Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1555

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1555/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar regoli ta’ applikazzjoni għal dazji addizzjonali ta’ importazzjoni fuq frott u ħxejjex

    ĠU L 193, 3.8.1996, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Imħassar b' 32007R1580

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1555/oj

    31996R1555



    Official Journal L 193 , 03/08/1996 P. 0001 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1555/96

    tat-30 ta’ Lulju 1996

    dwar regoli ta’ applikazzjoni għal dazji addizzjonali ta’ importazzjoni fuq frott u ħxejjex

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1363/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 24(4) tiegħu,

    Billi taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 dazju addizzjonali ta’ importazzjoni għal dak provdut mit-Tarriffa Komuni Doganali (‘dazju addizzjonali’) jista’ jiġi mpost fuq ċerti prodotti koperti b’dak ir-Regolament jekk it-termini ta’ l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura [3] jiġu mħarsa, sakemm ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ disturb fis-suq tal-Komunità jew l-impatt ikun sproporzjonat għal finijiet mixtieqa;

    Billi dazju addizzjonali jista’ jiġi mpost jekk il-volumi ta’ importazzjoni tal-prodotti konċernati, determinati mill-liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa mill-Istati Membri jew bi proċeduri ntrodotti taħt ftehim preferenzjali, jeċċedu livelli ta’ skattar stabbiliti mill-prodott u l-perjodu ta’ applikazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

    Billi dazju addizzjonali jista’ jiġi mpost biss fuq importazzjoni li l-klassifikazzjoni tagħha tat-tariffa magħmula skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3223/94 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2933/95 [5], jinħtieġ l-applikazzjoni ta’ l-għola dazju speċifiku u fuq importazzjonijiet magħmula barra l-kwoti tat-tariffi ffissati fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; billi ma jistgħax jiġi mpost l-ebda dazju addizzjonali fuq prodotti li jgawdu preferenza fir-rigward tal-prezz tad-dħul, sa dak il-punt illi l-klassifikazzjoni tat-tariffa tagħhom ma tinħtieġ l-applikazzjoni ta’ l-għola dazju speċifiku;

    Billi, fil-każ ta’ importazzjonijiet li jgawdu minn tariffa preferenzjali fir-rigward ta’ dazju ad valorem, il-kalkolu tad-dazju addizzjonali għandu jagħti kont ta’ dan;

    Billi prodotti fi triqthom lejn il-Komunità huma eżentati minn dazju addizzjonali; billi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar dawn għandhom għalhekk isiru;

    Billi l-introduzzjoni ta’ arranġamenti dwar liċenzi ta’ importazzjoni ma tipprevjenix li jiġu sostitwiti bi proċedura rapida komputerizzata biex jiġu reġistrati l-importazzjonijiet malli ikun legalment u prattikament possibbli li dan isir; billi għandu jkun hemm evalwazzjoni f’dan ir-rigward sal-31 ta’ Diċembru 1997;

    Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott frisk u l-Ħxejjex għadu ma’ tax opinjoni fi żmien stipulat mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni kif msemmi fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, msejjaħ ‘dazju addizzjonali’ hawn taħt, jista’ jiġi applikat fuq il-prodotti elenkati fl-Anness hawn mehmus taħt il-kondizzjonijiet imniżżla hawn taħt.

    Artikolu 2

    Livelli ta’ skattar u l-perjodi applikabbli għal kull wieħed mill-prodott elenkati fl-Anness għandhom jiġu fissati kull sena.

    Artikolu 3

    1. Jekk jinsab illi l-kwantità mpurtata ta’ prodott li għalih il-klawsola speċjali ta’ salvagward tkun inqabżet fir-rigward ta’ perjodu partikolari, kif stabbilit mill-liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, jew bil-proċedura introdotta taħt arranġament preferenzjali, il-livell ta’ skattar stabbilit taħt l-Artikolu 2, il-Kummissjoni għanda timponi dazju addizzjonali.

    2. Dan għandu japplika għall-prodotti koperti b’liċenzja ta’ importazzjoni maħruġa wara d-data ta’ l-introduzzjoni tad-dazju u għall-importazzjoni effetwati wara dik id-data fil-każ ta’ proċedura, skond it-tifsira tal-paragrafu 1, introdott taħt arranġament preferenzjali sakemm:

    - il-klassifikazzjoni tagħhom tat-tariffa stabbilita skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3223/94 tirrikjedi l-applikazzjoni ta’ l-għola dazji speċifiċi għall-importazzjonijiet in kwistjoni,

    - importazzjoni tkun saret waqt il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-dazju addizzjonali.

    Artikolu 4

    1. Id-dazju addizzjonali impost taħt l-Atikolu 3 għandu jkun terz tad-dazju doganali applikabbli għall-prodott fit-Tariffa Komuni Doganali.

