Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0012

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/12/KE tat-8 ta’ Marzu 1996 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjantiTest b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 65, 15.3.1996, p. 20–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/12/oj

    31996L0012

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/12/KE tat-8 ta’ Marzu 1996 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjantiTest b’relevanza għaż-ŻEE

    Official Journal L 065 , 15/03/1996 P. 0020 - 0037
    CS.ES Chapter 3 Volume 18 P. 471 - 488
    ET.ES Chapter 3 Volume 18 P. 471 - 488
    HU.ES Chapter 3 Volume 18 P. 471 - 488
    LT.ES Chapter 3 Volume 18 P. 471 - 488
    LV.ES Chapter 3 Volume 18 P. 471 - 488
    MT.ES Chapter 3 Volume 18 P. 471 - 488
    PL.ES Chapter 3 Volume 18 P. 471 - 488
    SK.ES Chapter 3 Volume 18 P. 471 - 488
    SL.ES Chapter 3 Volume 18 P. 471 - 488


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/12/KE

    tat-8 ta’ Marzu 1996

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/36/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 18 (2) tagħha,

    Billi l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE stabbilixxew ir-rekwiżiti sabiex id-dossier ikun preżentat mill-applikanti rispettivament għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti;

    Billi huwa meħtieġ li jiġi indikat, fl-Annessi II u III għad-Direttiva 91/414/KEE, lill-applikanti, b’mod preċiż kemm jista’ jkun, kull dettall dwar l-informazzjoni mitluba, bħal per eżempju ċ-ċirkustanzi, il-kondizzjonijiet u l-protokolli tekniċi li taħthom ċerta data għandha tiġi ġenerata; billi dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiġu introdotti sabiex l-applikanti jkunu jistgħu jużawhom fil-preparazzjoni tal-files tagħhom;

    Billi issa huwa possibbli li tiġi introdotta aktar preċiżjoni fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data dwar l-istudji ekotossikoloġiċi fuq is-sustanza msemmija fil-Parti A, punt 8, ta’ l-Anness II għad-Direttiva 91/414/KEE;

    Billi issa huwa wkoll possibbli li tiġi introdotta aktar preċiżjoni fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data dwar l-istudji ekotossikoloġiċi fuq il-prodott li jipproteġi l-pjanti msemmi fil-Parti A, punt 10, ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE;

    Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 91/414/KEE hija emendata kif ġej:

    1) Fil-Parti A ta’ l-Anness II, il-punt 8 ‘Studji Ekotossikoloġiċi fuq is-sustanza attiva’ huwa sostitwit permezz ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva;

    2) Fil-Parti A ta’ l-Anness III, il-punt 10 ‘Studji Ekotossikoloġiċi’ u 11 ‘Taqsira u evalwazzjoni tal-punti 9 u 10’ huma sostitwiti permezz ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Marzu 1997. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza ta’ dan it-tip fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza ta’ dan it-tip għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 1996.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, it-8 ta’ Marzu 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Ritt Bjerregaard

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, 19. 8. 1991, p. 1.

    [2] ĠU L 172, 22. 7. 1995, p. 8.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    "8. STUDJI EKOTOSSIKOLOĠIĊI

    Introduzzjoni

    (i) L-informazzjoni provduta, meħuda flimkien ma’ dik għal preparazzjoni waħda jew iżjed li jkun fihom is-sustanza attiva, għanda tkun biżżejjed sabiex tippermetti stima ta’ l-impatt fuq speċi mhux immirati (flora u fawna), li x'aktarx ikunu f’riskju mill-espożizzjoni għas-sustanza attiva, il-metaboliti tagħha, il-prodotti tad-degradazzjoni u tar-reazzjoni, meta dawn ikunu ta’ sinifikat ambjentali. L-impatt jista’ jirriżulta minn espożizzjoni waħda, imtawla jew ripetuta u tista’ tkun riversibbli jew irriversibbli.

    (ii) B’mod partikolari, l-informazzjoni mogħtija għas-sustanza attiva, flimkien ma’ informazzjoni oħra relevanti, u dik mogħtija għal waħda jew aktar mill-preparazzjonijiet li jkunu jinsabu fiha, għandha tkun biżżejjed sabiex:

    - jiġi deċiż jekk, is-sustanza attiva tkunx tista’ tiġi inkluża fl-Anness I,

    - jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet approprjati jew ir-restrizzjonijiet li għandhom jiġu assoċjati ma’ kull inklużjoni fl-Anness I,

    - tkun tista’ ssir evalwazzjoni tar-riskji fil-qrib u fil-bogħod għall-ispeċi mhux immirati, il-popolazzjonijiet, il-komunitajiet, u l-proċessi – skond kif ikun approprjat,

    - jiġu klassifikati s-sustanzi attivi skond il-periklu,

    - jiġu speċifikati l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien ta’ l-ispeċi mhux immirati, u

    - jiġu speċifikati s-simboli tal-periklu, l-indikazzjonijiet tal-periklu, u l-frażijiet ta’ riskju u sigurtà għall-ħarsien ta’ l-ambjent, li għandhom jissemmew fuq l-ippakkjar (kontenituri).

    (iii) Huwa meħtieġ li jiġu rappurtati l-effetti negattivi kollha misjuba matul l-investigazzjonijiet ekotossikoloġiċi u sabiex jitwettqu u jiġu rappurtati, meta jiġu mitluba mill-awtoritajiet kompetenti, dawk l-istudji addizzjonali ta’ dan it-tip li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiġu mistħarrġa l-mekkaniżmi probabbli involuti u sabiex issir stima ta’ l-importanza ta’ dawn l-effetti. Id-data u l-informazzjoni bijoloġiċa kollha disponibbli li hija relevanti sabiex issir stima tal-profil ekotossikoloġiku tas-sustanza attiva għandhom jiġu rappurtati.

    (iv) L-informazzjoni dwar id-destin u l-imġieba fl-ambjent, ġenerata u ppreżentata skond il-punti 7.1 sa 7.4, u dwar il-livelli ta’ fdalijiet fi pjanti ġenerati u preżentati skond il-punt 6 hija essenzjali għall-istima ta’ l-impatt fuq l-ispeċi mhux immirati, billi flimkien ma’ l-informazzjoni dwar ix-xorta ta’ tħejjija u l-mod kif tiġi użata, din tiddefinixxi x-xorta u l-estensjoni ta’ l-espożizzjoni potenzjali. L-istudji tossikokinetiċi u tossikoloġiċi u l-informazzjoni mogħtija skond il-punti 5.1 sa 5.8 jipprovdu informazzjoni essenzjali dwar it-tossiċità għall-ispeċi vertebrati u l-mekkaniżmi involuti.

    (v) Meta jkunu relevanti, it-testijiet għandhom jiġu mfassla u d-data għandha tiġi analizzata bl-użu ta’ metodi statistiċi approprjati. Id-dettalji sħaħ ta’ l-analiżi statistika għandhom jiġu rappurtati (e.ż. il-punti ta’ l-estimi għandhom jingħataw b’intervalli ta’ kunfidenza, u għandhom jingħataw valuri-p preċiżi minflok ma’ jiġi dikjarat sinifikanti/mhux sinifikanti).

    Is-sustanza analizzata

    (vi) Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata (speċifikazzjoni) tal-materjal użat, kif stabbilit taħt il-punt 1.11. Meta t-testijiet isiru bl-użu ta’ sustanza attiva l-materjal użat għandu jkun ta’ dik l-ispeċifikazzjoni li għandha tintuża fil-manifattura ta’ preparazzjonjiet li għandhom jiġu awtorizzati ħlief meta jintużaw materjali li jkunu radiolabelled.

    (vii) Meta jsiru studji li jużaw sustanza attiva magħmula fil-laboratorju jew f’sistema tal-produzzjoni ta’ impjant pilota, l-istudji għandhom jiġu ripetuti permezz ta’ l-użu tas-sustanza attiva kif tkun manifatturata, sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġustifikat li l-materjal ta’ l-eżami jkun essenzjalment l-istess, għall-finijiet tat-testijiet ekotossikoloġiċi u ta’ l-istima. Fil-każijiet ta’ inċertezza, iridu jiġu preżentati studji approprjati li jqarrbu d-distanzi sabiex iservu bħala bażi għad-deċiżjoni għall-bżonn possibbli li jiġu ripetuti l-istudji.

    (viii) Fil-każ ta’ studji li fihom id-dożaġġ jestendi fuq perjodu, id-dożaġġ għandu preferibbilment isir bl-użu ta’ grupp wieħed ta’ sustanza attiva jekk l-istabbiltà tkun tippermetti.

    Kull meta studju jimplika l-użu ta’ dożi differenti, ir-relazzjoni bejn id-doża u l-effett negattiv għandha tiġi rappurtata.

    (ix) Għall-istudji kollha ta’ l-alimentazzjoni, id-doża medja miksuba għandha tiġi rappurtata, inkluż fejn hu possibbli d-doża f’mg/kg ta’ piż tal-ġisem. Meta d-dożaġġ tingħata fid-dieta l-kompost tat-test għandu jiġi distribwit b’mod uniformi fid-dieta.

    (x) Jista’ jkun hemm bżonn li jsiru studji separati għall-metaboliti u għall-prodotti ta’ degradazzjoni u reazzjoni, meta dawn il-prodotti jistgħu jikkostitwixxu riskju relevanti għall-organiżmi mhux immirati u meta l-effetti tagħhom ma jistgħux jiġu evalwati permezz tar-riżultati disponibbli relattivi għas-sustanza attiva. Qabel ma jsiru studji ta’ dan it-tip l-informazzjoni mill-punti 5, 6 u 7 għandha tiġi meqjusa.

