EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1526

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1526/98 tas-16 ta' Lulju 1998 li jemenda ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali

ĠU L 201, 17.7.1998, p. 47–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2012; Imħassar b' 32012R1081

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1526/oj

31998R1526



Official Journal L 201 , 17/07/1998 P. 0047 - 0058


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1526/98

tas-16 ta' Lulju 1998

li jemenda ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 ta' 9 ta' Diċembru 1992 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2469/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Kunsultattiv dwar l-Oġġetti Kulturali,

Billi huwa tal-parir, sabiex jiġi eleminat xogħol amministrattiv mhux neċessarju, li jiġi introdottot il-kunċett ta' liċenzi miftuħin għall-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali temporanja minn persuni responsabbli jew organizzazzjonijiet għall-użu u/jew għall-esebizzjoni f'pajjiżi tat-tielet dinja;

Billi l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu vantaġġ minn dawn il-faċilitajiet għandhom ikun jistgħu għamlu jekk inrelazzjoni ma' l-oġġetti, persuni u organizzazzjonijiet kulturali tagħhom, billi l-kundizzjonijiet li jridu jkunu mwettqa jridu jkunu differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu għall-użu ta' liċenzi miftuħin jew mhux miftuħin u jniżżlu l-kundizzjonijiet li li jridu jiġu milħuqa għall-ħruġ tagħhom;

Billi huwa neċessarju li tippreskrivi dispożizzjonijiet dwar id-dehra ta' dawn il-liċenzi sabiex huma jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti malajr u użati kullimkien fil-Komunità;

Billi d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 relatat mat-transit Komuni ma għadhomx aktar neċessarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/93 [3] għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

1. Għandu jkun hemm tliet tipi ta' liċenzi għall-esportazzjoni ta' l-oġġetti kulturali li għandhom ikunu maħruġa u użati bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92, minn hawn 'il quddiem msejjaħ ir-"Regolament Bażiku", u b'dan timplimenta ir-Regolament:

- il-liċenza tal-livell stabbilit,

- il-liċenza speċifikament miftuħa,

- il-liċenza ġenerali miftuħa.

2. L-użu tal-liċenżji ta' l-esport m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw l-obbligazzjonjiet konnessi mall-formalitajiet ta' l-esport jew mad-dokumenti relatati."

2. L-Artikolu 2 għandu jsir l-Artikolu 1(3).

3. L-Artikolu 2 ġdid għandu jiġi introdott:

"L-Artikolu 2

1. Liċenza ta' livell stabbilit għandha normalment tiġi użata għall-kull oġġett għall-esportazzjoni li hu suġġett għar-Regolmanent Bażiku. Madanakollu kull Stat Membru individwali kkonċernat jista' jiddeċiedi jekk jixtieqx jew le li joħroġ xi liċenzi speċifiċi jew ġenerali miftuħin li jistgħu jintużaw minflok jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi relatati magħhom huma milħuqa kif imniżżel fl-Artikoli 10 u 13.

2. Liċenza speċifika miftuħa għandha tkopri l-esportazzjoni ta' oġġett kulturali speċifiku temporanju repetut minn persuna jew organizzazzjoni partikolari kif imniżżel fl-Artikolu 10.

3. Liċenza ġenerali miftuħa għandha tkopri kull esportazzjoni temporanja ta' xi oġġetti minn dawk li jifformaw parti minn kollezzjoni permanenti ta' mużew jew istituzzjoni oħra, kif imniżżla fl-Artikolu 13.

4. L-Istat Membru jista' jirrevoka kull liċenza speċifika jew ġenerali miftuħa f'kull ħin jekk il-kundiżżjonijiet taħt liema hija maħruġa m'għadhomx jiġu milħuqa. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni immedjatament jekk il-liċenza maħruġa mhix irkuprata u tista' tiġi użata irregolarment. Il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

5. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu liema miżuri raġonevoli li huma jaraw neċessarji fit-territorju nazzjonali tagħhom biex jimmonitorjaw l-użu tal-liċenżji miftuħin tagħhom."

4. Taqsima II ġdida għandha tiġi introdotta li jkun fiha l-Artikoli 3 sa 9 eżistenti:

"IT-TAQSIMA II

Il-liċenza ta' livell stabbilit"

5. Fil-bidu ta' l-Artikolu 3(1) dan li ġej għandu jiġi mdaħħal:

"Liċenzi ta' livell stabbilit għandhom ikunu maħruġa fuq il-forma, li mudell tagħha jinsab fl-Anness I."

