Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0366

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 8 tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra

    ĠU L 145, 19.6.1996, p. 16–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/366/oj

    31996D0366



    Official Journal L 145 , 19/06/1996 P. 0016 - 0016


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-11 ta' Ġunju 1996

    dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 8 tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra

    (96/366/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-Artikolu 8(1)(a) tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra [1], iffirmat fil-Lussemburgu fit-28 ta' Ġunju 1990, jistipula li fuq perjodu ta' ħames snin u lil hinn minn dak il-perjodu jekk ebda ftehim ma jista' jintlaħaq skond il-1 (b), il-Prinċipat ta' l-Andorra jawtorizza lill-Komunità, li taġixxi f'isem u għall-Prinċipat ta' l-Andorra, biex iddaħħal oġġetti minn pajjiżi terzi għal ġol-Prinċipat ta' l-Andorra għal ċirkolazzjoni ħielsa;

    Billi l-Artikolu 8(1)(b) jistipula li fi tmiem dak il-perjodu, u skond l-artikolu 20 tiegħu, il-Prinċipat ta' l-Andorra jista' jeżerċita d-dritt ta' dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa, wara ftehim mill-Partijiet Kontraenti;

    Billi l-Prinċipat ta' l-Andorra talab biex jeżerċita dan id-dritt ta' dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa;

    Billi f'dikjarazzjoni tat-30 ta' Ottubru 1995 il-Kunsill qabel fi prinċipju mat-talba tal-Prinċipat ta' l-Andorra biex jeżerċita dak id-dritt;

    Billi għandu jkun il-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Komunità bħala Pajjiż Kontraenti;

    Billi perjodu ta' żmien għandu jitħalla għall-preparazzjonijiet għal eżerċizzju tad-dritt imsemmi,

    IDDEĊIEDEW DAN LI ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Mill-1 ta' Lulju 1996, il-Komunità Ewropea, li taġixxi f'isem u għall-Prinċipat ta' l-Andorra, għandha tieqaf milli tassigura dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa ta' oġġetti mibgħuta minn pajjiżi terzi għal ġol-Prinċipat ta' l-Andorra.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fil-11 ta' Ġunju 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Veltroni

    [1] ĠU L 374, tal-31.12.1990, p. 16.

    --------------------------------------------------

    Top