Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1610

    Ir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta' kull ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti

    ĠU L 198, 8.8.1996, p. 30–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1610/oj

    31996R1610



    Official Journal L 198 , 08/08/1996 P. 0030 - 0035


    Ir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tat-23 ta' Lulju 1996

    dwar il-ħolqien ta' kull ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Huma u jaġixxu b’mod konformi mal-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

    (1) Billi r-riċerka fil-prodotti ta' ħarsien tal-pjanti tikkontribwixxi għat-titjib kontinwu fil-produzzjoni u l-ksib ta' ikel abbundanti ta' kwalità tajba u bi prezzijijiet li jistgħu jinkisbu;

    (2) Billi r-riċerka fil-ħarsien tal-pjanti tikkontribwixxi għat-titjib kontinwu fil-produzzjoni ta' l-uċuh tar-raba';

    (3) Billi l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, speċjalment dawk li huma riżultat ta' riċerka fit-tul u li tiswa ħafna flus, għandhom ikomplu jiġu żviluppati fil-Komunità u fl-Ewropa jekk ikunu koperti b'regoli favorevoli illi jipprovdu biżżejjed protezzjoni sabiex jinkoraġġixxu din ir-riċerka;

    (4) Billi l-kompetittività fis-settur tal-protezzjoni tal-pjanti, min-natura ta' l-industrija nfisha, teħtieġ livell ta' protezzjoni għall-innovazzjoni ekwivalenti għal dik konċessa lill-prodotti mediċinali bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħolqien ta' ċertifikat supplimentari protettiv għall-prodotti mediċinali [4];

    (5) Billi, f'dan il-waqt, il-perjodu taż-żmien li jgħaddi bejn il-mili ta' kull applikazzjoni għall-patenti ta' kull prodott ġdid ta' ħarsien għall-pjanti u l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott ta' ħarsien għall-pjanti msemmi jinħareġ fis-suq jagħmel il-perjodu taż-żmien ta' protezzjoni effettiv skond il-patenti insuffiċjenti biex ikopri l-investiment fir-riċerka u biex jiġġenera r-riżorsi meħtieġa biex tinżamm livell għolja ta' riċerka;

    (6) Billi din is-sitwazzjoni twassal għal nuqqas ta' ħarsien li tippenalizza r-riċerka fil-protezzjoni tal-pjanti u l-kompetittività f'dan is-settur;

    (7) Billi wieħed mill-għanijiet ewlenien taċ-ċertifikat ta’ ħarsien supplimentari huwa li jqiegħed lill-industrija Ewropea fuq l-istess livell ta' kompetittività bħall-kontropartijiet tagħha fl-Amerika ta' Fuq u fil-Ġappun;

    (8) Billi, fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Frar 1993 [5] dwar kull programm Komunitarju ta' politika u azzjoni fejn għandu x'jaqsam l-ambjent u żvilupp sostenibbli, il-Kunsill adotta l-avviċinament u l-istrateġija ġenerali tal-programm preżentat mill-Kummissjoni, li enfasizza l-interdipendenza fit-tkabbir ekonomiku u fil-kwalità ta' l-ambjent; billi t-titjib fil-ħarsien ta' l-ambjent ifisser iż-żamma tal-kompetittività ekonomika ta' l-industrija; billi, għalhekk, il-ħruġ ta' ċertifikat ta’ ħarsien supplimentari jista' jiqies bħala miżura pożittiva favur il-ħarsien ta' l-ambjent;

    (9) Billi kull soluzzjoni unformi fuq il-livell tal-Komunità għandha tiġi provduta sabiex, b'hekk, tipprevjeni l-iżvilupp etereoġenju tal-liġijiet nazzjonali li jwasslu għal iktar diverġenzi li x'aktarx ifixklu ċ-ċaqliq ħieles tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti ġewwa l-Komunità u b'hekk jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern; billi dan hu b’mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imfisser fl-Artikolu 3b tat-Trattat;