    L-organiżmi għall-analiżi

    (xi) Sabiex tiġi faċilitata l-istima ta’ l-importanza tar-riżultati tat-testijiet miksuba, inkluża l-istima tat-tossiċità intrinsika u l-fatturi li jaffettwaw it-tossiċità, l-istess strapazz (jew oriġini reġistrata) ta’ kull speċi relevanti, fejn ikun possibbli, għandu jintuża fid-diversi testijiet tat-tossiċità speċifikati.

    8.1. L-effetti fuq l-għasafar

    8.1.1. Tossiċità orali akuta

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi, meta jkun possibbli, il-valuri LD50, l-għatba tad-doża letali, il-perjodi ta’ żmien tar-reazzjoni u l-irkupru u n-NOEL, u għandu jinkludi s-sejbiet patoloġiċi totali relevanti.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    L-effetti possibbli tas-sustanza attiva fuq l-għasafar għandha tiġi investigata ħlief meta s-sustanza attiva hija maħsuba biss sabiex tiġi inkluża fil-preparazzjonijiet għall-użu esklussiv fi spazji magħluqa (e.ż fis-serer jew fil-prattika tal-ħażna ta’ l-ikel).

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-tossiċità orali akuta tas-sustanza attiva għal speċi ta’ summien (summien Ġappuniż (Coturnix coturnix japonica) jew summien Bobwhite (Colinus virginianus) jew għall-kuluvert (Anas platyrhynchos) għandha tiġi stabbilita. L-ogħla doża użata fit-testijiet ma għandhiex għalfejn taqbeż l-2000 mg/kg ta’ piż tal-ġisem.

    Linja ta’ gwida tat-test

    Setac - Proċeduri sabiex issir stima tal-ġejjieni ambjentali u ta’ l-ekotossiċità tal-pestiċidi [1].

    8.1.2. It-tossiċità tad-dieta fil-futur qarib

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi t-tossiċità tad-dieta fil-futur qarib (valuri LC50, il-konċentrazzjoni letali l-aktar baxxa (KLLB), meta jkun possibbli l-ebda konċentrazzjonijiet ta’ effetti osservati (EKEO), il-perjodi ta’ żmien tar-reazzjoni u l-irkupru) u jinkludu s-sejbiet patoloġiċi totali relevanti.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    It-tossiċità tad-dieta (għal ħamest ijiem) tas-sustanza attiva għall-għasafar għandha dejjem tiġi mistħarrġa fuq speċi waħda ħlief meta jiġi rappurtat studju skond id-disposizzjonijiet tal-punt 8.1.3. Meta n-NOEL akut orali tagħha tkun = 500 mg/kg piż tal-ġisem jew meta n-NOEC fil-futur qarib ikun < 500 mg/kg ikel it-test irid isir fuq speċi oħra.

    Kondizzjonijiet tat-test

    L-ewwel speċi li trid tiġi studjata trid tkun jew ta’ l-ispeċi tas-summien jew inkella kuluvert (Anas platyrhynchos). Jekk ikun meħtieġ li tiġi eżaminata speċi oħra, din m’għandhiex tkun relatata ma’ l-ewwel speċi eżaminata.

    Linja ta’ gwida għat-test

    It-test irid isir skond il-metodu OECD 205.

    8.1.3. Tossiċità u riproduzzjoni sottokronika

    Skop tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi t-tossiċità sottokronika u t-tossiċità riproduttiva tas-sustanza attiva għall-għasafar.

    Ċirkostanzi meta meħtieġ

    It-tossiċità sottokronika u riproduttiva tas-sustanza attiva għall-għasafar trid tiġi investigata, sakemm ma jistax jiġi ġġustifikat illi l-espożizzjoni kontinwa jew ripetuta għall-adulti, jew l-espożizzjoni tal-ġarer tan-naħal matul l-istaġun tat-trobbija tan-naħal m’huwiex aktarx li jseħħ.

    Linja ta’ gwida għat-test

    It-test irid isir skond il-metodu OECD 206

    8.2. Effetti fuq l-organiżmi akwatiċi

    Id-data mit-testijiet imsemmija fil-punti 8.2.1, 8.2.4 u 8.2.6 trid tiġi sottomessa għal kull sustanza attiva anki meta ma jkunx mistenni li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom tkun tinsab jistgħu jilħqu l-wiċċ ta’ l-ilma wara li jkunu ġew segwiti l-istruzzjonijiet proposti għall-użu. Din id-data hija meħtieġa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness VI tad-Direttiva 67/548/EEC għall-klassifikazzjoni tas-sustanza attiva.

    Id-data rapportata trid tiġi appoġġata minn data analitika dwar il-konċentrazzjonijiet tas-sustanza tat-test fil-mezzi tat-test.

    8.2.1. Tossiċità akuta għall-ħut

    Skop tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi t-tossiċità akuta (LC50) u d-dettalji ta’ l-effetti osservati.

    Ċirkostanzi meta meħtieġ

    It-test irid jitwettaq dejjem.

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-tossiċità akuta tas-sustanza attiva għandha tiġi stabbilita għat-trota tal-qawsalla (oncorhynchus mykiss) u għal speċi ta’ ħut ta’ l-ilma sħun. Meta jkun meħtieġ li jsiru testijiet bil-metaboliti, jew bil-prodotti tad-degradazzjoni jew tar-reazzjoni, l-ispeċi użata trid tkun l-aktar waħda sensittiva miż-żewġt ispeċi eżaminati bis-sustanza attiva.

    Linja ta’ gwida għat-test

    It-test irid jitwettaq skond l-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 92/69/KEE [2] li tadatta għall-progress tekniku għall-isbatax-il darba d-Direttiva 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, Metodu Ċ1.

    8.2.2. Tossiċità kronika għall-ħut

    Ċirkostanzi meta meħtieġ

    Għandu jsir studju tat-tossiċità kronika sakemm ma jistax jiġi ġġustifikat li l-espożizzjoni kontinwu jew repetut tal-ħut m’huwiex aktarx sejjer iseħħ jew sakemm ma jkunx disponibbli studju adattat tal-mikrokosma jew tal-mesokosma.

    Huwa meħtieġ ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż liema test għandu jitwettaq. B’mod partikolari għar-rigward ta’ sustanza attiva li dwarha jeżistu indikazzjonijiet ta’ xi tħassib partikolari (relatati mat-tossiċità tas-sustanza attiva għall-ħut jew l-espożizzjoni potenzjali) l-applikant għandu jfittex il-qbil minn naħa ta’ l-awtoritajiet kompetenti dwar it-tip ta’ test li jrid isir.

    Jista’ jkun approprjat test tat-tossiċità ta’ l-istadju bikri tal-ħajja tal-ħut meta l-fatturi ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) ikunu bejn 100 u 1000 u meta l-EC50 tas-sustanza attiva tkun < 0,1 mg/l..

    Test taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ħut jista’ jkun approprjat f’każijiet meta:

    - il-fattur ta’ bijokonċentrazzjoni jkun akbar minn 1000 u l-eliminazzjoni tas-sustanza attiva matul il-fażi ta’ depurazzjoni ta’ 14-il jum ikun inqas minn 95 %,

    jew

    - is-sustanza hija stabbli fl-ilma jew fis-sediment (DT90 > 100 jum).

    M’huwiex meħtieġ li jsir test tat-tossiċità kronika fuq il-frieħ tal-ħut meta jkun sar test tat-tossiċità tal-fażi tal-ħajja bikrija jew test taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ħut; bl-istess mod m’huwiex meħtieġ li jsir test tat-tossiċità tal-fażi bikrija tal-ħajja tal-ħut meta jkun sar test taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ħut.

    8.2.2.1. Test tat-tossiċità kronika fuq il-frieħ tal-ħut

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi l-effetti fuq l-iżvilupp, il-livell ta’ l-għatba għall-effetti letali u għall-effetti osservati, in-NOEC u d-dettalji ta’ l-effetti osservati.

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-test għandu jsir fuq il-frieħ tat-trota tal-qawsalla (oncorhynchus mykiss), wara espożizzjoni ta’ 28 jum għas-sustanza attiva. Id-data dwar l-effetti fuq l-iżvilupp u l-imġieba għandha tiġi ġenerata.

    8.2.2.2. Test tat-tossiċità tal-fażi bikrija tal-ħajja tal-ħut

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi l-effetti fuq l-iżvilupp, il-kobor u l-imġieba, in-NOEC u d-dettalji ta’ l-effetti osservati fuq il-fażijiiet bikrija tal-ħajja tal-ħut.

    Linja ta’ gwida għat-test

    It-test għandu jsir skond il-Metodu 210 ta’ l-OECD.

    8.2.2.3. Test taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ħut

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi l-effetti fuq ir-riproduzzjoni tal-ġenituri u l-viabbiltà tal-ġenerezzjoni ta’ l-ulied.

    Kondizzjonijiet tat-test

    Qabel jagħmel dawn l-istudji l-applikant għandu jfittex il-qbil ta’ l-awtoritajiet kompetenti fuq it-tip u l-kondizzjonijiet ta’ l-istudju li għandu jsir.

    8.2.3. Il-bijokonċentrazzjoni fil-ħut

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi l-fatturi ta’ bijokonċentrazzjoni fi stat kostanti, il-kostanti tar-rati ta’ estrazzjoni u l-kostanti tar-rati ta’ depurazzjoni, kalkulati għal kull kompost tat-test, kif ukoll il-limiti ta’ kunfidenza relevanti.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    Il-potenzjal ta’ bijokonċentrazzjoni tas-sustanzi attivi, ta’ metaboliti u tal-prodotti tad-degradazzjoni u reazzjoni, li x'aktarx jinqasmu f’tessuti ta’ xaħam ( bħal log pow ³ 3 – ara l-punt 2.8 jew indikazzjonijiet tal-bijokonċentrazzjoni oħra relevanti), għandhom jiġu mistħarrġa u rappurtati, sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġustifikat li l-espożizzjoni li twassal għall-bijokonċentrazzjoni x’aktarx ma sseħħx.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-test għandu jitwettaq skond il-Metodu 305E ta’ l-OECD.

