Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0337

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta'April 1999 dwar l-iffirmar mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar il-Programm għall-Konservazzjoni Internazzjonali tad-Dniefel.

    ĠU L 132, 27.5.1999, p. 1–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/337/oj

    Related international agreement

    31999D0337



    Official Journal L 132 , 27/05/1999 P. 0001 - 0027


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-26 ta'April 1999

    dwar l-iffirmar mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar il-Programm għall-Konservazzjoni Internazzjonali tad-Dniefel.

    (1999/337/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolarti l-Artikolu 43 flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza u (3), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    (1) Billi l-Komunità għandha s-setgħa li tadotta miżuri għall-konservazzjoni u l-immnaniġġjar tar-riżorsi tal-ħut u li tidħol fi ftehim ma' pajjiżi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

    (2) Billi l-Komunità hija Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar li titlob li l-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkoperaw fil-konservazzjoni u l-immnaniġġjar tar-riżorsi bioloġiċi tal-baħar;

    (3) Billi l-Komunità ffirmat il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982, li għandu x'jaqsam mal-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar tal-Ġlejjeb tal-Ħut tal-Post u l-Ġlejjeb tal-Ħut li Jpassi Ħafna;

    (4) Billi l-35 Laqgħa Intergovernattiva dwar il-konservazzjoni tat-tonn u d-dniefel fl-Oċean Paċifiku tal-Lvant adottat fi Frar 1998 il-Ftehim dwar il-Programm tal-Konservazzjoni tad-Dniefel;

    (5) Billi l-għanijiet tal-Ftehim jinkludu t-tnaqqis progressiv tal-mortalità inċidentali tad-dniefel permezz tat-tartarun tal-borża fl-Oċean Paċifiku tal-Lvant għal-livelli li japprossimaw iż-żero, billi jistabbilixxu limiti annwali u sostenibbilità fit-tul tal-ġlejjeb tat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim';

    (6) Billi s-sajjieda Komunitarji jistadu għall-ġlejjeb tat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim u billi huwa fl-interess tal-Komunità li tisvolġi rwol effettiv fl-implimentazzjoni tal-Ftehim; billi skond l-Artikolu XIV tal-Ftehim, il-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC) għandu jkollha rwol integrali fil-kordinament ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim u billi ħafna miżuri implimentattivi għandhom jiġu adottati fl-istruttura tal-IATTC; billi għalhekk huwa meħtieġ li l-Komunità tagħti l-kunsens għall-Ftehim simultanjament malli tidħol fil-IATTC;

    (7) Billi l-Ftehim jista' jiġi ffirmat f'Washington mill-15 ta' Mejju 1998 sa l-14 ta' Mejju 1999 mill-Istati li għandhom kosta li tmiss maż-Żona tal-Ftehim u mill-Istati jew l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali li jkunu membri fil-IATTC jew li l-bastimenti tagħhom jistadu għat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim sakemm il-Ftehim ikun jista' jiġi ffirmat;

    (8) Billi l-iffirmar tal-Ftehim huwa l-ewwel pass lejn l-approvazzjoni sussegwenti tiegħu mill-Komunità skond il-proċeduri relevanti tat-Trattat;

    IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Komunità Ewropea għandha tiffirma l-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Dniefel, bla ħsara għall-approvazzjoni tiegħu.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qed jiġi b'hekk awtorizzat biex jinnomina l-persuna li jkollha l-awtorità li tiffirma l-Ftehim għan-nom tal-Komunità.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta' April 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Fischer

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Ftehim

    dwar il-programm internazzjonali għall-konservazzjoni tad-dniefel

    PREAMBOLU

    IL-PARTIJIET F'DAN IL-FTEHIM,

    KONXJI MILL-FATT, li skond id-disposizzjonijiet relevanti tal-liġi internazzjonali, kif riflessa fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonaijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) ta' l-1982, l-Istati kollha għandhom id-dover li jieħdu, jew jikkoperaw ma' Stati oħra biex jittieħdu, dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi marini ħajjin;

    ISPIRATI mill-prinċipji kkontenuti fid-Dikjarazzjoni ta' Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp ta' l-1992, kif ukoll mil-ħajra li jiġu implimentati l-prinċipji u n-normi tal-Kodiċi ta' l-Imġiba għal Sajd Responsabbli adottat mill-Konferenza ta' l-FAO ta' l-1995;