    (10) Billi, għalhekk, hemm il-ħtieġa li jinħoloq ċertifikat ta’ ħarsien supplimentari konċess, bl-istess kondizzjonijiet, minn kull wieħed mill-Istati Membri fuq it-talba tal-possessur ta' patenti nazzjonali jew Ewropej li għandu x'jaqsam ma' kull prodott għall-protezjoni tal-pjanti li għalih huwa meħtieġ l-awtorizzazzjoni ta' konċessjoni għad-dħul fis-suq; billi għalhekk kull Regolament huwa l-iktar strument legali xieraq;

    (11) Billi t-tul taż-żmien tal-protezzjoni konċess miċ-ċertifikat għandu jkun tali illi jipprovdi protezzjoni adekwata u effettiva; billi, għal dan l-għan, il-possessur kemm ta' patenti u kemm ta' ċertifikat għandu jgawdi l-massimu ġenerali ta' ħmistax-il sena ta' esklussività miż-żmien minn meta l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti msemmija jikseb għall-ewwel darba l-awtorizzazzjoni biex jinħareġ fis-suq fil-Komunità;

    (12) Billi kull interess fis-settur hekk kompless u sensittiv bħalma hu l-ħarsien tal-pjanti jrid madankollu jitiqies; billi, għal dan l-għan, iċ-ċertifikat ma jistax jiġi konċess għal kull perjodu li jaqbeż il-ħames snin;

    (13) Billi ċ-ċertifikat jagħti l-istess drittijiet bħal dawk konċessi mill-patenti bażika; billi, għalhekk, fejn il-patenti bażika tkopri kull sustanza attiva u d-derivativi varji tagħha (imluh u esteri), iċ-ċertifikat jagħti l-istess protezzjoni;

    (14) Billi l-ħruġ ta' kull ċertifikat għal kull prodott li jikkonsisti f'kull sustanza attiva ma jippreġudikax il-ħruġ ta' kull ċertifikat ieħor għad-derivattivi (imluħ u esteri) tas-sustanza, kemm-il darba d-derivattivi huma bla ħsara għall-patenti speċifiċi li jkopruhom;

    (15) Billi kull bilanċ xieraq għandu jintlaħaq f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-istabbiliment ta’ arranġamenti transizzjonali; billi dawn l-arranġamenti għandhom jgħinu lill-industrija tal-ħarsien tal-pjanti tal-Komunità sabiex tilħaq sa ċertu punt lill-kompetituri ewlenin tagħha, fil-waqt li tiżgura illi dawn l-arranġamenti ma jikkompromettux il-kisba ta' għanijiet leġittimi oħra dwar il-politika agrikola u l-politika tal-ħarsien ta' l-ambjent segwiti kemm fuq il-livell nazzjonali u tal-Komunità;

    (16) Billi azzjoni biss fuq il-livell tal-Komunità iġiegħel li jintlaħaq il-għan, illi jikkonsisti f'li jiġi żgurat il-ħarsien adekwat għall-innovazzjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-pjanti, fil-waqt li tiggarantixxi illi l-funzjonament xieraq tas-suq intern għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jintlaħqu b’mod effettiv;

    (17) Billi r-regoli dettaljati fir-reċiti 12, 13 u 14 u fl-Artikoli 3 (2), 4, 8 (1) (ċ) u 17 (2) ta' dan ir-Regolament huma wkoll validi, mutatis mutandis, għall-interpretazzjoni b’mod partikolari tar-reċiti 9 u l-Artikoli 3, 4, 8 (1) u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1. "prodotti għall-ħarsien tal-pjanti": sustanzi attivi u tħejjijiet li fihom tkun tinsab sustanza attiva waħda jew iktar, sponuti fil-forma li fiha jiġu forniti lill-utent, maħsuba biex:

    (a) jipproteġu pjanti jew prodotti tal-pjanti kontra kull organiżmu ta' ħsara jew li jipprevjeni l-azzjoni ta' dawn l-organiżmi, safejn u sakemm dawn is-sustanzi jew tħejjijiet ma humiex definiti xorta oħra hawn taħt;

    (b) jinfluwenzaw il-proċessi tal-ħajja tal-pjanti, għajr bħala kull nutrijent (p.e. regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti)

    (ċ) jippriservaw prodotti tal-pjanti, safejn u sakemm dawn is-sustanzi jew prodotti huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni dwar il-preservattivi;

    (d) jeqirdu pjanti mhux mixtieqa; jew

    (e) jeqirdu partijiet ta' pjanti, iżommu jew jipprevjenu t-tkabbir mhux mixtieq ta' pjanti;

    2. "sustanzi": elementi kimiċi u l-kompożizzjonijiet tagħhom, kif jinsabu fin-natura jew ifabbrikati, inkluz kull impurità li tirriżulta inevitabbilment mill-proċess tal-fabbrikazzjoni;

    3. "sustanzi attivi": sustanzi jew mikro-organiżmi inklużi l-viruses, li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika:

    (a) kontra organiżmi ta' ħsara; jew

    (b) fuq il-pjanti, partijiet ta' pjanti jew prodotti tal-pjanti;

    4. "tħejjijiet": taħlitiet jew soluzzjonijiet magħmula minn żewġ sustanzi jew iktar, li mill-inqas waħda minhom hija sustanza attiva, maħsuba għall-użu bħala prodotti għall-ħarsien tal-pjanti;

    5. "pjanti": pjanti ħajjin u partijiet ħajjin ta' pjanti, inklużi l-frott frisk u ż-żerriegħa;

    6. "prodotti tal-pjanti": prodotti fi stat mhux proċessat jew li jkunu għaddew biss minn tħejjija sempliċi bħat-tħin, it-tnixxif jew il-pressa, idderivati mill-pjanti, imma bl-esklużżjoni tal-pjanti nfushom kif definiti fil-punt 5;

    7. "organiżmi ta' ħsara": Pesti ta’ pjanti jew il-prodotti tal-pjanti li jagħmlu parti mill-klassifikazzjoni ta’ l-annimali jew tal-pjanti, kif ukoll viruses, batterja u mikoplasmi u patoġeni oħra;

    8. "prodott": is-sustanza attiva kif definita fil-punt 3 jew taħlita f'għaqda ta' sustanzi attivi ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti;

    9. "patenti bażika": kull patenti li tħares kull prodott kif definit hekk fil-punt 8, kull taħlita kif definita fil-punt 4, kull proċess li minnu jinkiseb kull prodott jew kull applikazzjoni ta' kull prodott, u li huwa maħsub mill-possessur tiegħu bl-għan tal-proċedura għall-konċessjoni ta' ċertifikat;

    10. "ċerifikat": iċ-ċertifikat ta’ ħarsien supplimetari.

    Artikolu 2

    Skop

    Kull prodott protett minn kull patenti fit-territorju ta' kull Stat Membru u soġġett, minn qabel ma jiddaħħal fis-suq bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti, għal kull proċedura ta' awtorizzazzjoni amministrattiva kif stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE [6], jew b'mod konformi ma' disposizzjoni ekwivalenti fil-liġi nazzjonali jekk huwa prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fir-rigward tiegħu kienet ġiet depożitata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni qabel ma' ġiet implimentata d-Direttiva 91/414/KEE mill-Istat Membru interessat, jista', skond it-termini u l-kundizzjonijiet previsti b'dan ir-Regolament, ikun is-soġġett għal kull ċertifikat.

