EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997R0996
Commission Regulation (EC) No 996/97 of 3 June 1997 on the opening and administration of an import tariff quota for frozen thin skirt of bovine animals falling within CN code 0206 29 91
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta' Ġunju 1997 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa ta' importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 02062991
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta' Ġunju 1997 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa ta' importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 02062991
ĠU L 144, 4.6.1997, p. 6–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31988R3719 | Deroga | artikolu 8.4 | 01/07/1997 | |
Derogation | 31988R3719 | Deroga | artikolu 33.3 | 01/07/1997 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 31997R2048 | Emenda | anness 2 | 17/07/1997 | |
Modified by | 31998R0260 | abolizzjoni | artikolu 9.3 | 01/02/1998 | |
Modified by | 31998R0260 | abolizzjoni | artikolu 9.4 | 01/02/1998 | |
Modified by | 31998R0260 | abolizzjoni | artikolu 11 | 01/02/1998 | |
Modified by | 31998R0260 | abolizzjoni | artikolu 10 | 01/02/1998 | |
Modified by | 31998R1266 | Żieda | artikolu 3.4 | 26/06/1998 | |
Modified by | 31998R1266 | Emenda | artikolu 5.3 | 26/06/1998 | |
Modified by | 31998R1266 | Sostituzzjoni | artikolu 7.A. | 26/06/1998 | |
Modified by | 31998R1266 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 26/06/1998 | |
Repealed by | 31998R1266 | Tħassir | artikolu 7.C. | 26/06/1998 | |
Repealed by | 31998R1266 | Tħassir | artikolu 7.D. | 26/06/1998 | |
Modified by | 32003R0649 | Emenda | anness 2 | 14/04/2003 | |
Modified by | 32004R1118 | Emenda | artikolu 2.2 | 01/05/2004 | |
Modified by | 32006R1965 | Żieda | anness 3 | 01/01/2007 | |
Modified by | 32006R1965 | Emenda | artikolu 2.2 | 01/01/2007 | |
Modified by | 32007R0568 | Emenda | artikolu 2.2 | 01/07/2007 | |
Modified by | 32007R0568 | abolizzjoni | artikolu 9 | 01/07/2007 | |
Modified by | 32007R0568 | Emenda | artikolu 5.2 | 01/07/2007 | |
Modified by | 32007R0568 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | 01/07/2007 | |
Modified by | 32007R0568 | abolizzjoni | artikolu 2.3 | 01/07/2007 | |
Modified by | 32007R0568 | Sostituzzjoni | artikolu 1.1 | 01/07/2007 | |
Modified by | 32007R0568 | abolizzjoni | artikolu 2.1 | 01/07/2007 | |
Modified by | 32007R0568 | Żieda | artikolu 1.6 | 01/07/2007 | |
Modified by | 32007R0568 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 01/07/2007 | |
Modified by | 32007R0962 | Żieda | artikolu 2.3 | 16/08/2007 |
Official Journal L 144 , 04/06/1997 P. 0006 - 0010
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta' Ġunju 1997 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa ta' importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 02062991 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet elenkati fl-Iskeda CXL magħmul fid-dawl tal-konklużjonijiet tat-Taqsima XXIV.6 tan-negozjati tal-GATT [1], u partikolarment l-Artikolu 1(1) tagħha, Billi, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Iskeda CXL, il-Komunità ftiehmet li tiftaħ kwota ta' tariffa annwali ta' 1500 tunnellata ta' falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 02062991; billi dik il-kwota għandha tkun miftuħa fuq bażi multiannwali għal perijodi ta' 12-il xahar li jibdew mill-1 ta' Lulju u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni preskritti; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [2], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 495/97 [3], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati ta' iffissar minn qabel għal prodotti agrikoli; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1445/95 [4], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 266/97 [5], jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għall-liċenzi ta' importazzjoni taċ-ċanga u l-vitella; Billi, sabiex tiġi assigurata l-amministrazzjoni