This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998L0014
Commission Directive 98/14/EC of 6 February 1998 adapting to technical progress Council Directive 70/156/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to the type-approval of motor vehicles and their trailers (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/14/KE tas-6 ta’ Frar 1998 li tadatta għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/14/KE tas-6 ta’ Frar 1998 li tadatta għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 91, 25.3.1998, p. 1–61
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 28/04/2009; Impliċitament imħassar minn 32007L0046
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31970L0156 | Sostituzzjoni | anness 4 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Tlestija | artikolu 4.1 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Tlestija | artikolu 6.1 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Emenda | anness 3 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Żieda | artikolu 13.5 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Sostituzzjoni | anness 11 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Sostituzzjoni | anness 10 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Sostituzzjoni | anness 7 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Tlestija | anness 2.A. | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Sostituzzjoni | anness 1 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Sostituzzjoni | anness 6 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Tlestija | anness 8 | 14/08/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Tlestija | anness 9 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Emenda | artikolu 10.2 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Tlestija | anness 12 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Żieda | anness 15 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Emenda | anness 14 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Emenda | artikolu 8.2 | 14/04/1998 | |
Modifies | 31970L0156 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 | 14/04/1998 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31998L0014R(01) | ||||
Corrected by | 31998L0014R(02) | ||||
Implicitly repealed by | 32007L0046 | 29/04/2009 |
Official Journal L 091 , 25/03/1998 P. 0001 - 0061
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/14/KE tas-6 ta’ Frar 1998 li tadatta għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/27/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/53/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 li temenda d-Direttiva 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3] u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, Billi d-Direttiva 92/53/KEE tagħmel sejħa lill-Kummissjoni sabiex tipproponi fuq il-bażi ta’ rapport li għandu jkun imħejji sal-31 ta’ Diċembru 1994, l-emendi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti għall-approvazzjoni tat-tip u biex jiġi faċilitat id-dħul fis-servizz tal-vetturi fl-Istati Membri; Billi skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 70/156/KEE, l-ekwivalenza tar-regolamenti internazzjonali tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan--Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV ta’ dik id-Diretttiva mad-Direttivi separati korrispondenti għandha tkun rikonoxxuta; billi huwa meħtieġ li l-Anness rilevanti u t-tabella ta’ l-ekwivalenza għandhom jiġu emendati u aġġornati sabiex tinżamm it-trasparenza bejn ir-Regolamenti u d-Direttivi; Billi skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE, l-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip għandhom jieħdu l-passi meħtieġa skond l-Anness X biex jivverifikaw li arranġamenti xierqa jkunu saru biex jiġi assigurat li vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet separati tekniċi tal-produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat; Billi huwa essenzjali li l-ħtiġiet li jirregolaw il-kontrol tal-konformità tal-produzzjoni li titwettaq mill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni għandhom jigu armonizzati; billi, sabiex tiġi assigurata l-uniformità ta’ l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni, huwa għalhekk meħtieġ li tiġi inkluża gwida speċifika dwar il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti; Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 70/156/KEE hija emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 3(1) huwa sostitut b’dan li ġej: "1. Applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi għandhom jiġu sottomessi mill- fabbrikant lill-awtorità ta’ approvazzjoni ta Stat Membru. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn folder ta’ informazzjoni li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness III, u miċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni għal kull Direttiva separata applikabbli kif meħtieġ fl-Anness IV jew XI; ukoll, il-pakkett ta’ informazzjoni għal approvazzjonijiet ta’ sistema u ta’ unità teknika separata fir-rigward ta’ kull Direttiva separata għandu jkun disponibbli għall-awtorità ta’ approvazzjoni matul il-perijodu kollu sad-data meta jew tingħata jew tiġi miċħuda l-approvazzjoni."; 2. L-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej: (a) fil-punt (ċ), "Direttiva separata rilevanti" hija sostitwita bi ‘id-Direttiva separata rilevanti kif imsemmija fl-Anness IV jew XI’; (b) fil-punt (d), "id-Direttiva separata rilevanti" hija sostitwita bi ‘id-Direttiva separata rilevanti kif imsemmija fl-Anness IV jew XI’; (ċ) is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda: "Fil-każ ta’ l-approvazzjoni ta’ vettura li għandha x’taqsam mal-Anness XI jew mal-Artikolu 8(2) (ċ), jew fil-każ ta’ l-approvazzjoni ta’ sistema, ta’ komponent, jew ta’ unità teknika separata, li għandha x’taqsam mal-Anness XI jew mal-Artikolu 8(2)(ċ) u inkluzi r-restrizzjonijiet jew l-eżenzjonijiet minn xi disposizzjonijiet tad-Direttiva separata rilevanti, iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni għandu jinkludi r-restrizzjonijiet fuq il-validità tagħha u l-eżenzjonijiet mogħtija u għandu jingħata numru speċjali ta’ approvazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness VII. Meta d-dettalji fil-folders ta’ informazzjoni imsemmija f’ (a), (b), (ċ), u (d) t’hawn fuq jispeċifikaw disposizzjonijiet għal vetturi bi skop speċjali kif denotat fil-kolonni rilevanti ta’ l-Anness XI u l-Appendiċi tiegħu, iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip għandu jispeċifika wkoll dawn id-disposizzjonijiet u l-eżenzjonijiet."; 3. L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: "L-Artikolu 5 Emendi għall-approvazzjonijiet tat-tip 1. L-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li huwa jkun infurmat dwar kull tibdil fid-dettalji li jidhru fil-pakkett ta’ informazzjoni. 2. L-applikazzjoni għal emenda ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi sottomessa esklussivament lill-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip oriġinali. 3. Fil-każ ta’ l-approvazzjoni ta’ sistema, ta’ komponent, jew ta’ unità teknika separata, jekk id-dettalji li jidhru fil-pakkett ta’ informazzjoni jkunu nbidlu, l-awtorità ta’ approvazzjoni tal-Istat Membru in kwistjoni għandha toħroġ paġna/i riveduti tal-pakkett ta’ informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-bidla u d-data tal-ħruġ mill-ġdid; verżjoni kkonsolidata w aġġornata tal-pakkett ta’ informazzjoni akkumpanjata b’deskrizzjoni dettaljata tal-bidla għandha titqies ukoll li tissodisfa din il-ħtieġa. F’kull okkażjoni meta jkunu maħruġa paġni riveduti jew verżjoni konsolidata w aġġornata l-indiċi tal pakkett ta’ informazzjoni (li jkun anness maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni) għandu jkun emendat wkoll biex juri l-aħħar dati tal-paġni emendati jew id-data tal-verżjoni kkonsolidata w aġġornata. Jekk, minbarra dan, jew xi informazzjoni fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni (eskluż l-annessi tiegħu) tkun inbidlet jew il-ħtiġiet tad-Direttiva jkunu nbidlu sa mid-data korrenti ta’ fuq l-approvazzjoni, l-emenda għandha tissemma bħala ‘estensjoni’ u l-awtorità ta’ approvazzjoni ta’ l-Istat Membru in kwistjoni għandha toħroġ ċertifikat ta’approvazzjoni emendat (denotat b’numru ta’ l-estensjoni) li għandu juri b’mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data ta’ ħruġ mill-ġdid. Jekk l-awtorità ta’ approvazzjoni tal-Istat Membru in kwistjoni ssib li xi emenda għal pakkett ta’ informazzjoni tkun tiġġustifika testijiet u verifiki ġodda, għandha tinforma lill-fabbrikant b’dan u toħroġ id-dokumenti msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi biss wara wara t-twettieq b’suċċess ta’ testijiet jew verifiki ġodda. 