    Artikolu 3

    Kondizzjonijiet għall-kisba ta' kull ċertifikat

    1. Kull ċertifikat għandu jiġi konċess jekk, fl-Istat Membru fejn tiġi sottomessa l-applikazzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 7, fid-data ta' dik l-applikazzjoni:

    (a) il-prodott huwa mħares bil-patenti bażika fis-seħħ;

    (b) kull awtorizzazzjoni valida biex il-prodott jinħareġ fis-suq bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti ġiet konċessa b’mod konformi ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE jew kull disposizzjoni ekwivalenti fil-liġi nazzjonali;

    (ċ) il-prodott ma kienx diġà s-suġġett ta' kull ċertifikat;

    (d) l-awtorizzazzjoni li għaliha saret referenza f'(b) hija l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jinħareġ fis-suq bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

    2. Il-possessur ta' waħda jew iktar patenti għall-istess prodott ma għandux jiġi konċess iktar minn ċertifikat wieħed għal dan il-prodott. Madankollu, fejn żewġ applikazzjonijiet jew iktar li għandhom x'jaqsmu ma' l-istess prodott u li joħorġu minn żewġ possessuri jew iktar ta' patenti differenti huma pendenti, ċertifikat wieħed jista' jinħareġ għal dan il-prodott lil kull wieħed minn dawn il-possessuri.

    Artikolu 4

    Kontenut tas-suġġett tal-ħarsien

    Fil-limiti tal-protezzjoni konferita mill-patenti bażika, il-ħarsien konferit b'kull ċertifikat għandha testendi biss għall-prodott kopert bl-awtorizzazzjoni li tqiegħed fis-suq il-prodott korrispondenti għall-ħarsien tal-pjanti u għal kull użu tal-prodott bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti illi jkun ġie awtorizzat qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat.

    Artikolu 5

    Effetti taċ-ċertifikat

    Bla ħsara għall-Artikolu 4, iċ-ċertifkat għandu jagħti l-istess drittijiet kif mogħtija mill-patenti bażika u għandu jkun bla ħsara għall-istess limitazzjonijiet u l-istess obbligi.

    Artikolu 6

    Intitolament għaċ-ċertifikat

    Iċ-ċertifikat għandu jiġi mgħoti lill-possessur tal-patenti bażika jew lis-suċċessur tiegħu fit-titolu.

    Artikolu 7

    L-applikazzjoni għal kull ċertifikat

    1. L-applikazzjoni għal kull ċertifikat għandha tiġi depożitata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-awtorizzazzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 3(1) (b) sabiex il-prodott jinħareġ fis-suq bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, meta l-awtorizzazzjoni biex il-prodott jinħareġ fis-suq tiġi mogħtija qabel ma jiġi mogħti l-patenti bażiku, l-applikazzjoni għal kull ċertifikat għandha tiġi depożitata fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta tkun ingħatat il-patenti.

    Artikolu 8

    Il-kontenut ta' l-applikazzjoni għal kull ċertifikat

    1. L-applikazzjoni għal kull ċertifikat għandu jkun fiha:

    (a) kull talba għall-konċessjoni għal kull ċertifikat, li tiddikjara b’mod partikoli:

    (i) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;

    (ii) l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant, fejn ikun hemm:

    (iii) in-numru tal-patenti bażika u t-titolu ta' l-invenzjoni;

    (iv) in-numru u d-data ta' l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq, kif saret referenza għaliha fl-Artikolu 3 (1) (b) u, jekk din l-awtorizzazjoni ma hiex l-ewwel awtorizzazzjoni li għaliha jitqiegħed il-prodott fis-suq fil-Komunità, in-numru u d-data ta' din l-awtorizzazzjoni;

    (b) kull kopja ta' l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq, kif saret referenza għaliha fl-Artikolu 3 (1) (b), li biha l-prodott jiġi identifikat, u li jkun fih b’mod partikolari n-numru u d-data ta' l-awtorizzazzjoni u s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott elenkati f'Parti A.I (punti 1-7) jew B.I (punti 1-7) ta' l-Anness II mad-Direttiva 91/414/KEE jew fil-liġijiet nazzjonali ekwivalenti ta' l-Istat Membru fejn l-applikazzjoni tkun ġiet depożitata;

