This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R2467
Council Regulation (EC) No 2467/96 of 17 December 1996 amending Regulation (EEC) No 571/88 on the organization of Community surveys on the structure of agricultural holdings
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 571/88 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ Komunitarji dwar l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 571/88 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ Komunitarji dwar l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli
ĠU L 335, 24.12.1996, p. 3–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31988R0571 | Sostituzzjoni | artikolu 14.2 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Emenda | anness 2 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Emenda | artikolu 8.1 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Żieda | artikolu 8.2 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Sostituzzjoni | artikolu 8.4 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Emenda | artikolu 1 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | artikolu 8.2DEVIENT artikolu 8.4 | |||
Modifies | 31988R0571 | artikolu 8.3DEVIENT artikolu 8.5 | |||
Modifies | 31988R0571 | Tlestija | artikolu 14.1 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Żieda | artikolu 3.E | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Emenda | artikolu 15.2 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Emenda | Test | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Żieda | artikolu 3.D | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Żieda | artikolu 8.3 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Tlestija | artikolu 3 | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Żieda | artikolu 3.F | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Emenda | CONSIDERANT | 25/12/1996 | |
Modifies | 31988R0571 | Emenda | titolu | 25/12/1996 | |
51996PC0371 |
Official Journal L 335 , 24/12/1996 P. 0003 - 0006
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 571/88 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ Komunitarji dwar l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta’ Frar 1988 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġiet Komunitarji dwar l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli bejn is-snin 1988 u l-1997 [3] jipprovdi programm ta’ erba’ stħarriġiet Komunitarji dwar l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli fil-perjodu taż-żmien bejn is-snin 1988 u l-1997; billi dan il-programm ta’ stħarriġ isegwi wara serje ta’ stħarriġiet Komunitarji dwar l-istrutturi agrikoli li l-ewwel wieħed minnhom sar fis-sena 1966/67; billi, barra minn hekk, ir-Regolament fil-kwistjoni jipprovdi li jiġi implimentat il-bank Eurofarm ta’ l-informazzjoni għall-ħażna, il-proċessar u t-tixrid tar-riżultati ta’ l-istħarriġ; Billi x-xejriet fl-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli huma fattur importanti għalbiex jiġi stabbilit l-iżvilupp tal-politika komuni agrikola; billi dawn l-istħarriġiet dwar l-istrutturi għandhom għalhekk jissoktaw wara s-sena 1997 skond programm simili ta’ stħarriġ; billi l-lista tal-karatteristiċi ta’ l-istħarriġ meħtieġ għandha tissokta tiġi rriveduta għalbiex jiġi żgurat illi l-karatteristiċi eżistenti jistgħu jiġu ġġustifikati fl-intier tagħhom u għalbiex jiġu kkunsidrati ħtiġiet ġodda jew emerġenti; Billi r-Regolament (KEE) Nru 571/88 intwera li huwa skond dawn il-miri; billi hemm bżonn li jittawwal il-perjodu taż-żmien sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għal perjodu taż-żmien ta’ 10 snin li jkopri l-perjodu taż-żmien mill-1998 sa’ l-2007; Billi l-istatistiċi dwar l-istrutturi maqsuma wieħed wieħed f’dettal ċkejken reġjonali huma meħtieġa dejjem aktar fil-kuntest tal-politika komuni agrikola, kif ukoll għall-għanijiet tal-politika reġjonali; billi għalhekk jeħtieġ li jiġu organizzati u kondotti stħarriġiet strutturali hekk illi r-riżultati diżaggregati ta’ l-istħarriġ jistgħu jiġu pprovduti fuq il-livell distrettwali; billi, għalhekk, in-nefqa fuq l-istħarriġ trid ikun ogħla u jkun hemm il-ħtieġa li jikber il-kontribut Komunitarju rigward l-ispejjeż ta’ l-istħarriġ bażiku tas-sena 1999/2000; Billi, sabiex jitwettqu dawn l-istħarriġiet, kemm l-Istati Membri u kemm il-Komunità