Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997L0031

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/31/KE ta’ l-11 ta’ Ġunju 1997 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE il-fanali ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 171, 30.6.1997, p. 49–62 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/31/oj

31997L0031



Official Journal L 171 , 30/06/1997 P. 0049 - 0062


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/31/KE

ta’ l-11 ta’ Ġunju 1997

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE il-fanali ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanal ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif emendata l-aħħar permezz ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi d-Direttiva 76/760/KEE hi waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet stabbilita permezz tad-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li għandha x’taqsam mas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vettura japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkolla anness magħha dokument ta’ informazzjoni u wkoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażati fuq l-Anness VI ta’ dik id-Direttiva sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata; billi ċ-ċertifikat(i) ta’ approvazzjoni tat-tip previst(i) fid-Direttiva 76/760/KEE għandu(hom) jiġi(u) emendat(i) kif jixraq;

Billi l-proċeduri jeħtieġ li jkunu simplifikati sabiex tinżamm l-ekwivalenza, stabbilita bl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE bejn ċerti Direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti meta l-imsemmija regolamenti jkunu emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 76/760/KEE għandhom ikunu sostitwiti b’dawk tar-Regolament Nru 4 permezz ta’ cross-reference;

Billi ssir riferenza għad-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5], u għad-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE [6], kif emendata l-aħħar permezz ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progres Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/760/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi rilevanti."

2. L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness I, Appendiċi 3."

3. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b’kull approvazzjoni li huma jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva."

4. L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 km fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli."

5. L-Annessi huma mibdula bl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-test imsemmi fl-Artikolu 3 jkun jittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dan it-test, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura jew xi tip ta’ fanal msemmi hawn fuq, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tal-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara,

basta li l-fanali jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/760/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, u li, għar-rigward tal-vetturi, dawn ikunu installati skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1998 l-Istati Membri:

- m’għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal kull tip ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/760/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.

3. Mill-1 ta’ Ottubru 1999 il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/760/KEE dwar fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara bħala komponenti, kif emendata b’din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3 t’hawn fuq, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ tibdil l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom, skond il-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 76/760/KEE basta li dawk il-fanali

- jkunu maħsuba biex ikunu mwaħħla ma’ vetturi li jkunu diġa’ qed jintużaw, u

- jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba.

Artikolu 3

Il-paragrafi u l-annessi tar-Regolament Nru 4 UN/ECE imsemmija fl-Anness II, punt 2.1, għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-1 ta’ Lulju 1997.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1998; iżda, jekk il-pubblikazzjoni tat-test imsemmi fl-Artikolu 3 tittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, l-Isati Membri għandhom jikkonformaw ma’ dan l-obbligu sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dan it-test. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

Huma għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-test imsemmi fl-Artikolu 3 jittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw dawn id-disposizzjonijiet sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dan it-test.

Meta l-Istat Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU Nru L 18, tal-21.1.1997, p. 7.

[3] ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 85

[4] ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 1.

[5] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 96.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

LISTA TA’ L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 1: | Dokument ta’ Informazzjoni |

Appendiċi 2: | Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 3: | Mudelli tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent |

L-ANNESS II: | Il-kamp ta’ l-applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi |

L-ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE dwar xi tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għandha ssir mill-manifattur.

1.2. Fl-Appendiċi 1 qed jingħata mudell għad-dokument ta’ informazzjoni.

1.3. Dawn li ġejjin għandhom jingħataw lis-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

1.3.1. Żewġ kampjuni mgħammra b’fanal jew fanali rakkomandati.

2. MARKI

2.1. L-oġġetti sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandu jkollhom:

2.1.1. l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur;

2.1.2. fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li jista’ jiġi mibdul: it-tip(i) tal-bozza tal-filament preskritta;

2.1.3. fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li ma jistax jiġi mibdul: il-vultaġġ u wattage nominali.

2.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw sew u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jixgħel, jew ma’ wieħed mill-uċuh li jixgħelu, ta’ l-oġġett. Dawn għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz ikun mgħammar mal-vettura.

2.3. Kull mezz għandu jkollu spazju biżżejjed għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponentt. Dan l-ispazju għandu jkun indikat fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1.

3. GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

3.1. Jekk il-ħtiġijiet rilevanti jkunu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bis-saħħa ta’ l-Artikolu 4(3) u, jekk ikun applikabbli, 4 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

3.2. Fl-Appendiċi 2 qed jingħata mudell għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3.3. Għandu jingħata numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għal kull tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara approvata. L-istess Stat Membru ma jistax jagħti l-istess numbru għal xi tip ieħor ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara.