    8.2.4. It-tossiċità akuta għall-invertebrati akwatiċi

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi t-tossiċità akuta fuq 24 u 48-siegħa tas-sustanza attiva, espressa bħala l-konċentrazzjoni medjana effettiva (EC50) għall-immobilizzazjoni, u fejn hu possibbli l-ogħla konċentrazzjoni li ma tikkawżax immobilizzazzjoni.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    It-tossiċità għandha dejjem tiġi stabbilita għad-Daphnia (preferibbilment Daphnia magna). Meta l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva huma maħsuba sabiex jintużaw direttament fuq l-ilma tal-wiċċ għandha tiġi rappurtata data addizzjonali fuq mill-anqas speċi waħda rappreżentattiva minn kull wieħed mill-gruppi li ġejjin: l-insetti akwatiċi, il-krostaċej akwatiċi (fuq speċi li ma tiġix mid-Daphnia) u l-molluski gastropodi.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-test għandu jitwettaq skond id-Direttiva 92/69/KEE, Metodu C2.

    8.2.5. It-tossiċità kronika għall-invertebrati akwatiċi

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi fejn ikun possibbli l-valuri EC50 għall-effetti bħall-immobilizzazzjoni u r-riproduzzjoni u l-ogħla konċentrazzjoni li fiha l-ebda effett fuq il-mortalità u r-riproduzzjoni, per eżempju, ma jseħħx (NOEC) u d-dettalji ta’ l-effetti osservati.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    Għandu jsir test fuq id-Daphnia u fuq mill-anqas speċi waħda rappreżentattiva ta’ insett akwatiku u speċi ta’ mollusk gastropodu sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġustifikat li l-espożizzjoni ripetuta u kontinwa x’aktarx ma sseħħx.

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-test bid-Daphnia għandu jitkompla għal 21 jum.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-test għandu jitwettaq skond il-Metodu 202 tal-OECD, Parti II.

    8.2.6. L-effetti fuq il-kobor ta’ l-algi

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi l-valuri għall-kobor EC50 u r-rata tal-kobor, il-valuri NOEC, u d-dettalji ta’ l-effetti osservati.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    L-effetti possibbli tas-sustanzi attivi fuq il-kobor ta’ l-algi għandhom dejjem jiġu rappurtati.

    Għall-ħerbiċidi għandu jsir test fuq speċi oħra minn grupp tassonomiku ieħor.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-test għandu jitwettaq skond id-Direttiva 92/69/KEE, Metodu C3.

    8.2.7. L-effetti fuq l-organiżmi li jgħixu fis-sediment

    L-għan tat-test

    It-test għandu jkejjel l-effetti fuq is-sopravvivenza u l-iżvilupp (inklużi l-effetti fuq l-iżvilupp ta’ l-adulti għall-Chironomus), il-valuri EC50 relevanti u l-valuri NOEC.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    Meta d-destin ekonomiku u d-data dwar l-imġieba mitluba fil-punt 7 jirrapurtaw li sustanza attiva x'aktarx tinqasam u tippersisti fis-sedimenti akwatiċi, għandu jiġi użat ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż jekk ikunx hemm bżonn ta’ test tat-tossiċità akuta jew kronika tas-sedimenti. Ġudizzju espert ta’ dan it-tip għandu jqis jekk l-effetti fuq l-invertebrati li jgħixu fis-sediment humiex possibbli billi tiġi mqabbla d-data tat-tossiċità ta’ l-invertebrati akwatiċi EC50 mill-punti 8.2.4 u 8.2.5 mal-livelli mħabbra tas-sustanzi attivi fis-sediment mid-data fl-Anness III, punt 9.

    Kondizzjonijiet tat-test

    Qabel iwettaq dawn l-istudji l-applikant għandu jfittex il-qbil ta’ l-awtoritajiet kompetenti dwar it-tip u l-kondizzjonijiet ta’ l-istudju li għandu jsir.

    8.2.8. Il-pjanti akwatiċi

    Għandu jsir test fuq il-pjanti akwatiċi għall-erbiċidi.

    Qabel ma jsiru dawn l-istudji l-applikant għandu jfittex il-qbil ta’ l-awtoritajiet kompetenti dwar it-tip u l-kondizzjonijiet ta’ l-istudju li għandu jsir.

    8.3. L-effett fuq l-artropodi

    8.3.1. In-naħal

    8.3.1.1. Tossiċità akuta

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi l-valur orali akut u tal-kuntatt DL50 tas-sustanza attiva.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    L-impatt potenzjali fuq in-naħal għandu jiġi mistħarreġ, ħlief meta l-preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanza attiva jkunu għall-użu esklussiv f’sitwazzjonijiet fejn in-naħal x'aktarx ma jkunux esposti bħal:

    - il-ħażna ta’ ikel fi spazji magħluqa,

    - il-kisi taż-żerriegħa mhux sistemiku,

    - il-preparazzjonijiet għall-applikazzjoni għall-ħamrija mhux sistemiċi,

    - it-trattamenti ta’ tgħaddis mhux sistemiċi għall-ħxejjex u għall-basal trapjantati,

    - l-issiġillar tal-feriti u trattamenti ta’ fejqan,

    - il-lixki rodentiċidi,

    - l-użu ta’ serer mingħajr pollinaturi.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-test għandu jitwettaq skond id-Direttiva EPPO 170.

    8.3.1.2. Test ta’ l-alimentazzjoni tal-larva tan-naħal

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi biżżejjed informazzjoni sabiex jiġu evalwati r-riskji possibbli mill-prodott għall-ħarsien tal-pjanti fuq il-larva tan-naħal ta’ l-għasel.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    It-test għandu jitwettaq meta s-sustanza attiva tista’ taġixxi bħala regolatur sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġustifikat li x’aktarx il-larva tan-naħal ma jkunx espost għalih.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-test għandu jitwettaq skond il-Metodu ICPBR (e.ż P. A. Oomen, A. de Riujter and J. van der Steen. Il-metodu għat-testijiet ta’ l-alimentazzjoni tal-larva tan-naħal ta’ l-għasel bl-insettiċidi li jirregolaw il-kobor ta’ l-insetti. Bullettin EPPO, Volum 22, pp 613 sa 616, 1992.)

    8.3.2. Aretropodi oħra

    L-għan tat-test

    It-test għandu jipprovdi biżżejjed informazzjoni sabiex tiġi evalwata t-tossiċità (mortalità u l-effetti subletali) tas-sustanza attiva għall-ispeċi artropodi magħżula.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    L-effetti fuq l-artopodi terrestri mhux immirati (e.ż il-predaturi jew il-parasitojdi ta’ l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara) għandhom jiġu investigati. L-informazzjoni miksuba għall-dawn l-ispeċi tista’ tintuża wkoll sabiex jiġi indikat il-potenzjal ta’ tossiċità għal speċi oħra mhux immirati li jgħixu fl-istess ambjent. Din l-informazzjoni hija meħtieġa għas-sustanzi attivi kollha ħlief meta l-preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanza attiva huma għall-użu esklussiv f’sitwazzjonijiet meta l-artropodi m’humiex immirati jew ma jkunux esposti bħal:

    - il-ħażna ta’ ikel fi spazji magħluqa,

    - it-trattamenti ta’ siġillar u fejqan tal-feriti,

    - il-lixki rodentiċidi.

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-test għandu l-ewwel isir fil-laboratorju fuq substrat artifiċjali (i.e. platt tal-ħġieġ jew ramel tal-kwartz, kif xieraq) sakemm ma’ jkunux previsti b’mod ċar effetti negattivi minn studji oħra. F’dawn il-każijiet, jistgħu jintużaw substrati aktar realistiċi.

    Għandhom jiġu eżaminati żewġ speċi standard sensittivi, dudu parasitojdi u predatur (e.g. Aphidius rhopalosiphi u Typhlodromus pyri). Flimkien ma’ dawn, żewġ speċi addizzjonali oħra għandhom jiġu eżaminati wkoll, li għandhom ikunu relevanti għall-użu maħsub tas-sustanza. Meta jkun possibli u jekk ikun xieraq, huma għandhom jirrappreżentaw iż-żewġ gruppi funzjonali l-oħra, il-predaturi li jgħixu ma’ l-art u l-predaturi li jgħixu fuq il-weraq. Meta jiġu osservati effetti ma’ speċi relevanti għall-użu propost tal-prodott, jistgħu jitwettqu testijiet ulterjuri fil-laboratorju estiż/livell semi-prattiku. L-għażla ta’ l-ispeċi tat-test relevanti għandha ssegwi l-proposti deskritti fis-Setac - Dokument ta’ gwida dwar il-proċeduri tat-testijiet regolatorji għall-pestiċidi bl-antropodi mhux immirati [3]. L-ittestjar għandu jsir f’rati ekwivalenti għall-ogħla rata ta’ applikazzjoni prattika li għandha tiġi rakkomandata.

    Linja ta’ gwida tat-test

    Meta tkun relevanti, l-analiżi għandha ssir skond linji ta’ gwida addattati li jissodisfaw mill-anqas ir-rekwiżiti sabiex isiru t-testijiet kif inklużi fid-Dokument ta’ Gwida tas-Setac dwar il-proċeduri sabiex isiru t-testijiet għall-pestiċidi bl-artropodi mhux immirati.