jridu jeħtieġu li jwarrbu għal numru ta’ snin riżorsi monetarji sostanzjali, li l-parti l-kbira minnhom iridu jintużaw għalbiex jissodisfaw il-ħtiġiet tat-tagħrif ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji; billi għalhekk għandha ssir disposizzjoni kontinwa fl-estimi finanzjarji tal-Komunità għall-fondi meħtieġa sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ l-istħarriġiet u għall-proċessar u t-tixrid tar-riżultati ta’ l-istħarriġiet permezz tas-sistema Eurofarm; Billi, bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-proġett Eurofarm, l-informazzjoni individwali trasmessa lill-Uffiċċju ta’ l-istatistika tal-Komunitajiet Ewropej għandha tiġi ttrattata skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament (Euratom, KEE) Nru1588/90 [4] dwar it-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni bla ħsara għall-kunfidenzjalità statistika lill-uffiċċju ta’ l-istatistika tal-Komunitajiet Ewropej; Billi l-ammonti finanzjarji ta’ referenza, fit-tifsira tal-punt 2 tad-Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 1995, huma inklużi f’dan ir-Regolament għat-tul kollu taż-żmien tal-programm, mingħajr b’hekk ma jaffettwa l-poteri tal-awtorità ta’ l-estimi finanzjarji kif inhuma ddefiniti bit-Trattat; Billi, sabiex jitwettqu dawn l-istħarriġiet b’suċċess, trid tissokta l-kooperazzjoni mill-qrib u ta’ fiduċja bejn l-Istati Membri u l-Kummisjoni, l-aktar permezz tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istatistiċi Agrikoli stabbilit bid-Deċiżjoni 72/279/KEE [5], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 571/88 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. fit-titolu, il-frażi "bejn is-snin 1988 u 1997" tiġi mħassra; 2. il-premessi għandhom jiġu emendati kif ġej: (a) fil-ħames premessa, għandha titħassar il-frażi "matul il-perjodu taż-żmien bejn is-snin 1993 u 1997"; (b) id-disa’ premessa għandha tinbidel b’dan li ġej: "Billi, meta l-proċeduri li jridu jintużaw għaċ-ċensimenti Komunitarji fis-snin 1989/90 u 1999/2000 jiġu stabbiliti, għandu jingħata każ kemm jista’ jkun tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Biedja tal-Ġnus Magħquda (FAO) li jirrigwardaw ċensimenti dinjin tal-biedja li jridu isiru f’xi żmien madwar is-sena 1990 kif ukoll madwar is-sena 2000;" 3. fl-Artikolu 1, is-snin "1988 u 1997" għandhom jinbidlu bi "1988 u 2007"; 4. L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 2 1. Fl-istess linja mar-rakkomandazzjonijiet tal-FAO għaċ-ċensimenti dinji tal-biedja, l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ bażiku fi stadju jew aktar fil-għamla ta’ ċensiment ġenerali (stħarriġ sħiħ) ta’ l-ażjendi kollha agrikoli, bejn l-1 ta’ Diċembru 1988 u l-1 ta’ Marzu 1991 u bejn l-1 ta’ Diċembru 1998 u l-1 ta’ Marzu 2001 rispettivament. Dawn l-istħarriġiet għandu jkollhom x’jaqsmu mas-sena tal-ħsad tar-raba li tikkorrispondi mal-ħsad li jrid jinħasad fis-snin 1989 jew 1990 u fis-snin 1999 jew 2000. Madanakollu, fil-qafas ta’ l-istħarriġ bażiku tas-sena 1989/99, l-Istati Membri jistgħu jużaw stħarriġiet b’kampjuni magħżula bl-addoċċ, minn issa ‘l quddiem imsejħa stħarriġ kampjuni dwar ċerti karatteristiċi; ir-riżultati miksuba minnhom għandhom jiġu estrapolati. 2. L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, imexxu ‘l quddiem jew jiddifferixxu t-twettiq ta’ l-istħarriġ bażiku tas-sena 1989/90 l-aktar bi 12 il-xahar, f’liema każ għandhom iwettqu stħarriġ kampjun, li jkollu x’jaqsam ma’ waħda mis-snin ta’ l-uċuh tar-raba tas-snin 1989 jew 1990."; 5. L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fl-ewwel sentenza, wara "L-istħarriġiet li ġejjin", il-kliem "stħarriġiet interim" għandhom jiddaħħlu bejn il-parentesi; (b) għandu jiġi miżjud dan li ġej: "(d) bejn l-1 ta’ Diċembru 2002 u l-1 ta’ Marzu 2004, li jkopru s-sena tal-ħsad tar-raba li tikkorrispondi mas-sena tal-ħsad li jrid jinħasad fis-sena 2003 (l-istħarriġ strutturali tas-sena 2003); (e) bejn l-1 ta’ Diċembru 2004 u l-1 ta’ Marzu 2006, li jkopru s-sena tal-ħsad tar-raba li jikkorrispondi għall-ħsad li jrid jinħasad fis-sena 2005 (l-istħarriġ strutturali tas-sena 2005); u (f) bejn l-1 ta’ Diċembru 2006 u l-1 ta’ Marzu 2008, li jkopru s-sena tal-ħsad tar-raba li tikkorrispondi mal-ħsad li jrid jinħasad fis-sena 2007 (l-istħarriġ strutturali tas-sena 2007)."; 