    JENFASIZZAW il-volontà politika tal-komunità internazzjonali li tikkontribwixxi biex tittejjeb l-effettività tal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-industrija tas-sajd, permezz ta' Ftehim dwar il-Promozzjoni ta' l-Osservanza tal-Miżuri Internazzjonali tal-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar minn Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa, li ġie adottat mill-Konferenza ta' l-FAO fl-1993;

    JINNOTAW li l-50 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-riżoluzzjoni A/RES/50/24, adottat il-Ftehim għall-Implimentazzjoni tad-Disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982 Relatata mal-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar tal-Ġlejjeb tal-Ħut tal-Post u tal-Ġlejjeb tal-Ħut li Jpassi Ħafna ("Il-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ġlejjeb tal-Ħut tal-Post u tal-Ġlejjeb tal-Ħut li Jpassi Ħafna");

    ITENNU l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' La Jolla ta' l-1992 u fid-Dikjarazzjoni tal-Panama ta' l-1995;

    JENFASIZZAW l-għanijiet li tiġi eliminata l-mortalità tad-dniefel fis-sajd bit-tartarun tal-borża fl-Oċean Paċifiku tal-Lvant u li jinstabu metodi ekoloġikament effiċjenti biex jinqabad it-tonn tax-xewka safra b'mod separat mid-dniefel;

    JENFASIZZAW l-importanza ta' l-industrija tas-sajd tat-tonn bħala sors ta' ikel u dħul għall-partijiet kif ukoll li l-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar għandhom ikunu indirizzati għal dawk il-ħtiġiet u jqisu l-impatti ekonomiċi u soċjali ta' dawk il-miżuri;

    JIRRIKONOXXU t-tnaqqis drammatiku tal-mortalità inċidentali tad-dniefel li seħħet permezz tal-ftehim ta' la Jolla;

    HUMA KONVINTI li l-evidenza xjentifika turi li t-teknika tas-sajd għat-ton flimkien mad-dniefel, skond ir-regolamenti u l-proċeduri stabbiliti mill-Ftehim ta' La Jolla u riflessa fid-Dikjarazzjoni ta' Panama, ipprovdiet metodu effettiv għall-protezzjoni tad-dniefel u użu bis-sens tar-riżorsi tat-tonn fl-Oċean Paċifiku tal-Lvant;

    ITENNU li l-koperazzjoni multilaterali tikkostitwixxi l-mezz l-aktar effettiv biex jintlaħqu l-għanijiet tal-koservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marini ħajjin;

    HUMA MARBUTA biex jassiguraw is-sostenibbilità tal-Ġlejjeb tat-tonn fl-Oċean Paċifiku tal-Lvant u li progressivament inaqqsu l-mortalità inċidentali tad-dniefel fis-sajd tat-tonn fl-Oċean Paċifiku tal-Lvant għal-livelli li jqarrbu lejn iż-żero; li jevitaw, inaqqsu u jxejnu l-qbid inċidentali u l-iskartar ta' tonn żgħir u l-qbid inċidentali ta'speċji mhux mistada, waqt li tittieħed kunsiderazzjoni tad-dipendenza reċiproka fost l-ispeċji ta' l-ekosistema;

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu I

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

    1. "tonn" ifisser speċje tas-subordni Scombroidei (Klawe, 1980), bl-eċċezzjoni tal-ġenus Scomber;

    2. "dniefel" tfisser speċi tal-familja Delphinidae assoċjati mas-sajd tat-tonn tax-xewka safra fiż-żona tal-Ftehim;

    3. "bastiment" ifisser bastiment li jistad għat-tonn bit-tartarun tal-borża;

    4. "partijiet" tfisser l-Istati jew l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali li taw il-kunsens tagħhom li jintrabtu b'dan il-Ftehim u li għalihom il-Ftehim ikun fis-seħħ;

    5. "organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali" tfisser organizzazzjonijiet għall-intergrazzjoni ekonomika reġjonali li lilhom l-Istat membri jkunu ttrasferew il-kompetenza tagħhom dwar materji koperti minn dan il-Ftehim, inkluża l-awtorità biex jittieħdu deċiżjonijiet li jorbtu l-Istati Membri rigward dawk il-materji;

