This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0412
1999/412/EC: Commission Decision of 3 June 1999 concerning a questionnaire for the reporting obligation of Member States pursuant to Article 41(2) of Council Regulation (EEC) No 259/93 (notified under document number C(1999) 1456)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 1999 dwar kwestjonarju fuq l-obbligi ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti skond l-Artikolu 41(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 (notifikat bin-numru tad-dokument K(1999) 1456)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 1999 dwar kwestjonarju fuq l-obbligi ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti skond l-Artikolu 41(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 (notifikat bin-numru tad-dokument K(1999) 1456)
ĠU L 156, 23.6.1999, p. 37–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Imħassar b' 32006R1013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32006R1013 |
Official Journal L 156 , 23/06/1999 P. 0037 - 0046
ID-Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 1999 dwar kwestjonarju fuq l-obbligi ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti skond l-Artikolu 41(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 (notifikat bin-numru tad-dokument K(1999) 1456) (1999/412/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll tat-tagħbija ta' l-iskart fuq vapuri fil-, għal ġo u barra mill-Komunita‘ Ewropea [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 41(2) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 dwar l-istandardizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tar-rapporti fuq l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi [2] li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, (1) Billi l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 jirrikjedi li l-Istati Membri għandhom, qabel l-għeluq ta' kull sena skond il-kalendarju, ifasslu rapport skond l-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta' Basel u jibagħtuh lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Basel u kopja tiegħu lill-Kummissjoni; (2) Billi l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' dawn ir-rapporti, tistabbilixxi kull tlett snin rapport dwar l-implimentazzjoni tal-imsemmi Regolament mill-Komunita’ u l-Istati Membri tagħha; (3) Billi l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista' titlob, bil-għan li telabora r-rapport tagħha, informazzjoni addizjonali skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE; (4) Billi r-rapport tat-tlett snin segwenti għandu jkopri l-perjodu 2000 sa 2002 inkużi; (5) Billi l-miżuri stabbiliti minn din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-kwestjonarju mehmuż ma' din id-Deċiżjoni, rigward ir-Regolament (KEE) Nru 259/93 hu hawnhekk adottat. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju mehmuż sabiex jipprovdu infromazzjoni lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, u dan b'żieda ma' l-obbligu eżistenti skond l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, li tintbagħat kopja tar-rapport annwali skond l-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta' Basel lill-Kummissjoni. 2. L-informazzjoni annwali mogħtija fuq il-bażi tal-kwestjonarju għandha tiġi trasmessa qabel l-għeluq ta' kull sena skond il-kalendarju għas-sena preċedenti. L-ewwel rapport ibbażat fuq dan il-kwestjonarju għandu jkopri informazzjoni għas-sena 2000 u għandu jingħata qabel it-tmiem tas-sena 2001. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fis-sena 2004 fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 li tidher mir-rapporti miġbura permezz ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Ġunju 1999. Għall -Kummissjoni Ritt Bjerregaard Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1. [2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48. -------------------------------------------------- ANNESS +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------