This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0500
98/500/EC: Commission Decision of 20 May 1998 on the establishment of Sectoral Dialogue Committees promoting the Dialogue between the social partners at European level (notified under document number C(1998) 2334) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Mejju 1998, dwar l-istabbiliment ta' Kumitati ta' Djalogu Settorjali biex iġibu 'l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (notifikata bid-dokument numru K (1998) 2334)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Mejju 1998, dwar l-istabbiliment ta' Kumitati ta' Djalogu Settorjali biex iġibu 'l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (notifikata bid-dokument numru K (1998) 2334)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27–28
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31974D0441 | 01/01/1999 | |||
Repeal | 31974D0442 | 01/01/1999 | |||
Repeal | 31980D0991 | 01/01/1999 | |||
Repeal | 31985D0013 | 01/01/1999 | |||
Repeal | 31985D0516 | 01/01/1999 | |||
Repeal | 31987D0467 | 01/01/1999 | |||
Repeal | 31990D0449 | 01/01/1999 | |||
Repeal | 31990D0450 | 01/01/1999 | |||
Repeal | 31994D0595 | 01/01/1999 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 12003TN02/11 | Emenda | artikolu 3 | 01/05/2004 | |
Modified by | 12003TN02/11 | Emenda | artikolu 5.3 | 01/05/2004 | |
Modified by | 32006R1792 | Emenda | artikolu 5.3 | 01/01/2007 | |
Modified by | 32013R0519 | Emenda | artikolu 5.3 | 01/07/2013 | |
Modified by | 32013R0519 | Emenda | artikolu 3 | 01/07/2013 |
Official Journal L 225 , 12/08/1998 P. 0027 - 0028
Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni ta' l-20 ta' Mejju 1998, dwar l-istabbiliment ta' Kumitati ta' Djalogu Settorjali biex iġibu 'l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (notifikata bid-dokument numru K (1998) 2334) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (98/500/KE) IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Billi l-Artikolu 118b tat-Trattat jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tagħmel minn kollox biex tiżviluppa djalogu bejn il-partijiet soċjali fuq livell Ewropew, li jista' jwassal, jekk il-partijiet ikunu jixtiequ, għal relazzjonijiet imsejsa fuq ftehim; Billi l-punt 12 tal-Karta tal-Komunità dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema jistabbilixxi li min iħaddem jew organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, min-naħa l-waħda, u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, min-naħa l-oħra, għandu jkollhom id-dritt li jinnegozjaw u li jikkonkludu ftehim kollettiv taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn liġijiet u prattika nazzjonali. U illi d-djalogu li għandu jiżviluppa bejn il-partijiet soċjali fuq livell Ewropew jista' jwassal ukoll, jekk il-partijiet ikunu jixtiequ, għal relazzjonijiet kontrattwali partikolarment fuq livell inter-professjonali u settorjali; Billi l-Kummissjoni, bi tweġiba għall-Komunikazzjoni tat-18 ta' Settembru 1996, dwar l-iżvilupp tad-djalogu soċjali fuq livell Komunitarju [1], irċeviet appoġġ qawwi mill-partijiet kollha interessati dwar il-proposta tagħha biex jissaħħaħ id-djalogu soċjali settorjali; Billi l-Parlament Ewropew, bir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Lulju 1997 [2], bi tweġiba għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, għamel sejħa biex tingħata importanza speċifika lid-djalogu soċjali settorjali peress li l-effetti ta' regolamentazzjoni u deregolamentazzjoni fl-impjiegi fis-setturi ekonomiċi jistgħu jkunu eżaminati aħjar fi ħdan id-djalogu settorjali; Billi l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, fl-opinjoni tiegħu tad-29 ta' Jannar, 1997 [3], bi tweġiba għal dik il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, stqarr li d-djalogu settorjali għandu jkun effikaċi, effiċjenti u mmexxi sewwa; Billi s-sitwazzjoni f'ħafna Stati Membri turi biċ-ċar li hemm ħtieġa li ż-żewġ naħat tal-industrija jipparteċipaw b'mod attiv f'diskussjonijiet għal titjib fil-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol fis-setturi tagħhom; billi kumitat ta' djalogu settorjali fi ħdan il-Kummissjoni ikun l-aħjar mezz li jassigura li jkun hemm din il-parteċipazzjoni, billi jinħoloq fuq livell tal-Komunità forum rappreżentattiv għall-interessi soċjo-ekonomiċi relevanti; Billi l-Kummissjoni għandha tagħmel minn kollox biex tassigura li s-sħubija u l-ħidma tal-Kumitati ta' Djalogu Settorjali jagħtu s-sehem tagħhom biex tinġieb 'il quddiem l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; Billi l-Kumitati Konġunti li hemm bħalissa għandhom ikunu ssostitwiti minn Kumitati ta' Djalogu Settorjali; billi d-Deċiżjonijiet li jistabbilixxu dawk il-kumitati għandhom għalhekk ikunu revokati, IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu 1 Kumitati ta' Djalogu Settorjali (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-Kumitati") huma