    6. "IATTC'" tfisser il-Kummissjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali;

    7. "Il-Ftehim ta' La Jolla" jfisser l-istrument adottat fil-laqgħa inter-governattiva li sar f'Ġunju ta' l-1992;

    8. "Il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Dniefel" ifisser il-programm internazzjonali stabbilit skond il-Ftehim ibbażat fuq il-Ftehim ta' La Jolla, kif ifformalizzat, immodifikat u mtejjeb skond id-Dikjarazzjoni tal-Panama;

    9. "Il-Programm ta' l-Osservaturi ta' Abbord" ifisser il-programm elenkat fl-Anness II;

    10. "Id-Dikjarazzjoni tal-Panama" tfisser id-dikjarazzjoni ffirmata fil-Belt tal-Panama, Repubblika tal-Panama, fl-4 ta' Ottubru 1995;

    11. "Direttur" ifisser id-Diretttur ta' l-Investigazzjonijiet ta' l-IATTC.

    Artikolu II

    L-għanijiet

    L-għanijiet tal-Ftehim huma:

    1. li progressivament titnaqqas il-mortalità inċidentali tad-dniefel fis-sajd bit-tartarun tal-borża fiż-Żona tal-Ftehim għal livelli li joqorbu ż-żero, billi jiġu stabbiliti limiti annwali;

    2. bil-għan li tiġi eliminata l-mortalità tad-dniefel f'dan il-lokal tas-sajd, li jinstabu miżuri ekoloġikament validi biex jinqabad it-tonn tax-xewka safra kbir mhux flimkien ma' dniefel u;

    3. biex tiġi assigurata s-sostenibbilità fit-tul tal-Ġlejjeb tat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim, kif ukoll dik tar-riżorsi marini ħajjin relatati ma' dan il-lokal tas-sajd, filwaqt li titqies l-interdipendenza fost l-ispeċji fl-ekosistema, b'enfasi speċjali fuq, inter alia, li jiġu evitat, imnaqqas u mxejjen il-qbid b'kumbinazzjoni u l-iskartar ta' tonn żgħir u ta' speċji li ma jiġux mistada.

    Artikolu III

    Iż-żona ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim

    Iż-żona ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim ("Iż-Żona tal-Ftehim") hija kif elenkat fl-Anness I.

    Artikolu IV

    Miżuri Ġenerali

    Il-partijiet għandhom, fil-qafas tal-IATTC:

    1. jieħdu miżuri biex jassiguraw il-konservazzjoni ta' ekosistemi kif ukoll il-miżuri ta' konservazzjoni u immaniġġjar biex jassiguraw sostenibbilità fit-tul tal-Ġlejjeb tat-tonn u tal-Ġlejjeb tar-riżorsi marini ħajjin assoċjati mas-sajd għat-tonn bit-tartarun tal-borża fiż-Żona tal-Ftehim, ibbażati fuq l-aħjar tagħrif xjentifiku, u japplikaw metodi ta' prekawzjoni, konsistenti mad-disposizzjonijiet relevanti tal-Kodiċi ta' l-FAO dwar L-Imġiba għal-Sajd Responsabbli u l-Ftehim tan-Nazzjonaijiet Uniti fuq il-Ġlejjeb tal-Ħut tal-Post u Ġlejjeb ta' Ħut li Jpassi Ħafna. Dawn il-miżuri għandhom ikunu maħsuba biex iżommu u jirrestawraw il-biomassa tal-Ġlejjeb maqbuda fil-livelli jew aktar 'il fuq minnhom li jkunu kapaċi jipproduċu l-massimu tal-prodott sostenibbli, u dan bil-għan li jżommu u jirrestawraw il-biomassa tal-Ġlejjeb assoċjati fil-livelli jew aktar 'il fuq minnhom biex jipproduċu l-massimu sostenibbli tal-prodotti, u