6. Taqsima III ġdida għandha tiġi miżjuda, l-Artikolu 10 eżistenti għandu jiġi mħassar u l-Artikolu 11 eżistenti għandu jsir l-Artikolu 17:

"IT-TAQSIMA III

Liċenzi miftuħin

IL-KAPITOLU 1

Liċenzi miftuħin speċifiċi

L-Artikolu 10

1. Liċenzji miftuħin speċifiċi jistgħu ikunu maħruġa għal oġġett kulturali speċifiku li huwa responsabbli biex ikun temporanjament esportat mill-Komunità fuq bażi regolari għall-użu u/jew għall-eżibizzjoni f'pajjiż terz. L-oġġett kulturali jrid ikun miżmum minn, jew ikun fil-pussess leġittimu ta', persuna jew organizzazzjoni partikolari li tuża u jew teżebixxi l-oġġett.

2. Liċenza tista' tkun maħruġa biss provdut li l-awtoritajiet huma konvinti li dik il-persuna jew organizzazzjoni kkonċernata toffri il-garanziji kollha kkunsidrati neċessarji għall-oġġett biex ikun irritornat f'kundizzjoni tajba lill-Komunità u li dak l-oġġett jista' jkun deskritt jew immarkat li ma jkunx hemm ebda dubju li fil-moment ta' esportazzjoni temporanja dak l-oġġett li jkun esportat huwa dak deskritt fil-liċenza speċifika miftuħa.

3. Liċenza tista' ma tkunx valida għal perjodu li jeċċedi ħames snin.

L-Artikolu 11

Il-liċenza għandha tkun ippreżentata li tissapportja dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni miktuba jew tkun addispożizzjoni f'każijiet oħra għall-produzzjoni ta' oġġetti kulturali għall-eżaminazzjoni fuq talba.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fejn il-liċenza hija preżentata jistgħu jistaqsu li hija tiġi maqluba fil-lingwa, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, ta' l-Istati Membri. F'dan il-każ, l-ispejjeż tat-traduzzjoni għandu jkoprihom il-possessur tal-liċenzai.

L-Artikolu 12

1. L-uffiċċju doganali awtorizzat biex jaċċetta id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandu jassigura li l-oġġetti ppreżentati huma dawk deskritti fuq il-liċenza ta' l-esportazzjoni u li referenza tkun magħmula għal dik il-liċenza fil-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jekk dikjarazzjoni miktuba hija meħtieġa.

2. Jekk dikjarazzjoni miktuba hija meħtieġa imbagħad il-liċenza ġħandha jkollha mehmuża il-koppja 3 ta' d-dokument administrattiv wieħed u jakkompanja l-oġġett sa l-uffiċċju doganali sall-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunitá. Fejn il-koppja 3 tad-dokument amministrattiv wieħed huwa disponibbli għal dak li jesporta jew ir-rappreżentat tiegħu, il-liċenza għandha wkoll tkun disponibbli għalih għall-użu f'okkażjoni li tiġi wara.

IL-KAPITOLU 2

Liċenzi ġenerali miftuħin

L-Artikolu 13

1. Liċenzji ġenerali miftuħin jistgħu jkunu maħruġa għal mużewijiet jew istuzzjonijiet oħrajn biex ikopru l-esportazzjoni temporanja ta' kull oġġett li jappartieni lill-kollezzjoni permanenti tagħhom li huma responsabbli li jkunu temporanjament esportati mill-Komunità fuq bażi regolari għall-eżibizzjoni minn pajjiż terz.

2. Liċenza tista' tiġi maħruġa biss jekk l-awtoritajiet huma konvinti li l-istitużżjoni toffri il-garanziji kollha kkunsidrati neċessarji biex l-oġġett ikun irritornat f'kundizzjoni tajba lejn il-Komunit Il-liċenza tista' tiġi użata biex tkopri kull tagħqid ta' oġġetti fil-kollezzjoni permanenti f'kull waħda mill-okkażżjonijiet ta' esportazzjoni temporanja. Hija tista' tkun użata biex tkopri serje ta' tagħqid differenti ta' oġġetti kemm b'mod konekuttiv jew konkorrenti.

3. Liċenza tista' ma tkunx valida għal perjodu li jeċċedi ħames snin.

L-Artikolu 14

Il-liċenza għandha tkun preżentata biex tissapportja dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fejn il-liċenza hija ppreżentata jistgħu jistaqsu biex hija tkun maqluba fil-lingwa, jew waħda mil-lingwi uffiċċjali, ta' l-Istati Membri. F'dan il-każ, l-ispejjeż tat-traduzzjoni gġandu jkoprihom il-pussessur tal-liċenza.