    8.4. L-effett fuq il-ħniex

    8.4.1. Tossiċità akuta

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi l-valuri LC50 tas-sustanza attiva għall-ħniex, fejn ikun possibli l-ogħla konċentrazzjoni li ma tikkawżax mortalità u l-aktar konċentrazzjoni baxxa li tikkawża mortalità ta’ 100 %, u għandu jinkludi l-effetti morfoloġiċi u ta’ l-imġieba osservati.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    L-effetti fuq il-ħniex għandhom jiġu mistħarrġa, meta l-preparazzjonijiet li jkollhom is-sustanza attiva jiġu applikati għall-ħamrija, jew jistgħu jikkontaminaw il-ħamrija.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-test għandhu jitwettaq skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 88/302/KEE [4] li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, Parti C, Tossiċità għall-ħniex: Test tal-ħamrija artifiċjali.

    8.4.2. Effetti subletali

    L-għan tat-test

    It-test għandhu jistabbilixxi n-NOEC u l-effetti fuq il-kobor, ir-riproduzzjoni u l-imġieba.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    Meta fuq il-bażi tal-mod ta’ użu propost tal-preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanza attiva jew fuq il-bażi tad-destin tagħha u l-imġieba fil-ħamrija (DT90 > 100 jum), jistgħu jiġu antiċipati l-espożizzjonijiet kontinwi jew ripetuti tal-ħniex għas-sustanza attiva, jew għall-kwantitajiet sinifikanti ta’ metaboliti, prodotti ta’ degradazzjoni jew reazzjoni, ikun meħtieġ ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż jekk test subletali jistax ikun utli.

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-test għandu jitwettaq fuq l-Eisenia foetida.

    8.5. L-effetti fuq il-mikro-organiżmi tal-ħamrija mhux immirati

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi data suffiċjenti sabiex jiġi evalwat l-impatt tas-sustanza attiva fuq l-attività tal-mikrobi fil-ħamrija, f’termini tat-trasformazzjoni tan-nitroġenu u l-mineralizzazzjoni tal-karbonju.

    Ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    It-test għandu jsir meta l-preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanza attiva jkunu applikati għall-ħamrija jew ikunu jistgħu jikkontaminaw il-ħamrija taħt kondizzjonijiet prattiċi ta’ l-użu. Fil-każ ta’ sustanzi attivi maħsuba għall-użu fi preparazzjonijiet għall-isterilizzazzjoni tal-ħamrija, l-istudji għandhom jiġu mfassla b’tali mod li jkejlu r-rati ta’ rkupru wara t-trattament.

    Kondizzjonijiet tat-test

    Il-ħamrija użata għandha tkun ħamrija agrikola meħuda minn kampjuni ta’ ħamrija friski. Is-siti li minnhom tittieħed il-ħamrija m’għandhomx ikunuu ġew trattati matul is-sentejn ta’ qabel bl-ebda sustanza li tista’ tbiddel b’mod sostanzjali d-diversità, u l-livelli tal-popolazzjonijiet ta’ mikrobi preżenti, ħlief b’mod tranżitorju.

    Linja ta’ gwida tat-test

    Il-proċeduri sabiex issir stima tad-destin ambjentali u l-ekotossiċità tal-pestiċidi (Setac).

    8.6. Effetti fuq organiżmi mhux immirati oħra (flora u fawna) maħsuba li huma fil-periklu

    Sommarju tad-data disponibbli mit-testijiet preliminari użati sabiex issir stima ta’ l-attività bijoloġika u s-sejba tal-medda tad-dożi, sew jekk pożittiva u sew jekk negattiva, li tista’ tipprovdi informazzjoni fir-rigward ta’ l-impatt fuq speċi oħra mhux immirati, kemm flora u kemm fawna, għandha tingħata flimkien ma’ stima kritika tar-relevanza tagħha għall-impatt potenzjali fuq l-ispeċi mhux immirati.

    8.7. L-effetti fuq il-metodi bijoloġiċi għat-trattament tad-dranaġġ

    L-effetti fuq il-metodi bijoloġiċi għat-trattament tad-dranaġġ għandhom jiġu rappurtati meta l-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva jista’ jikkawża effetti negattivi fuq l-impjanti tat-trattament tad-dranaġġ."

    [1] Society of Toxicology and Chemistry (SETAC), 1995. Procedures for Assessing the Environmental Fate and Ecotoxicity of Pesticides, ISBN 90-5607-002-9

    [2] ĠU L 383, 29. 12. 1992, p. 113.

    [3] Society of Toxicology and Chemistry (SETAC), 1995. Procedures for Assessing the Environmental Fate and Ecotoxicity of Pesticides, ISBN 90-5607-002-9

    [4] Society of Toxicology and Chemistry (SETAC), 1995. Procedures for Assessing the Environmental Fate and Ecotoxicity of Pesticides, ISBN 90-5607-002-9

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    "10. STUDJI EKOTOSSIKOLOĠIĊI

    Daħla

    (i) L-informazzjoni provduta, meħuda flimkien ma’ dik għas-sustanza(i) attiva (i), għandha tkun biżżejjed sabiex tippermetti li ssir stima ta’ l-impatt fuq l-ispeċi mhux immirati (flora u fawna), tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, meta jintuża kif propost. L-impatt jista’ jiġi kkawżat minn espożizzjoni waħda, prolungata jew ripetuta, u jista’ jkun riversibbli, jew irriversibbli.

    (ii) B’mod partikolari, l-informazzjoni mogħtija għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, flimkien ma’ informazzjoni relevanti oħra, u dik provduta għas-sustanza attiva, għandha tkun biżżejjed sabiex:

    - jiġu speċifikati s-simboli tal-periklu, l-indikazzjonijiet tal-periklu, u l-frażijiet ta’ riskju u sigurtà relevanti għall-ħarsien ta’ l-ambjent, li għandhom jissemmew fuq l-ippakkjar (kontenituri),

    - tkun tista’ ssir evalwazzjoni tar-riskji għal żmien qasir u għal żmien twil għall-ispeċi mhux immirati - popolazzjonijiet, komunitajiet, u proċessi kif ikun xieraq,

    - tkun tista’ ssir evalwazzjoni dwar jekk humiex meħtieġa prekawzjonijiet speċjali għall-ħarsien ta’ l-ispeċi mhux immirati.

    (iii) Huwa meħtieġ li jiġu rappurtati l-effetti kollha potenzjalment ħżiena misjuba matul l-investigazzjonijiet ekotossikoloġiċi ta’ rutina u li jsiru u jiġu rappurtati dawn l-istudji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiġu investigati l-mekkaniżmi involuti u sabiex issir stima ta’ l-importanza ta’ dawn l-effetti.

    (iv) B’mod ġenerali, ħafna mid-data li għandha x’taqsam ma’ l-impatt fuq l-ispeċi mhux immirati, meħtieġa għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, tkun ġiet preżentata u evalwata għall-inklużjoni tas-sustanza (i) attiva (i) fl-Anness I. L-informazzjoni dwar id-destin u l-imġieba fl-ambjent, ġenerata u preżentata skond il-punt 9.1 sa 9.3, u fuq livelli ta’ fdalijiet fi pjanti ġenerati u preżentati skond il-punt 8 hija ċentrali għall-istima ta’ l-impatt fuq l-ispeċi mhux immirati, billi tipprovdi informazzjoni fuq in-natura u l-estensjoni ta’ l-espożizzjoni potenzjali jew reali. L-istimi finali PEC għandhom jiġu addattati skond il-gruppi differenti ta’ organiżmi billi tkun kunsidrata b’mod partikolari l-bijoloġija ta’ l-ispeċi l-aktar sensittivi.

    L-istudji tossikoloġiċi u l-informazzjoni preżentata skond il-punt 7.1 jipprovdu informazzjoni essenzjali dwar it-tossiċità għall-ispeċi vertebrati.

    (v) Meta jkunu relevanti, it-testiiet għandhom ikunu mfassla u d-data għandha tiġi analizzata bl-użu ta’ metodi statistiċi addattati. Id-dettalji sħaħ ta’ l-analiżi statistika għandhom jiġu rappurtati (e.ż. l-estimi tal-punti kollha għandhom jingħataw b’intervalli ta’ kunfidenza, għandhom jingħataw valuri-p preċiżi minnflok ma jiġu dikjarati sinifikanti/mhux sinifikanti).

    (vi) Kull meta studju jimplika l-użu ta’ dożi differenti, ir-relazzjoni bejn id-doża u l-effett negattiv għandha tiġi rappurtata.

    (vii) Meta d-data ta’ l-espożizzjoni tkun meħtieġa sabiex jiġi deċiż jekk studju għandux isir, għandha tintuża d-data miksuba skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness III, il-punt 9.

    Għall-istima ta’ l-espożizzjoni ta’ l-organiżmi l-informazzjoni kollha relevanti dwar il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti u dwar is-sustanza attiva għandha tiġi meqjusa. Metodu utli għal dawn l-istimi huwa stabbilit fl-iskemi għall-istima tar-riskju ambjentali EPPO/Kunsill tal-Ewropa [1]. Meta jkunu relevanti l-parametri stabbiliti f’din it-taqsima għandhom jintużaw. Meta jkun jidher mid-data disponibbli li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti huwa aktar tossiku mis-sustanza attiva, id-data tat-tossiċità tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha tintuża għall-kalkolu tal-proporzjon tat-tossiċità/espożizzjoni relevanti.

    (viii) Fil-kuntest ta’ l-influenza li l-impuritajiet jista’ jkollhom fuq l-imġieba ekotossikoloġika, huwa essenzjali li għal kull studju preżentat, tingħata deskrizzjoni dettaljata (speċifikazzjoni) tal-materjal użat kif stabbilit fil-punt 1.4.