4. F’il-każ ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, jekk id-dettalji li jidhru fil-pakkett ta’ informazzjoni jkunu nbidlu, l-awtorità ta’ approvazzjoni tal-Istat Membru in kwistjoni għandha toħroġ paġna/i riveduti tal-pakkett ta’ informazzjoni skond kif ikun meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-bidla u d-data tal-ħruġ mill-ġdid; verżjoni aġġornata tal-pakkett ta’informazzjoni akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-bidla titqies ukoll li tissodisfa din il-ħtieġa. F’kull okkażjoni meta l-paġni riveduti jew verżjoni kkonsolidata w aġġornata jkunu maħruġa, l-indiċi tal-pakkett ta’ informazzjoni (li jkun anness maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni) għandu wkoll ikun emendat biex juri l-aħħar dati tal-paġni riveduti jew id-data tal-verżjoni konsolidata w aġġornata. Jekk, minbarra dan, jew ikun hemm ħtieġa ta’ aktar spezzjonijiet, jew xi informazzjoni fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni (eskluż l-annessi tiegħu) tkunu nbidlet jew il-ħtiġiet ta’ xi Direttiva separata applikabbli għad-data li minnha l-ewwel d-dħul fis-servizz ikun ipprojbit ikunu nbidlu sa mid-data kurrenti li hemm fuq l-approvazzjoni tal-vettura, l-emenda għandha tkun msemmija bħala ‘estensjoni’ u l-awtorità ta’ approvazzjoni tal-Istat Membru in kwistjoni għandha toħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni rivedut (denotat b’numru ta’ l-estensjoni) li għandu juri b’mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data ta’ ħruġ mill-ġdid. Jekk l-awtorità ta’ approvazzjoni tal-Istat Membru in kwistjoni ssib li xi emenda għall-pakkett ta’ informazzjoni tkun tiġġustifika ispezzjonijiet ġodda, din għandha tinforma lill-fabbrikant b’dan u toħroġ id-dokumenti msemmija fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi biss wara wara t-twettieq b’suċċess ta’ l-ispezzjonijiet ġodda. Dokument rivedut għandu jintbagħat lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni l-oħrajn kollha fi żmien xahar. 5. Meta jkun apparenti li l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura tkun se ssir invalida minħabba li waħda jew aktar mill-approvazzjonijiet tad-Direttivi separati msemmija fil-pakkett ta’ informazzjoni tagħha tkun sejra ssir invalida jew minħabba l-introduzzjoni ta’ Direttiva separata ġdida fl-Anness IV, il-Parti I, l-awtorità ta’ approvazzjoni tal-Istat Membru li jkun ta dik l-approvazzjoni għandha, mhux f’inqas minn xahar qabel ma l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura ma tibqax valida, tikkomunika dak il-fatt lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn flimkien ma’ indikazzjoni tad-data rilevanti jew in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura ta’ l-aħħar vettura prodotta f’konformità maċ-ċertifikat il-qadim. 6. Għal kategoriji ta’ vetturi mhux affettwati minn bidla fil-ħtiġiet ta’ Direttivi separati jew f’ din id-Direttiva, l-ebda emenda għal-approvazzjoni m’għandha tkun meħtieġa."; 4. Fl-Artikolu 6(1), dan is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: "Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jsir b’ tali mod li jipprevjeni xi falsifikazzjoni. Għad dan l-iskop, l-istampar għandu jsir fuq karta protetta jew minn grafiċi kkuluriti jew bil-‘watermark’ bil-marka ta’ identifikazzjoni tal-fabbrikant."; 5. L-Artikolu 8(2) huwa emendat kif ġej: (a) il-punt (b) huwa emendat kif ġej: (i) fil-punt 1 il-kelma ‘kwantitattivi’ hija mħassra; (ii) il-punt 2 huwa mibdul b’dan li ġej: "2. Biex jiġi applikat il-punt 1 għal tip wieħed jew aktar ta’ xi kategorija partikolari, il-fabbrikant għandu jissottometti talba lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru kkonċernat bid-dħul fis-servizz ta’ dawn it-tipi ta’ vettura. It-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi u/jew