EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2494

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2494/96 tat-23 ta' Diċembru 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 338, 28.12.1996, p. 38–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/08/2017; Imħassar b' 32017R1266

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2494/oj

31996R2494



Official Journal L 338 , 28/12/1996 P. 0038 - 0039


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2494/96

tat-23 ta' Diċembru 1996

dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2493/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi iktar' il fuq, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi komunitarji, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tarifa u oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ f'oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta tkun invokata, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [3], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolamennt huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni dwar in-Nomenklatura ta' Tariffa u Statistika tal-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklissifikati fin-nomeklatura kkombinata taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija iktar ’il fuq.

Artikolu 2

Informazzjoni li torbot ta' tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti bir-Regolament tista’ tissokta tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] Ara l-paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Folja ta' terephthalate ta' politin, ta' ħxuna ta' mhux iktar minn 10 mikrometri, miksija b'linka termali u ppreżentat f'rollijiet ta' wisa' ta' 62 ċm. | 32159080 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interprestazzjoni tan-nomenklatura kkombinata, u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3215, 321590 u 32159080. |

--------------------------------------------------

Top