    2. biex jieħdu miżuri, skond il-kapaċità tagħhom, biex jivvalutaw il-qabdiet jew il-qabdiet b'kumbinazzjoni tat-tonn żgħir tax-xewka safra u ta' ġlejjeb oħra ta' speċji marini ħajjin relatati mas-sajd għat-tonn bit-tartarun tal-borża fiż-żona tal-Ftehim u jistabbilixxu l-miżuri skond l-Artikolu VI, inter alia, biex jiġi evitat, imnaqqas u mxejjen il-qbid b'kumbinazzjoni tat-tonn tax-xewka safra u l-qabdiet b'kumbinazzjoni ta' speċji mhux mistada, biex jassigguraw is-sostenibbilita fit-tul ta' dawn l-ispeċji kollha, filwaqt li titqies l-interdipendenza fost l-ispeċji ta' l-ekosistema;

    Artikolu V

    Il-Programm ta' Konservazzjoni Internazzjonali tad-Dniefel

    Skond il-Programm Internazzjonali tal-Konservazzjoni tad-Dniefel u b'konsiderazzjoni għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, il-partijiet għandhom, inter alia:

    1. jillimitaw il-mortalità totali inċidentali tad-dniefel fis-sajd bit-tartarun tal-borża fiż-żona tal-Ftehim għal mhux aktar minn 5000 fis-sena, permezz ta' l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri relevanti, li għandhom jinkludu:

    (a) it-twaqqif ta' sistema li tipprovdi inċentivi lill-kaptani tal-bastimenti biex ikomplu jnaqqsu l-mortalità inċidentali tad-dniefel, bil-għan li jevitaw il-mortalità inċidentali tad-dniefel f'dan il-lokal tas-sajd;

    (b) it-twaqqif fl-istruttura tal-IATTC ta' sistema ta' taħriġ tekniku u ta' ċertifikazzzjoni għall-kaptani u l-ekwipaġġi tas-sajd dwar l-irkaptu u l-użu tiegħu, kif ukoll it-tekniki dwar is-salvataġġ u s-sigurtà tad-dniefel;

    (ċ) fl-istruttura tal-IATTC, il-promozzjoni u l-appoġġ tar-riċerka biex jiġi mtejjeb l-irkaptu, it-tagħmir u t-tekniki tas-sajd, inklużi dawk użati fil-lokal tas-sajd assoċjat mad-dniefel;

    (d) it-twaqqif ta' sistema ekwa għall-iffissar tal-limiti tal-mortalità tad-dniefel (DML's), konsistentement mal-massimi tal-mortalità tad-dniefel għal kull sena, skond l-Annessi III u IV;

    (e) li jirrikjedu li l-bastimenti rispettivi li ġew assenjati DML, jew li b'xi mod ieħor joperaw fiż-Żona tal-Ftehim, jikkonformaw mar-rekwiżiti operattivi li fih l-Anness VIII;

    (f) li jwaqqfu sistema li ssegwi u tivverifika t-tonn li jinqabad b'mortalità jew mingħajrha jew b'danni gravi għad-dniefel, ibbbażata fuq l-elementi elenkati fl-Anness IX;

    (g) l-iskambju tar-riċerka xjentifika miġbura mill-partijiet skond dan il-Ftehim fuq bażi sħiħa u fil-pront; u

    (h) it-tmexxija tar-riċerka bil-għan li jinsabu mezzi ekoloġikament adattati biex jinqabad it-tonn tax-xewka safra mhux flimkien mad-dniefel;

    2. jistabbilixxu limiti ta' mortalità tad-dniefel għal kull ġliba, u jirrevedu u jivvalutaw l-effetti ta' dawn il-limiti, skond l-Anness III, u

    3. jirrevedu l-miżuri f'laqgħa tal-partijiet.

    Artikolu VI

    Is-sostenibbiliita tar-riżorsi marini ħajjin

    Skond l-Artikolu IV, il-partijiet jintrabtu li jiżviluppaw u jimplimentaw, fl-istruttura tal-IATTC, il-miżuri biex jassiguraw is-sostenibbilita fit-tul tar-riżorsi marini ħajjin assoċjati mas-sajd bit-tartarun tal-borża fiż-Żona tal-Ftehim waqt li jitqiesu l-interdipendenzi fost l-ispeċji fl-ekosistema. Għal dan il-għan, il-partijiet għandhom, inter alia:

    1. jiżviluppaw u jimplimentaw programm biex jivvalutaw, jimmonitorjaw u jnaqqsu l-qbid b'kumbinazzjoni ta' tonn żgħir u speċji mhux mistada fiż-Żona tal-Ftehim

    2. sal-limiti massimi prattikabbli, jiżviluppaw u jirrikjedu l-użu ta' irkaptu tekniku, selettiv, ekoloġikament tajjeb u ekonomiku;

    3. jirrikjedu li l-bastimenti tagħhom li joperaw fiż-Żona tal-Ftehim jirrilaxxaw il-fkieren tal-baħar li jkunu nqabdu aċċidentalment kif ukoll speċi oħra li jinsabu mhedda jew ipperikolati, safejn ikun l-aktar prattikabbli, u,

    4. jitolbu lill-IATTC biex tibda investigazzjonijiet biex tivvaluta jekk il-kapaċità tas-sajd tal-bastimenti li jistadu fiż-Żona tal-Ftehim jikkostitwux theddida għas-sostenibbilità tal-ġlejjeb tat-tonn u riżorsi marini ħajjin oħra assoċjati mas-sajd u, jekk ikun il-każ, jeżaminaw il-miżuri possibbli u jirrakkomandaw l-adozzjoni tagħhom fejn ikun xieraq.

    Artikolu VII

    L-implimentazzjoni f'livell nazzjonali

    Kull parti għandha tadotta, skond il-liġijiet u l-proċeduri tagħha, il-miżuri meħtieġa biex tassigura l-implimentazzjoni u l-konformità ma' dan il-Ftehim inkluża, kif inhu xieraq, l-adozzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti relevanti.

    Artikolu VIII

    Il-laqgħat tal-partijiet

    1. Il-Partijiet għandhom jiltaqgħu perjodikament biex jikkunsidraw kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u biex jieħdu d-deċiżjonijiet kollha relevanti dwarhom.

    2. Il-laqgħa ordinarja għandha ssir talanqas darba fis-sena, preferibbilment flimkien mal-laqgħa tal-IATTC.

    3. Il-partijiet jistgħu wkoll jagħmlu laqgħa straordinarja meta tinħass il-ħtieġa. Dawn il-laqgħat għandhom isiru fuq talba ta' xi parti minnhom, basta din it-talba tkun issekondata mill-maġġoranza tal-partijiet.

    4. Il-laqgħa tal-partijiet għandha ssir meta jkun hemm kworum preżenti: kworum jintlaħaq meta l-maġġoranza tal-partijiet ikunu preżenti Din ir-regola għandha tapplika wkoll għal-laqgħa ta' l-organi sussidjarji stabbiliti skond dan il-Ftehim.

    5. Il-laqgħa għandha ssir bl-Ispanjol u bl-Ingliż, u d-dokumenti tal-laqgħa tal-partijiet għandhom joħorġu biż-żewġ lingwi.

    Artikolu IX

    It-teħid tad-deċiżjonijiet

    Id-deċiżjonijiet kollha mill-partijiet fil-laqgħat konvenuti skond l-Artikolu VIII għandhom ikunu b'konsensus.

    Artikolu X

    Il-Bord Xjentikiu Konsultattiv.

    Il-funzjonijiet tal-Bord Xjentifiku Konsultattiv, stabbilit skond il-Ftehim La Jolla, għandu jiġi elenkat fl-Anness V. Il-Bord Xjentifku Konsultattiv għandu jkun kompost u jiġi operat skond il-prinċipji ta' l-Anness V.

    Artikolu XI

    Il-Kumitati Xjentifiċi Konsultattivi Nazzjonali

    1. Kull parti għandha, skond il-liġijiet u l-proċeduri tagħha, tistabilixxi Kumitat Xjentifku Konsultattiv Nazzjonali (Natsac) ta' esperti kkwalifikati, li joperaw fil-kapaċità individwali tagħhom, fis-settur pubbliku u privat, u f'organizzazzjonijiet mhux governattivi inklużi, inter alia, xjenzati kkkwalifikati.