3.4. Meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun mitluba għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jew fanali oħra, jista’ jingħata numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent sakemm il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jaderixxi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li kull waħda mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li dwarhom tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent taderixxi mad-Direttiva li tgħodd għaliha separatament.

4. MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

4.1. B’żieda mal-marki msemmija fl-intestatura 2.1 kull fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li tikkonforma ma’ l-approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva għandu jkollha l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

4.2. Din il-marka għandha jkollha:

4.2.1. kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra ‘e’ segwita bin-numru li jiddistinwiha jew ittri ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1 għall-Ġermanja

2 għal Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

5 għall-Isvezja

6 għall-Belġju

9 għal Spanja

11 għar-Renju Unit

12 għall-Awstrija

13 għal-Lussemburgu

17 għall-Finlandja

18 għad-Danimarka

21 għall-Portugall

23 għall-Greċja

IRL għall-Irlanda;

4.2.2. fil-viċinanza tal-kaxxa rettangulari in-‘numru ta’ l-approvazzjoni bażi’ li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut b’żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat għall-emenda teknika maġġura l-aktar reċenti għad-Direttiva 76/760/KEE fid-data li ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. F’din id-Direttiva in-numru ta’ sekwenza hu 00;

4.2.3. simbolu addizzjonali kif ġej: l-ittra ‘L’.

4.3. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandha titwaħħal fuq il-lenti tal-fanal jew fuq waħda mil-lentijiet b’tali mod li ma titħassarx u li tkun tidher b’mod sew meta l-fanali ikunu mwaħħla mal-vettura.

4.4. Eżempji tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent huma mogħtija fl-Appendiċi 3, Figura 1.

4.5. Meta jinħareġ numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, kif indikat fl-intestatura 3.4 t’hawn fuq, għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jkun fihom xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara u fanali oħra, tista’ titwaħħal marka waħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, li jkun fiha:

4.5.1. kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra ‘e’ segwita bin-numru li jiddistingwiha jew ittri ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara intestatura 4.2.1);

4.5.2. in-numru ta’ l-approvazzjoni bażi (ara intestatura 4.2.2, l-ewwel nofs tas-sentenza);

4.5.3. jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa, sakemm din tirreferi għall-assemblaġġ tal-fanal b’mod sħiħ.

4.6. Din il-marka tista’ tkun tinstab kullimkien fuq il-fanali li jkunu raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:

4.6.1. din tkun viżibbli wara li jitwaħħlu l-fanali;

4.6.2. l-ebda komponent li jitrasmetti d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament ma jista’ jitneħħa mingħajr ma titneħħa l-marka ta’ l-approvazzjoi fl-istess ħin.

4.7. Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li bis-saħħa tagħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun ingħatat, flimkien man-numru ta’ sekwenza (ara intestatura 4.2.2, it-tieni nofs tas-sentenza) u, meta meħtieġ, l-ittra ‘D’ u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

4.7.1. jew fuq il-wiċċ proprju li jitrasmetti d-dawl;

4.7.2. jew f’xi ragruppament, b’tali mod li kull waħda mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament jistgħu jkunu identifikati b’mod ċar.

4.8. Il-qisien tal-komponenti ta’ din il-marka m’għandhomx ikunu inqas mill-qisien minimi speċifikati għall-marki individwali mid-diversi Direttivi li bis-saħħa tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

4.9. Eżempji ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent li tkun ragruppata, kombinata jew inkorporata reċiprokament ma’ fanali oħrajn jinsabu fl-Appendiċi 3, Figura 2.

5. MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1. Bħala regola ġenerali, il-miżuri biex tkun assigurata konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2. Il-luminance B ta’ xi mezz li jittieħed bla ħsieb minn qatgħa prodotta bil-massa m’għandhiex tkun inqas minn 2 cd/m² u, fil-formula għall-gradient, il-fattur 2 jista’ jiġi sostitwit bi 3 (ara l-paragrafu 9 tad-dokumenti msemmija fl-intestatura 2.1 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva).

Appendiċi 1

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

0.2. Għamla u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:…

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:…

0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:…

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:…

1. DESKRIZZJONI TAL-MEZZ

1.1. Tip ta’ mezz:…

1.1.1. Funzjoni(jiet) tal-mezz:…

1.1.2. Kategorija jew klassi tal-mezz:…

1.1.3. Kulur tad-dawl li joħroġ jew li jkun rifless:…

1.2. Disinn(i) f’dettall biżżejjed li jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip tal-mezz u li juri(juru)

1.2.1. f’liema pożizzjoni ġeometrika l-mezz għandu jkun imwaħħal fuq il-vettura (ma jgħoddx għall-fanali ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara):…