    (ix) Sabiex tiġi faċilitata l-istima tas-sinifikat tar-riżultati tat-testijiet miksuba l-istess strapazz ta’ kull speċi relevanti għandhu kemm jista’ jkun jintuża fid-diversi testijiet tat-tossiċità speċifikati.

    10.1. Effetti fuq l-għasafar

    L-effetti possibbli fuq l-għasafar għandhom jiġu investigati ħlief meta l-possibbiltà li l-għasafar jkunu esposti, direttament jew indirettament, ikunu jistgħu jiġu esklużi per eżempju għall-użu fi spazji magħluqa jew trattamenti ta’ fejqan tal-feriti.

    Il-proporzjon ta’ tossiċità akuta/espożizzjoni (TERa), il-proporzjon ta’ tossiċità/espożizzjoni fuq żmien qasir (TERst) u l-proporzjon ta’ tossiċità tad-dieta/espożizzjoni fuq żmien twil (TERlt) għandhom jiġu rappurtati, meta:

    TERa = LD50 (mg a.s./kg ta’ piż tal-ġisem)/ETE (mg a.s./kg ta’ piż tal-ġisem)

    TERst = LC50 (mg a.s./kg ta’ ikel)/ETE (mg a.s./kg ta’ ikel)

    TERlt = NOEC (mg a.s./kg ta’ ikel)/ETE (mg a.s./kg ta’ ikel)

    fejn ETE espożizzjoni teoretika stmata.

    Fil-każ ta’ pritkuni, qamħ zgħir jew żerriegħa trattata l-ammont ta’ a.s. f’kull pillola, qamħa zgħira jew żerriegħa għandu jiġi rappurtat kif ukoll il-proporzjon tal-LD50 għall-a.s. f’100 partiċella u kull gramma ta’ partiċelli. Id-daqs u l-forma tal-pritkuni jew qamħ żgħir għandu jiġi rappurtat.

    Fil-każ tal-lixki l-konċentrazzjoni ta’ a.s. fil-lixka (mg/kg) għandha tiġi rappurtata.

    10.1.1. Tossiċità orali akuta

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi, fejn ikun possibbli, il-valuri LD50, il-limitu tad-doża letali, il-perjodi ta’ żmien tar-risposta u l-irkupru, in-NOEL, u għandu jinkludi s-sejbiet patoloġiċi grossi relevanti.

    Iċ-ċirkostanżi li fihom huwa meħtieġ

    It-tossiċità orali akuta tal-preparazzjonijiet għandha tiġi rappurtata, meta t-TERa jew TERst għas-sustanza (i) attiva (i) fl-għasafar jkunu bejn 10 u 100 jew meta r-riżultati mit-testijiet fuq il-mammiferi jagħtu xhieda ta’ tossiċità aktar għolja b’mod sinifikanti tal-preparazzjoni meta mqabbla mas-sustanza attiva sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġustifikat li x’aktarx l-għasafar m’humiex esposti għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti nnifsu.

    Kondizzjonijiet tat-test

    L-istudju għandu jsir fuq l-ispeċi l-aktar sensittivi identifikati fl-istudji stabbiliti fl-Anness II, punt 8.1.1 jew 8.1.2.

    10.1.2. Provi sorveljati fil-gaġeġ jew fuq il-post

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi data suffiċjenti sabiex tiġi evalwata x-xorta u l-estensjoni tar-riskju f’kondizzjonijiet prattiċi ta’ użu.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    Meta t-TERa u TERst huma > 100 u meta ma jkun hemm l-ebda xhieda ta’ riskju minn xi studju ulterjuri fuq is-sustanza attiva (e.ż studju tar-riproduzzjoni) m’hemm bżonn l-ebda test ulterjuri. Fil-każijiet l-oħrajn, huwa meħtieġ ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn li jsiru studji ulterjuri. Dan il-ġudizzju espert għandu jqis, fejn ikun relevanti, l-imġieba tat-tfittix għall-ikel, il-kwalità ripellanti, ikel alternattiv, il-kontenut reali ta’ fdalijiet fl-ikel, il-persistenza tal-kompost fil-veġetazzjoni, id-degradazzjoni tal-prodott formulat jew prodott trattat, l-ammont ta’ predazzjoni fuq l-ikel, l-aċċettazzjoni tal-lixka, il-qamħ zgħir jew żerrriegħa trattata u l-possibbiltà ta’ bijokonċentrazzjoni.

    Meta t-TERa u TERst ≤ 10 jew TERlt ≤ 5, il-provi fil-gaġġa jew fuq il-post għandhom isiru u jiġi rappurtati sakemm ma jkunx possibbli li ssir stima finali fuq il-bażi ta’ studji skond il-punt 10.1.3.

    Kondizzjonijiet tat-test

    Qabel ma jagħmel dawn l-istudji l-applikant għandu jfittex il-qbil ta’ l-awtoritajiet kompetenti dwar it-tip u l-kondizzjonijiet ta’ l-istudju li għandu jsir.

    10.1.3. L-aċċettanza tal-lixka, qamħiet zgħar jew żerriegħa trattata mill-għasafar

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi data suffiċjenti sabiex tiġi evalwata l-possibbiltà li jiġi kkunsmat il-prodott protettiv jew il-prodotti magħmula mill-pjanti trattati bih.

    Iċ-ċirkostanzi li fihom huwa meħtieġ

    Fil-każ ta’ kisi taż-żerriegħa, pritkuni, lixki u preparazzjonijiet li huma qamħiet zgħar u meta TERa ≤ 10, għandhom isiru testijiet dwar kemm huma aċċettabbli (il-benna tal-prodott).

    10.1.4. L-effetti ta’ l-avvelenament sekondarju

    Hemm bżonn ta’ ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż jekk l-effetti ta’ l-avvelenament sekondarju għandux jiġi investigat.

    10.2. L-effetti fuq l-organiżmi akwatiċi

    L-effetti possibbli fuq l-organiżmi akwatiċi għandhom jiġu investigati ħlief meta l-possibbiltà li l-ispeċi akwatiċi jiġu esposti tista’ tiġi eskluża.

    TERa u TERlt għandhom jiġu rappurtati, meta:

    TERa = akut LC50 (mg a.s./l)/l-agħar każ realistiku PECsw (inizzjali jew fuq żmien qasir, f’mg a.s./l)

    TERlt = kroniku NOEC (mg a.s./l)/fit-tul PECsw (mg a.s./l)

    10.2.1. Tossiċità akuta għall-ħut, invertebrati akwatiċi jew effetti fuq il-kobor ta’ l-algi

    Ċirkostanzi li fihom huwa meħtieġ

    Fil-prinċipju t-testijiet għandhom jitwettqu fuq speċi waħda minn kull wieħed mit-tliet gruppi ta’ organiżmi akwatiċi kif issir referenza għalihom fl-Anness II, punt 8.2 (ħut, invertebrati akwatiċi u algi) fil-każ li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti nnifsu jista’ jikkontamina l-ilma. Madanakollu, meta l-informazzjoni disponibbli twassal biex wieħed ikun jista’ jikkonkludi li wieħed minn dawn il-gruppi huwa evidentement aktar sensittiv, għandhom isiru testijiet biss fuq l-ispeċi l-aktar sensittivi tal-grupp relevanti.

    It-test għandu jsir meta:

    - it-tossiċità akuta tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti ma tistax tiġi mbassra fuq il-bażi tad-data għas-sustanza attiva li huwa l-każ b’mod speċjali jekk il-formulazzjoni jkun fiha żewġ sustanzi attivi jew aktar jew formulanti bħal solventi, emulgaturi, sustanzi li jnaqqsu t-tensjoni tal-wiċċ, sustanzi li jxerrdu, fertilizzanti li kapaċi jżidu t-tossiċità meta mqabbla mas-sustanza attiva, jew

    - l-użu maħsub jinkludi l-applikazzjoni diretta fuq l-ilma

    sakemm ma jkunux disponnibli studji xierqa li ssir referenza għalihom taħt il-punt 10.2.4.

    Kondizzjonijiet tat-test u direttivi tat-test

    Id-disposizzjonijiet relevanti kif jinsabu taħt il-paragrafi relattivi ta’ l-Anness II, punt 8.2.1, 8.2.4 u 8.2.6 japplikaw.

    10.2.2. Studju tal-mikrokożmu u tal-meżokożmu

    L-għan tat-test

    It-testijiet għandhom jipprovdu data suffiċjenti sabiex jiġi evalwat l-impatt essenzjali fuq l-organiżmi akwatiċi taħt il-kondizzjonijiet ta’ l-għalqa.

    Iċ-ċirkostanzi li fihom huwa meħtieġ

    Meta TERa ≤ 100 jew meta TERlt ≤ 10, għandu jintuża ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż jekk studju fuq il-mikrokożmu jew il-meżokożmu huwiex approprjat. Dan il-ġudizzju għandu jqis ir-riżultati tad-data minbarra dawk meħtieġa mid-disposizzjonijiet ta’ l-Anness II, punt 8.2 u tal-punt 10.2.1.

    Kondizzjonijiet tat-test

    Qabel jagħmel dawn l-istudji l-applikant għandu jfittex il-qbil ta’ l-awtoritajiet kompetenti dwar l-għanijiet speċifiċi ta’ l-istudju li għandu jitwettaq u konsegwentement dwar it-tip u l-kondizzjonijiet ta’ l-istudju li għandu jsir.

    L-istudju għandu jinkludi mill-anqas l-ogħla rata ta’ espożizzjoni l-aktar possibbli, sew jekk permezz ta’ l-applikazzjoni diretta, ġarr mal-kurrent, dranaġġ jew fawran. It-tul ta’ l-istudju għandu jkun biżżejjed sabiex jippermetti l-evalwazzjoni ta’ l-effetti kollha.