    2. Il-funzjonijiet tal-Natsac għandhom ikunu, inter alia, dawk elenkati fl-Anness VI.

    3. Il-partijiet għandhom jassiguraw li l-Natsac jikkopera permezz ta' laqgħat regolari u fil-waqt, biex jirrevedi d-data u l-istatus tal-ġlejjeb, u l-iżvilupp tal-pariri biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.. Dawn il-laqgħat għandhom isiru talanqas darba fis-sena flimkien mal-laqgħat ordinarji tal-partijiet.

    Artikolu XII

    Il-Panel Internazzjonali tar-Revizjoni

    Il-funzjonijiet tal-Panel Internazzjonali tar-Revizjoni (IRP), stabbilit skond il-Ftehim ta' La Jolla, għandhom ikunu spejgati fl-Anness VII. Il-IRP għandu jkun kompost u għandu jopera skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness VII.

    Artikolu XIII

    Il-Programm ta' l-Osservati ta'Abbord.

    Il-Program ta' l-Osservaturi ta' Abbord stabbilit skond il-Ftehinm ta' La Jolla għandu jopera skond l-Anness II.

    Artikolu XIV

    Ir-rwol tal-IATTC

    Billi huwa maħsub li l-IATTC għandu jkollha rwol integrali fil-kordinazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-partijiet għandhom, inter alia, jitolbu lill-IATTC biex tipprovdi l-appoġġ ta' segretarjat u biex twettaq dawk il-funzjonijiet kollha li huma elenkati fil-Ftehim jew li hemm qbil dwarhom skond dan il-Ftehim.

    Artikolu XV

    Il-finanzjament

    IL-partijiet għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż neċessarji biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, billi jiġu stabbiliti u miġbura tariffi dwar il-bastimenti, li l-livell tagħhom għandu jiġi deċiż mill-partijiet, bla preġudizzju għal kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji oħra.

    Artikolu XVI

    Il-konformità

    1. Kull parti għandha tassigura fir-rigward tal-bastimenti li jkunu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha l-konformità mal-miżuri elenkati f'dan il-Ftehim jew adottati minħabba fih. B'mod partikolari, kull parti għandha tassigura, permezz, inter alia, ta' programm ta 'ċertifikazzjoni u spezzjoni ta' kull sena, li l-bastimenti taħt il-ġurisdizzjoni tagħha jkunu jikkonformaw ma':

    (a) ll-ħtiġiet operattivi stabbiliti fl-Anness VIII, u

    (b) il-ħtiġiet ta' osservatur ta' abbord kif stabbiliti fl-Anness II.

    2. Fil-każ ta' vjolazzjonijiet, kull parti, waqt li tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-IRP, għandha tapplika, b'konsistenza mal-liġijiet nazzjonali, sanzjoniiet ta' gravità tali li jkunu effettivi biex iġibu l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u ta' miżuri adottati minħabba fih u biex iċaħħdu lit-trasgressuri mill-benefiċċji li jirriżultaw minn attivitajiet illegali. Tali sanzjonijiet għandhom, fil-każ ta' offiżi serji, jinkludu ċ-ċaħda, is-sospensjoni u l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni biex wieħed jistad.

    3. Il-partijiet għandhom jistabbilixxu inċentivi għall-kaptani u l-ekwipaġġi tal-bastimenti, bil-għan li dawn jikkonformaw ma' dan il-Ftehim u l-għanijiet tiegħu.

    4. Il-partijiet għandhom jadottaw miżuri koperattivi biex jassiguraw il-konformità ma' dan il-Ftehim, billi jiġu żviluppati d-deċiżjonijiet li kienu ttieħdu fil-Ftehim ta' La Jolla.

    5. Kull parti għandha malajr tinforma lill-PRI dwar l-azzjonijiet ta' l-infurzar li tkun ħadet skond dan il-Ftehim, u r-riżultati tiegħu.

    Artikolu XVII

    It-trasparenza

    1. Il-partijiet għandhom jippromwovu t-trasparenza fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, wkoll permezz tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku, kif ikun xieraq.

    2. Ir-rappreżentanti minn organizzazzjonijiet inter-governattivi u r-rappreżentanti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi mdaħħla f'materji relevanti għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu parti fil-laqgħat tal-partijiet konvenuti skond l-Artikolu VIII bħala osservaturi jew inkella, kif ikun xieraq, skond il-linji gwida u l-kriterji elenkati fl-Anness X. Dawn l-organizzazzjonijiet inter-governattivi u organizzazzjonijiet mhux governattivi għandu jkollhom aċċess fil-pront għall-informazzjoni relevanti, suġġetti għar-regoli proċedurali dwar l-aċċess għal din l-informazzjoni li l-Partijiet jistgħu jadottaw.

