Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0148

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 148/98 tat-22 ta’ Jannar 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2005/97 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġu applikati l-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fl-Algerija

    ĠU L 18, 23.1.1998, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/148/oj

    31998R0148



    Official Journal L 018 , 23/01/1998 P. 0003 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 148/98

    tat-22 ta’ Jannar 1998

    li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2005/97 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġu applikati l-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fl-Algerija

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2005/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġu applikati l-arranġamenti speċjali sabiex jiġi importat iż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fl-Algerija [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur tal-biedja sabiex jiġu implimentati l-ftehimijiet konklużi matul in-negozjati multilaterali tal-kummerċ tar-Round ta’ l-Urugwaj [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1161/97 [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Billi t-tnaqqis fir-rata tad-dazju tad-dwana pprovduta fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2005/97 japplika għall-importazzjonijiet kollha taż-żejt taż-żebbuġa li għalihom l-importatur jipprovdi provi ma’ l-importazzjoni illi l-imposta speċjali fuq l-esportazzjoni tiġi riflessa fil-prezz ta’ l-importazzjoni; billi, għall-għanijiet sabiex japplikaw l-arranġamenti msemmija hawn fuq, għandha ssir dispożizzjoni illi l-importatur jipprovdi prova illi l-imposta fil-kwistjoni ġiet irrimborżata lill-esportatur;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2146/95 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1163/97 [5], li għandu x’jaqsam, fost ħwejjeġ oħra, ma’ l-aġġustament transitorju ta’ l-arranġamenti specjali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fl-Algerija jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-arranġamenti; billi dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu mħassra fid-dawl tar-regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni stabbiliti hawhhekk;

    Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond il-Kumitat tal-Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    1. L-arranġamenti pprovduti fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2005/97 japplikaw għall-importazzjonijiet kollha li dwarhom l-importatur jipprovdi provi, ma’ l-aċċettazjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa, illi l-imposta specjali fuq l-esportazzjoni hija riflessa fil-prezz ta’ l-importazzjoni u li rrimborża din l-imposta lill-esportatur sa l-ammont imnaqqas ma’ l-importazzjoni fil-Komunità kif ipprovvdut fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament.

    2. Il-prova għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 tista’ tikkonsisti f’kull dokument amministrattiv, kummerċjali jew bankarju aċċettat mill-awtoritajiet tad-dwana.

    3. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, "esportatur" ifisser il-persuna murija fiċ-ċertifikat EUR.1 għall-Algerija.

    L-Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 2146/95 huwa hawnhekk imħassar.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 Jannar 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 284, tas-16.10.1997, p. 11.

    [2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

    [3] ĠU L 169, tas-27.6.1997, p. 1.

    [4] ĠU L 215, tad-9.9.1995, p. 1.

    [5] ĠU L 169, tas-27.6.1997, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top