    Linja ta’ gwida tat-test

    Linji ta’gwida xierqa huma inklużi f’dawn li ġejjin:

    Setac – Dokument gwida dwar il-proċeduri tat-testijiet fuq il-pestiċidi fil-meżokożmi ta’ l-ilma ħelu/Workshop Huntingdon, it-3 u l-4 ta’ Lulju 1991

    jew

    Testijiet fl-ilma ħelu fuq il-post għall-istima tal-periklu tal-kimiċi – Workshop Ewropew dwar it-Testijiet Prattiċi fl-Ilma Ħelu (WETPIĦ).

    10.2.3. Data tal-fdalijiet fil-ħut

    L-għan tat-test

    It-test għandu jipprovdi data suffiċjenti sabiex jiġi evalwat il-potenzjal li jinstabu l-fdalijiet fil-ħut.

    Iċ-ċirkostanzi li fihom huwa meħtieġ

    B’mod ġenerali d-data hija disponibbli mill-istudji ta’ bijokonċentrazzjoni fil-ħut.

    Meta l-bijokonċentrazzjoni tkun ġiet osservata fl-istudju mwettaq skond l-Anness II, punt 8.2.3 huwa meħtieġ ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż jekk studju fuq il-mikrokożmu fuq żmien twil jew meżokożmu għandux jitwettaq sabiex jiġu stabbiliti l-fdalijiet li x'aktarx wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom.

    Linja ta’ gwida tat-test

    Setac – Dokument gwida dwar il-proċeduri sabiex isiru t-testijiet fuq il-pestiċidi fil-meżokożmi ta’ l-ilma ħelu/Workshop Huntingdon, it-3 u l-4 ta’ Lulju 1991.

    10.2.4. Studji addizzjonali

    L-istudji li ssir referenza għalihom fl-Anness II, il-punti 8.2.2 u 8.2.5 jistgħu jkunu meħtieġa għal prodotti partikolari tal-ħarsien tal-pjanti meta ma jkunx possibbli li tiġi estrapolata mid-data miksuba fl-istudji korrispondenti dwar is-sustanza attiva.

    10.3. L-effetti fuq il-vertebrati terrestri minbarra l-għasafar

    L-effetti possibbli fuq l-ispeċi vertebrati selvaġġi għandhom jiġu investigati meta jista’ jkun ġustifikat li m’huwiex probabbli li l-vertebrati ta’ fuq l-art bl-eċċezzjoni ta’ l-għasafar ikunu esposti, direttament jew indirettament. It-TERa, TERst u TERlt għandhom jiġu rappurtati, meta:

    TERa = LD50 (mg a.s./kg ta’ piż tal-ġisem)/ETE (mg a.s./kg ta’ piż tal-ġisem)

    TERst = NOEL subkroniku (mg a.s./kg ikel)/ETE (mg a.s./kg ikel)

    TERlt = NOEL kroniku (mg a.s./kg ikel)/ETE (mg a.s./kg ikel)

    meta l-ETE espożizzjoni teoretika stmata.

    Fil-prinċipju s-sekwenza ta’ l-evalwazzjoni għall-istima tar-riskji għall-ispeċi ta’ dan it-tip hija simili għall-dik għall-għasafar. Fil-prattika ma jinqalax il-bżonn ta’ spiss li jitwettqu testijiet ulterjuri billi l-istudji mwettqa skond l-eżiġenzi ta’ l-Anness II, punt 5 u l-Anness III, punt 7 jipprovdu l-informazzjoni mitluba.

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi data suffiċjenti sabiex tiġi evalwata x-xorta u l-estensjoni tar-riskju f’kondizzjonijiet ta’ użu prattiċi.

    Iċ-ċirkostanzi li fihom huwa meħtieġ

    Meta t-TERa u t-TERst > 100 u meta ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ riskju minn xi studju ulterjuri ieħor ma hemm bżonn ta’ l-ebda test ulterjuri. Fil-każijiet l-oħra, huwa meħtieġ ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn li jitwettqu studji ulterjuri. Dan il-ġudizzju espert għandu jikkunsidra, fejn ikun relevanti, l-imġieba fit-tfittix ta’ l-ikel, il-kwalità ripellanti, l-ikel alternattiv, il-kontenut ta’ fdalijiet reali fl-ikel, il-persistenza tal-kompost fil-veġetazzjoni, id-degradazzjoni tal-prodott formulat jew produzzjoni trattata, l-ammont ta’ predazzjoni ta’ l-ikel, l-aċċettanza tal-lixka, granuli jew iż-żerriegħa trattata u l-possibbiltà ta’ bijokonċentrazzjoni.

    Meta t-TERa u t-TERst ≤ 10 jew TERlt ≤ 5 il-provi fil-gaġġa jew fuq il-post jew studji oħra xierqa għandhom jiġu rappurtati.

    Kondizzjonijiet tat-test

    Qabel ma jsiru dawn l-istudji l-applikant għandu jfittex il-qbil ta’ l-awtoritajiet kompetenti dwar it-tip u l-kondizzjonijiet ta’ l-istudju li għandu jitwettaq u jekk l-effetti ta’ l-avvelenament sekondarju għandhomx jiġu investigati.

    10.4. Effetti fuq in-naħal

    L-effetti possibbli fuq in-naħal għandhom jiġu investigati ħlief meta l-prodott ikun għall-użu esklussiv f’sitwazzjonijiet fejn in-naħal x'aktarx ma jkunux esposti bħal:

    - l-ħażna ta’ ikel fi spazji magħluqa,

    - l-kisi taż-żerriegħa mhux sistematiku,

    - il-preparazzjonijiet mhux sistemiċi għall-applikazzjoni fuq il-ħamrija,

    - it-trattamenti mhux sistematiċi ta’ għaddis għall-uċuħ u l-basal trapjantati,

    - l-issiġillar tal-feriti u t-trattamenti ta’ fejqan,

    - lixki rodentiċidi,

    - l-użu fis-serer mingħajr pollinaturi.

    Il-kwozjenti ta’ periklu għall-espożizzjoni orali u għall-kuntatt (KPO u KPK), għandhom jiġu rappurtati:

    KPO = doża/orali LD50 (mg a.s. kull naħla)

    KPK = doża/kuntatt LD50 (mg a.s. kull naħla)

    fejn

    doża = ir-rata ta’ applikazzjoni massima, li għaliha tintalab l-awtorizzazjoni, f’g ta’ sustanza attiva kull ettaru.

    10.4.1. Tossiċità akuta orali u permezz tal-kuntatt

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi l-valuri LD50 (permezz ta’ l-espożizzjoni orali u permezz tal-kuntatt).

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    It-testijiet huma meħtieġa jekk:

    - il-prodott ikun fih aktar minn sustanza attiva waħda;

    - it-tossiċità ta’ formulazzjoni ġdida ma tistax tiġi mbassra b’mod affidabbli li tkun jew l-istess jew aktar baxxa minn formulazzjoni eżaminata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness II, punt 8.3.1.1 jew ta’ dan il-punt.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-test għandu jitwettaq skond id-Direttiva EPPO 170.

    10.4.2. Test tal-fdalijiet

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi biżżejjed informazzjoni sabiex jiġu evalwati r-riskji possibbli għan-naħal li jkunu qegħdin ifittxu l-ikel minn traċċi ta’ fdalijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fuq l-uċuħ.

    Iċ-ċirkostanzi li fihom huma meħtieġa

    Meta QHC ≥ 50, huwa meħtieġ ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż jekk l-effett tal-fdalijiet għandux jiġi stabbilit sakemm ma jkunx hemm evidenza li ma baqax traċċi ta’ fdalijiet sinifikanti fuq l-uċuħ li jistgħu jaffettwaw in-naħal li jkunu qegħdin ifittxu l-ikel sakemm ma tkunx disponibbli biżżejjed informazzjoni minn testijiet fil-gaġeġ, fil-mina jew fuq il-post.

    Kondizzjonijiet tat-test

    Il-ħin letali medjan (LT50) (f’siegħat) wara espożizzjoni ta’ 24 siegħa għall-fdalijiet fuq il-weraq matul tmien sigħat għandu jiġi stabbilit, u rappurtat. Meta l-LT50 huwa ta’ aktar minn tmien sigħat, ma hemmx bżonn ta’ testijiet ulterjuri.

    10.4.3. Testijiet fil-gaġeġ

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi biżżejjed informazzjoni sabiex jiġu evalwati r-riskji mill-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għas-sopravvivenza u l-imġieba tan-naħal.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    Meta QHO u QHC < 50, m’huwiex meħtieġ li jsiru testijiet ulterjuri ħlief jekk jiġu osservati effetti sinifikanti fit-test tat-tmigħ tal-larva tan-naħla jew jekk ikun hemm indikazzjonijiet ta’ effetti indiretti bħal azzjoni mdewma jew modifika fl-imġieba tan-naħal; f’dawk il-każijiet għandhom jitwettqu testijiet fil-gaġeġ jew fuq il-post.

    Meta l-QHO u l-QHCK jkunu > 50, it-testijiet fil-gaġeġ u/jew testijiet fuq il-post huma meħtieġa.

    Meta t-testijiiet fuq il-post isiru u jiġu rappurtati skond il-punt 10.4.4, m’huwiex meħieġ li jsiru testijiet fil-gaġeġ. Madanakollu, meta jsiru testijiet fil-gaġeġ, dawn għandhom jiġu rappurtati.

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-test għandu jitwettaq bl-użu ta’ naħal b’saħħithom. Jekk in-naħal ikunu ġew trattati, e.ż permezz ta’ varroaċida, hemm bżonn li wieħed jistenna erba’ ġimgħat qabel juża l-kolonja.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-testijiet għandhom isiru skond il-Linja ta’ Gwida EPPO 170.

