Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0016

    It-tnejn u Għoxrin Direttiva tal-Kummissjoni 98/16/KE tal-5 ta’ Marzu 1998 li taddatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti kosmetiċiTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 77, 14.3.1998, p. 44–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/16/oj

    31998L0016



    Official Journal L 077 , 14/03/1998 P. 0044 - 0046


    It-tnejn u Għoxrin Direttiva tal-Kummissjoni 98/16/KE

    tal-5 ta’ Marzu 1998

    li taddatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti kosmetiċi

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 76/768 tas-27 ta’ Lulju 1976 [1] fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti kosmetiċi, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/45/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 97/1/KE [3] ipprojbiet temporanjament, bħala miżura prekawzjonarja, l-użu tat-tessut u l-fluwidi ta’ bovini, ovini u kaprini mill-moħħ, mill-ispina dorsali u mill-għajnejn, u l-ingredjenti miksuba minnhom; din id-Direttiva kellha tiġi riveduta wara l-eżami tas-sustanzi li fuqhom kienet ibbażata, u adattata ġeneralment fl-isfond ta’ l-iżvilupp fit-tagħrif xjentifiku;

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/534/KE tat-30 ta’ Lulju 1997 fuq il-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ materjal li jikkostitwixxi riskji rigward l-enċefalopatiji sponġiformi [4] li jittieħdu, tiddefinixxi materjali speċifikati ta’ riskju, tipprovdi għall-eliminazzjoni tagħhom fis-sors u tipprojbixxi l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità;

    Billi d-Direttiva 76/768/KEE teħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw li prodotti kosmetiċi biss li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq ta’ l-UE u billi, b’mod aktar partikulari, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-kummerċ ta’ prodotti kosmetiċi li jkun fihom sustanzi elenkati fl-Anness II;

    Billi dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-prodotti kosmetiċi kollha li jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità, minkejja l-oriġini tal-prodott jew tal-materja prima li jkun fihom; billi, b’hekk, il-konformità tal-prodotti kosmetiċi mal-liġi tal-Komunità, il-materjali tal-bidu u l-prodotti intermedjarji li jiġu importati fil-Komunità biex jintużaw fil-manifattura tal-prodotti kosmetiċi tiġi kkontrollata u vverifikata;

    Billi d-Direttiva 76/768/KEE għandha tiġi emendata biex iġġib l-elenku ta’ materjali mill-annimali li huma pprojbiti konformi ma’ dak li hemm fid-Direttiva 97/534/KE;

    Billi l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku fuq il-Kosmetoloġija ta’ l-24 ta’ Ġunju 1997 iddikjarat li d-derivattivi tas-sonża bħal aċidi xaħmija, gliċerina, esteri ta’ aċidi xaħmija u sapun, użati fil-produzzjoni tal-prodotti kosmetiċi, huma kkunsidrati bla periklu kemm-il darba, ta’ lanqas, ikunu miksuba b’ċerti metodi speċifikati li jkunu ġew strettament ċertifikati, u li d-derivattivi tas-sonża oħra bħall-alkoħol xaħmi u l-amidi xaħmija miksuba mid-derivattivi msemmija hawn fuq u sussegwentement ipproċessati jitqiesu bħala bla periklu;

    Billi, skond din il-fehma xjentifika, huwa possibbli li wieħed jagħti deroga għal derivattivi tas-sonża; din id-deroga tapplika wkoll għal derivattivi oħra tas-sonża bħall-alkoħol xaħmi, l-amini tax-xaħmija u l-amidi tax-xaħmija, u l-materjali magħmula minn dawn imsemmija aktar qabel li jiġu manifatturati skond il-metodi indikati fl-Anness u assoġġettati għal trattamenti addizzjonali sussegwenti;

    Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Adattament għal Progress Tekniku tad-Direttivi fuq it-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fis-settur tal-prodotti kosmetiċi,

    Billi l-Istati Membri għandhom id-dritt li jżommu fis-seħħ sa l-1 ta’ April 1998 dawk il-miżuri adottati skond id-Direttiva 97/1/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 76/768/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif tidher fl-Anness.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-prodotti kosmetiċi li jkun fihom is-sustanzi stipulati fl-Anness ma jkunux jistgħu jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ April 1998. Dan ma japplikax għall-prodotti magħmula qabel l-1 ta’ April 1998. L-Istati Membri jistgħu jħallu fis-seħħ dawk il-miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 97/1/KE sa l-1 ta’ April 1998.

    L-Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ April 1998. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Marzu 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

    [2] ĠU L 196, ta’ l-24.7.1997, p. 77.

    [3] ĠU L 16, tat-18.1.1997, p. 85.

    [4] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 95.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    In-numru ta’ referenza 419 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE qed jiġi emendat kif ġej:

    "419. (a) il-kranju, inklużi l-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli u l-ispina dorsali ta’:

    - bhejjem bovini ta’ 12-il xahar,

    - bhejjem ovini u kaprini li jkollhom ’il fuq minn tnax-il xahar jew li jkollhom sinna inċiżura permanenti maħruġa mill-ħanek;

    (b) il-milsa tal-bhejjem ovini u kaprini u ingredjenti miksuba minnhom.

    B’dankollu, id-derivattivi tas-sonża jistgħu jintużaw kemm-il darba l-metodi li ġejjin ikunu ntużaw u ġew strettament iċċertifikati mill-produttur:

    - It-Transesterifikazzjoni jew l-Idrolisi f’talanqas: 200 °C, 40 bars (40,000 hPa) kull 20 minuta (gliċerol u aċidi xaħmija u esteri),

    - Is-Saponifikazzjoni bl-NaOH 12M (il-gliċerol u s-sapun):

    - Il-proċess tal-lott: f’95 °C għal tliet sigħat

    jew

    - Il-proċess kontinwu: f’140 °C, żewġ bars (2000 hPa) għal tmien minuti jew skond il-kundizzjonijiet ekwivalenti."

    --------------------------------------------------

    Top