    (ċ) jekk l-awtorizzazzjoni li għaliha saret referenza f'(b) mhix l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti fil-Komunità, tagħrif dwar l-identità tal-prodott hekk awtorizzat u d-disposizzjoni legali li fuqhom tkun saret il-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni, flimkien ma' kopja ta' l-avviż li jippubblika l-awtorizzazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali xierqa jew, fin-nuqqas ta' dan l-avviż, kull dokument ieħor li jixhed illi l-awtorizzazzjoni kienet inħarġet, bid-data ta' meta ħarġet u l-identità tal-prodott awtorizzat.

    2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu kull onorarja li għandha titħallas ma' l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat.

    Artikolu 9

    Id-depożitu ta' kull applikazzjoni għaċ-ċertifikat

    1. L-applikazzjoni għal kull ċertifikat għandha tiġi depożitata fl-uffiċċju kompetenti għall-propjetà ta' l-industrija ta' l-Istat Membru li jkun ikkonċeda l-patenti bażika jew li f'ismu jkun ġie konċess u li bih inkisbet l-awtorizzazzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 3 (1) (b) sabiex il-prodott jinħareġ fis-suq, jekk kemm-il darba l-Istat Membru ma jinnominax awtorità oħra għal dan l-iskop.

    2. Għandha tiġi pubblikata notifika ta' l-applikazzjoni għal kull ċertifikat mill-awtorità li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1. In-notifika għandu jkun fiha ta’ l-anqas dan li ġej:

    (a) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;

    (b) in-numru tal-privattiva bażika;

    (ċ) it-titolu ta' l-invenzjoni;

    (d) in-numru u d-data ta' l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jidħol fis-suq, li għalih saret referenza f'Artikolu 3 (1) (b), u d-data tal-prodott identifikat b'din l-awtorizzazzjoni;

    (e) meta jkun relevanti, in-numru u d-data ta' l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jidħol fis-suq tal-Komunità.

    Artikolu 10

    Il-konċessjoni taċ-ċertifikat jew ir-rifjut ta' l-applikazzjoni

    1. Meta l-applikazzjoni għal kull ċertifikat u l-prodott li miegħu għandu x'jaqsam jjilħqu l-kundizzjonjiet preskritti f'dan ir-Regolament, l-awtorità li għaliha saret referenza fl-Artikolu 9 (1) għandha toħroġ iċ-ċertifikat.

    2. L-awtorità li għaliha saret referenza fl-Artikolu 9 (1) għandha, bla ħsara għall-paragrafu 3, tirrifjuta l-applikazzjoni għal kull ċertifikat jekk l-applikazzjoni jew il-prodott li miegħu hi mehmuża ma jilħqux il-kundizzjonijiet preskritti f'dan ir-Regolament.

    3. Meta l-applikazzjoni għal kull ċertifikat ma teżawrix il-kondizzjonijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 8, l-awtorità li għaliha saret referenza fl-Artikolu 9 (1) għandha titlob lill-applikant li jikkoreġi l-irregolarità, jew iħallas id-dritt, fi żmien dikjarat.

    4. Jekk l-irregolarità ma tiġix ikkoreġuta jew l-onorarja ma titħallasx skond il-paragrafu 3 fiż-żmien dikjarat, l-applikazzjoni għandha tiġi rifjutata.

    5. Iżda l-Istati Membri jistgħu jagħtu lok illi l-awtorità li għaliha saret referenza fl-Artikolu 9 (1) tikkonċedi ċertifikati mingħajr ma tivverifika illi l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 3 (1) (c) u (d) jkuna milħuqa.