    10.4.4. Testijiet fuq il-post

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi biżżejjed informazzjoni sabiex jiġu evalwati r-riski possibbli mill-prodotti għall-ħarsien fuq l-imġieba tan-naħal, is-sopravvivenza tal-kolonji u l-iżvilupp.

    Iċ-ċirkostanzi li fihom huwa meħtieġ

    It-testijiet fuq il-post għandhom isiru meta fuq il-bażi tal-ġudizzju espert, wara li jiġi meqjus l-mod ta’ użu propost u d-destin u l-imġieba tas-sustanza attiva, jiġu osservati effetti sinifikanti fit-testijiet fil-gaġeġ.

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-test għandu jitwettaq permezz ta’ l-użu ta’ kolonji ta’ naħal b’saħħithom ta’ saħħa naturali simili. Jekk in-naħal ikunu ġew trattati, e.ż permezz ta’ varroaċida, hemm bżonn li wieħed jistenna erba’ ġimgħat qabel juża l-kolonja. It-testijiet għandhom isiru taħt kondizzjonijiet raġonevolment rappreżentattivi ta’ l-użu propost.

    L-effetti speċjali (it-tossiċità tal-larva, l-effett residwu twil, l-effett ta’ diżorjentazzjoni fuq in-naħal) identifikati permezz tat-testijiet fl-għelieqi jistgħu jeħtieġu investigazzjonijiet ulterjuri permezz ta’ l-użu ta’ metodi speċifiċi.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-testijiet għandhom jitwettqu skond il-Linja ta’ Gwida d-Direttiva EPPO 170.

    10.4.5. Testijiet fil-mina

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi biżżejjed informazzjoni sabiex jiġi evalwat l-impatt fuq in-naħal li jirriżulta mill-ikel tan-nida ta’ l-għasel jew fjuri kontaminati.

    Iċ-ċirkostanzi meta huwa meħtieġ

    Meta ma jkunx possibbli li jiġu investigati ċerti effetti fil-provi fil-gaġeġ jew fl-għelieqi, għandu jsir test fil-mina e.ż fil-każ ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti maħsuba għall-kontroll ta’ l-afidi u insetti oħra li jerdgħu.

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-test għandu jitwettaq permezz ta’ l-użu ta’ naħal b’saħħithom. Jekk in-naħal ikun ġew trattati, e.ż permezz ta’ varroaċida, hemm bżonn li wieħed jistenna erba’ ġimgħat qabel juża l-kolonja.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-test għandu jitwettaq skond il-Linja ta’ Gwida EPPO 170.

    10.5. L-effetti fuq l-artropodi bl-eċċezzjoni tan-naħal

    L-effetti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fuq l-artropodi terrestri mhux immirati (e.ż il-predaturi jew il-parasitojdi ta’ organiżmi noċivi) għandhom jiġu investigati. L-informazzjoni miksuba għal dawn l-ispeċi tista’ tintuża wkoll sabiex tindika l-potenzjal ta’ tossiċità għall-ispeċi mhux immirati li jgħixu fl-istess ambjent.

    10.5.1. It-testijiet fil-laboratorju, f’laboratorju estiż u nofshom fuq il-post

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi biżżejjed informazzjoni sabiex tiġi evalwata t-tossiċità tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għall-ispeċi ta’ artropodi magħżula li huma relevanti għall-użu maħsub tal-prodott.

    Iċ-ċirkostanzi li fihom huwa meħtieġ

    M’humiex meħtieġa testijiet meta t-tossiċità severa tista’ tiġi mbassra (> 99 % effett fuq l-organiżmi meta mqabbel mal-kontroll) mid-data disponibbli relevanti jew meta l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti huwa għall-użu esklussiv f’sitwazzjonijiet meta l-artropodi mhux immirati ma jkunux esposti, bħal:

    - il-ħażna ta’ ikel fi spazji magħluqa,

    - l-issiġillar tal-feriti u t-trattamenti ta’ fejqan,

    - il-lixki rodentiċidi.

    Hemm bżonn li jsiru testijiet meta jkunu rappurtati effetti sinifikanti fuq l-organiżmi meta mqabbla mal-kontroll fit-testijiet tal-laboratorju bid-doża massima rakkomandata, imwettqa skond l-eżiġenzi ta’ l-Anness II, punt 8.3.2. L-effetti fuq speċi partikolari użati għat-testijiet huma meqjusa bħala sinifikanti meta jeċċedu l-valuri ta’ l-għatba kif definiti fl-iskemi EPPO għall-istima tar-riskju ambjentali sakemm il-valuri ta’ l-għatba speċifiċi għall-ispeċi ma jkunux definiti fid-direttivi tat-testijiet rispettivi.

    It-testijiet huma meħtieġa wkoll jekk:

    - il-prodott ikun fih aktar minn sustanza attiva waħda,

    - it-tossiċità ta’ formulazzjoni ġdida ma tistax tiġi mbassra b’mod affidabbli li tkun jew l-istess jew anqas minn formulazzjoni skond id-disposizzjoni ta’ l-Anness II, punt 8.3.2 jew ta’ dan il-punt,

    - fuq il-bażi tal-mod ta’ użu propost jew fuq il-bażi tad-destin u l-imġieba kontinwa l-espożizzjoni kontinwa jew ripetuta tista’ tiġi antiċipata,

    - hemm bidla sinifikanti fl-użu propost, e.ż mill-uċuħ tar-raba’ tal-ħrit għall-imsaġar, u l-ispeċi relevanti għall-użu ġdid ma jkunux ġew ittestjati qabel,

    - hemm żieda fir-rata ta’ applikazzjoni rakkomandata, ’il fuq minn dik ittestjata qabel taħt l-Anness II.

    Kondizzjonijiet tat-test

    Meta jiġu osservati effetti sinifikanti fl-istudji li jsiru skond ir-rekwiżiti ta’ l-Anness II, punt 8.3.2, jew fil-każ ta’ bidla fl-użu bħal uċuħ tar-raba’ tal-ħrit għall-imsaġar, it-tossiċità ta’ żewġ speċi addizzjonali relevanti għandha tiġi investigata u rrappurtata. Dawn għandhom ikunu differenti għall-ispeċi relevanti diġà ttestjati taħt l-Anness II, punt 8.3.2.

    Għal taħlita jew formulazzjoni ġdida, it-tossiċità għandha inizzjalment tiġi stmata permezz ta’ l-użu taż-żewġ speċi l-aktar sensittivi kif identifikati fl-istudji li diġà saru li għalihom il-valuri ta’ l-għatba jkunu nqabżu iżda l-effetti baqgħu taħt id-99 %. Dan għandu jippermetti li jsir paragun; jekk ikun aktar tossiku b’mod sinifikanti għandhom jiġu analizzati żewġ speċi relevanti għall-użu propost.

    It-testijiet għandhom isiru b’rata ekwivalenti għar-rata massima ta’ applikazzjoni li għaliha tkun qiegħda tintalab l-awtorizzazzjoni. Għandha tiġi adottata sistema ta’ testijiet b’sekwenza, i.e. fil-laboratorju, u jekk ikun hemm bżonn f’laboratorju estiż u/jew semi-prattiku.

    Meta jkun hemm aktar minn applikazzjoni waħda għal kull staġun, il-prodott għandu jiġi applikat bid-doppju tar-rata ta’ applikazzjoni rakkomandata sakemm din l-informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli minn studji li jkunu saru skond l-Anness II, punt 8.3.2.

    Meta fuq il-bażi tal-mod ta’ użu propost jew fuq il-bażi tad-destin u l-imġieba l-espożizzjoni kontinwa jew ripetuta tista’ tiġi antiċipata (bħal jekk il-prodott għandu jiġi applikat aktar minn tliet darbiet kull staġun b’applikazzjoni mill-ġdid ta’ 14-il jum jew anqas), hemm bżonn ta’ ġudizzju espert sabiex jiġi eżaminat jekk hemmx bżonn ta’ analiżi ulterjuri, aktar mill-analiżi inizzjali fil-laboratorju, li għandha tirrifletti l-metodu ta’ użu propost. Dawn it-testijiet jistgħu jsiru fil-laboratorju jew taħt kondizzjonijiet nofshom fuq il-post. Meta t-test isir fil-laboratorju għandu jintuża substrat realistiku bħal materjal tal-pjanti jew ħamrija naturali. Madanakollu, jista’ jkun aktar xieraq li jsiru testijiet fuq il-post.

    Linja ta’ gwida tat-test

    Meta l-analiżi relevanti għandha ssir skond id-direttivi approprjati li jissodisfaw mill-anqas l-eżiġenzi għall-analiżi kif inklużi fis-Setac - Dokument Gwida dwar l-analiżi regolatorja għall-pestiċidi bl-artropodi mhux immirati.

    10.5.2. Testijiet fuq il-post

    L-għan tat-test

    It-testijiet għandhom jipprovdu biżżejjed informazzjoni sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għall-artropodi taħt il-kondizzjonijiet tal-post.

    Ċirkostanzi li fihom huma meħtieġa

    Meta jiġu osservati effetti sinifikanti wara espożizzjoni fil-laboratorju u semi-prattiċi, jew meta fuq il-bażi tal-mod ta’ użu propost jew fuq il-bażi tad-destin u l-imġieba l-espożizzjoni ripetuta jew kontinwa tista’ tiġi antiċipata hemm bżonn ta’ ġudizzju espert sabiex jiġi eżaminat jekk hemmx bżonn ta’ analiżi aktar estensiva li tippermetti stima tar-riskju preċiża.

    Kondizzjonijiet tat-test

    It-testijiet għandhom jitwettqu taħt kondizzjonijiet agrikoli rappreżentattivi u skond ir-rakkomandazzjonijiet għall-użu proposti, li jirriżultaw fi studju realistiku ta’ l-agħar każ.