L-Artikolu 15

1. L-uffiċċju doganali awtorizzat li jaċċetta d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandu jassigura li l-liċenza hija ppreżentata flimkiem ma' lista ta' l-oġġetti esportati u li huma deskritti wkoll fid-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni. Il-lista għandha tkun fuq karta miktuba fuq (headed paper) ta' l-istituzzjoni u kull paġna għandha tiġi ffirmata minn wieħed mill-persuni ta' l-istituzzjoni u msemmi fuq il-liċenza. Kull paġan għandha tkun ukoll ittimbrata b'timbru ta' l-istituzzjoni kif impoġġiha fuq il-liċenza. Referenza għal-liċenza għandha tkun magħmula fil-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni.

2. Il-liċenza għandha tkun mehmuża mal-kopja 3 tad-dokument amministrattiv wieħed u trid takkumpanja l-kunsinja sa l-uffiċċju doganali sal-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità. Fejn il-koppja 3 tad-dokument administrattiv wieħed hija disponibbli għall-persuna li tesporta jew ir-rappreżentat tiegħu l-liċenza għandha wkoll tkun disponibbli għalih għall-użu f'okkażjoni li tiġi wara.

IL-KAPITOLU 3

Formuli tal-liċenzi

L-Artikolu 16

1. Liċenzji speċifiċi miftuħin għandhom ikunu maħruġin fuq il-formula, mudell tagħha jinsab fl-Anness II.

2. Liċenzji ġenerali miftuħin għandhom ikunu maħruġa fuq il-formula, mudell tagħha jinsab fl-Anness III.

3. Il-formula tal-liċenza għandha tkun ipprintjata f'wieħed jew aktar mill-lingwi uffiċċjali tal-Komunità.

4. Il-liċenza għandha tkejjel 210 × 297 mm. Tolleranza ta' tnaqqis ta' 5 mm jew biż-żieda ta' 8 mm fit-tul jista' jkun permess. Il-karta użata għandha tkun bajda u ħielsa minn polpa mekkanika, imħejjija għall-għanijiet tal-kitba u li tiżen mhux inqas minn 55 g/m2. Hija għandha tkun stampata b'disinn blu ċar guilloche fil-fond sabiex tikxef kull falsifikazzjoni minn mezzi mekkanċi jew kimiċi.

5. It-tieni fuljett tal-liċenza, li m'għandux ikollu disinn tal-guilloche fil-fond, huwa għall-użu jew rekords ta' esportatur biss.

Il-formola ta' l-applikazzjoni għandha tkun preskritta mill-Istat Membru kkonċernat.

6. L-Istati Membri jistgħu jirriservaw id-dritt li jipprintjaw il-formoli tal-liċenza jew li jeħduhom biex jiġu pprintjati minn stampaturi approvati. Fl-aħħar kaz, kull wieħed irid ikollu referenza ta' approvazzjoni bħal din. Kull formola għandha jkollha l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew il-marka li biha l-istampatur jista' jiġi identifikat. Hija għandha wkoll ikollha numru tas-serje, jew ipprintjat jew stampat, li bih tista' tkun identifikata.

7. L-Istati Membri għandhom ikun responsabbli li tieħu kull miżura neċessarja sabiex tiġi evitata l-falsifikazzjoni tal-liċenzi. Il-mezz ta' identifikazzjoni adottat mill-Istati Membri għal dan l-għan għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni, għall-komunikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.

8. Il-liċenzi għandhom ikunu magħmula minn mezzi mekkaniċi jew elettroniċi. F'ċirkostanzi eċċezzjonali huma jistgħu jkunu magħmula minn pinen suwed ball point b'ittri kapitali. Huma m'għandhom ikun fihom tħassir, kliem miktubin fuq xulxin jew alterazzjonijiet oħra."

7. Taqsima IV ġdida għandha tiġi miżjuda, li fiha l-Artikolu 17:

"IT-TAQSIMA IV

Dispożizzjonijiet ġenerali"

8. L-Anness eżistenti għandu jsirl-Anness I.

9. L-Anness I ta dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala l-Anness II.

10. L-Anness II ta' dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala l-Anness II.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Settembru 1998

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Lulju 1998.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 395, tal-31.12.1992, p. 1.

[2] ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 24.

[3] ĠU L 77, tal-31.3.1993, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

L-ANNESS II

Mudell tal-formola tal-liċenzi speċifiċi miftuħin u kopji tagħhom

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

L-ANNESS III

Mudell tal-formola tal-liċenzi ġenerali miftuħin u kopji tagħhom

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top