1.2.2. l-assi ta’ l-osservazzjoni li għandu jittieħed bħala l-assi ta’ riferenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°) u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru tar-riferenza fl-imsemmija testijiet (ma jgħoddx għall-mezzi retro-rifletturi u l-fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara):…

1.2.3. il-pożizzjoni maħsuba għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent…

1.2.4. għall-fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, il-pożizzjoni ġeometrika li fiha għandu jitwaħħal il-mezz meta mqabbel ma’ l-ispazju li għandha tieħu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-bordura taż-żona li tkun imdawla kif jixraq:…

1.2.5. għall-headlamps u fanali taċ-ċpar ta quddiem, veduta minn naħa ta’ quddiem tal-fanali bid-dettalji tar- ribbing tal-lenti, jekk ikun hemm, u l-cross section:…

1.3. Deskrizzjoni teknika fil-qosor li tiddikjara, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni tal-fanali li ma jkollhomx sorsi tad-dawl li jistgħu jinbidlu, il-kategorija jew kategoriji tas-sorsi tad-dawl preskritti li għandhom ikunu waħda jew aktar minn dawk li jinsabu fid-Direttiva 76/761/KEE (ma jgħoddx għall-mezzi retro-rifletturi):…

1.4. Informazzjoni speċifika

1.4.1. Għar-rigward ta’ fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, dikjarazzjoni li tgħid jekk il-mezz ikunx maħsub li jdawwal pjanċa wiesa’/għolja/kemm wiesa’ u għolja:…

1.4.2. Għal headlamps,

1.4.2.1. informazzjoni jekk il-headlamp tkunx maħsuba li tipprovdi kemm raġġ dipped u raġġ prinċipali jew wieħed biss minn dawk il-beams:…

1.4.2.2. informazzjoni fil-każ li l-headlamp tkun maħsuba li tipprovdi raġġ dipped, jekk tkun iddisinjata kemm għat-traffiku fuq ix-xellug kif ukoll fuq il-lemin jew kemm għal traffiku fuq ix-xellug biss jew fuq il-lemin biss:…

1.4.2.3. jekk il-headlamp tkun mgħammra b’riflettur li jista’ jkun aġġustat, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) ta’ muntaġġ tal-headlamp meta mqabbla ma’ l-art u l-pjan medja lonġitudinali tal-vettura, jekk il-headlamp tkun ser tintuża f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss:…

1.4.3. Għal fanali ta’ pożizzjoni, fanali ta’ waqfien u indikaturi tad-direzzjoni,

1.4.3.1. jekk il-mezz jista’ jintuża wkoll fl-immuntar ta’ żewġ fanali ta’ l-istess kategorija:…

1.4.3.2. fil-każ ta’ xi mezz b’żewġ livelli ta’ intensità (fanali ta’ waqfien u indikaturi tad-direzzjoni tal-kategorija 2b), diagramm tat-tqassim u qisien tal-karatteristiċi tas-sistema li tassigura ż-żewġ livelli ta’ intensità:…

1.4.4. Għal mezzi retro-rifletturi, deskrizzjoni fil-qosor li tagħti l-qisien tekniċi tal-materjali ta’ l-unità ottika retro-rifkettivat:…

1.4.5. Għal fanali tar-rivers, dikjarazzjoni dwar jekk il-mezz ikunx maħsub li jkun installat fuq xi vettura esklussivament f’par mezzi:…

Appendiċi 2

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru ta’ l-amministrazzjoni

Komunikazzjoni dwar

- l-approvazzjoni tat-tip [1]

- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]

- ċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3]

- l-rtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]

ta’ xi tip ta’ xi vettura/komponent/unità teknika separata [5] għar-rigward tad-Direttiva 76/760/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:…

Raġuni għall-estensjoni:…

TAQSIMA I

0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):…

0.2. Għamla u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:…

0.3. Mezz ta’ identifikazzjoin tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [6] [7]:…

0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:…

0.4. Kategorija tal-vettura [8] [9]:…

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:…

0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:…

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:…

TAQSIMA II

1. Informazzjoni addizzjonali (jekk ikun il-każ): Ara l-Addendum

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet:…

3. Data tar-rapport tat-test:…

4. In-Numru tar-rapport tat-test:…

5. Kummenti (jekk ikun hemm): Ara l-Addendum

6. Post:…

7. Data:…

8. Firma:…

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

1. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

1.1. Meta jkun il-każ, indika għal kull fanal

1.1.1. Il-kategorija(i) tal-mezz(i):…

1.1.2. In-numru u l-kategorija tas-sorsi tad-dawl (mhux applikabbli għal retro-riflettur) [10]…

1.1.3. Il-kulur tad-dawl li joħroġ jew li jkun rifless:…

1.1.4. L-approvazzjoni tingħata biss għall-użu bħala partijiet ta’ tibdil fuq vetturi diġa qed joperaw: Iva/Le [11].

1.2. Informazzjoni speċifika għal ċerti tipi ta’ mezzi ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl:…

1.2.1. Għall-mezzi retro-rifletturi: F’iżolament/parti minn xi assemblaġġ ta’ mezzi [12]:…

1.2.2. Għall-fanali fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara: Mezz li jdawwal pjanċa twila/pjanċa wiesa’ [13]:…