    Standard tossiku għandu jiġi inkluż fit-testijiet kollha.

    Linja ta’ gwida tat-test

    Meta l-anliżi relevanti għandha ssir skond id-direttivi addattati li jissodisfaw ta’ mill-anqas l-eżiġenzi għall-analiżi kif inklużi fid-Dokument ta’ gwida tas-SETAC dwar il-proċeduri ta’ l-analiżi regolatorja għall-pestiċidi b’artropodi mhux immirati.

    10.6. Effetti fuq il-ħniex u makro-organiżmi oħrajn tal-ħamrija mhux immirati, maħsuba li huma fil-periklu

    10.6.1. Effetti fuq il-ħniex

    L-impatt possibbli fuq il-ħniex għandu jiġi rappurtat ħlief meta jista’ jiġi ġustifikat li m’huwiex probabbli li l-ħniex huma esposti, direttament jew indirettament.

    It-TERa u t-TERlt għandhom jiġu rappurtati meta:

    It-TERa = LC50 (mg a.s./kg)/l-agħar każ realistiku PECs (inizzjali jew fuq żmien qasir, f’mg a.s./kg)

    It-TERlt = NOEC (mg a.s./kg)/fuq żmien twil PECs (mg a.s./kg).

    10.6.1.1. Testijiet tat-tossiċità akuta

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi l-LC50, meta hu possibbli l-ogħla konċentrazzjoni li ma tikkawża l-ebda mortalità u l-konċentrazzjoni l-aktar baxxa li tikkawża mortalità ta’ 100 % u għandha tinkludi l-effetti morfoloġiċi u ta’ l-imġieba osservati.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    Dawn l-istudji huma mitluba biss meta

    - il-prodott ikun fih aktar minn sustanza attiva waħda,

    - it-tossiċità ta’ formolazzjoni ġdida ma tistax tiġi mbassra mill-formulazzjoni analizzata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness II, punt 8.4 jew ta’ dan il-punt.

    Linja ta’ gwida tat-test

    It-testijiet għandhom isiru skond il-Metodu 207 ta’ l-OECD.

    10.6.1.2. Testijiet għall-effetti subletali

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi n-NOEC u l-effetti fuq il-kobor, ir-riproduzzjoni u l-imġieba.

    Iċ-ċirkostanzi meta huwa meħtieġ

    Dawn l-istudji huma meħtieġa biss meta

    - il-prodott ikun fih aktar minn sustanza attiva waħda,

    - It-tossiċità ta’ formulazzjoni ġdida ma tistax tiġi mbassra b’mod affidabbli mill-formulazzjoni analizzata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness II, il-punt 8.4 jew ta’ dan il-punt,

    - hemm żieda fir-rata ta’ applikazzjoni rakkomandata, ’il fuq minn dik analizzata qabel.

    Kondizzjonijiet tat-test

    L-istess disposizzjonijiet bħal dawk taħt il-paragrafi korrispondenti ta’ l-Anness II, il-punt 8.4.2 japplikaw.

    10.6.1.3. Studji fuq il-post

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi biżżejjed data sabiex jiġu evalwati l-effetti fuq il-ħniex f’kondizzjonijiet fl-għalqa.

    Iċ-ċirkustanzi li fihom huwa meħtieġ

    Meta t-TERlt < 5 għandu jiġi rrappurtat u għandu jsir studju fuq il-post sabiex jiġu stabbiliti l-effetti taħt kondizzjonijiet prattiċi fl-għalqa.

    Huwa meħtieġ ġudizzju espert sabiex jiġi deċiż jekk il-kontenuti tal-fdalijiet tal-ħniex għandhomx jiġu investigati.

    Kondizzjonijiet tat-test

    L-għelieqi magħżula jrid ikollhom popolazzjoni raġonevoli ta’ ħniex.

    It-test irid isir fil-kapaċità massima tiegħu. Prodott tossiku għandu jkun inluż ukoll.

    10.6.2. Effetti fuq makro-organiżmi fil-ħamrija

    L-għan tat-test

    It-test irid ikollu data biżżejjed sabiex jevalwa l-impatt tal-prodott tal-prokreazzjoni tal-pjanta fuq makro-organiżmi li jikkontribwixxu għat-tkissir tal-pjanta.

    Ċirkostanzi fejn meħtieġ

    It-testijiet mhumiex meħtieġa meta fi qbil ma' l-Anness III, unt 9.1, ikun evidenti li l-valuri tad-DT90 huma inqas minn 100 jum, jew in-natura ta' l-użu tal-prokreazzjoni tal-pjanta huma tali li l-espożijjoni ma sseħx, jew meta d-data mill-istudji jew is-sustanzi attivi magħmula fi qbil mal-proviżjonijiet ta' l-Anness II, punti 8.3.2., 8.4 u 8.5 jindikaw li ma hemmx riskju għall-ħamrija u l-ħniex.

    L-impatt ta' materjal organiku irid ikun investigat u rrappurtat, meta l-valur tad-DT90f determinati fl-istudji (punt 9) ikun > 365 jum.

    10.7. Effetti fuq il-mikro-organiżmi tal-ħamrija mhux immirati

    10.7.1. Analiżi fil-laboratorju

    L-għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi biżżejjed data sabiex jiġi evalwat l-impatt tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti fuq l-attività tal-mikrobi fil-ħamrija f’termini tat-trasformazzjonijiet tan-nitroġenu u l-mineralizzazzjoni tal-karbonju.

    Iċ-ċirkostanzi li fihom huwa meħtieġ

    Meta l-valuri DT90f stabbiliti fi studji fuq il-post tad-dissipazzjoni (punt 9.1) huma > 100 jum, l-impatt fuq il-mikro-organiżmi tal-ħamrija mhux immirati għandu jiġi investigat permezz ta’ testijiet fil-laboratorju. It-testijiet, madanakollu, m’humiex meħtieġa jekk fl-istudji li jkunu saru skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness II, punt 8.5 id-devjazzjonijiet mill-valuri ta’ kontroll f’termini ta’ attività metabolika tal-bijomassa tal-mikrobi wara 100 jum tkun < 25 % u din id-data tkun relevanti għall-użu, ix-xorta, u l-proprjetajiet tal-preparazzjoni partikolari li trid tiġi awtorizzata.

    Linja ta’ gwida tat-test

    Setac- Proċeduri għall-evalwazzjoni tad-destin ambjentali u l-ekotossiċità ta’ l-ofpestiċidi

    10.7.2. Testijiet addizzjonali

    Għan tat-test

    It-test għandu jistabbilixxi biżżejjed data sabiex ikun jista’ jiġi evalwat l-impatt tal-prodott protettiv tal-pjanti taħt kondizzjonijiet fl-għalqa fuq l-attività mikrobjali

    Iċ-ċirkostanzi meta huwa meħtieġ

    Meta fit-tmiem ta’ 100 jum, l-attività mkejla tiddevja b’aktar minn 25 % mill-kontroll fit-testijiet fil-laboratorju, jistgħu jkunu meħtieġa aktar testijiet fil-laboratorju, taħt il-ħġieġ u/jew fl-għalqa.

    10.8. Data disponibbli mit-testijiet bijoloġiċi primarji f’forma sommarja

    Għandu jingħata sommarju tad-data disponibbli mit-testijiet preliminari użati sabiex tiġi evalwata l-attività bijoloġika u l-marġni tad-doża u li tistabbilixxi jekk huwiex posittiv jew negattiv, li tipprovdi informazzjoni dwar l-impatt possibbli fuq l-ispeċi mmirati/mhux immirati, kemm flora u fawna, flimkien ma’ evalwazzjoni kritika dwar ir-relevanza tagħha għall-impatt potenzjali fuq speċi mhux immirati.

    11. SOMMARJU U EVALWAZZJONI TAL-PUNTI 9 U 10

    Sommarju u evalwazzjoni tad-data kollha preżentata fil-punti 9 u 10 għandhom isiru skond il-gwida mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri dwar il-forma ta’ dawn is-sommarji u l-evalwazzjonijiet. Din għandha tinkludi evalwazzjoni dettaljata u kritika ta’ dik id-data fil-kuntest tal-kriterji u l-linji ta’ gwida relevanti evalwattivi u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’referenza partikolari għar-riskji ambjentali u għall-ispeċi mhux immirati li jistgħu jinqalgħu jew li fil-fatt jinqalgħu, u l-estensjoni, il-kwalità u l-affidabilità tal-bażi tad-data. B’mod partikolari għandhom jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet:

    - it-tbassir tad-distribuzzjoni u d-destin fl-ambjent, u l-perjodi ta’ żmien involuti,

    - l-identifikazzjoni ta’ l-ispeċi mhux immirati u l-popolazzjonijiet li jinsabu f’riskju, u t-tbassir ta’ l-estenzjoni ta’ l-espożizzjoni potenzjali,

    - l-evalwazzjoni tar-riskji fil-qrib u fil-bogħod għall-ispeċi mhux immirati – popolazzjonijiet, komunitajiet u proċessi – skond kif xieraq,

    - evalwazzjoni tar-riskju ta’ qtil ta’ ħut, u l-imwiet f’vertebrati kbar, jew predaturi terrestri, irrispettivament mill-effetti fuq il-livell tal-popolazzjoni jew tal-komunità, u

    - l-identifikazzjoni tal-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi evitata jew imnaqqsa l-kontaminazzjoni ta’ l-ambjent, u għall-protezzjoni ta’ l-ispeċi mhux immirati."

    [1] OEPP/EPPO (1993). Skemi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għall-istima tar-riskju ambjentali tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Bullettin OEPP/EPPO Bullettin 23, 1-154 u Bullettin 24, 1-87.

    --------------------------------------------------

    Top