6. L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 4 L-Istati Membri li jkunu qegħdin imexxu stħarriġiet kampjuni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiksbu riżultati li wieħed jista’ jorbot fuqhom fil-livelli varji ta’ l-aggregazzjoni meħtieġa, li huma dawn li ġejjin: - ir-reġjuni riferiti fl-Artikolu 8, - id-distretti riferiti fl-Artikolu 8 (għall-istħarriġiet bażiċi biss), - iż-"żoni tal-mira"; fit-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 [6] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/197/KE [7] (għall-istħarriġ bażiku tas-sena 1999/2000 biss), u safejn u sakemm l-unitajiet territorjali li ġejjin huma lokalment importanti: - iż-"zoni agrikoli anqas ippreferiti"; kif iddefiniti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 75/268/KEE [8] u ż-"żoni muntanjużi"; kif iddefiniti fil-paragrafu 3 ta’ l-istess Artikolu, - il-linji gwida tekniċi ekonomiċi ewlenin fit-tifsira tad-Deċiżjoni 85/377/KEE [9], - il-linji gwida tekniċi ekonomiċi partikolari fit-tifsira ta’ l-istess Deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-kampjuni jkunu strutturati hekk illi jippermettu l-użu ta’ koeffiċjent waħdieni għal kull azjenda biex jinħoloq it-tagħrif miġbura bit-teħid tal-kampjun."; 7. L-Artikolu 8 huwa hawnhekk emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 1, is-snin "1993 sa’ l-1997" għandhom jiġu mibdula bis-snin "l-1993 sa l-2007"; (b) wara l-paragrafu 1, għandhom jiġu miżjuda l-paragrafi li ġejjin: "2. Fil-qafas li jistabbilixxi l-lista tal-karatteristiċi għall-istħarriġ bażiku tas-sena 1992/2000, l-Istati Membri jistgħu, fuq it-talba tagħhom u fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni approprjata, jiġu awtorizzati mill-Kummisjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, li jużaw stħarriġiet b’kampjuni magħżula bl-addoċċ għal ċerti karatteristiċi. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, kif ukoll fuq talba u fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni approprijata u fil-qafas li jistabilixxi l-lista tal-karatteristiċi ta’ l-istħariġ, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati li jużaw, għal ċerti karatteristiċi mill-istħarriġ tas-sena 1997, tagħrif diġà disponibbli minn għejun oħra barra stħarriġiet statistiċi. 3. Fl-istħarriġ bażiku tas-sena 1999/2000, għandha tiġi ddefinita l-qagħda ġeografika ta’ kull azjenda b’kodiċi li jippermetti l-aggregazzjoni skond l-unitajiet territorjali aktar baxxi mill-livell ta’ l-istħarriġ distrettwali jew għallanqas skond iż-żoni fil-mira." (ċ) dak li qabel kien il-paragrafu 2 għandu jsir il-paragrafu 4; it-test tiegħu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej "4. Id-definizjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-karatteristiċi u mad-delimitazzjoni u kodifika tar-reġjuni, id-distretti ta’ l-istħarriġ u l-unitajiet territorjali l-oħra għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15."; (d) dak li qabel kien il-paragrafu 3 għandu jsir il-paragrafu 5; (e) għandhom jiġu mħassra n-noti 1, 2 u 3 fil-qiegħ tal-paġna; 8. L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 10 L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej it-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 8(1) miksub miċ-ċensimenti u mill-istħarriġiet kampjun fil-għamla ta’ informazzjoni individwali għal kull azjenda, skond il-proċedura deskritta fl-Anness II, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-‘proġett Eurofarm’. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-informazzjoni ttrasferita fil-għamla tar-reġistrazzjoni standard ta’ l-Eurofarm tkun ikkompletata u plawsibbli, billi jużaw il-kondizzjonijiet uniformi tal-kontroll stabbiliti mill-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej wara kollaborazzjoni mill-qrib mas-servizzi kompetenti ta’ l-Istati Membri; huma għandhom jużaw ukoll it-tabelli tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 9 ta’ l-Anness II għalbiex jiċċekkjaw l-informazzjoni individwali."; 9. L-Artikolu 14(1) għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fl-ewwel sentenza l-kliem "fit-twettieq ta’ l-istħarriġ bażiku u l-istħarriġiet ipprovvduti fl-Artikolu 3" għandhom jiġu mibdula bil-kliem "fit-twettieq ta’ l-istħarriġiet ipprovvduti fl-Artikoli 2 u 3"; (b) is-somom massimi għal kull stħarriġ li jirrigwarda