b'dan stabbiliti f'dawk is-setturi fejn l-imsieħba soċjali jagħmlu talba konġunta biex jieħdu sehem fi djalogu fuq livell Ewropew, u fejn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw iż-żewġ partijiet soċjali tas-setturi interessati josservaw il-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) ikollhom x'jaqsmu ma' setturi jew kategoriji speċifiċi u jkunu organizzati fuq livell Ewropew; (b) ikunu organizzazzjonijiet li minnhom infushom jagħmlu parti integrali u rikonoxxuta mill-istrutturi ta' l-imseħba soċjali ta' Stati Membri u jkollhom il-ħila li jinnegozjaw ftehim, u li jkunu rappreżentanti ta' għadd ta' Stati Membri; (ċ) ikollhom strutturi biżżejjed biex jassiguraw parteċipazzjoni effettiva fil-ħidma tal-Kumitati. Artikolu 2 Kull Kumitat għandu, għas-settur ta' ħidma li għalih ikun stabbilit, (a) ikun ikkonsultat dwar żviluppi fuq livell tal-Komunità li jkollhom implikazzjonijiet soċjali, u (b) jiżviluppa u jġib 'il quddiem id-djalogu soċjali fuq livell settorjali. Artikolu 3 Ir-rappreżentanti taż-żewġ naħat tal-industrija li jattendu għal-laqgħat ta' kull Kumitat għandhom ikunu 40 b'kollox, maqsuma b'mod ugwali għal kull delegazzjoni. Artikolu 4 Il-Kummissjoni għandha tistieden biex jipparteċipaw għal-laqgħat tal-Kumitati lir-rappreżentanti nnominati mill-organizzazzjonijiet ta' l-imsieħba soċjali li jkunu għamlu t-talba msemmija fl-Artikolu 1. Artikolu 5 1. Kull Kumitat għandu jagħmel, flimkien mal-Kummissjoni, ir-regoli tal-proċedura tiegħu. 2. Il-Kumitati għandhom jitmexxew minn rappreżentant ta' min iħaddem jew ta' delegazzjonijiet ta' ħaddiema jew, fuq talba konġunta tagħhom, minn rappreżentant tal-Kummissjoni. 3. Il-Kumitati għandhom jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena. Spejjeż ta' ikel u safar għandhom jingħataw lil mhux aktar minn 30 rappreżentant magħżula mill-partijiet soċjali biex jieħdu sehem għal-laqgħat tal-Kumitat. 4. Il-Kummissjoni għandha tqis regolarment, b'konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali, il-mod kif jaħdmu l-Kumitati u kif iwettqu ħidmithom fid-diversi setturi. Artikolu 6 Jekk il-Kummissjoni tgħarraf lill-Kumitat b'diskussjoni dwar materja kunfidenzjali, membri tal-Kumitat ikunu marbuta li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 214 tat-Trattat, ma jikxfux it-tagħrif li jkunu saru jafu bih waqt il-laqgħat tal-Kumitat jew ta' segretarjat tiegħu. Artikolu 7 1. Il-Kumitati ta' Djalogu Settorjali għandhom ikunu minflok il-Kumitati Konġunti li hemm bħalissa, jiġifieri: (a) Kumitat Konġunt dwar it-Trasport Marittimu, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/467/KEE [4]; (b) Kumitat Konġunt dwar l-Avjazzjoni Ċivili, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/449/KEE [5]; (ċ) Kumitat Konġunt dwar Navigazzjoni Interna, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/991/KEE [6]; (d) Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Art, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/516/KEE [7]; (e) Kumitat Konġunt dwar il-Ferroviji, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/13/KEE [8]; (f) Kumitat Konġunt dwar Servizzi tat-Telekomunikazzjoni, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/450/KEE [9]; (g) Kumitat Konġunt dwar Problemi Soċjali tal-Ħaddiema Agrikoli, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/442/KEE [10]; (h) Kumitat Konġunt dwar Problemi Soċjali tas-Sajd fuq il-Baħar, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/441/KEE [11]; (i) Kumitat Konġunt dwar Servizzi Postali, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/595/KE [12]. Iżda l-Kumitati stabbiliti b'dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikomplu sakemm il-Kumitati Settorjali stabbiliti b'din id-deċiżjoni jieħdu posthom, iżda f'kull każ mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru, 1998. 2. Bla ħsara għall-Artikolu 1, il-Kumitat ta' Djalogu Settorjali għandu wkoll jibdel gruppi ta' ħidma oħra informali li permezz tagħhom il-Kummissjoni sa issa ġabet 'il quddiem id-djalogu soċjali f'ċerti setturi li ma kinux milquta bl-applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabilixxi Kumitati Konġunti. 3. Id-Deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (i) tal-paragrafu 1 huma revokati b'effett mill-1 ta'Jannar 1999. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Mejju 1998. Għall-Kummissjoni Pádraig Flynn Membru tal-Kummissjoni [1] COM (96) 448 finali. [2] ĠU C 286, tat-22.9.1997, p. 338. [3] ĠU C 89, tad-19.3.1997, p. 27. [4] ĠU L 253, ta' l-4.9.1987, p. 20. [5] ĠU L 230, ta' l-24.8.1990, p. 22. [6] ĠU L 297, tas-6.11.1980, p. 28. [7] ĠU L 317, tat-28.11.1985, p. 33. [8] ĠU L 8, ta' l-10.1.1985, p. 26. [9] ĠU L 230, ta' l-24.8.1990, p. 25. [10] ĠU L 243, tal-5.9.1974, p. 22. [11] ĠU L 243, tal-5.9.1974, p. 19. [12] ĠU L 225, tal-31.8.1994, p. 31. --------------------------------------------------