This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D0407
2000/407/EC: Commission Decision of 19 June 2000 relating to gender balance within the committees and expert groups established by it (notified under document number C(2000) 1600)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2000 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-kumitati u l-gruppi ta’ l-esperti stabbiliti minnha (notifikata fid-dokument numru Ċ(2000) 1600)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2000 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-kumitati u l-gruppi ta’ l-esperti stabbiliti minnha (notifikata fid-dokument numru Ċ(2000) 1600)
ĠU L 154, 27.6.2000, p. 34–35
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 154 , 27/06/2000 P. 0034 - 0035
Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2000 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-kumitati u l-gruppi ta' l-esperti stabbiliti minnha (notifikata fid-dokument numru Ċ(2000) 1600) (2000/407/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Billi: (1) Skond l-Artikolu 2 tat-Trattat, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija waħda mix-xogħlijiet li trid tiġi promossa mill-Komunità. (2) Skond l-Artikolu 3 tat-Trattat, fl-attivitajiet kollha tagħha il-Komunità għandha timmira li telimina l-inugwaljanza, u li tmexxi 'l quddiem l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa. (3) Minkejja r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 96/694/KE tat-2 ta' Diċembru 1996 dwar il-bilanċ tal-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet [1], in-nisa għadhom mhumiex irrappreżentati biżżejjed fil-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet, li jinkludu dawk stabbiliti mill-Kummissjoni [2]. (4) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 1994 dwar in-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet talbu lill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jieħdu azzjoni speċifika f'dan il-qasam u kienet segwita mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 1995 dwar il-parteċipazzjoni bbilanċjata tan-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet. (5) L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija essenzjali għad-dinjità tal-bniedem u għad-demokrazija, u tikkostitwixxi prinċipju fundamentali fil-liġijiet tal-Komunità, fil-kostituzzjonijiet u l-liġijiet ta' l-Istati Membri, u fil-konvenzjonijiet internazzjonali u Ewropej. (6) Il-Kummissjoni adottat politika ta' gender mainstreaming u l-inkorporazzjoni ta' opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet u l-politiki kollha tal-Komunità. (7) Fir-Raba' Konferenza Dinija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa (Beijing 1995), il-Komunitajiet Ewropej intrabtu li jippromwovu n-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet. (8) Il-Kunsill ta' l-Ewropa, fir-Rakkomandazzjoni 1413 ta' l-1999 jirrakkomanda lill-Istati Membri tiegħu illi jiksbu rappreżentanza indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fil-ħajja privata u pubblika. (9) Fil-Konferenza ta' l-UE f'Pariġi fis-17 ta' April 1999 dwar in-nisa u l-irġiel fil-poter talbet lill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-osservanza ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel rigward il-ħatriet fil-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet. (10) Huwa xieraq li jiġu adottati miżuri speċifiċi sabiex jippromwovu l-bilanċ fil-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bil-għan li jwasslu għall-ugwaljanza fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel. (11) Il-Kummissjoni diġà impenjat ruħha illi tilħaq il-perċentwal ta' 40 % għan-nisa fil-kumitati kollha u fil-listi tan-nies magħżula fil-qasam tar-riċerka [3]. Dan il-għan għandu jiġi segwit fl-oqsma l-oħra, fil-gruppi ta' l-esperti u fil-kumitati stabbiliti mill-Kummissjoni. (12) Din id-deċiżjoni ma għandha tapplika għall-ebda kumitat li jidħol fl-iskop tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [4], TIDDEĊIEDI: L-Artikolu 1 Din id-deċiżjoni tapplika għall-gruppi ta' esperti u għall-kumitati stabbiliti mill-Kummissjoni. Tkopri gruppi ta' esperti u kumitati maħluqa ġodda kif ukoll dawk li diġà jeżistu. L-Artikolu 2 Il-Kummissjoni timpenja ruħha illi toħloq bilanċ bejn is-sessi fil-gruppi ta' l-esperti u l-kumitati stabbiliti minnha. Il-għan fuq skond medju huwa li jintlaħqu mill-inqas 40 % tal-membri ta' sess wieħed f'kull grupp ta' esperti u fil-kumitati. Għall-gruppi ta' esperti u l-kumitati li diġà jeżistu, il-Kummissjoni timmira li tindirizza l-bilanċ bejn is-sessi f'kull bidla ta' membru u meta jagħlaq l-iskond ta' membru tal-grupp ta' l-esperti jew tal-kumitat. L-Artikolu 3 Tliet snin wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni preżenti l-Kummissjoni għandha terġa' tirrevedi l-implimentazzjoni tad-Direttiva u tippubblika rapport, li għandu jinkludi analiżi statistika tal-bilanċ bejn is-sessi fil-gruppi ta' l-esperti u l-kumitati. Skond ir-riżultat ta' din ir-reviżjoni l-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tieħu kull azzjoni approprjata. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2002. Għall-Kummissjoni Anna Diamantopoulou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 319, ta' l-10.12.1996, p. 11. [2] COM(2000)120 finali. [3] COM (1999)76 finali. [4] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. --------------------------------------------------