    Artikolu XVIII

    Il-konfidenzalità

    1. Il-laqgħa tal-partijiet għandha tistabbilixxi regoli dwar il-konfidenzalità għall-korpi kollha li jingħataw aċċess għall-informazzjoni skond dan il-Ftehim.

    2. Minkejja r-regoli kollha dwar il-konfidenzalità li jistgħu jiġu adottati skond il-paragrafu 1, il-persuni kollha li jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni konfidenzali jistgħu jikxfu din l-informazzjoni in konnessjoni ma' proċedimenti legali jew amministrattivi, jekk ikunu mitluba mill-awtorità kompetenti tal-parti kkonċernata.

    Artikolu XIX

    Il-koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet jew arranġamenti oħra

    Il-partijiet għandhoom jikkoperaw ma' organizzazzjonijiet u aranġamenti subreġjonali, reġjonali u globali tal-konservzazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-industrija tal-ħut bil-għan li jippromwovu l-kisba ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu XX

    Is-soluzzjoni tat-Tilwim

    1. Il-partijiet għandhom jikkoperaw biex jevitaw it-tilwim. Kwalunkwe parti tista' tikkonsulta l-partijiet l-oħra rigward kull tilwima relatata ma' l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim biex jilħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti għal kulħadd malajr kemm jista' jkun.

    2. Jekk tilwima ma tiġix solvuta permezz ta' din il-kosultazzjoni fi żmien raġonevoli, il-partijiet in kwestjoni għandhom jikkonsultaw bejniethom malajr kemm jista' jkun biex jissetiljaw it-tilwima permezz ta' kull mezz paċifiku li dwaru jistgħu jiddeċidu skond il-liġi internazzjonali.

    Artikolu XXI

    Id-drittijiet ta' l-Istati

    Ebda disposizzjoni ta' dan il-Ftehim ma tista' tiġi interpretata b'tali mod li tkun ta' preġudizzju jew li timmina s-sovranità, id-drittijiet tas-sovranità jew il-ġurisdizzjoni eżerċitati minn kull Stat skond il-liġi internazzjonali, kif ukoll il-posizzjoni jew l-opinjonijiet tiegħu rigward materji li għandhom x'jaqsmu mal-Liġi tal-Baħar.

    Artikolu XXII

    Dawk li ma jkunux parti

    1. Il-partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-Istati u l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali kollha msemmija fl-Artikolu XXIV ta' dan il-Ftehim li ma jkunux partijiet biex isiru partijiet f'dan il-Ftehim jew li jadottaw liġijiet u regoli konsistenti miegħu.

    2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw, skond dan il-Ftehim u l-liġi internazzjonali, biex ma jħallux bastimenti li jtajru l-bnadar ta' Stati oħra li ma jkunux partijiet jagħmlu attivitajiet li jimminaw l-effettività ta' dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, il-partijiet għandhom, inter alia, jiġbdu l-attenzjoni ta' dawk li m'humiex parti rigward dawn l-attivitajiet mill-bastimenti tagħhom.

    3. Il-partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom l-informazzjoni, jew direttament jew tramite d-Direttur rigward l-attivitajiet ta' bastimenti li jkunu jtajru bandieri ta' dawk mhux parti li jkunu jimminaw l-effettività ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu XXIII

    L-Annessi

    L-Annessi jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim u, minbarra fejn ikun espressament ipprovdut mod ieħor, referenza għal dan il-Ftehim tinkludi referenza għall-Annessi relatati miegħu.

    Artikolu XXIV

    L-iffirmar

    Dan il-Ftehim huwa miftuħ għall-iffirmar f'Washington mill-15 ta' Mejju 1999 għall-Istati li jkollhom il-kosta tmiss maż-Żona tal-Ftehim u l-Istati jew l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ta' l-ekonomiji reġjonali li jkunu membri fl-IATTC jew li l-bastimenti tagħhom jistadu għat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim waqt li l-Ftehim hu miftuh għall-iffirmar.