effiċjenti ta' l-importazzjoni ta' laħam li joriġina fi u li jiġi mill-Arġentina, dak il-pajjiż huwa mitlub joħroġ ċertifikati ta' awtentiċità li jiggarantixxu l-oriġini tal-prodotti kkonċernati; billi l-forma ta' dawk iċ-ċertifikati u l-proċeduri għall-użu tagħhom għandhom ikunu speċifikati; Billi ċ-ċertifikati ta' awtentiċità għandhom jinħarġu minn awtorità ta' l-Arġentina; billi dik l-awtorità għandha tagħti l-garanziji kollha meħtieġa biex tiggarantixxi li l-arranġamenti in kwistjoni jaħdmu kif suppost; Billi, sabiex tiġi assigurata l-amministrazzjoni effiċjenti ta' l-importazzjoni ta' falda rqiqa ffriżata li joriġina u jiġi mill-Arġentina, għandu jiġi stabbilit li, fejn ikun xieraq, il-ħruġ tal-liċenzi ta' importazzjoni ikunu soġġetti għall-verifika, fost affarijiet oħra, ta' l-informazzjoni mogħtija fuq iċ-ċertifikati ta' awtentiċità; Billi, għal pajjiżi oħra, il-kwota imissha tkun immaniġġjata biss fuq bażi ta' liċenzji ta' importazzjoni tal-Komunità, b'derogi f'ċerti każijiet mir-regoli applikabbli; Billi l-esperjenza turi li l-importaturi mhux dejjem jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti li ħarġu l-liċenzi ta' importazzjoni bil-kwantità u l-oriġini taċ-ċanga u l-vitella importati taħt il-kwota kkonċernata; billi dik l-informazzjoni hija importanti sabiex issir stima tas-sitwazzjoni fis-suq; billi imissha ssir dispożizzjoni dwar is-sigurtà inerenti ma’ l-osservanza ta' dak l-obbligu; Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri sabiex jgħaddu l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet kkonċernati; Billi l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Laħam taċ-Canga u l-Vitella, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Kwota ta' tariffa tal-Komunità għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 02062991 hija hawnhekk miftuħa fuq bażi multiannwali għal volum annwali ta' 1500 tunnellata għall-perijodi mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara, minn issa ′l quddiem imsejjħa "is-sena ta' importazzjoni". In-numru ta' serje tal-kwota għandu jkun 09.4020. 2. Id-dazju ad valorem fuq il-kwota msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta' 4 %. 3. Il-kwota annwali għandha tiġi allokata skond kif ġej: (a) 700 tunnellata li joriġinaw fi u jiġu mill-Arġentina; (b) 800 tunnellata li joriġinaw fi u jiġu minn pajjiżi terzi oħra; 4. Falda rqiqa sħiħa biss tista’ tiġi importata taħt il-kwota. 5. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, falda rqiqa li tkun iffriżata, b'temperatura interna mhux aktar minn – 12 oC meta tidħol fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, għandha titqies li hi falda rqiqa ffriżata. Artikolu 2 1. L-importazzjoni ta' kwantitajiet ta' laħam imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni. 2. Il-validità tal-liċenzi ta' importazzjoni għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju wara d-data tal-ħruġ. Artikolu 3 1. Iċ-ċertifikat ta' awtentiċità maħruġ mill-Arġentina għandu jsir f'oriġinal u mill-inqas kopja waħda fuq formola korrispondenti mal-kampjun fl-Anness I. Il-formola għandha tkejjel bejn wieħed u ieħor 210 × 297 millimetri. Il-karta għandha tiżen mhux inqas minn 40 gramma għal kull metru kwadru. 2. Il-formoli għandhom jiġu stampati u kompletati f'wieħed mill-ilsna uffiċċjali tal-Komunità kif ukoll, jekk hekk mixtieq, fl-ilsien uffiċjali ta' l-Arġentina. 3. Kull ċertifikat ta' awtentiċità għandu jkollu numru ta' serje individwali assenjat mill-awtorità li toħorġu msemmija fl-Anness II (minn hawn ’il quddiem "l-awtorità tal-ħruġ"). Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru ta' serje bħall-oriġinal. Artikolu 4 1. Ċertifikati ta' awtentiċità għandhom ikunu validi biss jekk huma debitament kompletati u ffirmati, skond l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Anness I, mill-awtorità tal-ħruġ. 2. Ċertifikat ta' awtentiċità għandu jitqies li ġie debitament iffirmat jekk jispeċifika d-data u l-post tal-ħruġ u jkollu t-timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew persuni awtorizzati jiffirmawh. It-timbru jista’ jkun sostitwit fuq iċ-ċertifikat oriġinali ta' awtentiċità u l-kopji tiegħu permezz ta' siġill stampat. Artikolu 5 1. Iċ-ċertifikati ta' awtentiċità għandhom ikunu validi għal tliet xhur mid-data tal-ħruġ. Madankollu, iċ-ċertifikati ma jistgħux jiġu preżentati lill-awtorità kompetenti nazzjonali wara t-30 ta' Ġunju wara d-data tal-ħruġ. 2. L-oriġinal taċ-ċertifikat ta' awtentiċità mħejji skond l-Artikoli 3, 4 u 6 flimkien ma’ kopja tiegħu għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti nazzjonali flimkien ma’ l-applikazzjoni għall-ewwel liċenza ta' importazzjoni li tirrigwarda ċ-ċertifikat ta' awtentiċità. L-oriġinal taċ-ċertifikat ta' awtentiċità għandu jinżamm mill-awtorità kompetenti nazzjonali. Ċertifikat ta' awtentiċità jista’ jintuża għall-ħruġ ta' iktar minn liċenza ta' importazzjoni waħda għal total li ma jaqbiżx il-kwantità murija fuq iċ-ċertifikat. Meta tinħareġ iktar minn liċenzja waħda rigward ċertifikat, l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tiffirma ċ-ċertifikat ta' awtentiċità biex turi l-kwantità attribwita. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu joħorġu liċenzi ta' importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni kollha fuq iċ-ċertifikat ta' awtentiċità tikkorrispondi ma’ dik li tkun irċeviet kull ġimgħa mill-Kummissjoni fuq is-suġġett. Il-liċenzi ta' importazzjoni għandhom jinħarġu immedjatament wara. 3. Minkejja r-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali u b'applikazzjoni debitament raġunata, joħorġu liċenzi ta' importazzjoni fuq bażi taċ-ċertifikati rilevanti ta' awtentiċità qabel ma l-informazzjoni tkun riċevuta mill-Kummissjoni. F'każijiet bħal dawn, il-garanzija għall-liċenzi ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) għandha tkun ta' ECU 50 għal kull 100 kg ta' piż nett. Wara li jirċievu l-informazzjoni li għandha x'taqsam maċ-ċertifikat, l-Istati Membri għandhom jissostitwixxu l-garanzija b'dik ta' ECU 12 għal kull 100 kg ta' piż nett imsemmija fl-Artikolu 11(1). Artikolu 6 1. Lawtorità tal-ħruġ għandha: (a) tkun rikonoxxuta bħala tali mill-Arġentina; (b) tobbliga ruħa li tiċċekkja l-partikolaritajiet fuq iċ-ċertifikat ta' awtentiċità; (ċ) tobbliga ruħha li tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fuq talba, bi kwalunkwe informazzjoni li tagħmilha possibbli li ssir valutazzjoni taċ-ċertifikati ta' awtentiċità. 2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness II jekk awtorità tal-ħruġ ma tibqax rikonoxxuta jew tonqos milli twettaq xi wieħed mill-obbligi tagħha jew jekk tinħatar awtorità ta' ħruġ ġdida. Artikolu 7 Sabiex wieħed jikkwalifika għall-arranġamenti ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3)(b): (a) l-applikanti għandhom ikunu persuni fiżiċi jew legali li, fiż-żmien li ssir l-applikazzjoni, kienu għal mill-inqas 12-il xahar involuti fil-kummerċ taċ-ċanga u/jew vitella bejn l-Istati Membri jew ma’ pajjiż terz u li huma reġistrati fl-Istat Membru għal raġunijiet ta' VAT; (b) l-applikazzjoni għall-liċenza magħmula mill-applikant tista’ ssir għal massimu ta' 80 tunnellata; (ċ) il-pajjiż ta' l-oriġini għandu jkun indikat fl-artikolu 8 ta' l-applikazzjonijiet għall-liċenza u tal-liċenzi infushom; (d) l-artikolu 20 ta' l-applikazzjonijiet għall-liċenza u l-liċenzi infushom għandu jkollhom in-notamenti li ġejjin: - Músculos del diafragma y delgados [Reglamento (CE) no 996/97] - Mellemgulv (forordning (EF) nr. 996/97) - Saumfleisch (Verordnung (EG) Nr. 996/97) - Διάφραγμα [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 996/97] - Thin skirt (Regulation (EC) No 996/97) - Hampe [règlement (CE) no 996/97] - Pezzi detti "hampes" [regolamento (CE) n. 996/97] - Omloop (Verordening (EG) nr. 996/97) - Diafragma [Regulamento (CE) n.o 996/97] - Kuveliha (asetus (EY) N:o 996/97) - Mellangärde (förordning (EG) nr 996/97). Artikolu 8 1. L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 għandhom jiġu sottomessi, għand l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih l-applikant huwa reġistrat, biss matul l-ewwel 10 ijiem ta' kull sena ta' importazzjoni. Jekk applikant jagħmel iktar minn applikazzjoni waħda, l-ebda applikazzjoni ma għandha tkun ikkunsidrata. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fl-10 ġurnata ta' xogħol wara tmiem il-perijodu li fih għandhom isiru l-applikazzjonijiet, bil-kwantità totali koperta bl-applikazzjonijiet. Dik in-notifika għandha tkopri l-lista ta' applikanti u l-pajjiżi ta' l-oriġini indikati. In-notifiki kollha, inklużi l-prospetti ′nil’, għandhom isiru qabel l-4 p.m. fil-ġurnata stipulata. 3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista’ jkun sa fejn l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċettati. Jekk il-kwantitajiet li għalihom issir applikazzjoni għal liċenza jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli, il-Kummissjoni għandha tiffissa perċentwali ta' riduzzjoni singola biex tkun applikata għall-kwantitajiet li għalihom issir applikazzjoni. 4. Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet, il-liċenzi għandhom jinħarġu malajr kemm jista’ jkun. Artikolu 9 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu r-Regolamenti (KEE) Nru 3719/88 u (KE) Nru 1445/95. 2. B'deroga mill-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, id-dazju ta' importazzjoni kollu li hemm fit-Tariffa Doganali Komuni għandu jkun imħallas fuq kwantitajiet li jaqbżu dawk imsemmija fil-liċenzi ta' importazzjoni. 3. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ma għandux jgħodd. 4. B'deroga mill-Artikolu 33(3)(b) (ii) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, iż-żmien massimu permess bex tinġieb prova ta' importazzjoni b’telf ta' 15 % biss tal-garanzija għandu jkun ta' erba’ xhur. Artikolu 10 1. Mhux aktar tard minn tliet ġimgħat wara l-importazzjoni tal-prodott speċifikat f'dan ir-Regolament, l-importatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti nazzjonali li tkun ħarġet il-liċenza ta' importazzjoni l-kwantità u l-oriġini tal-prodott importat. Dik l-awtorità għandha tagħddi l-informazzjoni lill-Kummissjoni fil-bidu ta' kull xahar. 2. Mhux aktar tard minn erba’ xhur wara tmiem l-ewwel nofs ta' kull sena ta' importazzjoni, l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li għalihom intużaw il-liċenzi ta' importazzjoni matul in-nofs sena ta' importazzjoni preċedenti, u dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu mqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini. Artikolu 11 1. Meta tiġi sottomessa applikazzjoni għal liċenza ta' importazzjoni, l-importaturi għandhom jagħtu garanzija li tkopri l-liċenza ta' importazzjoni ta' ECU 12 għal kull 100 kilogramma tal-prodott, minkejja l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, u garanzija biex tkopri n-notifika lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament ta' ECU 1 għal kull 100 kilogramma tal-prodott. 2. Il-garanzija rigward in-notifika għandha tinħeles jekk l-informazzjoni tiġi mgħoddija lill-awtorità kompetenti nazzjonali fi żmien il-perijodu speċifikat fl-Artikolu 10(1) għall-kwantità koperta minn dik in-notifika. Inkella, il-garanzija tintilef. Deċiżjoni biex tinħeles dik il-garanzija għandha tittieħed fl-istess ħin ma’ dik biex tinħeles il-garanzija li tkopri l-liċenza. Artikolu 12 Dan ir-Regolament jibda jseħħ fl-1 ta' Lulju 1997. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Ġunju 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1. [2] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1. [3] ĠU L 77, tad-19.3.1997, p. 12. [4] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35. [5] ĠU L 45, tal-15.2.1997, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II LISTA TA' L-AWTORITAJIET FL-ARĠENTINA AWTORIZZATI JOĦORĠU ĊERTIFIKAT TA' AWTENTIĊITÀ SECRETARÍA DE AGRICULTURA, GANADERÍA Y PESCA għal falda rqiqa li toriġina fl-Arġentina kif speċifikat fl-Artikolu 1(3)(a). --------------------------------------------------