ir-riskju jkun dirett u ggarantit mingħajr kondizzjonijiet minn dik il-parti terza, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, - jittrattaw ir-riskju bħala li kien imwettaq lejn il-parti terza aktar milli lejn il-klijent, jekk ir-riskju definit fil-paragrafu 7(o) huwa iggarantit b'kollateral permezz tal-kondizzjonijiet hemm stabbiliti. 12. Sal-1 ta' Jannar 1999 l-aktar tard, il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, jeżamina t-trattament tar-riskji interbank li hemm disposizzjoni dwarhom fil-paragrafi 7(i), 9 u 10. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq it-tibdiliet li għandhom isiru fuq proposta mill-Kummissjoni. Artikolu 50 Superviżjoni fuq bażi kkonsolidata jew mhux ikkonsolidata ta' riskji kbar 1. Jekk l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx la intrapriża paterna u l-anqas sussidjarja, konformi ma’ l-obligazzjonijiet imposti bl-Artikolu 48 u 49 jew f'xi disposizzjoni tal-Komunità applikabbli għal dan il-qasam għandhom ikollhom monitoraġġ fuq bażi mhux ikkonsolidata. 2. F'każi oħra, il-konformità ma’ l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 48 u 49 jew f'xi disposizzjoni oħra tal-Komunità applikabbli għal dak il-qasam għandhom ikollhom monitoraġġ fuq bażi kkonsolidata bi qbil ma’ l-Artikoli 52 sa 56. 3. L-Istati Membri jistgħu iwarbu l-monitoraġġ fuq bażi individwali jew subkonsilidata tal-konformità ma’ l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikoli 48 u 49 jew b'xi disposizzjoni oħra tal-Komunità applikabbli għal dan il-qasam minn l-istituzzjoni ta' kreditu li, bħala intrapriża paterna, tkun suġġetta għal monitoraġġ fuq bażi kkonsolidata u b'xi sussidjarja ta' l-istituzzjoni ta' kreditu bħal dik li tkun suġġetta għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tagħhom u hija koperta b'monitoraġġ fuq bażi kkonsilidata. Stati Membri jistgħu ukoll iwarrbu dan il-monitoraġġ meta l-intrapriża paterna tkun il-kumpannija ta' propjetà finanzjarja stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni ta' kreditu, basta li dik il-kumpannija tkun suġġetta għal l-istess monitoraġġ bħall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Fil-każi li hemm referenza dwarhom fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, miżuri għandhom jittieħdu biex jassiguraw l-allokazzjoni sodisfaċenti ta' riskji f'dak il-grupp. Taqsima 4 Propjetà kwalifikanti l-barra mis-settur finanzjarju Artikolu 51 Limiti għal propjetà kwalifikanti mhux finanzjarja 1. L-ebda istituzzjoni ta' kreditu ma tista’ jkollha propjetà kwalifikati li l-ammont tagħha jeċċedi 15 % tal-fondi tagħha f'intrapriża li ma tkunx la istituzzjoni ta' kreditu, la istituzzjoni finanzjarja, u l-anqas intrapriża li twettaq attività li hemm referenza dwarha fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 43(2)(f) tad-Direttiva 86/635/KEE. 2. L-ammont totali ta' propjetà kwalifikanti ta' l-istituzzjoni ta' kreditu f'intrapriżi apparti minn l-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-intrapriżi li jwettqu attivitajiet li hemm referenza dwarhom fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 43(2)(f) tad-Direttiva 86/635/KEE ma jistgħux jeċċedu 60 % tal-fondi tagħha. 3. L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-limiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal propjetà f'kumpanniji ta' l-assigurazzjoni kif definita fid-Direttiva 73/239/KEE [18], u fid-Direttiva 79/267/KEE [19]. 4. Ishma miżmuma temporanjament matul ir-rikonstruzzjoni finanzjarja ta' l-operazzjoni ta' salvataġġ matul korsa normali ta' underwriting jew f'isem l-istituzzjoni innifisha għan-nom ta' oħrajn m'għandiex tkun meqjusa bħala propjetà kwalifikanti għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. Ishma li ma jkunux ishma iffisati finanzjarjament kif definiti fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 86/635/KEE m'għandhomx ikunu inklużi. 5. Il-limiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu misbuqa biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali. F'każi bħal dawn, madankollu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu li l-istituzzjoni ta' kreditu żżid il-fondi tagħha jew li tieħu miżuri oħra ekwivalenti. 6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx japplikaw il-limiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jekk dawn jipprovdu li 100 % ta' l-ammonti li bihom il-propjetà kwalifikanti ta' l-istituzzjoni ta' kreditu jeċċedu dawk il-limiti għandhom ikunu koperti b'fondi taghħom u li dawn ta' l-aħħar m'għandhomx ikunu inklużi fil-kalkolazzjoni tar-relattività tal-kapaċità ta' pagamenti. Jekk iż-żewġ limiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ikunu misbuqa, l-ammont li għandu jkun kopert mill-fondi tagħha m'għandux ikun akbar mill-ammonti eċċessivi. KAPITOLU 3 SUPERVIŻJONI FUQ BAŻI KKONSOLIDATA Artikolu 52 Superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu 1. Kull istituzzjoni ta' kreditu li jkollha l-istituzzjoni ta' kreditu jew l-istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li jkollha parteċipazzjoni fl-istituzzjonijiet bħal dawn għandha tkun suġġetta, sal-limtu u bil-manjera tabbilita fl-Artikolu 54, għal superviżjoni fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja kkonsilidata tagħha. Superviżjoni bħal din għandha tkun eżerċitata mill-anqas f'dawk l-oqsma li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 5 u 6. 2. Kull istituzzjoni ta' kreditu li l-intrapriża paterna tagħha tkun kumpannija ta' propjetà finanzjarja għandha tkun suġġetta, sal-limitu u bil-manjera preskritta fl-Artikolu 52, għal superviżjoni fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja kkonsolidata ta' dik il-kumpannija ta' propjetà finanzjarja. Superviżjoni bħal din għandha tkun eżerċitata mill-anqas f'dawk l-oqsma li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 5 u 6. Il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' kumpannija ta' propjetà finanzjarja m'għandha bl-ebda mod timplika li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa li jagħmlu r-rwol ta' superviżjoni fir-relazzjoni ta' kumpannija ta' propjetà finanzjarja li tkun taħdem għal rasha. 3. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitu ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata bis-saħħa ta' l-Artikolu 53 jistgħu jiddeċiedu fil-każi elenkati hawn taħt li l-istituzzjoni ta' kreditu, l-istituzzjoni finanzjarja jew l-intrapriża awżiljarja ta' servizzi bankarji li tkun sussidjarja jew li fiha parteċipazzjoni tkun miżmuma mhux bil-fors li tkun inkluża fil-konsolidazzjoni: - jekk l-intrapriża li għandha tkun inkluża tkun tinstab f'pajjiż terz fejn ma jkun hemm l-ebda impedimenti legali għat-trasferiment ta' l-informazzjoni meħtieġa, - jekk, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, l-intrapriża li għandha tkun inkluża tkun biss ta' interess negliġibli fir-rigward ta' l-objettivi ta' monitoraġġ ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u fil-każi kollha jekk it-total tal-balance-sheet ta' l-intrapriża li għandha tkun inkluża jkun anqas mill-iżgħar minn dawn iż-żewġ ammonti li ġejjin: EUR 10 miljuni jew 1 % tat-total tal-balance-sheet ta' l-intrapriża paterna jew li l-intrapriża li jkollha dik il-parteċipazzjoni. Jekk diversi intrapriżi jilħqu l-kriterja t'hawn fuq, huma għandhom xorta waħda jkunu nklużi fil-konsolidazzjoni meta kollettivament ikunu ta' interess mhux-negliġibli fir-rigward ta' l-objettivi msemmija qabel, jew - jekk, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jeżerċitaw superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-intrapriża li għandha tkun inkluża ma tkunx xierqa jew li tfixkel sakemm l-objettivi tas-superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu kkonċernati. 4. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ma jinkludux l-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata permezz ta' wieħed mill-każi li hemm disposizzjoni dwarhom fit-tieni u it-tielet inċiżi tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja tkun tinstab jistgħu jitlobu mill-intrapriża paterna għal informazzjoni li tista’ tiffaċilita is-supervijoni tagħhom ta' dik l-istituzzjoni ta' kreditu. 5. Supervizzjoni tal-likwidità, u ta' adekwatezza ta' fondi tagħha li jkopru r-riskji tas-suq u l-kontroll ta' riskji kbar għandha tkun eżerċitata fuq bażi kkonsolidata bi qbil ma’ dan l-Artikolu u ma’ l-Artikoli 53 sa 56. L-Istati Membri jistgħu jadottaw kull miżura meħtieġa, meta xierqa, biex jinkludu kumpanniji ta' propjetà finanzjarja fis-superviżjoni kkonsolidata, bi qbil mal-paragrafu 2. Konformità mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 51(1) u (2) għandha tkun taħt is-superviżjoni u l-kontroll fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja kkonsolidata jew subkonsolidata ta' l-istituzzjoni ta' kreditu. 6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li, fl-intrapriżi kollha inklużi fl-iskop tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata li tkun eżerċitata fuq l-istituzzjoni ta' kreditu fl-implementazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, ikun hemm mekkaniżmi ta' kontroll intern adekwati għall-produzzjoni ta' xi dettalji u informazzjoni li tkun relevanti għall-iskopijiet ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata. 7. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet speċifiċi f'direttivi oħra, l-Istati Membri jistgħu iwarbu l-applikazzjoni, fuq bażi individwali jew subkonsolidata, tar-regoli stabbiliti fil-paragrafu 5 lejn instituzzjoni ta' kreditu li, bħala intrapriża paterna, tkun suġġetta għal superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, u għal xi sussidjarja ta' l-istituzzjoni ta' kreditu bħal dik li tkun suġġetta għal-awtorizzazzjoni tagħhom u s-superviżjoni u li hija inkluża fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ta' l-istituzzjoni ta' kreditu li hija l-kumpannija paterna. L-istess eżenzjoni ta' għażla għandha titħalla meta l-intrapriża paterna tkun kumpannija ta' propjetà finanzjarja li jkollha l-uffiċċju ewlieni fl-istess Stat Membru bħal l-istituzzjoni tal-kreditu, basta li tkun suġġetta għal l-istess superviżjoni bħal dik eżerċitata fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu, u partikolarment in-normi stabbiliti fil-paragrafu 5. Fiż-żewġ każi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, passi għandhom jittieħdu biex jassiguraw li l-kapital ikun distribwit adekwatament fost il-grupp bankarju. Jekk l-awtoritajiet kompetenti japplikaw dawk ir-regoli individwalment għall-istituzzjonijiet ta' kreditu bħal dawk, huma jistgħu, għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni tal-fondi tagħhom, jagħmlu użu mid-disposizzjoni ta' l-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2). 8. Meta l-istituzzjoni ta' kreditu li l-paterna tagħha hija l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ġiet awtorizzata u tkun tinstab fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw l-awtorizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 5 lejn dik l-istituzzjoni fuq bażi individwali jew, fejn xieraq, fuq bażi subkonsolidata. 9. Independentament mill-ħtiġiet tal-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jawtorizzaw is-susdsidjara ta' l-intrapriża paterna li hija l-istituzzjoni ta' kreditu jistgħu, bi ftehim bilaterali, jiddelegaw ir-responsabbilità tagħhom ta' superviżjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw u jkunu jagħmlu s-superviżjoni ta' l-intrapriża paterna hekk li jassumu r-reponsabilità ta' superviżjoni tas-sussidjarja bi qbil ma’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata bl-eżistenza u l-kontenut ta' ftehim bħal dawk. Għandha twassal informazzjoni bħal dik lejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat Konsultattiv Bankarju. 10. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għal eżerċizzju ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata jitolbu lis-sussidjarji ta' l-istituzzjoni ta' kreditu jew tal-kumpannija ta' propjetà finanzjarja li ma jkunux inklużi fl-iskop ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għall-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 55. F'każ bħal dan, il-proċeduri għat-trasmissjonu u l-verifika ta' l-informazzjoni stabbilita f'dak l-artikolu huma applikabbli. Artikolu 53 Awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata 1. Meta l-intrapriża paterna hija l-istituzzjoni ta' kreditu, superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha tkun eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzawha permezz ta' l-Artikolu 4. 2. Meta l-paterna ta' l-istituzzjoni ta' kreditu hija kumpannija ta' propjetà finanzjarja, superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha tkun eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzawha permezz ta' l-Artikolu 4. Madankollu, meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati fi tnejn jew aktar Stati Membri ikollhom bħala paternità l-istess kumpannija ta' propjetà finanzjarja, superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha tkun eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija ta' propjetà finanzjarja tkun stabbilita. Jekk l-ebda istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat membru li fih il-kumpannija ta' propjetà finanzjarja tkun ġiet stabbilita, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ikkonċernat (inklużi dawk ta' l-Istat Membru li fih il-kumpannija ta' propjetà finanzjarja tkun stabbilita) għandhom ifittxu li jilhqu ftehim dwar min minnhom għandu jeżerċita s-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata. Fin-nuqqas ta' ftehim bħal dan, superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha tkun eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti li kienu awtorizzaw l-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total ta' balance-sheet; jekk dik il-figura tkun l-istess, superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha tkun eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti li l-ewwel ikunu taw l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 4. 3. L-awtoritajiet kompetenti ikkonċernati jistgħu bi ftehim komuni iwarrbu r-regoli stabbiliti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 2. 4. Il-ftehim li hemm referenza dwaru fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3 għandu jipprovdi għal proċeduri ta' kooperazzjoni u għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni hekk li l-objettivi ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata jistgħu jkunu milħuqa. 5. Meta Stat Membru jkollu aktar minn awtorità kompetenti waħda għal superviżjoni prudenti ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jorganizzaw kordinament bejn awtoritajiet bħal dawn. Artikolu 54 Għamla u estent ta' konsolidazzjoni 1. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal l-eżerċizzju u ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandhom, għall-iskopijiet ta' superviżjoni, jenħtieġu konsolidazzjoni sħieħa ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha u ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li huma sussidjarji ta' l-intrapriża paterna. Madankollu, kondolidazzjoni proporzjonali tista’ tkun preskritta meta, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbilità ta' l-intrapriża paterna li jkollħa sehem tal-kapital hija llimitata għal dak is-sehem tal-kapital minħabba r-responsabbiltà tas-sieħba l-oħra jew tal-membri l-oħra li l-likwidità tagħhom tkun sodisfaċenti. Ir-responsabilità tas-sieħba u l-membri l-oħra għandha tkun kjarament stabbilita, jekk meħtieġ permezz ta' impenji formali ffirmati. 2. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettieq tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandhom, sabiex jagħmlu hekk, jenħtieġu li l-konsolidazzjoni proporzjonali ta' parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji amministrati minn intrapriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien mingħajr waħda jew aktar intrapriżi li ma jkunu inklużi fil-konsolidazzjoni, meta r-responsabbiltà ta' dawk l-intrapriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li jkollhom. 3. Fil-każ ta' parteċipazzjoni jew ta' rabtiet kapitali apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk u kif il-konsolidazzjoni kellha titwettaq. Partikolarment, huma jistgħu jippermettu jew jenħtieġu l-użu tal-metodu ta' ekwità. Dak il-metodu m'għandux, madankollu, jikkonstitwixxi inklużjoni fl-intrapriżi kkonċernati fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata. 4. Mingħajr preġudizzju għal paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk u kif konsolidazzjoni għandha titwettaq f'dawn il-każi li ġejjin: - meta, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjoni ta' kreditu teżerċità influwenza sinifikanti fuq waħda jew aktar istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji, imma mingħajr ma jkollhom parteċipazzjoni jew rabtiet oħra tal-kapital f'din l-istituzzjoni, - meta tnejn jew aktar istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu mqiegħda taħt amministrazzjoni waħda apparti minn permezz ta' kuntratt jew klawsoli fil-memordanda tagħhom jew fl-articles of association, - meta tnejn jew aktar istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom korpi amministrattivi ta' tmexxija jew ta' superviżjoni ma’ l-istess persuni li jikkonstitwixxu maġġoranza. Partikolarment, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu, jew jenħtieġu l-użu ta', l-metodu li hemm disposizzjoni dwaru fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 83/349/KEE. Dak il-metodu m'għandux, madankollu, jikkonstitwixxi inklużjoni fl-intrapriżi ikkonċernati fis-superviżjoni kkonsolidata. 5. Meta s-superviżjoni kkonsolidata tkun meħtieġa permezz ta' l-Artikolu 52(1) u (2), intrapriżi ta' servizzi bankarji anċillari għandhom ikunu inklużi fil-konsolidazzjonijiet fil-każi, u bi qbil mal-metodi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Artikolu 55 Informazzjoni li għandha tkun fornuta minn kumpannija propjetarji b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom 1. Sakemm iseħħ aktar kordinament ta' metodi ta' konsolidazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta l-intrapriża paterna ta' waħda jew aktar istituzzjonijiet ta' kreditu fl-kumpannija ta' propjetà b'attività imħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u superviżjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom, billi jersqu lejn kumpannija li jkollha attività mħallta u s-sussidjarji tagħha jew direttament jew permezz ta' sussidjarji ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, jenħtieġu li dawn ifornuhom b'xi informazzjoni li tkun relevanti għall-iskop ta' superviżjoni tas-sussidjarji ta' l-istituzzjoni ta' kreditu. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu, jew jaraw li jkunu mwettqa minn spetturi esterni, spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikawl-informazzjoni mwassla minn kumpannija li jkollhom attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom. Jekk kumpannija li jkollha attività mħallta jew waħda mis-sussidjarji tagħha tkun intrapriża ta' l-assigurazzjoni, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56(4) tista’ wkoll tintuża. Jekk kumpannija li jkollha attività mħallta jew waħda mis-sussidjarji tkun tinstab fi Stat Membru apparti minn dak li fih is-sussidjarja ta' l-isitituzzjoni ta' kreditu tkun tinsab, verifikazzjoni fuq il-post ta' l-informazzjoni għandha titwettaq bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56(7). Artikolu 56 Miżuri biex jiffaċilitaw superviżjoni fuq bażi kkonsolidata 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jassiguraw li ma jkun hemm l-ebda impedimenti legali li jfixklu lill-intrapriżi milli jinkludu fl-iskop tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, kumpanniji li jkollhom attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom, jew sussidjarji tat-tip koperti fl-Artikolu 52(10), milli jagħmlu skambju bejntiehom ta' xi informazzjoni li tkun relevanti għall-iskopijiet ta' superviżjoni bi qbil ma’ l-Artikoli 52 sa 55 u dan l-Artikolu. 2. Meta intrapriża paterna u xi sussidjarji minn tagħha li huma’ l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu jinstabu fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin l-informazzjoni relevanti kollha li tippermettilhom jew tgħinhom biex jeżerċitaw superviżjoni fuq bażi kkonsolidata. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li fih intrapriża paterna tkun tinstab ma jkunux huma stess jeżerċitaw superviżjoni fuq bażi kkonsolidata bis-saħħa ta' l-Artikolu 53, huma jistgħu jiġu mistiedna mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal eżerċizzju ta' superviżjoni bħal dik li jitolbu lill-intrapriża paterna għal xi informazzjoni li tkun relevanti għall-iskopijiet ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata u li jittrażmettuha lejn dawn l-awtoritajiet. 3. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw skambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2, bil-ftehim li, fil-każ ta' kumpanniji ta' propjetà finanzjarja, l-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-intrapriżi ta' servizzi bankarji anċillari, il-ġbir jew il-pussess ta' l-informazzjoni m'għandiex timplika bi kwalunwe mod li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa li jagħmlu r-rwol ta' superviżjoni b’relazzjoni ma’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-intrapriżi li jinnegozjaw għal rashom. L-istess, Stati Membri għandhom jawtorizzaw lill-awrorijiet kompetenti fi skambju ta' l-informazzjoni li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 55 bil-ftehim li l-ġbir u l-pussess ta' l-informazzjoni ma tkunx b'xi mod timplika li l-awtortajiet kompetenti jagħmlu rwol ta' superviżjoni b'relazzjoni ma kumpannija li tgħamel attività mħallta u dawk tas-sussidjarji tagħha li ma jkunux l-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew dwar is-sussidjarji tat-tip kopert bl-Artikolu 52 (10). 4. Meta l-istituzzjoni ta' kreditu, il-kumpannija ta' propjetà finanzjarja jew il-kumpannija li għandha attività mħallta, tikkontrolla waħda jew aktar sussidjarji li jkunu kumpanniji ta' l-assigurazzjoni jew intrapriżi oħra li jipprovdu servizzi ta' l-investiment li huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet afdati bid-dover pubbliku ta' superviżjoni ta' l-intrapriżi ta' l-assigurazzjoni jew dawk l-intrapriżi l-oħra li jipprovdu servizzi ta' l-investiment għandhom jikkoperaw mil-qrib. Mingħajr preġudizzju tar-responsibbiltajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lill-xulxin b'xi informazzjoni li x'aktarx tissimplifika d-dover tagħhom u tippermetti superviżjoni ta' l-attività u s-sitwazzjoni finanzjarja kollha ta' l-intrapriżi li fuqhom jagħmlu s-superviżjoni. 5. L-informazzjoni akkwistata, fil-qafas ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, u partikolarment xi skambju ta' l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hemm disposizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva, għandhom ikunu suġġetti għall-obligazzjoni ta' segretezza professjonali definita fl-Artikolu 30. 6. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandhom jistabbilixxu listi ta' kumpanniji ta' propjetà finanzjarja li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 52(2). Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra u lejn il-Kummissjoni. 7. Meta, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed jixtiequ f'każi speċifiċi li jivverifikaw l-informazzjoni li tikkonċerna l-istituzzjoni ta' kreditu, kumpannija ta' propjetà finanzjarja, l-istituzzjoni finanzjarja, l-intrapriża ta' servizzi bankarji anċillari, il-kumpannija li tgħamel attività mħallta, is-sussidjarja ta' kull tip koperta fl-Artikolu 55 jew is-sussidjarja tat-tip kopert fl-Artikolu 52(10), li jinstabu fi Stat Membru ieħor, għandhom isaqsu lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor biex ikollhom il-verifika mwettqa. L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal din għandhom, fil-qafas tal-kompetenza tagħhom, jaġixxu dwar dan billi jwettqu l-verifika huma stess, billi jħallu lill-awtoritajiet li jkunu għamlu t-talba li jwettquha, jew billi jħallu awditur jew espert li jagħmel hekk. 8. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tagħhom fil-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li penalitajiet jew miżuri li jkollhom l-għan li jwaqqfu ksur osservati jew il-kawżi ta' ksur bħal dak jistgħu jkunu imposti fuq il-kumpanniji ta' propjetà finanzjarja u l-kumpanniji li jkollhom attività mħallta, jew l-amministraturi effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, r-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi iddigretati biex jimplementaw l-Artikoli 52 sa 55 u dan l-Artikolu. F'ċerti każi, miżuri bħal dawn jistgħu jenħtieġu l-intervent tal-qrati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jassiguraw li l-penalitajiet imsemmija hawn fuq jew miżuri li jipproduċu r-riżultati mixtieqa, speċjalment meta l-amministrazzjoni ċentrali jew l-istabbiliment prinċipali ta' kumpannija bi propjetà finanzjarja jew kumpannija li jkollha attività mħallta ma tkunx qiegħda fl-uffiċċju ewlieni tagħha. TITOLU VI KUMITAT KONSULTATTIV BANKARJU Artikolu 57 Il-kompożizzjoni u d-doveri tal-Kumitat Konsultattiv Bankarju 1. Kumitat Konsultattiv Bankarju għal awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandu jistabbilixxi biswit il-Kummissjoni. 2. Id-doveri tal-Kumitat Konsultattiv Bankarju għandu jkunu li jassisti lill-Kummissjoni biex tassigura l-implementazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva. Aktar minn hekk għandu jwettaq dawk id-doveri l-oħra stabbiliti b'din id-Direttiva u għandu jgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjiet ta' proposti ġodda lejn il-Kunsill li jikkonċernaw aktar kordinazzjoni fl-isfera ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu. 3. Il-Kumitat Konsultattiv Bankarju m'għandhux ikun ikkonċernat bi problemi attwali li għandhom x'jaqsmu ma’ l-istituzzjonijiet ta' kreditu individwali. 4. Il-Kumitat Konsultattiv Bankarju għandu jkun mgħamul minn mhux aktar minn tliet rappreżentanti minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni. Dawn ir-rapreżentanti jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti minn żmien għal żmien u suġġetti ta' ftehim bil-quddiem tal-Kumitat. Il-Kumitat jista’ wkoll jistieden persuni ikkwalifikati u esperti biex jipparteċipaw fil-laqgħat tiegħu. Is-segretarjat għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni. 5. Il-Kumitat Konsultattiv Bankarju għandu jadotta r-regoli tiegħu tal-proċedura u jeleġġi president minn fost ir-rapreżentanti ta' l-Istati Membri. Għandu jiltaqa f'intervalli regolari u kull meta is-sitwazzjoni hekk tkun tenħtieġ. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat li jżomm laqgħa ta' emerġenza jekk hi tħoss lis-sitwazzjoni hekk tkun tenħtieġ. 6. Id-diskussjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv Bankarju u d-deċiżjonijiet li joħorġu minnhom għandhom ikunu kunfidenzjali ħlief meta l-Kumitat jiddeċiedi mod ieħor. Artikolu 58 Eżaminazzjoni tal-ħtiġiet għal awtorizzazzjoni Il-Kumitat Konsultattiv Bankarju għandu jeżamina l-kontenut mogħti mill-awtoritajiet kompetenti għat ħtiġiet tabbiliti fl-Artikoli 5(1) u 6 (1), u xi ħtiġiet oħra li l-Istati Membri japplikaw u l-informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-programm ta' l-operazzjonijiet, u għandu, fejn xieraq, jagħmel suġġerimenti lejn il-Kummissjoni bil-għan ta' kordinazzjoni aktar dettaljata. Artikolu 59 Relattività ta' osservazzjonijiet 1. Sakemm isseħħ il-kordinazzjoni sussegwenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, għall-iskopijiet ta' osservazzjoni u, jekk meħtieġ, b'żieda ma’ koeffiċjenti bħal dawn li jistgħu jkunu applikati minnhom, jistabbilixxi relattività bejn il-varji assi u/jew ir-responsabbiltajiet l-oħra ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu bil-għan ta' monitoraġġ tal-qagħda finanzjarja tagħhom u l-likwidità u l-miżuri l-oħra li jistgħu iservu biex jassiguraw li t-tfaddil ikun protett. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konsultattiv Bankarju għandu jiddeċiedi dwar il-kontenut tal-fatturi varji u r-relattività ta' l-osservazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu u jesiġi l-metodu li għandu jkun applikat fil-kalkolazzjoni tagħhom. Meta xieraq, il-Kumitat Konsultattiv Bankarju għandu jkun iggwidat minn konsultazzjonijiet tekniċi bejn l-awtoritajiet ta' superviżjoni ta' dawk il-kategoriji ta' l-istituzzjonijiet ikkonċernati. 2. Ir-relattività ta' l-osservazzjonijiet stabbiliti bis-saħħa tal-paragrafu 1 għandhom ikunu kkalkulati mill-anqas kull sitt xhur. 3. Il-Kumitat Konsultattiv Bankarju għandu jeżamina r-riżultati ta' l-analiżi mwettqa mill-awtoritajiet ta' superviżjoni li hemm referenza dwarhom fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-kalkolazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2. 4. Il-Kumitat Konsultattiv Bankarju jista’ jagħmel suġġerimenti lejn il-Kummissjoni bil-għan ta' koordinazzjoni ta' koeffiċjenti applikabbli fl-Istati Membri. TITOLU VII POTERI TA' L-EŻEKUZZJONI Artikolu 60 Addattazzjonijiet tekniċi 1. Mingħajr preġudizzju, rigward il-fondi tagħhom, ir-rapport li hemm referenza dwaru fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 34(3), l-addattazzjonijiet tekniċi f'dawn l-oqsma li ġejjin għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2: - kjarifika tad-definizzjonijiet sabiex tittieħed f'konsiderazzjoni l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ta' żviluppi fis-swieq finanzjarji, - kjarifika tad-definizzjonijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva fil-Komunità, - il-livellar tat-terminoloġija dwar u l-qafas tad-definizzjonijiet bi qbil ma’ l-atti sussegwenti dwar l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-materji relatati, - id-definizzjoni ta' "Żona A" fl-Artikolu 1(14), - id-definizzjoni ta' "banek ta' l-iżvilupp multi-laterali" fl-Artikolu 1(19), - tibdil fl-ammont ta' kapital inizjali tabbilit fl-Artikolu 5 li jieħu akkont tal-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji, - l-espanzjoni tal-kontenut tal-lista li hemm referenza dwarha fl-Artikoli 18 u 19 u stabbilita fl-Anness I jew l-adattazzjoni tat-terminoloġija wżata f'dik il-lista biex jittieħed akkont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, - l-oqsma li fihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu skambju ta' l-infomarzjoni kif elnkata fl-Artikolu 28, - emendi għad-definizzjonijiet ta' l-assi elenkati fl-Artikolu 43 sabiex jittieħed akkont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, - il-lista u klassifikazzjoni ta' l-unitajiet off-balance-sheet fl-Annessi II u IV u t-trattament tagħhom fil-kalkolazzjoni tar-relattività deskritta fl-Artikoli 42, 43 u 44 u fl-Anness III, - tnaqqis temporanju u r-relattività minima stabbilita fl-Artikolu 47 jew it-tagħbija preskritta fl-Artikolu 43 sabiex jittieħed akkont ta' ċirkostanzi speċifiċi, - kjarifika ta' l-eżenzjonijiet li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 49(5) sa (10). 2. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikun applikabbli, billi jingħata każ tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur. Il-Kumitat għandu jadotta ir-regoli tal-proċedura tiegħu. TITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI Artikolu 61 Dispożizzjonijiet transizzjonali rigward l-Artikolu 36 Id-Danimarka tista’ tħalli l-istituzzjonijiet ta' kreditu dwar mortgages oganiżżati bħala soċjetajiet jew fondi koperattivi qabel l-1 ta' Jannar 1990 u kkonvertiti bħala kumpanniji pubbliċib'responsabilità limitata li jkomplu jinkludu impenji konġunti jew separati ta' membri, jew ta' dawk li jissellfu bħalma hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 36(1), li talbiet lilhom ikunu ittrattati bl-istess mod bħal dawk l-impenji konġunti jew separati, fil-fondi tagħhom, suġġett għal dawn il-limiti li ġejjin: (a) il-bażi tal-kalkolazzjoni tal-parti ta' l-impenji konġunti jew separati ta' min jissellef għandha tkun it-total ta' l-unitajiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 34(2)(1) u (2), li minnhom jitnaqqsu dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 34(2)(9), (10) u (11); (b) il-bażi tal-kalkolazzjoni fl-1 ta' Jannar 1991 jew, jekk ikkonvertitita f’data aktar tard, fid-data tal-konverżjoni,għandu jkun il-massimu tal-bażi għal kalkolazzjoni. Il-bażital-kalkolazzjoni ma tista’ qatt teċċedi l-bażi massima tal-kalkolazzjoni; (ċ) il-bażi massima tal-kalkolazzjoni għandha, mill-1 ta' Jannar 1997, tkun imnaqsa b'nofs ta' dak li jirriżulta mill-ħruġ ta' kapital ġdid, kif definit fl-Artikolu 34(2)(1), magħmul wara dik id-data; u (d) l-ammont massimu ta' l-impenji konġunti u separati ta' min jissellef li għandhom ikunu inklużi bħala fondi tagħhom imma li qatt ma jistgħu jeċċedu: 50 % fl-1991 u fl-1992, 45 % fl-1993 u fl-1994, 40 % fl-1995 u fl-1996, 35 % fl-1997, 30 % fl-1998, 20 % fl-1999, 10 % fl-2000, u 0 % wara l-1 ta' Jannar 2001, tal-bażi tal-kalkolazzjoni. Artikolu 62 Dispożizzjonijiet transizzjonali rigward l-Artikolu 43 1. Sal-31 ta' Diċembru 2006, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu tagħhom li japplikaw 50 % ta' tagħbija lejn riskju ta' self li jkun kollu jew kompletament assigurat għas-sodisfazzjon tagħhom b’mortgages fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ta' skop multiplu li jinstabu fit-territorju ta' dawk l-Istati Membri li jippermettu 50 % tat-tagħbija tar-riskju, suġġetti għan dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin: (i) il-50 % tat-tagħbija tar-riskju tapplika għal parti tas-self li ma teċċedix il-limitu ikkalkulat skond (a) jew (b): (a) 50 % tal-valur tas-suq tal-propjetà f'dak il-każ. Il-valur tas-suq tal-propjetà għandu jkun ikkalkulat minn żewg evalutaturi independenti li jagħmlu stima independenti fil-waqt li jsir is-self. Is-self għandu jkun ibbażat fuq l-anqas miż-żewġ estimi. Il-propjetà għandha tkun ivvalutata mill-ġdid minn anqas darba kull sena minn evalutatur wieħed. Għal self li ma jeċċedix EUR 1 milljun u 5 % tal-fondi tagħha ta' l-istituzzjoni ta' kreditu, il-propjetà għanda tkun ivvalutata mill-ġdid mill-anqas darba kull tliet snin minn evalutatur wieħed; (b) 50 % tal-valur tas-suq tal-propjetà jew 60 % tal-valur tas-self b’mortgage, liema minnhom ikun l-anqas, f'dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilew kriterja rigoruża għall-assessjar tal-valur tas-self b’mortgage fid-disposizzjonijiet statutorji jew regolatorji. Il-valur ta' self b’mortgage għandu jfisser il-valur tal-propjetà kif iddeterminat minn valitatur li jagħmel estimi prudenti tal-potenzjal tal-bejgħ fil-futur tal-propjetà billi jittieħed akkont ta' l-aspetti sostenibbli fit-tul tal-propjetà, il-kondizzjonijiet normali u tas-suq, l-użu kurrenti u l-użu xieraq alternattiv tal-propjetà. Elementi spekulattivi m'għandhomx ikunu meqjusa fl-estimi tal-valur tas-self b’mortgage. Il-valur tas-self b’mortgage għandu jkun iddokumentat b'manjiera trasparenti u ċara. Mill-anqas darba kull tliet snin jew jekk is-suq jinżel aktar minn 10 % tal-valur tas-self b’mortgage u partikolarment tal-pretenzjonijiet sottili li jikkonċernaw l-iżvilupp tas-suq relevanti, għandhom ikollhom estimi mill-ġdid. Fiż-żewġ każi ta' (a) u (b) "valur tas-suq" għandu jfisser il-prezz li biħ il-propjetà tkun tista’ tinbiegħ permezz ta' kuntratt privat bejn bejjiegħ li jbiegħ min jeddu u xerrej ġenwin fid-data tal-valutazzjoni, billi jkun meqjus li l-propjetà tkun esposta pubblikament fuq is-suq, li l-kondizzjonijiet tas-suq jippermettu bejgħ xieraq u li l-perijodu normali, li jkun ħa konsiderazzjoni tan-natura tal-propjetà, ikun disponibbli għal negozjati dwar il-bejgħ; (ii) il-100 % ta' tagħbija dwar riskju tapplika għal dik il-parti tas-self li teċċedi l-limiti stabbiliti fi (i); (iii) il-propjetà għandha jew tkun użata jew mikrija mis-sid. L-ewwel subparagrafu m'għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li japplika tagħbija għola dwar riskju fit-territorju tiegħu, billi jħalli, permezz tal-kondizzjonijiet definiti hawn fuq, il-50 % tat-tagħbija tar-riskju li tapplika għal dan it-tip ta' self fit-territorji ta' dawk l-Istati Membri li jippermettu l-50 % tat-tagħbija ta' riskju. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru jistgħu jħallu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu tagħhom li japplikaw 50 % tat-tagħbija ta' riskju dwar self pendenti fil-21 ta' Lulju 2000 basta li l-kondizzjonijiet elenkati f'dan il-paragrafu jkunu mwettqa. F'dan il-każ il-propjetà għandha tkun ivvalutata bi qbil mal-kriterji ta' l-estimi stabbiliti hawn fuq mhux aktar tard mill-21 ta' Lulju 2003. Għal self mogħti qabel il-31 ta' Diċembru 2006, il-50 % tat-tagħbija ta' riskju tibqa applikabbli sal-maturità tagħhom, jekk l-istituzzjoni ta' kreditu tkun marbuta li tosserva it-termini kontrattwali. Sal-31 ta' Diċembru 2006, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu wkoll jawtorizzaw lill-istituti ta' kreditu tagħhom li japplikaw 50 % ta' tagħbija ta' riskju bħala parti minn self kollu u kompletament assigurat għas-sodisfazzjoni tagħhom b'ishma f'kumpanniji Finlandizi tad-djar li joperaw bi qbil ma’ l-Att tal-Kumpaniji Finlandiżi tad-Djar ta' l-1991 jew tal-leġislazzjoni sussegwentament ekwivalenti, basta li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu jkunu mwettqa. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-użu li huma jagħmlu minn dan il-paragrafu. 