    Artikolu XXV

    Ir-ratifika, l-aċċettazzjoni u l-approvazzjoni

    Dan il-Ftehim hu suġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni u l-approvazzjoni tal-firmatarji skond ir-regoli u l-proċeduri domestiċi

    Artikolu XXVI

    Adeżjoni

    Dan il-Ftehim għandu jibqa' miftuħ għall-adeżjoni ta' kull Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ta' l-ekonomiji li jilħqu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu XXIV, jew li jkunu b'mod ieħor mistiedna biex jadixxu fil-Ftehim fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-partijiet.

    Artikolu XXVII

    Id-dħul fis-seħħ

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ malli jiġi ddepożitat ir-raba' strument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għand id-depożitarju.

    2. Wara d-data msemmija fil-paragrafu 1, għar-rigward ta' kull Stat jew organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali li jilħaq il-ħtiġiet ta' l-Artikolu XXIV, il-Ftehim jidħol fis-seħħ għall-imsemmi Stat malli jiġi ddepożitat l-istrument tar-ratifika, ta' l-aċċetazzjoni, ta' l-approvazzjoni u ta' l-adeżjoni tiegħu.

    Artikolu XXVIII

    Ir-riservi

    Ebda riserva ma tista' ssir f'dan il-Ftehim.

    Artikolu XXIX

    L-applikazzjoni provviżorja

    1. Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament minn Stat jew organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali li tagħti l-kunsens sabiex dan jiġi provviżorjament applikat billi tinnotifika b'dan lid-depożitarju bil-miktub. Din l-applikazzjoni provviżorja għandha ssir effettiva mid-data tar-riċevuta tan-notifika.

    2. Applikazzjoni provviżorja minn Stat jew organizazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali taqa' malli jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim għal dak l-Istat jew l-organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika jew man-notifka minn dak l-Istat jew l-organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika lid-depożitarju bil-miktub dwar l-intenzjoni biex tiġi tterminata l-applikazzjoni provviżorja.

    Artikolu XXX

    L-emendi

    1. Kull parti tista' tipproponi emenda għal dan il-Ftehim billi tagħti lid-depożitarju t-test ta' l-emenda proposta ta' lanqas 60 jum qabel il-laqgħa tal-partijiet. Id-depożitarju għandu jagħti kopja ta' dan it-test lill-partijiet l-oħra kollha..

    2. Emendi għal dan il-Ftehim li jiġu adottati b'konsensus waqt laqgħa tal-partijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet kollha jkunu ddepożitaw l-istrumenti tan-notifka, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mad-depożitarju.

    3. Kemm-il darba l-partijiet jiddeċidu mod ieħor, l-Annessi għal dan il-ftehim, jistgħu jiġu emendati, b'konsensus, fil-laqgħat kollha tal-partijiet. Kemm-il darba ma jkunx hemm qbil mod ieħor, l-emendi għall-Annessi għandhom jidħlu fis-seħħ għall-partijiet kollha ma' l-adozzjoni.

    Artikolu XXXI

    L-irtirar

    Kull parti tista' tirtira f'kull waqt wara tnax-il xahar mid-data li fha dan il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ għar-rigward ta' dik il-parti billi tagħti avviż bil-miktub ta' l-irtirar lid-depożitarju. Id-depożitarju għandu jinforma lill-partijiet l-oħra dwar l-irtirar fi żmien 30 jum mir-riċevuta ta' dan l-avviż.. L-irtirar għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur mir-riċevuta ta' dan l-avviż.

    Artikolu XXXII

    Id-depożitarju

    It-testi oriġinali ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu ddepożitati mal-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li għandu jibgħat kopji awtentikati tagħhom lill-firmatarji kollha u lill-partijiet imsieħba fih, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni, skond l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

    B'XIEHDA TA' DAN, il-plenipotenzarji hawn taħt iffirmati, ġew awtorizzati kif imiss mill-gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul f'Washington, f'dan il-ħmistax-il jum ta' Mejju 1998, bl-Ingliż u bl-Ispanjol, biż-żewġ testi awtentitiċi ndaqs.

    --------------------------------------------------

    Top