ekonomiċi li hija bbażata fuqhom. Fi żmien tliet xhur dawn l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk u għal liema numru ta’ unitajiet, huma jaċċettaw li t-tip ta’ vettura kkonċernat jkun irreġistrat fit-territorju tagħhom. Kull Stat Membru kkonċernat bid-dħul fis-servizz ta’ dawn it-tipi ta’ vettura għandu jkun responsabbli biex jassigura li l-fabbrikant ikun konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Anness XII.B. L-Istati Membri għandhom kull sena jibagħtu lill-Kummissjoni lista ta’ l-eżenzjonijiet mogħtija."; (b) il-punt (ċ) huwa sostitwit b’dan li ġej: "(ċ) Vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jinkorporaw teknoloġiji jew kunċetti li ma jistgħux, minħabba n-natura speċifika tagħhom, jkunu konformi ma waħda jew aktar mil-ħtiġiet ta’ waħda jew aktar mid-Direttivi separati F’ dan il-każ l-Istat Membru jista’ jagħti approvazzjoni ristretta fil-validità għat-territorju tiegħu, iżda għandu fi żmien xahar wara li jagħmel dan jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni u l-annessi tiegħu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni tal-Istati Memrbi l-oħrajn u lill-Kummissjoni. Fl-istess ħin, għandu jibgħat talba lill-Kummissjoni biex ikun awtorizzat jagħti approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn file li fih ikollu l-elementi li ġejjin: - għaliex it-teknoloġiji jew il-kunċetti in kwistjoni jipprevjenu li l-vettura, il-komponent jew l-unita teknika separata tkun konformi mal-ħtiġiet ta’ waħda jew aktar mid-Direttivi separati rilevanti, - deskrizzjonijiet ta’ l-oqsma ta’ sigurtà u l-protezzjoni ambjentali kkonċernati u l-passi meħuda, - deskrizzjoni tat-testijiet u r-riżultati tagħhom juru li għall-anqas livell ekwivalenti ta’ sigurtà u protezzjoni ambjentali kif hemm previst fil-ħtiġiet ta’ waħda jew aktar mid-Direttivi separati rilevanti, - proposti għall-emendi għad-Direttivi separati rilevanti jew Direttiva/i separata/i ġdida/ġodda skond il-każ. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-file komplut, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz tad-deċizjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 13. Il-Kummissjoni għandha, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13, tiddeċiedi jekk tawtorizzax jew le lill-Istat Membru li jagħti l-approvazzjoni skond din id-Direttiva. Huma biss it-talba biex tingħata l-approvazzjoni u l-abbozz tad-deċiżjoni li għandhom ikunu trasmessi lil-Istati Membri fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali tagħhom, iżda l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-elementi kollha tal-file fil-lingwa oriġinali bħala prerekwiżit għat-teħid ta’ deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13. Jekk deċiżjoni tkun meħudha biex tapprova t-talba, l-Istat Membru jista’ joħroġ l-approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva. F’dawn il-każi, id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi wkoll jekk timponix xi restrizzjonijiet (bħal terminu ta’ żmien) fuq il-validità tagħha. Il-validità ta’ l-approvazzjoni m’għandha fl-ebda każ tkun ta’ anqas minn 36 xahar. Meta id-Direttiva/i separata/i rilevanti jiġu jew ikunu ġew adattata/i għall-progress tekniku hekk li -vetturi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li għalihom ikunu ingħataw l-approvazzjonijiet skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subparagrafu (ċ), jkunu konformi mad-Direttiva/i emendatorja/i, l-Istati Membri għandhom jikkonvertu dawn l-approvazzjonijiet għall-approvazzjonijiet normali fil-waqt li jaħsbu għaż-żmien meħtieġ, eż., sabiex il-fabbrikanti jbiddlu il-marki ta’ l-approvazzjoni fuq il-komponenti. Dan jikludi t-tħassir ta’ kull riferenza għar-restrizzjonijiet jew l-eżenzjonijiet u s-sostituzzjoni ta’ numri ta’ approvazzjoni speċjali b’numri ta’ approvazzjoni normali. Jekk il-passi meħtieġa biex ikunu adattata/i id-Direttiva/i separata/i ma jkunux ittieħdu, il-validità ta’ approvazzjonijiet mogħtija skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-punt, tista’ tiġi estiża fuq talba tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni b’deċiżjoni oħra meħuda skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13."; 6. fl-Artikolu 10(2) it-tieni sentenza hija mibdula b’dan li ġej: "Il-verifika biex ikun assigurat li l-prodotti jkunu konformi mat-tip approvat għandha tkun limitata għall-proċeduri stabbiliti fis-Sezzjonijiet 2 u 3 ta’ l-Anness X u f’dawk id-Direttivi separati li jkun fihom ħtiġiet speċifiċi."; 7. fl-Artikolu 13(1), jiżdied dan il-paragrafu 5 li ġej: "5. Jekk il-Kummissjoni tadotta emendi għal xi Direttiva separata, hi għandha fuq il-bażi ta’ l-istess emendi tadotta emendi xierqa għall-Annessi relevanti ta’ din id-Direttiva."; 8. l-Annessi huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1998. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadotaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’referenza bħal din fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. 3. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal tipi ġodda ta’ vetturi mill-1 ta’ Ottubru 1998. B’dana kollu, fuq talba tal-fabbrikant, il-mudell preċedenti taċ-ċertifikat ta’ konformità jista’ xorta jintuża għal 12-il xahar wara dik id-data għal vetturi kompleti u 18-il xahar għal vetturi kompleti b’konformità ma’ l-approvazzjoni tat-tip f’aktar minn fażi waħda. 4. Din id-Direttiva ma għandhiex tinvalida xi approvazzjoni mogħtija qabel d-dħul tagħha fis-seħħ, u lanqas tipprevjeni l-estensjoni ta’ tali approvazzjonijiet skond il-kundizzjonijiet tad-Direttiva taħt liema jkunu ngħataw oriġinarjament. B’dana kollu, minn 12-il xahar wara d-data speċifikata fil-paragrafu 3 għal vetturi kompleti u 18-il xahar għal vetturi kompleti b’konformità ma’ l-approvazzjoni f’aktar minn fażi waħda, iċ-ċertifikati kollha tal-konformità maħruġa mill-fabbrikant għandhom ikunu konformi mal-mudell speċifikat fl-Anness IX tad-Direttiva 70/156/KEE kif emendata b’din id-Direttiva. 5. Sa fejn hija kkonċernata l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, l-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva biss għal vetturi tal-kategorija M1 attrezzati b’magna ta’ kombustjoni interna sakemm issir l-emenda għall-Annessi sabiex tinkludi vetturi tal-kategorija M1 imħaddma b’magni apparti milli magni tal-kombustjoni interna u kategoriji oħrajn ta’ vetturi. Sadanittant, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata bid-Direttiva 87/403/KEE [4], għadhom jgħoddu għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura ta’ kategoriji oħrajn ta’ vetturi. 6. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE kif emendata b’ din id-Direttiva, biss fuq it-talba tal-fabbrikant għal vetturi bi iskop speċjali msemmija fl-Anness XI sad-data(i) speċifikata(i) f’emenda għal din id-Direttiva, sabiex tinkludi vetturi ta’ kategoriji apparti milli M1. Sadanittant, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali lil, u jippermettu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ dawn il-vetturi, jew tal-komponenti u ta’ l-unitajiet separati tekniċi għal dawn il-vetturi skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. 7. Sal-31 ta’ Diċembru 1997 għall-vetturi kompleti, sal-31 ta’ Diċembru 1999 għal vetturi kompleti b’konformità ma’ l-approvazzjoni tat-tip f’aktar minn fażi waħda u sad-dati msemmija fil-paragrafu 6 għal vetturi bi skop speċjali imsemmija fl-Anness XI, l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 70/156/KEE kif emendata b’din id-Direttiva, ma għandux japplika għal vetturi, komponenti jew unitajiet separati tekniċi li jappartjenu għal tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip nazzjonali qabel l-1 ta’ Jannar 1996 għal vetturi kompleti jew qabel l-1 ta’ Jannar 1998 għal vetturi kompleti b’konformità ma’ l-approvazzjoni tat-tip f’aktar minn fażi waħda, u lanqas m’għandu jgħodd għal vetturi bi skop speċjali qabel id-dati msemmija fil-paragrafu 6 jew għal tip li l-Istat Membru jkun irreġistra jew approva għall-bejgħ jew id-dħul fis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 1996 għall-vetturi kompleti jew l-1 ta’ Jannar 1998 għal vetturi kompleti b’konformità ma’ l-approvazzjoni tat-tip f’aktar minn fażi waħda jew id-dati msemmija fil-paragrafu 6. 