2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw 50 % ta' tagħbija ta' riskju għal tranżazzjonijiet ta' kiri ta' propjetà ikkonkluduti qabel il-31 ta' Diċembru 2006 u li jikkonċernaw l-assi għal negozju li jkun jinstab fil-pajjiż ta' l-uffiċċju ewlieni u rregolati b'disposizzjonijiet statutorji li bihom is-sid li jikri jżomm id-dritt assolut tal-propjetà ta' l-assi mikrija sakemm il-kerrej jeżerċità l-għażla li jixtri. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-użu li huma jagħmlu minn dan il-paragrafu. 3. L-Artikolu 43(3) m'għandux jaffettwa lill-awtoritajiet kompetenti milli jirrikonoxxu kuntratti bilaterali għal tibdil konkluż rigward: - Il-Belġju, qabel it-23 ta' April 1996, - Id-Danimarka, qabel l-1 ta' Ġunju 1996, - Il-Ġermanja, qabel it-31 ta' Ottubru 1996, - Il-Greċja, qabel is-27 ta' Marzu 1997, - Spanja, qabel is-7 ta' Jannar 1997, - Franza, qabel it-30 ta' Mejju 1996, - L-Irlanda, qabel is-27 ta' Ġunju 1996, - L-Italja, qabel it-30 ta' Lulju 1996, - Il-Lussemburgu, qabel id-29 ta' Mejju 1996, - L-Olanda, qabel l-1 ta' Lulju 1996, - L-Awstrija, qabel it-30 ta' Diċembru 1996, - Il-Portugall, qabel il-15 ta' Jannar 1997, - Il-Finlandja, qabel il-21 ta' Awissu 1996, - L-Isvezja, qabel l-1 ta' Ġunju 1996, u - Ir-Renju Unit, qabel it-30 ta'April 1996. Artikolu 63 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward l-Artikolu 47 1. L-istituzzjoni ta' kreditu, li r-relattività minima tagħha ma tkunx laħqet it-8 % stabbilita fl-Artikolu 47(1), sa l-1 ta' Jannar 1991, għandha gradwalment tilħaq dak il-livell bi stadji suċċessivi. Ma tistax tħalli r-relattività li taqa’ taħt il-livell milħuq qabel dak l-objettiv ikunu milħuq. Xi ċaqlieq għandu jkun temporanju u l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu magħrfa bir-raġunijiet għal dan. 2. Għal mhux aktar minn ħamsin sena wara l-1 ta' Jannar 1993, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw tagħbija ta' 10 % għal bonds definiti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 85/611/KE u jżommuha għall-istituzzjonijiet ta' kreditu meta u jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ, biex jevitaw tfixkil serju fl-operat tas-swieq. Eċċezzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu rrapurtati lill-Kummissjoni. 3. Għal mhux aktar minn seba snin wara l-1 ta' Jannar 1993, l-Artikolu 47(1) m'għandux japlika għal Bank Grieg ta' l-Agrikoltura. Madankollu, dan ta' l-aħħar għandu jersaq lejn il-livell stabbilit fl-Artikolu 47(1) fi stadji suċċessivi skond il-metodu deskritt fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Artikolu 64 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward l-Artikolu 49 1. Jekk, fil-5 ta' Frar 1993, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun digà involviet ruħha f'riskju jew riskji li jeċċedu jew il-limitu ta' riskju kbir inkella l-limitu ta' l-aggregazzjoni ta' riskju kbir stabbilit fl-Artikolu 49, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu li l-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata tieħu l-passi biex tqis li dak ir-riskju jew dawk ir-riskji jinġiebu fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 49. 2. Il-proċess biex dak ir-riskju jew riskji jinġiebu fil-limiti awtorizzati għandu jkun ippjanat, adottat, implementat u mwettaq fil-perijodu li fih l-awtoritajiet kompetenti jikkonsidraw li jkun konsistenti mal-prinċipji ta' l-amministrazzjoni soda u l-kompetizzjoni ġusta. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konsultattiv Bankarju bl-iskeda tal-proċess ġenerali adottat. 3. L-istituzzjoni ta' kreditu ma tistax tieħu xi miżura li toħloq ir-riskji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 li jeċċedu l-livell tagħhom fil-5 ta' Frar 1993. 4. Il-perijodu applikabbli permezz tal-paragrafu 2 għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2001. Riskji b'maturità aktar fit-tul, li dwarhom l-istituzzjoni li tislef hija marbuta li tosserva t-termini kontrattwali, jistgħu jibqgħu tal-maturità tagħhom. 5. Sal-31 ta' Diċembru 1998, Stati Memnri jistgħu iżidu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 49(1) għal 40 % u l-limitu stabbilit fl-Artikolu 49(2) għal 30 %. F'każi bħal dawn u suġġett għal paragrafi 1 sa 4, il-limitu ta' żmien għal twassil tar-riskji eżistenti fit-tmiem ta' dan il-perijodu fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 49 għandu jeskadi fil-31 ta' Diċembru 2001. 6. Fil-każ ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li l-fondi tagħom ma jeċċedux EUR 7 miljuni u biss fil-każi ta' l-istituzzjonijiet bħal dawk, l-Istati Membri jistgħu itawlu l-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafu 5 b’ħames snin. L-Istati Membri li japprofittaw irwieħhom mill-għażla li hemm disposizzjoni dwarha f'dan il-paragrafu għandhom jieħdu passi biex ma jħallux tgħawwiġ ta' kompetizzjoni u għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konsultattiv Bankarju. 7. Fil-każi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 5 u 6, ir-riskju jista’ jkunu meqjus bħala riskju kbir jekk il-valur tiegħu ikun egwali għal jew jeċċedi 15 % tal-fondi tagħha. 8. Sal-31 ta' Diċembru 2001 l-Istati Membri jistgħu jissostitwixxu l-frekwenza ta' mill-anqas darbtejn fis-sena għal frekwenza tan-notifika ta' riskji kbar li hemm referenza dwarha fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 48(2). 9. L-Istati Membri jistgħu kompletament jew parzjalment jeżentaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 49(1), (2) u (3) riskji nvoluti minn l-istituzzjoni ta' kreditu li jikkonsistu f'self b’mortgage kif definit fl-Artikolu 62(1) konkluż qabel l-1 ta' Jannar 2002 kif ukoll propjetà ta' tranżazzjonijiet ta' kiri kif definita fl-Artikolu 62(2) konkluża qabel l-1 ta' Jannar 2002, fiż-żewġ każi sa 50 % tal-valur tal-propjetà kkonċernata. L-istess trattament japplika għal self assigurat, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, b'ishma f'kumpanniji Finlandiżi ta' djar residenzjali, li joperaw skond l-Att Finlandiż ta' Kumpaniji tad-Djar ta' l-1991 jew il-leġislazzjoni sussegwenti ekwivalenti li tkun simili għal self b’mortgage li hemm referenza dwaru fl-ewwel subparagrafu. Artikolu 65 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward l-Artikolu 51 L-istituzzjonijiet ta' kreditu li, fl-1 ta' Jannar 1993 jeċċedu l-limiti stabbiliti fl-Artikoli 51(1) u (2) għandhom ikollhom sa l-1 ta' Jannar 2003 biex ikunu konformi magħhom. KAPITOLU 2 DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 66 Informazzjoni tal-Kummissjoni L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni it-test tal-liġijiet, tar-regolament u d-disposizzjonijiet amministrattivi ewlenija li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 67 Direttivi mħassra 1. Id-Direttivi 73/183/KEE, 77/780/KEE, 89/299/KEE, 89/646/KEE, 89/647/KEE, 92/30/KEE u 92/121/KEE, kif emedati bid-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, il-Parti A, huma b'hekk imħassra mingħajr preġudizzju għall-obligazzjonijiet tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għal transposizzjoni ta' l-imsemmija Direttivi elenkati fl-Anness V, il-Parti B. 2. Referenzi għad-Direttivi imħassra għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI. Artikolu 68 Implementazzjoni Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 69 Indirizzi Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Marzu 2000. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President J. Gama [1] ĠU C 157, tal-25.5.1998, pġ. 13. [2] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2000 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2000 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) [3] ĠU L 194, tas-16.7.1973, pġ. 1. [4] ĠU L 322, tas-17.12.1977, pġ. 30. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/33/KE (ĠU L. 204, tal- 21.7.1998, pġ. 29). [5] ĠU L 124, tal-5.5.1989, pġ. 16. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/30/KE (ĠU L. 110, tat- 28.4.1992, pġ. 52). [6] ĠU L 386, tat-30.12.1989, pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/26/KE (ĠU L. 168, tat- 18.7.1995, pġ. 7). [7] ĠU L 386, tat-30.12.1989, pġ. 14. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/33/KE. [8] ĠU L 110, tat-28.4.1992, pġ. 52. [9] ĠU L 29, tal-5.2.1993, pġ. 1. Id-Direttiva kif emendata bl-Att tal-Adeżjoni tal-1994. [10] ĠU L 372, tal-31.12.1986, pġ. 1. [11] ĠU L 193, tat-18.7.1983, pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KE (ĠU L. 317, tas- 16.11.1990, pġ. 60). [12] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23. [13] Id-Direttiva tal-Kunsill 88/627/KEE tat-12 ta' Diċembru 1988 dwar l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata ma' propjetà maġġuri f'kumpannija illistjata li tkun akkwistata jew mibjugħa (ĠU L 348, tas-17.12.1988, pġ. 62). [14] It-Tmien Direttiva tal-Kunsill (84/253/KEE) ta' l-10 ta'April 1984 ibbażata fuq l-Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat dwar l-approvazzjoni ta' persuni responsabbli għat-twettieq ta' l-awditjar statutorju ta' dokumenti tal-kontijiet (ĠU L 126, tat-12.5.1984, pġ. 20). [15] Ir-raba Direttiva tal-Kunsill (78/660/KEE) tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji (ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, pġ. 11). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/60/KE (ĠU L 62, tas-26.6.1999, pġ. 65). [16] Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinament ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-intrapriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, tal-31.12.1985, pġ. 3). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/26/KE (ĠU L. 168, tat- 18.7.1995, pġ. 7). [17] Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' l-investiment fil-qasam ta' titoli (ĠU L 141, tal-11.6.1993, pġ. 27). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/9/KE (ĠU L 84, tas-26.3.1997, pġ. 22). [18] L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mat-teħid u t-tfittix ta' negozju f'assigurazzjoni diretta apparti minn l-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, tas-16.8.1973, pġ.3). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/26/KE. [19] L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mat-teħid u t-tfittix ta' negozju f'assigurazzjoni diretta apparti minn l-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, tas-16.8.1973, pġ.3). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/26/KE. -------------------------------------------------- ANNESS I LISTA TA’ ATTIVITAJIET SUĠĠETTI GĦAL RIKONOXXIMENT REĊIPROKU 1. Aċċettazzjoni ta’ depositi u fondi oħra ripagabbli Self [1] 3. Kiri finanzjarju 4. Servizzi ta’ trasmissjoni ta’ flus 5. Ħruġ u meżżi amministrattivi ta’ pagamenti (eż. karti ta’ kreditu, cheques tal-vjaġġaturi u drafts tal-bankiera) 6. Garanziji u mpenji 7. Negozjar għal akkont tagħhom u għal kontijiet ta’ klijenti fi: (a) strumenti tas-suq monetraju (cheques, kambjali, ċertifikati ta’ depositu, eċċ.) (b) kambju esteru; (ċ) futuri finanzjarji u għażliet; (d) strumenti ta’ kambju u rati ta’ l-interessi; (e) titoli trasferibbli 8. Parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ titoli u l-provvedimenti ta’ servizzi marbuta ma’ dawn l-effetti 9. Parir lill-intrapriżi dwar struttura kapitali, strateġija industrijali u kwistjonijiet reletati u pariri kif ukoll servizzi irrelatati ma’ l-unifikazzjonijiet u x-xiri ta’ l-intrapriżi 10. Intermedjarji ta’ flus 11. Portafoll amministrattiv u pariri 12. Salvagward u amministrazzjoni ta’ titoli 13. Servizzi ta’ referenzi ta’ kreditu 14. Servizzi ta’ kustodju mingħajr periklu [1] Inkluż, inter alia: - kreditu għal-konsumaturi, - kreditu dwar mortgage, - fattorizzar, bir-rikors jew mingħajru, - finanzjar ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali (inkluż is-sekwestru). -------------------------------------------------- ANNESS II KLASSIFIKAZZJONI TA’ UNITAJIET OFF-BALANCE-SHEET Riskju sħiħ - Garanziji li jkollhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu, - Aċċettazzjonijiet, - Konferma fuq kambjali li ma jkollhomx l-isem ta’ l-istituzzjoni oħra ta’ kreditu, - Tranżazzjonijiet b’rikors, - Ittri ta’ kreditu irrevokabli pendenti li jkollhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu, - Assi mixtrija permezz ta’ ftehim ta’ xiri bil-quddiem, - Depositi bil-quddiem, - Il-porzjon mhux imħallas ta’ ishma u titoli parzjalment imħallsa, - Unitajiet oħra li wkoll iġorru riskju sħiħ. Riskju medju - Dokumenti ta’ krediti maħruġa u kkonfermati (ara wkoll riskji medji/baxxi), - Garanziji u indemnitajiet (inklużi offerti, twettieq, bonds tad-dwana u tat-taxxa) u garanziji li ma jkollhomx il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu, - Bejgħ ta’ l-assi u ftehim ta’ xiri mill-ġdid kif definiti fl-Artikolu 12(3) u (5) tad-Direttiva 86/635/KEE, - Ittri ta’ kreditu irrevokabli pendenti li ma jkollhomx il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu, - Faċilitajiet ta’ kreditu mhux użati (ftehim ta’ self, xiri ta’ titoli, garanziji ta’ provvista jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni) b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena waħda, - Nota ta’ ħruġ ta’ faċilitajiet (NIFs) u ta’ faċilitajiet li jduru ta’ underwriting (assigurazzjoni) (RUFs), - Unitajiet oħra li wkoll iġorru riskju medju. Riskju medju/baxx - Dokumenti ta’ krediti li fihom konsenji pendenti jaġixxu bħala kollateral u transazzjonijiet oħra ta’ likwitità minnhom infushom, - Unitajiet oħra li wkoll iġorru riskju medju/baxx. Riskju baxx - Faċilitajiet ta’ kreditu mhux użati (ftehim għal self, xiri ta’ titoli, garanziji ta’ provisti jew faċilitajiet ta’ l-aċċettazzjoni) b’maturità oriġinali sa u inkluża sena waħda jew li jistgħu jkunu ikkanċellati mingħajr kondizzjoni fi kwalunkwe waqt mingħajr avviż, - Unitajiet oħra li wkoll iġorru riskju baxx. L-Istati Membri jimpenjaw irwieħhom li jinfurmaw lill-Kummissjoni malli jkunu qablu li jinkludu unitajiet ġodda ta’ off-balance-sheet fi kwalunkwe mill-aħħar inċiżi taħt kull katergorija ta’ riskju. Unitajiet bħal dawn għandhom ikunu definittivament ikklassifikati fil-livell tal-Komunità la darba l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 60 tkun ġiet imwettqa. -------------------------------------------------- ANNESS III IT-TRATTAMENT TA’ UNITAJIET OFF-BALANCE-SHEET 1. GĦAŻLA TAL-METODU Biex jitkejlu r-riskji ta’ kreditu assoċjati mal-kuntratti elenkati fil-punti 1 u 2 ta’ l-Anness IV, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jgħażlu, suġġett għall-kommenti ta’ l-awtoritajiet kompetenti, wieħed mill-metodi elenkati hawn taħt. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom ikunu konformi ma’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/6/KEE [1] għandhom jużaw il-metodu 1 stabbilit hawn taħt. Biex jitkejlu ir-riskji ta’ kreditu assoċjati mal-kuntratti elenkati fil-punt 3 ta’ l-Anness IV, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha għandhom jużaw il-metodu 1 stabbilit hawn taħt. 2. METODI Metodu 1: l-approċċ tal-"marka għas-suq" Pass (a): billi jkunu applikati l-valuri kurrenti tas-suq għal kuntratti (marka għas-suq), l-ispejjes kurrenti ta’ tibdil tal-kuntratti kollha b’valuri pożittivi akkwistati. Pass (b): biex tkun akkwistata l-figura tal-potenzjal ta’ riskju futur ta’ kreditu [2], l-ammonti prinċipali ideali jew il-valuri pendenti huma mmultiplikati b’dawn il-persentaġġi li ġejjin: TABELLA 1 [3] [4] Maturità residwa | Kuntratti b’rata ta’ imgħax | Kuntratti rigward rati ta’ kambju-esteru u deheb | Kuntratti rigward ekwitajiet | Kuntratti rigward metalli prezjużi apparti minn deheb | Kuntratti rigward merkanzija ta’ ħtieġa apparti minn metalli prezjużi | Sena waħda jew anqas | 0 % | 1 % | 6 % | 7 % | 10 % | Aktar minn sena, anqas minn ħames snin | 0,5 % | 5 % | 8 % | 7 % | 12 % | Aktar minn ħames snin | 1,5 % | 7,5 % | 10 % | 8 % | 15 % | Għall-iskopijiet biex ikun ikkalkolat ir-riskju potenzjali futur bi qbil mal-pass (b) l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu sal-31 ta’ Diċembru 2006 biex japplikaw il-persentaġġi li ġejjin minflok dawk stabbiliti fit-Tabella 1 basta li l-l-istituzzjonijiet jagħmlu użu mill-għażla stabbilita fl-Artikolu 11a tad-Direttiva 93/6/KEE għal kuntratti fil-qofol ta’ dak li jfisser il-paragrafu 3(b) u (ċ) ta’ l-Anness IV: TABELLA 1a Maturità residwa | Metalli prezjużi (apparti minn deheb) | Metalli bażiċi | Prodotti agrikoli (rotob) | Oħrajn, inklużi prodotti ta’ l-enerġija | Sena waħda jew anqas | 2 % | 2,5 % | 3 % | 4 % | Aktar minn sena, anqas minn ħames snin | 5 % | 4 % | 5 % | 6 % | Aktar minn ħames snin | 7,5 % | 8 % | 9 % | 10 % | Pass (ċ): is-somma ta’ l-ispiża kurrenti tal-kambjament u l-futur potenzjali ta’ riskju ta’ kreditu hija mmultiplikata bir-riskju ta’ tagħbijiet allokati fil-kontra-partijiet relevanti fl-Artkolu 43. Metodu 2: l-approċċ tar-"riskju oriġinali" Pass (a): l-ammont prinċipali ideali ta’ kull strument huwa immultiplikat bil-persentaġġi mogħtija hawn taħt: TABELLA 2 Maturità orġinali | Rata ta’ l-imgħax għal kuntratti | Kuntratti li jikkonċernaw rati ta’ kambju-esteru u deheb | Sena waħda jew anqas | 0,5 % | 2 % | Aktar minn sena waħda imma ma jeċċedux sentejn | 1 % | 5 % | Allokazzjoni addizzjonali għal kull sena żejda | 1 % | 3 % | Pass (b): ir-riskju oriġinali hekk akkwistat huwa mmoltiplikat bit-tagħbijiet ta’ riskju allokati għal-kontra-partijiet relevanti fl-Artikolu 43. Għall-metodi 1 u 2 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-ammont ideali li għandu jittieħed b’konsiderazzjoni jkun il-kejl xieraq għar-riskju inerenti fil-kuntratt. Meta, per eżempju, il-kuntratt jipprovdi għal multiplikazzjoni ta’ flus likwidi, l-ammont ideali għandu jkun aġġustat sabiex tittieħed konsiderazzjoni ta’ l-effetti tal-multiplikazzjoni ta’ l-istruttura tar-riskju ta’ dak il-kuntratt. 3. RIŻULTATI FINALI KONTRATTWALI (KUNTRATTI GĦAL TIĠDID U RIŻULTATI FINALI OĦRA TA’ FTEHIM) (a) It-tipi ta’ riżultati finali li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt 3 "kontra-parti" tfisser xi entità (inklużi persuni naturali) li jkollha l-poter li tikkonkludi ftehim kontrattwali ta’ riżultat finali. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jgħarfu bħala "tnaqqis ta’ riskju" dawn it-tipi li ġejjin ta’ riżultati finali kontratwali: (i) kuntratti bilaterali għal tiġdid bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-kotra-parti tagħha li biha talbiet reċiproki u l-obligazzjonijiet ikunu awtomatikament amalgamati b’tali mod li dan it-tiġdid jistabbilixxi ammont nett singolu kull darba li t-tiġdid ikun japplika u b’hekk joħloq kuntratt ġdid singolu li jorbot legalment, u li jħassar il-kuntratti ta’ qabel; (ii) ftehim ieħor bilaterali bejn l-instituzzjoni ta’ kreditu u l-kontra-parti tagħha. (b) Kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu total finali kontrattwali bħala li jnaqqas ir-riskju biss permess ta’ dawn il-kondizzjonijiet: (i) l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha jkollha ftehim kontrattwali għal total finali mal-kontra-parti li joħloq l-obligazzjoni legali singola, li jkopri it-tranżazzjonijiet kollha, bħalma huma, fil-każ tan-nuqqas tal-kontra-parti li twettaq minħabba nuqqas, falliment, likwidazzjoni jew xi ċirkostanzi simili, l-istituzzjoni ta’ kreditu ikollha dritt li tircievi jew l-obligazzjoni li tħallas biss is-somma netta tal-valur pożittiv u negattiv tal-marka sas-suq ta’ tranżazzjonijiet individwali inklużi; (ii) l-istituzzjoni ta’ kreditu riedet li tkun għamlet disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti opinjonijiet legali bil-miktub u b’raġunijiet dwar l-effett li, fil-każ ta’ sfida legali, il-qrati relevanti u l-awtoritajiet amministrattivi ikollhom, fil-każi deskritti permezz ta’ (i), isibu li t-talbiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-obligazzjonijiet ikunu llimitati għas-somma netta, kif deskritt fi (i), permezz ta’: - il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha l-kontra-parti tkun inkorporata u, jekk fergħa barranija ta’ l-intrapriża tkun involuta, ukoll permezz tal-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha l-fergħa tkun tinstab, - il-liġi li tirregola t-tranżazzjonijiet individwali inklużi, u - il-liġi li tirregola xi kuntratt jew ftehim meħtieġ biex jeffetwa it-total finali kontrattwali; (iii) l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha jkollha proċeduri imħejjija biex jassiguraw li l-validità legali tat-total finali kontrattwali tagħha jinżammu taħt osservazzjoni fid-dawl ta’ tibdil possibli tal-liġijiet relevanti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti, jekk meħtieg wara konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra ikkonċernati, li t-total finali kontrattwali jkun legalment validu permezz tal-liġi ta’ kull waħda mill-ġurisdizzjonijiet relevanti. Jekk uħud mill-awtoritajiet kompetenti ma jkunux sodisfatti f’dak ir-rigward, it-total finali kontratwali tal-ftehim m’għandux ikun rikonoxxut bħala li jnaqqas ir-riskju għal l-ebda waħda mill-kontra-partijiet. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaċċettaw l-opinjonijiet legali rragunati imħejjija bit-tipi ta’ totali netti kontrattwali. L-ebda kuntratt li jkun fih disposizzjoni li tippermetti kontra-parti li ma tkunx naqset li tgħamel pagamenti limitati biss, jew assolutament l-ebda pagamaneti, lejn il-propjetà ta’ min ikun naqas, anki jekk dak li jkun naqas ikun kreditur nett (klawsola "walkaway"), tista’ tkun rikonoxxuta bħala li tnaqqas ir-riskju. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu bħala tnaqqis ta’ riskju l-ftehim ta’ totalizzar finali kontrattwali li jkopri kuntratti ta’ kambju esteru b’maturità oriġinali ta’ 14-il jum kalendarju jew anqas b’għażla bil-miktub jew unitajiet simili off-balance-sheet li dwarhom dan l-Anness mhux applikabbli minħabba li dawn ikollhom biss riskju negliġibli jew l-ebda riskju ta’ kreditu. Jekk, jiddependi mill-valur pożittiv jew negattiv tas-suq ta’ dawn il-kuntratti, l-inklużjoni tagħhom fi ftehim iehor ta’ totalizzar finali jista’ jirriżulta f’żieda jew fi tnaqqis tal-ħtiġiet kapitali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjoni ta’ kredu tagħhom li tuża trattament konsistenti. (ċ) Effetti ta’ għarfien (i) Tibdil ta’ kuntratti L-ammonti netti singoli huma stabbiliti b’kuntratti għal tibdil, pjuttost milli l-ammonti grossi involuti, jistgħu jkunu mgħobbija. Hekk, fl-aplikar tal-metodu 1, fi - pass (a): l-ispiża kurrenti għal tibdil, u fi — pass (b): l-ammonti mistħajla prinċipali jew il-valuri eżistentijistgħu jkunu akkwistati billi jittieħed akkont tal-kuntratt għal tibdil. Fl-applikar tal-metodu 2, f’ pass (a) l-ammont prinċipali mistħajjel jista’ jkun ikkalkulat billi jittieħed akkont tal-kuntratt tat-tibdil; il-persentaġġi fit-Tabella 2 għandhom ikunu applikabbli. (ii) Ftehim ieħor ta’ totalizzar finali Fl-applikar tal-metodu 1: - fil-pass (a) l-ispiża kurrenti ta’ tibdil għall-kuntratti inklużi fil-ftehim ta’ totalizzar finali tista’ tkun akkwistata billi jittieħed akkont ta’ l-ispiża attwali tat-total ipotetiku ta’ tibdil li jirriżulta mill-ftehim; fil-każ meta t-totalizzar finali iwassal għal obligazzjoni netta għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkolaw l-ispiża ta’ tibdil nett, l-ispiża kurrenti ta’ tibdil hija ikkalkolata bħala "0", - fil-pass (b) il-figura għal riskju potenzjali futur ta’ kreditu għal kuntratti kollha inklużi l-finaliżżar finali ta’ ftehim jista’ jkun imnaqqas skond din il-formola li ġejja: PCE = 0,4 * PCE + 0,6 * NGR * PCE meta: —PCEaħmar = il-figura mnaqqsa għal riskju ta’ kreditu potenzjali fil-futur għal kuntratti kollha ma’ kontra-parti partikolari inklużi fi ftehim legalment validu ta’ totalizzar finali bilaterali, —PCEgross = is-somma tal-figuri għal riskji ta’ krediti potenzjali futuri għal kuntratti kollha ma’ kontra-parti partikolari li jkunu nklużi fi ftehim bilaterali legalment validu ta’ totalizzar finali u huma ikkalkolati billi jkun immoltiplikat l-ammonti prinċipli mistħajjla bil-persentaġġi stabbiliti fit-Tabella 1, —NGR (i) kalkolazzjoni separata: il-kwozjent ta’ l-ispiża netta għal tibdil tal-kuntratti kollha inklużi fi ftehim bilaterali legalment validi ta’ totalizzar finali ma kontra-parti partikolari (numeratur) u l-ispiża gross ta’ tibdil għal kuntratti kollha inklużi fi ftehim bilaterali legalment validu ta’ totalizzar finali ma dik il-kontra-parti (donominatur), jew (ii) kalkolazzjoni aggregata: il-kwozjent tas-somma ta’ l-ispiża netta ta’ tibdil ikkalkolata fuq bażi bilaterali għal kontra-partijiet kollha billi jittieħed akkont tal-kuntratti inklużi fi ftehim legalment validi ta’ totalizzar finali (numeratur) u l-ispiża grossa ta’ tibdil għal kuntratti kollha inklużi fi ftehim legalment validi ta’ totalizzar finali (denominatur). Jekk l-Istati Membri jippermettu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għażla ta’ metodi, il-metodu mgħażul għandu jkun użat b’konsistenza. Għall-kalkolazzjoni tar-riskju ta’ krediti potenzjali futuri skond il-formola t’hawn fuq perfettament jaqblu ma kuntratti inklużi fil-ftehim ta’ totalizzar finali jista’ jkun meqjus bħala kuntratt singolu b’ideal prinċipali ekwivalenti għall-introjti netti. Kuntratti li jaqblu perfettament huma kuntratti bil-quddiem ta’ kambju-esteru jew kuntratti simili li fihom il-prinċipju ta’ teħdid ikun ekwivalenti għall-likwidità ta’ flus jew il-likwidità tal-flus tkun ta’ l-istess data tal-valur u kollha jew parzjalment ta’ l-istess munita. Fl-applikar tal-metodu 2, fil-pass (a) - kuntratti li jaqblu perfettament inklużi fil-ftehim ta’ totalizzar finali jistgħu jkunu meqjusa bħala kuntratt singolu bi prinċipal mistħajel ekwivalenti għad-dħul netti, l-ammont tal-prinċipal mistħajjel huma immultiplikati bil-persentaġġi mogħtija fit-Tabella 2, - għal kuntratti l-oħra kollha inklużi fil-ftehim ta’ totalizzar finali, il-persentaġġi applikabbli jistgħu jkunu mnaqqsa kif indikat fit-Tabella 3: TABELLA 3 Maturità oriġinali | Kuntratti b’rati ta’ imgħax | Kuntratti ta’ kambju esteru | Sena waħda jew anqas | 0,35 % | 1,50 % | Aktar minn sena waħda imma mhux aktar minn sentejn | 0,75 % | 3,75 % | Allokazzjoni żejda għal kull sena addizjonali | 0,75 % | 2,75 % | [1] Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adekwatezza ta’ kapital ta’ ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 141, tal-11.6.1993, pġ. 1). Id-Direttiva emendata bid-Direttiva 98/33/KE (ĠU L 204, tal-21.7.1998, pġ. 29). [2] Ħlief fil-każ ta’ munita-singola "floating/floating" b’tibdil ta’ rata ta’ l-imgħax li fiha it-tibdil kurrenti biss ta’ l-ispiża għandu jkun ikkalkulat. -------------------------------------------------- ANNESS IV TIPI TA’ UNITAJIET OFF-BALANCE-SHEET 1. Kuntratti b’rati ta’ imgħax: (a) tpartit ta’ rata ta’ l-imgħax ta’ munita-singola; (b) bażi ta’ tpartit; (ċ) ftehim ta’ rati bil-quddiem; (d) rati ta’ l-imgħax futuri; (e) għażliet ta’ rati ta’ l-imgħax mixtrija; (f) kuntratti oħra ta’ natura simili. 2. Kuntratti ta’ kambju-esteru u kuntratti li jikkonċernaw id-deheb: (a) tpartit ta’ rata ta’ imgħax ta’ trans-muniti; (b) kuntratti bil-quddiem ta’ kambju esteru; (ċ) futuri ta’ muniti; (d) għażliet ta’ muniti mixtrija; (e) kuntratti oħra ta’ natura simili; (f) kuntratti li jikkonċernaw id-deheb ta’ natura simili għal (a) sa (e). 