This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0515
98/515/EC: Commission Decision of 17 June 1998 on a common technical Regulation for the pan-European integrated services digital (ISDN) basic access (Amendment 1) (notified under document number C(1998) 1607) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju, 1998 dwar Regolament tekniku komuni għall-aċċess bażiku għas-servizzi diġitali integrati pan-Ewropej (ISDN) (Emenda Nru 1) (notifikata taħt id-dokument numru K (1998) 1607) (Test b'relevenza għaż-ŻEE)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju, 1998 dwar Regolament tekniku komuni għall-aċċess bażiku għas-servizzi diġitali integrati pan-Ewropej (ISDN) (Emenda Nru 1) (notifikata taħt id-dokument numru K (1998) 1607) (Test b'relevenza għaż-ŻEE)
ĠU L 232, 19.8.1998, p. 7–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31994D0797 | 20/05/1998 | |||
Repeal | 31997D0346 | 20/05/1998 |
Official Journal L 232 , 19/08/1998 P. 0007 - 0009
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju, 1998 dwar Regolament tekniku komuni għall-aċċess bażiku għas-servizzi diġitali integrati pan-Ewropej (ISDN) (Emenda Nru 1) (notifikata taħt id-dokument numru K (1998) 1607) (Test b'relevenza għaż-ŻEE) (98/51/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], Billi l-Kummissjoni addottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir terminali li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu; Billi għandhom ikunu adottati l-i standards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni; Billi biex tkun żgurata l-kontinwità fl-aċċess għal swieq għal manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu permessi arranġamenti transitorji dwar tagħmir approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/346/KE [2]; Billi r-regolament tekniku komuni adottat f'din id-Deċiżjoni huwa fi qbil ma’ l-opinjoni ta' l-ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali maħsub biex jitqabbad ma’ network pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet u li jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-i standard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-karatteristiċi tekniċi, elettriċi u ħtiġijiet mekkaniċi ta' interface, u protokoll ta' kontroll ta' aċċess li għandu jkun provdut mit-tagħmir terminali li jkun kapaċi u maħsub mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu għal konnessjoni ma’ punt ta' referenza T, jew koinċident S u T, għall-aċċess bażiku f’interface ma’ network pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet ippreżentat bħala punt bażiku ta' aċċess pan-Ewropew (ISDN (Euro-ISDN). Artikolu 2 1. Dan ir-regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-i standard armonizzat imħejji mill-korp relevanti ta' standardizzazzjoni li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali imsemmija fl-Artikolu 5(ċ), (d) u (f) tad-Direttiva 98/13/KEE. Ir-referenza għall-i standard hija mniżżla fl-Anness. 2. It-tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-Regolament tekniku komuni imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jissodisfa il-ħtiġiet essenzjali imsemmija fl-Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KEE, u għandu jissodisfa il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [3] u 89/336/KEE [4]. Artikolu 3 Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri imsemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KEE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jkun użat l-istandard armonizzat li għalih jirreferi l-Anness wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 1. Id-Deċiżjoni 97/346/KE għandha tkun revokata b'effett mill-20 ta' Mejju 1998. 2. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/797/KE [5] għandha tkun revokata b'effett mill-20 ta' Mejju 1998. 3. Tagħmir terminali, approvat skond id-Deċiżjonijiet 94/797/KE u 97/346/KE jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq u jitqiegħed fis-servizz. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizata lill-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, is-17 ta' Ġunju, 1998. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1. [2] ĠU L 148, tas-6.6.1997, p. 19. [3] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [4] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. [5] .ĠU L 329, ta' l-20.12.1994, p. 14. -------------------------------------------------- ANNESS Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni tkun: Network Diġitali ta' Servizzi Integrati (ISDN); Il-ħtiġiet ta' konnessjoni għat-tagħmir terminali biex issir konnessjoni ma’ ISDN bl-użu ta' aċċess bażiku ISDN ETSI Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni Segretarjat ta' ETSI TBR 3: Novembru ta' l-1995 kif emendat b'TBR 3 A1 – Diċembru ta' l-1997 (minbarra d-daħla) Tagħrif addizzjonali: L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1]. L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq kien ġie prodott skond mandat maħruġ bi qbil mal-proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE. It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mingħand Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650 Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7) Rue de la Loi/Wetstraat 200 B-1049 Brussels | jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ta' ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista’ tinstab fuq l-Internet fl-indirizz www.ispo.cec.be. [1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. --------------------------------------------------