l-Istati Membri ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja għandhom jiġu mdaħħla kif ġej: "— ECU 600000 għall-Isvezja, — ECU 700000 għall-Finlandja, — ECU 1400000 għall-Awstrija."; (ċ) is-subparagrafu li ġej għandu jiġi mdaħħal bejn l-ewwel u t-tieni subparagrafi: "Għall-Istati Membri li jwettqu ċensiment ġenerali (stħarriġ sħiħ) fis-sena 1999/2000 ta’ l-azjendi agrikoli kollha li jistħarrġu l-karatteristiċi kollha meħtieġa, is-somom imsemmija hawn fuq għandhom jiġu miżjuda b’50 %."; (d) dak li qabel kien it-tieni subparagrafu għandu jsir it-tielet subparagrafu u jiġi mibdul b’dan li ġej: "L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità ta’ l-estimi finanzjarji fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja."; 10. L-Artikolu 14(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. L-ammont finanzjarju annwali massimu tar-referenza għall-iżvilupp, il-manutenzjoni, l-addattamenti meħtieġa, u l-ġestjoni tal-proġett Eurofarm, inkluż it-tixrid tar-riżultati, għandu jkun ta’: - ECU 480000 għas-sena 1989, - ECU 440000 għas-sena 1990, - ECU 240000 għas-sena 1991, - ECU 80000 għas-snin mill-1992 sal-1998, - ECU 700000 għas-snin 1999 u 2000, - ECU 550000 għas-snin mill-2001 sal-2010. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità ta’ l-estimi finanzjarji fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja."; 11. Fl-Artikolu 15(2) il-kliem "b'maġġoranza ta’ 54 vot" għandu jinbidel bil-kliem "b’maġġoranza ta’ 62 vot" 12. L-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 571/88 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil- paragrafu 2, l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "— il-bank ta’ l-informazzjoni individwali (il-BDI), li jrid ikun fih informazzjoni individwali li ma tistax tiġi identifikata direttament fuq l-azjendi kollha (fil-każ ta’ l-istħarriġiet bażiċi) jew l-informazzjoni fuq l-azjendi kollha jew fuq kampjun rappreżentattiv ta’ l-azjendi (fil-każ ta’ stħarriġiet interim) li tkun bizzejjed biex tippermetti t-twettiq ta’ analiżi fil-livelli ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament."; (b) fil-paragrafu 3, il-frażi "Għajr fil-każ tal-Ġermanja" għandha tiġi mibdula bil-frażi "Għajr fil-każ ta’ l-informazzjoni individwali tal-Ġermanja li tirrigwarda l-istħarriġiet tas-snin mill-1988 sal-1997."; (ċ) il-paragrafu 6 għandu jiġi emendat kif ġej: "6. B’deroga, il-Ġermanja ma tridx tgħaddi l-informazzjoni individwali iżda r-riżultati fil-għamla ta’ tabelli li jikkorrispondu mal-programm tabella BDT imsemmi fil-paragrafu 2. Din id-deroga tiskadi wara l-istħarriġ tal-perjodu taż-żmien mill-1988 sal-1997. Il-Ġermanja tindaħal li tiċċentralizza l-informazzjoni individwali fuq trasportatur manjetiku f’ċentru wieħed tal-proċessar ta’ l-informazzjoni fi żmien 12-il xahar mit-tkomplija tal-ġbir tal-informazzjoni f’dan il-qasam."; (d) il-paragrafu 16 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "16. Fil-qafas tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u skond ir-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90, l-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal- Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri għandhom jistabilixxu proċeduri mgħaġġla ta’ konsultazzjoni bil-għan li: - jiżguraw il-kunfidenzjalità u kredibbiltà statistika tat-tagħrif imħejjiji fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni individwali, - jgħarrfu lill-Istati Membri bl-użu magħmul minn din l-informazzjoni." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1996. Għall-Kunsill Il- President I. Yates [1] ĠU Nru C 293, tal-5.10.1996, p. 38. [2] ĠU Nru C 347, tat-18.11.1996. [3] ĠU Nru L 56, tat-2.3.1988, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/170/KE (ĠU Nru L 47, ta’ l-24.2.1996, p. 23). [4] ĠU Nru L 151, tal-15.6.1990, p. 1. [5] ĠU Nru L 179, tas-7.8.1972, p. 1. [6] ĠU Nru L 185, tal-15.7.1988, p. 9. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3193/94 (ĠU Nru C 337, ta’ l-24.12.1994, p. 11). [7] ĠU Nru L 96, ta’ l-14.4.1994, p. 1. [8] ĠU Nru L 128, tad-19.5.1975, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994. [9] ĠU Nru L 220, tas-17.8.1985, p. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/393/KE (ĠU Nru L 163, tat-2.7.1996, p. 45).’; --------------------------------------------------