    Artikolu 11

    Pubblikazzjoni

    1. In-notifika tal-fatt illi ġie konċess kull ċertifikat għandha tiġi pubblikata mill-awtorità li għaliha saret referenza fl-Artikolu 9 (1). In-notifika għandha mill-inqas ikollha t-tagħrif li ġej:

    (a) l-isem u l-indirizz tal-possessur taċ-ċertifikat;

    (b) in-numru tal-patenti bażika;

    (ċ) it-titolu ta' l-invenzjoni;

    (d) in-numru u d-data ta' l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jinħareġ fis-suq li għaliha saret referenza fl-Artikolu 3 (1) (b) u l-prodott identifikat f'din l-awtorizzazzjoni;

    (e) meta relevanti, in-numru u d-data ta' l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jinħareġ fis-suq tal-Komunità;

    (f) it-tul taż-żmien taċ-ċertifikat.

    2. In-notifika tal-fatt illi l-applikazzjoni għal kull ċertifikat ġiet rifjutata għandha tiġi ppubblikata mill-awtorità li għaliha saret referenza fl-Artikolu 9 (1). In-notifika għandu mill-inqas ikollha t-tagħrif imniżżel fil-lista ta' l-Artikolu 9 (2).

    Artikolu 12

    Miżati anwali

    L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu illi ċ-ċertifikat ikun soġġett għal ħlas ta' onorarja kull sena.

    Artikolu 13

    Tul taż-żmien taċ-ċertifikat

    1. Iċ-ċertifikat għandu jibda jgħodd mill-aħħar tat-terminu legali tal-patenti bażika għal kull perjodu li hu ugwali għall-perijodu li jkun għadda bejn id-data li fiha kienet depożitata l-applikazzjoni għal kull patenti bażika u d-data ta' l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità, imnaqqas b'kull perjodu ta' ħames snin.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, it-tul ta' żmien taċ-ċertifikat ma għandux jaqbeż il-ħames snin mid-data li fiha beda jgħodd.

    3. Għall-iskopijiet tal-kalkolu tat-tul taż-żmien taċ-ċertifikat, rendikont għandu jittieħed ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-ewwel marketing provizorju biss jekk tkun segwita direttament b'awtorizzazzjoni definittiva dwar l-istess prodott.

    Artikolu 14

    Skadenza taċ-ċertifikat

    Iċ-ċertifikat għandu jaqa':

    (a) fl-aħħar tal-perjodu taż-żmien li għalih hemm provdut bl-Artikolu 13;

    (b) jekk il-possessur taċ-ċertifikat iċedih;

    (ċ) jekk l-onorarja ta’ kull sena b’konformità ma’ l-Artikolu 12 ma titħallasx fil-ħin;

    (d) jekk u sakemm il-prodott kopert biċ-ċertifikat ma jinħariġx iktar fis-suq wara l-ġbid lura ta' l-awtorizzazzjoni xierqa jew l-awtorizzazzjoni għat-tqiegħed fis-suq bi qbil ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE jew id-disposizzjonijiet ekwivalenti fil-liġi nazzjonali. L-awtorità li għaliha saret referenza fl-Artikolu 9 (1) tista' tiddeċiedi l-iskadenza taċ-ċertifikat jew fuq l-inzjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' parti terza.

    Artikolu 15

    L-invalidità taċ-ċertifikat

    1. Iċ-ċertifikat għandu jkun invalidu jekk:

    (a) kien ġie konċess kuntrarju għad-disposizzjoniet ta' l-Artikolu 3;

    (b) tkun skadiet il-patenti bażika qabel ma jiskadi l-perjodu legali tagħha;

    (ċ) il-patenti bażika tkun ġiet revokata jew limitata safejn u sakemm il-prodott li għalih ikun inħareġ iċ-ċertifikat ma baqax iktar imħares bil-pretensjoniet tal-patenti bażika jew, wara li tkun skadiet l-patenti bażika, jeżistu raġunijiet għar-revoka tiegħu li jkunu ġġustifikaw din ir-revoka jew limitazzjoni.

    2. Kull persuna tista' tissottometti applikazzjoni jew tressaq kull kawża għal kull dikjarazzjoni ta invalidità taċ-ċertifikat quddiem il-korp responsabbli skond il-liġi nazzjonali għar-revoka tal-patenti bażika korrispondenti.

