Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0594

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 1998 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE, f'dak li għandhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni, id-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati mit-Tajlandja (nnotifikata taħt dokument numru C(1998)Test b'relevanza ŻEE

    ĠU L 286, 23.10.1998, p. 53–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/594/oj

    31998D0594



    Official Journal L 286 , 23/10/1998 P. 0053 - 0054


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta' Ottubru 1998

    li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE, f'dak li għandhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni, id-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati mit-Tajlandja

    (nnotifikata taħt dokument numru C(1998)

    (Test b'relevanza ŻEE)

    (98/594/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel [1], kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstria, l-Fillandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 15 u 16, u l-punt (ii) ta' l-Artikolu 19 tagħha,

    Billi, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/146/KEE [3], lista ta' pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membi jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali tal-fart, tal-majjali, tar-razza taż-żwiemel, tan-nagħaġ u tal-mogħoż, tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam, kienet ġiet stabbilita;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati, id-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja, u l-importazzjoni ta' dawn huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [4], 93/195/KEE [5], 93/197/KEE [6], kollha kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 98/360/KE [7];

    Billi, b'segwiment tal-missjoni veterinarja tal-Komunità għat-Tajlandja jidher li s-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali f'dan il-pajjiż hi sodisfaċenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-mard ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel u kkontrollat minn servizzi strutturati sewwa u minn servizzi organizzati;

    Billi l-awtoritajiet veterinarji responsabbli tat-Tajlandja iddeċidew li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'telex, jew b'fax jew b'telegramm fi żmien 24 siegħa mal-konferma ta' l-okkorrenza ta' xi marda msemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE jew l-adozzjoni ta' strateġija tal-vaċċinazzjoni kontrihom jew bidla f'dik l-istrateġija u fi żmien xieraq ta' bidliet fl-istrateġija ta' l-importazzjoni f'dak li jirrigwarda r-razza taż-żwiemel;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja trid tkun adottata skond is-sitwazzjoni tal-pajjiżi konċernati; billi l-każ preżenti għandu x'jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati;

    Billi d-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE għandhom ikunu emendat kif xieraq;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-parti 2 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, il-kolonna speċjali għall-annimali tar-razza taż-żwiemel, il-linja li ġejja hi mdaħħla bi qbil ma' l-ordni alfabetika tal-kodiċi ISO:

    "'TH | It-Tajlandja | x'" |

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hi emendata kif ġej:

    1) "It-Tajlandja" hi miżjuda mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp C ta' l-Anness I;

    2) "It-Tajlandja" hi miżjuda mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II C.

    3) Fil-punt III ta' l-Anness II C, is-segwenti paragrafu hu miżjud:

    "1. Jekk l-annimali tar-razza taż-żwiemel jiġu mit-Tajlandja, ikunu suġġetti għal test ta' fissazzjoni kumplimentari għall-glanders fuq… (5) u għal dourine fuq… (5) dan fi żmien 10t ijiem mill-esportazzjoni b'riżultati negattivi f' 1 f' 10 (4).".

    4) Fin-nota (6) ta' qiegħ il-paġna ta' l-Anness II C, "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (peninżula) u s-Singapore" hi mibdula bi "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (peninsula), is-Singapore u t-Tajlandja".

    5) "It-Tajlandja (TH)" hi miżjuda mal-lista tal-Kapitolu III, il-punt (d) ta' l-Anness II, A, B, C, D u E.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hi emendata kif ġej:

    1) "It-Tajlandja (TH)" hi miżjuda mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp C ta' l-Anness I;

    2) "It-Tajlandja" hi miżjuda mal-lista tal-pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II C.

    Artikolu 4

    Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hi emendata kif ġej:

    1) "It-Tajlandja (TH)" hi miżjuda mal-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp C ta' l-Anness I;

    2) Fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II C, "Hong Kong u l-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (peninżula) u s-Singapore" huwa mibdul bi "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (peninżula), is-Singapore u t-Tajlandja".

    3) Fil-punt III ta' l-Anness II C, is-segwenti paragrafu hu miżjud:

    "(m) Jekk l-annimali tar-razza taż-żwiemel jiġu mit-Tajlandja, ikunu suġġetti għall test ta' fissazzjoni kumplimentari għall-glanders fuq… (4) u għal dourine fuq… (4) dan fi żmien 21 jum mill-esportazzjoni b'riżultati negattivi fi 1 f' 10 (4).".

    4) Fin-nota (5) tat-tarf tal-paġna ta' l-Anness II C, "Hong Kong u l-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (peninżula) u s-Singapore" huwa mibdul bi "Hong Kong, il-Ġappun, il-Makaw, il-Malasja (peninsula), is-Singapore u t-Tajlandja".

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, is-6 ta' Ottubru 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

    [2] ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15.

    [3] ĠU L 46, tas-17.2.1998, p. 8.

    [4] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

    [5] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

    [6] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

    [7] ĠU L 163, tas-6.6.1998, p. 44.

    --------------------------------------------------

    Top