1.2.3. Għal headlamps: jekk mgħammra b’riflettur li jista’ jkun aġġustat, il-pożizzjoni(jiet) ta’ muntaġġ tal-headlamp meta mqabbla ma’ l-art u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il-headlamp tkun ser tintuża f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss:…

1.2.4. Għal fanali tar-rivers: Dan il-mezz għandu jkun installat fuq xi vettura biss bħala parti minn par mezzi: Iva/Le [14]…

5. RIMARKI

5.1. Disinni

5.1.1. Għall-fanali fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara: in-Nru. tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha għandu jitwaħħal il-mezz meta mqabbel ma’ l-ispazju li għandha tieħu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-bordura taż-żona li tkun imdawla kif jixraq;

5.1.2. Għall-mezzi retro-rifletturi: in-Nru. tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal mal-vettura;

5.1.3. Għall-mezzi l-oħrajn kollha ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl: in-Nru. tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal mal-vettura, u l-allinjament tar-riferenza u ċentru tar-riferenza tal-mezz.

5.2. Għal headlamps: Mod ta’ operazzjoni użat matul it-test (intestatura 5.2.3.9. ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/761/KEE):…

Appendiċi 3

EŻEMPJI TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent muri hawn fuq hu fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara, li t-tip tiegħu hu approvat fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva (00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Nota:

It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B u C, jirrappreżentaw varjanti possibbli tal-marka ta’ xi mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta’ approvazzjoni turi li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (el) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1712 u tinkorpora:

- retro-riflettur ta’ klassi IA approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 32), sekwenza Nru 02;

- indikatur tad-direzzjoni ta’ wara ta’ kategorija 2a approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 71), sekwenza Nru 01;

- fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara aħmar (R) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE (ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 54), sekwenza Nru 02;

- fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE (ĠU Nru L 220, tad-29.8.1977, p. 60), sekwenza Nru 00;

- fanal tar-rivers (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE (ĠU Nru L 220, tad-29.8.1977, p. 72), sekwenza Nru 00;

- fanal ta’ waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva 76/758/KEE sekwenza Nru 02;

- fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (L) approvata skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE, sekwenza Nru 00.

L-ANNESS II

IL-KAMP TA’ L-APPLIKAZZJONI U L-ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tgħodd għall-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

2. ĦTIĠIJIET TEKNIĊI

2.1. Il-ħtiġijiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 sa 9 u l-Annessi 3 sa 5 tar-Regolament Nru 4 UN-ECE li hu magħmul mill-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

- ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) [1],

- is-Suppliment 1 għar-Regolament 4 [2],

- is-Suppliment 2 għar-Regolament 4 [3],

- is-Supplimenti 3 u 4 għar-Regolament Nru 4 [4],

- is-Suppliment 5 għar-Regolament Nru 4 [5],

minbarra:

2.1.1. Fejn issir riferenza għal "Regolament Nru 48", din għandha tinftiehem bħala riferenza għal "Direttiva 76/756/KEE".

2.1.2. Fejn issir riferenza għal "Regolament Nru 37", din għandha tinftiehem bħala "L-Anness VII tad-Direttiva 76/761/KEE":

"

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Ħassar fejn ma japplikax.

[3] Ħassar fejn ma japplikax.

[4] Ħassar fejn ma japplikax.

[5] Ħassar fejn ma japplikax.

[6] Ħassar fejn ma japplikax.

[7] Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip għandu karattri li mhumiex rilevanti biex jidesskrivu l-vettura, komponent jew tipi unitajiet separati tekniċi li jkopri dan iċ-ċertifikat approvat tat-tip bħal karattri li jiġu rapreżentati f’dokumentazzjoni bis-simbolu; ‘?’ (eż ABC??123???)

[8] Ħassar fejn ma japplikax.

[9] Kif mfisser fl-Anness II A għad-Direttiva 70/156/KEE

[10] Għall-fanali li s-sorsi tad-dawl tagħhom mhux sostitwibbli, indika n-numru u l-wattage globali tas-sorsi tad-dawl.

[11] Ħassar kif xieraq

[12] Ħassar kif xieraq

[13] Ħassar kif xieraq

[14] Ħassar kif xieraq

[1]

[2]

[3]

[4]

[5] TRANS/WP.29/447.’

--------------------------------------------------

Top