3. Kuntratti ta’ natura simili għal dawk fil-punti 1(a) sa (e) u 2(a) sa (d) li jikkonċernaw unitijiet oħra ta’ referenza jew indiċi li jikkonċernaw: (a) equities; (b) metalli prezzjużi apparti minn deheb; (ċ) merkanizija essenzjali apparti minn metalli prezjużi; (d) kuntratti oħra ta’ natura simili. -------------------------------------------------- ANNESS V PARTI A DIRETTIVI MĦASSRA FLIMKIEN MA’ L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHOM (li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 67) Id-Direttiva tal-Kunsill 73/183/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 85/345/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 86/137/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 86/524/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE Id-Direttiva 95/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biss l-Artikolu 1, l-ewwel inċiż, l-Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż u (2), l-ewwel inċiż, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2), (3) u (4), f’dak li jirrigwardja r-referenzi għad-Direttiva 77/780/KEE, u (6), u l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż Id-Direttiva tal-Kunsill 96/13/KE Id-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Id-Direttiva tal-Kunsill 89/299/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 91/633/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 92/16/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 92/30/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 92/30/KEE Id-Direttiva 95/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biss l-Artikolu 1, l-ewwel inċiż Id-Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/31/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 92/30/KEE Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/7/KE Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/15/KE Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/67/KE Id-Direttiva 96/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Id-Direttiva 98/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Id-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (L-Artikolu 2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/30/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 92/121/KEE PARTI B LIMITI TAŻ-ŻMIEN GĦALL-IMPLEMENTAZZJONI (li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 67) Id-Direttiva | | Limitu ta’ żmien għall-implementazzjoni | 73/183/KEE (ĠU L 194, tas-16.07.1973, p. 1) | | tat- 2.1.1975 | 77/780/KEE (ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30) | | tal- 15.12.1979 | 85/345/KEE (ĠU L 183, tas-16.7.1985, p. 19) | | tal- 15.7.1985 | 86/137/KEE (ĠU L 106, tat-23.4.1986, p. 35) | | — | 86/524/KEE (ĠU L 309, ta’ l-4.11.1986, p. 15) | | tal- 31.12.1986 | 89/299/KEE (ĠU L 124, tal-5.5.1989, p. 16) | | ta’ l- 1.1.1993 | 89/646/KEE (ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 1) | L-Artikolu 6(2) | ta’ l- 1.1.1990 | disposizzjonijiet oħrajn | ta’ l- 1.1.1993 | 89/647/KEE (ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 14) | | ta’ l- 1.1.1991 | 91/31/KEE (ĠU L 17, tat-23.1.1991, p. 20) | | tal- 31.03.1991 | 91/633/KEE (ĠU L 339, tal-11.12.1991, p. 16) | | tal- 31.12.1992 | 92/16/KEE (ĠU L 75, tal-31.3.1992, p. 48) | | tal- 31.12.1992 | 92/30/KEE (ĠU L 110, tat-28.4.1992, p. 52) | | tal- 31.12.1992 | 92/121/KEE (ĠU L 29, tal-5.2.1993, p. 1) | | tal- 31.12.1992 | 94/7/KE (ĠU L 89, tas-6.4.1994, p. 17) | | tal- 25.11.1994 | 95/15/KE (ĠU L 125, tat-8.6.1995, p. 23) | | tat- 30.9.1995 | 95/26/KE (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7) | | tat- 18.7.1996 | 95/67/KE (ĠU L 314, tat-28.12.1995, p. 72) | | ta’ l- 1.7.1996 | 96/10/KE (ĠU L 85, tat-3.4.1996, p. 17) | | tat- 30.6.1996 | 96/13/KE (ĠU L 66, tas-16.3.1996, p. 15) | | tal- 15.4.1996 | 98/32/KE (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 26) | | tal- 21.7.2000 | 98/33/KE (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 29) | | tal- 21.7.2000 | -------------------------------------------------- ANNESS VI TABELLI TA’ KORRELAZZJONI Din id-Direttiva | Id-Direttiva 77/780/KEE | Id-Direttiva 89/299/KEE | Id-Direttiva 89/646/KEE | Id-Direttiva 89/647/KEE | Id-Direttiva 92/30/KEE | Id-Direttiva 92/121/KEE | Id-Direttiva 96/10/KE | Artikolu 1(1) | Artikolu 1 l-ewwel inċiż | | | | Artikolu 1 l-ewwel inċiż | Artikolu 1(a) | | Artikolu 1(2) | Artikolu 1 it-tieni inċiż | | | | | | | Artikolu 1(3) | | | Artikolu 1(3) | | | | | Artikolu 1(4) sa (8) | | | Artikolu 1(5) sa (9) | | | | | Artikolu 1(9) | | | | | Artikolu 1 is-sitt inċiż | | | Artikolu 1(10) u 11 | | | Artikolu 1(10) sa (11) | | | | | Artikolu 1(12) | | | Artikolu 1(12) | | Artikolu 1 is-seba "inċiż" | Artikolu 1(ċ) | | Artikolu 1(13) | | | Artikolu 1(13) | | Artikolu 1 it-tmien inċiż | Artikolu 1(d) | | Artikolu 1 (14) sa (17) | | | | Artikolu 2(1) it-tieni sal-ħames inċiż | | | | Artikolu 1(18) sa (20) | | | | Artikolu 2(1) is-sitt sat-tmien inċiż | | | | Artikolu 1(21) sa (23) | | | | | Artikolu 1 it-tielet sal-ħames inċiż | | | Artikolu 1(24) | | | | | | Artikolu 1(h) | | Artikolu 1(25) | | | | | | Artikolu 1(m) | | Artikolu 1(26) | Artikolu 1 il-ħames | | | | | | | Artikolu 1(27) | | | | Artikolu 2(1) id-disa "inċiż" | | | | Artikolu 2(1) | Artikolu 2(1) | | Artikolu 2(1) | Artikolu 1(1) | | | | Artikolu 2(2) | | | | | Artikolu 2 | | | Artikolu 2(3) | Artikolu 2(2) | | | | | | | Artikolu 2(4) | Artikolu 2(3) | | | | | | | Artikolu 2(5) l-ewwel, it-tieni u it-tielet subparagarfu | Artikolu 2(4)(a), (b) u (ċ) | | | | | | | Artikolu 2(6) | | | Artikolu 2(3) | Artikolu 1(3) | | Artikolu 2(2)(b) | | Artikolu 3 | | | Artikolu 3 | | | | | Artikolu 4 | Artikolu 3(1) | | | | | | | Artikolu 5(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 3(2) l-ewwel subparagrafu | | Artikolu 4(1) | | | | | Artikolu 5(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 10(1) it-tielet subparagrafu | | | | | | | Artikolu 5(2) | | | Artikolu 4(2) is-sentenza introduttorja, (a), (b) u (ċ) | | | | | Artikolu 5(3) sa (7) | | | Artikolu 10(1) sa (5) | | | | | Artikolu 6(1) | Artikolu 3(2) l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż au t-tieni subparagrafu | | | | | | | Artikolu 6(2) | Artikolu 3(2)a | | | | | | | Artikolu 7(1) u (2) | | | Artikolu 1(10), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 5(1) u (2) | | | | | Artikolu 7(3) | Artikolu 3(2) it-tielet, ir-u l- ħames subparagrafi | | | | | | | Artikolu 8 | Artikolu 3(4) | | | | | | | Artikolu 9 | Artikolu 3(3)(a) | | | | | | | Artikolu 10 | Artikolu 3(6) | | | | | | | Artikolu 11 | Artikolu 3(7) | | | | | | | Artikolu 12 | | | Artikolu 7 | | | | | Artikolu 13 | | | Artikolu 6(1) | | | | | Artikolu 14(1) | Artikolu 8(1) | | | | | | | Artikolu 14(2) | Artikolu 8(5) | | | | | | | Artikolu 15 | Artikolu 5 | | | | | | | Artikolu 16(1) sa (5) | | | Artikolu 11(1) sa (5) | | | | | Artikolu 16(6) | | | Artikolu 1(10) it-tieni subparagrafu | | | | | Artikolu 17 | | | Artikolu 13(2) | | | | | Artikolu 18 | | | Artikolu 18(1) | | | | | Artikolu 19 | | | Artikolu 18(2) | | | | | Artikolu 20(1) sa (6) | | | Artikolu 19 | | | | | Artikolu 20(7) | | | Artikolu 23(1) | | | | | Artikolu 21(1) u (2) | | | Artikolu 20 | | | | | Artikolu 21(3) | | | Artikolu 23(2) | | | | | Artikolu 22 | | | Artikolu 21 | | | | | Artikolu 23(1) | | | Artikolu 8 | | | | | Artikolu 23(2) sa (7) | | | Artikolu 9 | | | | | Artikolu 24 | Artikolu 9 | | | | | | | Artikolu 25 | | | | | Artikolu 8 | | | Artikolu 26 | | | Artikolu 13(1) u (3) | | | | | Artikolu 27 | | | Artikolu 14(2) | | | | | Artikolu 28 | Artikolu 7(1) | | | | | | | Artikolu 29 | | | Artikolu 15 | | | | | Artikolu 30(1) sa (5) | Artikolu 12(1) sa (5) | | | | | | | Artikolu 30(6) | Artikolu 12(5a) | | | | | | | Artikolu 30(7) | Artikolu 12(5b) | | | | | | | Artikolu 30(8) | Artikolu 12(6) | | | | | | | Artikolu 30(9) | Artikolu 12(7) | | | | | | | Artikolu 30(10) | Artikolu 12(8) | | | | | | | Artikolu 31 | Artikolu 12a | | | | | | | Artikolu 32 | | | Artikolu 17 | | | | | Artikolu 33 | Artikolu 13 | | | | | | | Artikolu 34(1) | | Artikolu 1(1) | | | | | | Artikolu 34(2) sa (4) | | Artikolu 2(1) sa (3) | | | | | | Artikolu 35 | | Artikolu 3 | | | | | | Artikolu 36 | | Artikolu 4 | | | | | | Artikolu 37 | | Artikolu 5 | | | | | | Artikolu 38 | | Artikolu 6(1) u (4) | | | | | | Artikolu 39 | | Artikolu 7 | | | | | | Artikolu 40 | | | | Artikolu 3(1) sa (4), (7) u (8) | | | | Artikolu 41 | | | | Artikolu 4 | | | | Artikolu 42 | | | | Artikolu 5 | | | | Artikolu 43 | | | | Artikolu 6 | | | | Artikolu 44 | | | | Artikolu 7 | | | | Artikolu 45 | | | | Artikolu 8 | | | | Artikolu 46 | | | | Artikolu 2(2) | | | | Artikolu 47 | | | | Artikolu 10 | | | | Artikolu 48 | | | | | | Artikolu 3 | | Artikolu 49 | | | | | | Artikolu 4(1) sa (7) (r) it-tieni subparagrafu l-ewwel sentenza u (7)(s) sa (12) | | Artikolu 50 | | | | | | Artikolu 5(1) sa (3) | | Artikolu 51(1) sa (5) | | | Artikolu 12(1) sa (5) | | | | | Artikolu 51(6) | | | Artikolu 12(8) | | | | | Artikolu 52(1) sa (7) | | | | | Artikolu 3(1) sa (7) | | | Artikolu 52(8) u (9) | | | | Artikolu 3(5) u (6) | Artikolu 3(8) u (9) | Artikolu 5(4) u (5) | | Artikolu 52(10) | | | | | Artikolu 3(10) | | | Artikolu 53 | | | | | Artikolu 4 | | | Artikolu 54 | | | | | Artikolu 5 | | | Artikolu 55 | | | | | Artikolu 6 | | | Artikolu 56 | | | | | Artikolu 7 | | | Artikolu 57 | Artikolu 11 | | | | | | | Artikolu 58 | Artikolu 3(5) | | | | | | | Artikolu 59 | Artikolu 6 | | | | | | | Artikolu 60 | | Artikolu 8 | Artikolu 22 | Artikolu 9 | | Artikolu 7 | | Artikolu 61 | | Artikolu 4a | | | | | | Artikolu 62(1) u (2) | | | | Artikolu 11(4) u (5) | | | | Artikolu 62(3) | | | | | | | Artikolu 2 | Artikolu 63 | | | | Artikolu 11(1) u (3) | | | | Artikolu 64 | | | | | | Artikolu 6(1) sa (9) | | Artikolu 65 | | | Artikolu 12(7) | | | | | Artikolu 66 | Artikolu 14(2) | Artikolu 9(2) | Artikolu 24(3) | Artikolu 12(2) | | | | Artikolu 67 | — | — | — | — | — | — | — | Artikolu 68 | — | — | — | — | — | — | — | Artikolu 69 | — | — | — | — | — | — | — | Anness I | | | Anness | | | | | Anness II | | | | Anness I | | | | Anness III | | | | Anness II | | | | Anness IV | | | | Anness III | | | | Anness V | — | — | — | — | — | — | — | Anness VI | — | — | — | — | — | — | — | --------------------------------------------------