8. L-approvazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-proċedura nazzjonali ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmijin fil-paragrafi 6 u 7 li jkunu ngħataw skond id-Direttivi separati għandhom jibqgħu fis-seħħ wara d-dati stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 kemm-il darba ma tapplikax xi waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. 9. Sakemm issir l-armonizzazzjoni tas-sistemi tar-reġistrazzjoni u tat-tassassjoni tal-Istati Membri għal vetturi koperti b’din id-Direttiva, l-Istati Membri jisgħtu jużaw sistemi ta’ kodiċi nazzjonali biex jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni u t-tassassjoni fit-territorju tagħhom. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jisgħtu jissuddividu l-verżjonijiet li jidhru fil-Parti II ta’ l-Anness III, basta li d-dettalji użati għas-suddiviżjoni huma espliċitament iddikjarati fil-pakkett ta’ informazzjoni jew jistgħu ikunu deduċibbli minnu b’kalkoli sempliċi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu li ċ-ċertifikat ta’ konformità jkun issupplimentat b’numru(i) tal-kodiċi nazzjonali. 10. Sakemm tiġi emendata d-Direttiva 70/156/KEE biex tinkludi wkoll vetturi ta’ kategoriji apparti milli M1, għal vetturi bi skop speċjali msemmijin fl-Anness XI b’konformità ma’ l-approvazzjoni tat-tip f’aktar minn fażi waħda, l-Istati Membri jistgħu jagħtu approvazzjonijiet ta’ vetturi bbażati fuq ċertifikati ta’ approvazzjoni mogħtija lill-fabbrikant tal-vettura bażika/mhux kompleta ta’ dawn il-kategoriji meta d-disposizzjonijiet ta’ l-Anness XI jippermettu lill-vettura tissodisfa l-ħtiġiet applikabbli għall-kategorja li l-vettura bażika/mhux kompleta tappartjeni għaliha. B’żida ma dan, għall-proċeduri sussegwenti ta’ reġistrazzjoni, il-fabbrikant tal-vettura bażika/mhux kompleta ta’ kategoriji apparti milli M1 għandu joħroġ dikjarazzjoni bil-miktub skond l-Anness XV. 11. Bla ħsara għall-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE kif emendata b’din id-Direttiva, il-paragrafi 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jippermettu lill-Istati Membri li jidderogaw minn xi disposizzjoni ta’ Direttiva separata jew ta’ din id-Direttiva li jistabbilixxu ħtiġiet ibbażati fuq l-armonizzazzjoni totali fir-rigward ta’ l-approvazzjoni tat-tip u d-dħul inizzjali fis-servizz ta’ vettura, komponent jew unità teknika separata. 12. Id-disposizzjonijiet fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 8(2), bl-eċċezzjoni tal-kliem ‘taħt l-Artikolu 5(5)’ u tat-tieni inċiż tal-punt 1, għandhom japplikaw għal vetturi tal-kategorija M1 attrezzati b’magna tal-kombustjoni interna rreġistrati wara d-dati speċifikati fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u li mhumiex akkumpanjati minn ċertifikat validu ta’ konformità validu. 13. Il-validità ta’ approvazzjonijiet tat-tip li jkunu ingħataw qabel taħt id-disposizzjonijiet tal-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha titqies li hija estiża għal perijodu wieħed ta’ 12-il xahar mid-data tal-iskadenza tagħhom. Artikolu 3 1. Mhux aktar mill-31 ta’ Diċembru 2000, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni rilevanti kkomunikata mill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni kompetenti, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri Ewropej għall-approvazzjoni tat-tip, b’attenzjoni partikolari, iżda mhux esklussiva, għall-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) involuti f’kostruzzjoni f’aktar minn fażi waħda, u jekk xieraq, għandha tipproponi l-emendi meħtieġa biex ittejjeb il-proċess ta’ armonizzazzjoni. 2. Mhux aktar mit-31 ta’ Diċembru 2000 il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tal-punt 1, is-Sezzjoni B ta’ l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE kif emendata b’din id-Direttiva fl-Istati Membri u, jekk xieraq, għandha tipproponi simplifikazzjoni ta’ dawn il-ħtiġiet. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Frar 1998. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, 23.02.70, p. 1. [2] ĠU L 233, 25.08.97, p. 1. [3] ĠU L 225, 10.08.92, p. 1. [4] ĠU L 220, 08.08.87, p. 44. -------------------------------------------------- ANNESS Ara: Id-Direttiva tal-Kummisjoni 2006/116/KE, GU L 18, tal-21.1.2002, p. 1. --------------------------------------------------