Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0456

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ lulju 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/kee dwar kits għall-post-tensioning ta’ strutturi pre-kompressi (notifikata bid-dokument numru c (1998) 1506)

    ĠU L 201, 17.7.1998, p. 112–113 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/456/oj

    31998D0456



    Official Journal L 201 , 17/07/1998 P. 0112 - 0113


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-3 ta’ lulju 1998

    dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/kee dwar kits għall-post-tensioning ta’ strutturi pre-kompressi

    (notifikata bid-dokument numru c (1998) 1506)

    (test b’relevanza għaż-żee)

    (98/456/ke)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru, 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prodotti ta’ bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi l-Kummissjoni jeħtiġilha, skond iż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodott, illi tagħżel "il-proċedura l-inqas oneruża possibbli li tkun taqbel mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ ikun deċiż jekk, għal ċertu prodott jew klassi ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hix kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għal attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu biex jitħarsu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), hemmx ħtieġa ta’ l-intervent għal dak l-iskop ta’ korp approvat ta’ ċertifikazzjoni;

    Billi l-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk stabbilita għandha tintwera fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, ikun aħjar li jkun hemm definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi ż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) huma murija fid-dettall fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jintwerew b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew klassi ta’ prodotti, peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura li għaliha saret referenza f’punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltà tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) jaqblu mas-sistemi msemmija fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

    Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Il-prodotti msemmija fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata permezz ta’ proċedura li biha, flimkien ma’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika mħaddma mill-fabbrikant, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jkollu x’jaqsam fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    L-Artikolu 2

    Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità, kif mogħtija fl-Anness III, għandha tintwera fil-mandati għal speċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Lulju, 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Kits għall-post-tensioning ta’ strutturi pre-kompressi

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    FAMILJA TA’ PRODOTT:

    KITS GĦALL-POST-TENSIONING TA’ STRUTTURI PRE-KOMPRESSI

    1. Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

    Dwar prodott/i u l-użu maħsub għalih/om skond il-lista ta’ hawn taħt, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fil-linja-gwida relevanti għal approvazzjoni teknika Ewropea:

    Sistema 1+: Ara l-Anness III, it-Taqsima 2, il-punt (i), tad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr eżami ta’ verifika ta’ kampjuni.

    Prodott/i | Użu | Livell/i jew klassi/jiet | Sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità |

    Kits għall-post-tensioning | Għal strutturi pre-kompressi | — | 1+ |

    2. Kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati mill-EOTA dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni ta’ konformità

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn il-prestazzjoni tal-prodott ma tkunx jeħtiġilha tiġi eżaminata għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkunx jeħtieġlu legalment bl-ebda mod li jkollu din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2. 1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta tkun tapplika, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tiġi imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dan ir-rigward.

    --------------------------------------------------

    Top