    2. Madanakollu, għal importazzjonijiet li jgawdu minn tariffa preferenzjali ta’ dazju ad valorem id-dazju addizzjonali għandu jkun terz tad-dazju speċifiku fuq il-prodott sal-limitu li japplika l-Artikolu 3(2).

    Artikolu 5

    1. Dawn li ġejjin huma eżentati minn dazju addizzjonali:

    (a) oġġetti importati kontra kwoti tat-tariffi elenkati fl-Anness 7 tan-nomenklatura maqgħuda;

    (b) oġġetti fi triqthom lejn il-Komunità kif definiti fil-paragrafu 2.

    2. Oġġetti jkunu kunsidrati li jkunu fi triqthom lejn il-Komunità li:

    - jkunu ħallew il-pajjiż ta’ oriġini qabel id-deċiżjoni li jiġi mpost id-dazju addizzjonali, u

    - qegħdin jiġu trasportati taħt il-kopertura ta’ dokument ta’ trasport validu mill-post tat-tagħbija fil-pajjiż ta’ oriġini għall-post fejn jinħattu fil-Komunità, mħejji qabel l-impożizzjoni tad-dazju addizzjonali.

    3. Il-partijiet interessati għandhom jipprovdu evidenza li tissodisfa l-awtoritajiet doganali li l-ħtiġijiet tal-paragrafu 2 jitħarsu.

    Iżda, dawn l-awtoritajiet jistgħu jqiesu illi l-oġġetti ħallew il-pajjiż tagħhom ta’ l-oriġini qabel id-data ta’ l-impożizzjoni tad-dazju addizzjonali jekk wieħed minn dawn id-dokumenti jkun provdut:

    - għal trasport bil-baħar, il-polza tat-tagħbija li turi li t-tagħbija seħħet qabel dik id-data,

    - għal trasport bil-ferrovija, il-polza tal-vjaġġ aċċettata mill-awtoritajiet ferrovjarji tal-pajjiż ta’ oriġini qabel dik id-data,

    - għal trasport bit-triq, il-kuntratt tal-ġarr bit-triq (CMR) jew dokument ieħor ta’ transitu magħmul fil-pajjiż ta’ oriġini qabel dik id-data, jekk il-kundizzjonijiet imniżżla f’arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi fil-kuntest tat-transitu fil-Komunità jew transitu komuni jkunu osservati,

    - għal trasport bl-ajru, il-polza tal-vjaġġ bl-ajru li juri li l-linja ta’ l-ajru aċċettat l-oġġetti qabel dik id-data.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fit-30 ta’ Lulju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1.

    [2] ĠU L 132, tas-16.6.1995, p. 8.

    [3] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 22.

    [4] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 66.

    [5] ĠU L 307, ta’ l-20.12.1995, p. 21.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

    070200 | Tadam |

    07070010 | Ħjar |

    07070015 | |

    07070020 | |

    07070025 | |

    07070030 | |

    07070035 | |

    07070040 | |

    07091040 | Qaqoċċ |

    07091010 | |

    07091020 | |

    07099071 | Zukkini |

    07099073 | |

    07099075 | |

    07099077 | |

    07099079 | |

    07099061 | Larinġ ħelu, frisk |

    07099065 | |

    07099069 | |

    07099001 | |

    07099005 | |

    07099009 | |

    07099011 | |

    07099015 | |

    07099019 | |

    07099021 | |

    07099025 | |

    07099029 | |

    07099031 | |

    07099033 | |

    07099035 | |

    08052031 | Klementini |

    08052011 | |

    08051033 | Mandarini, inkluż mandolina, satsumas, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru |

    08052035 | |

    08052037 | |

    08052039 | |

    08052013 | |

    08052015 | |

    08052017 | |

    08052019 | |

    08053030 | Lumi |

    08053040 | |

    08053020 | |

    08061040 | Għeneb tal-mejda |

    08061050 | |

    08081071 | Tuffieħ |

    08081073 | |

    08081079 | |

    08081092 | |

    08081094 | |

    08081098 | |

    08081051 | |

    08081053 | |

    08081059 | |

    08081061 | |

    08081063 | |

    08081069 | |

    08082047 | Lanġas |

    08082051 | |

    08082057 | |

    08082067 | |

    08082031 | |

    08082037 | |

    08091020 | Berquq |

    08091030 | |

    08091040 | |

    08092031 | Cirasa |

    08092039 | |

    08092041 | |

    08092049 | |

    08092051 | |

    08092059 | |

    08092061 | |

    08092069 | |

    08093021 | Hawħ u nuċiprisk |

    08093029 | |

    08093031 | |

    08093039 | |

    08093041 | |

    08093049 | |

    08094020 | Għajnbaqar |

    08094030 | |

    --------------------------------------------------

    Top