    Artikolu 16

    Notifika ta' l-iskadenza jew l-invalidità

    Jekk iċ-ċertifikat jiskadi b’mod konformi ma’ l-Artikolu 14 (b), (ċ) jew (d) jew isir invalidu b’mod konformi ma' l-Artikolu 15, in-notifika ta' dawn għandha tiġi pubblikata mill-awtorità li għaliha saret referenza fl-Artikolu 9 (1).

    Artikolu 17

    Appelli

    1. Id-deċiżjonijiet ta' l-awtorità li għaliha saret referenza fl-Artikolu 9 (1) jew tal-korp li għalih sar referenza fl-Artikolu 15 (2) għandhom taħt dan ir-Regolament ikunu miftuħa għall-istess appelli bħal dawk provduti bil-liġi nazzjonali kontra deċiżjonijiet bhal dawn meħuda rigward privattivi nazzjonali.

    2. Id-deċiżjoni tal-konċessjoni ta' ċertifikat għandha tkun miftuħa għal kull appell immirat biex jirranġa t-tul taż-żmien taċ-ċertifikat meta d-data ta' l-ewwel awtorizzazzjoni għalbiex jinħareġ il-prodott fis-suq fil-Komunità, li jkun jinsab fl-applikazzjoni għal kull ċertifikat kif provdut bl-Artikolu 8, ma tkunx korretta.

    Artikolu 18

    Proċedura

    1. Fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet ta' proċedura f'dan ir-Regolament, id-disposizzjonijiet proċedurali applikabbli skond il-liġi nazzjonali għal patenti bażika korrispondenti u, fejn xieraq, id-disposizzjonijiet proċedurali applikabbli għaċ-ċertifikati li għalihom saret referenza fir-Regolament (KEE) Nru 1768/92, għandhom japplikaw għaċ-ċertifikat, għajr jekk il-liġi nazzjonali tippreskrivi disposizzjonijiet proċedurali speċjali għaċ-ċertifikati kif saret referenza għalihom f'dan ir-Regolament.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, il-proċedura għal oppożizzjoni għall-konċessjoni ta' kull ċertifikat għandha tiġi eskluża.

    DISPOSIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI

    Artikolu 19

    1. Kull prodott li, fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, huwa mħares b’patenti bażika valida u li għall-ewwel awtorizzazzjoni tiegħu sabiex jinħareġ fis-suq bħal kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti fil-Komunità kienet inkisbet wara l-1 ta' Jannar 1985 skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE jew skond disposizzjoni nazzjonali ekwivalenti jista’ jingħata kull ċertifikat.

    2. Kull applikazzjoni magħmula skond il-paragrafu 1 għal kull ċertifikat għandha tiġi sottomessa fi żmien sitt xhur mid-data li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

    Artikolu 20

    F'dawk l-Istati Membri li l-liġi nazzjonali tagħhom ma kenitx, fl-1 ta' Jannar 1990, tipprovdi li prodott jingħata patenti għall-ħarsien tal-pjanti, dan ir-Regolament għandu japplika mit-2 ta' Jannar 1998.

    L-Artikolu 19 ma għandux japplika f'dawn l-Istati Membri.

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 21

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1996.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    K. Hänsch

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Lowry

    [1] ĠU C 390, tal-31.12.1994, p. 21 u ĠU C 335, tat-13.12.1995, p. 15.

    [2] ĠU C 155, tal-21.6.1995, p. 14.

    [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 1995 (ĠU C 166, tat-3.7.1995, p. 89), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1995 (ĠU C 353, tat-30.12.1995, p. 36) u d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 1996 (ĠU C 96, ta' l-1.4.1996, p. 30).

    [4] ĠU L 182, tat-2.7.1992, p. 1.

    [5] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1.

    [6] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/36/KE (ĠU L 172, tat-22.7.1995, p. 8).

    --------------------------------------------------

    Top