EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0079

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 1996 li tistabilixxi ċ-ċertifikati żootekniċi tas-semen, ta’ l-ova u ta’ l-embriji mill-ekwidi rreġistratiTest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 19, 25.1.1996, p. 41–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/79(1)/oj

31996D0079



Official Journal L 019 , 25/01/1996 P. 0041 - 0049


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta’ Jannar 1996

li tistabilixxi ċ-ċertifikati żootekniċi tas-semen, ta’ l-ova u ta’ l-embriji mill-ekwidi rreġistrati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(96/79/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’ ekwidi [1], b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi għandhom jidhru dettallji speċifiċi fiċ-ċertifikat żootekniku sabiex tiġi stabbilita l-oriġini u l-identifikazzjoni ta’ l-annimal li minnu ġejjin is-semen, l-ova jew l-embriji;

Billi ċ-ċertifikat innifsu jista’ jiġi evitat sakemm id-dettallji msemmija f’din id-Deċiżjoni huma diġà preżenti fid-dokumentazzjoni ta’ referenza li tirreferi għas-semen, għall-ova jew għall-embriji;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat Permanenti dwar iż-Żootekniċi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dettallji li ġejjin għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat għal semen ta’ l-ekwidi rreġistrati:

1. Data dwar iż-żiemel donatur:

- il-korp tal-ħruġ,

- l-isem u l-indirizz tal-ktieb ġenealoġiku ta’ oriġini,

- ir-razza,

- in-numru oriġinali ta’ iskrizzjoni fil-ktieb ġenaloġiku (meta disponibbli),

- l-isem ta’ l-annimal,

- id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat,

- is-sistema ta’ identifikazzjoni (eż. microchip, tpinġija, timbru, stampa),

- l-identifikazzjoni,

- l-informazzjoni jekk it-tip tad-demm jew test li jagħti garanzija xjentifika ekwivalenti għall-verifika tar-razza jkunu twettqu,

- id-data tat-twelid,

- l-isem u l-indirizz tas-sid,

- l-isem u n-numri tal-ktieb ġenaloġiku tal-ġenituri u tal-missier ta’ l-omm kif ukoll l-isem tal-kotba ġenealoġiċi,

- ir-riżultati tat-testijiet ta’ atteġġament u ta’ l-istimi tal-valur ġenetiku (mhux obbligatorju).

2. Data dwar is-semen:

- identifikazzjoni,

- in-numru ta’ dożi,

- id-data tal-ġbir,

- l-isem u l-indirizz taċ-ċentru(i) tal-ġbir tas-semen inkluż in-numru tar-reġistrazzjoni,

- l-isem u l-indirizz tad-destinatarju.

Artikolu 2

Id-dettallji previsti fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu indikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness I;

2. fid-dokumentazzjoni li takkumpanja s-

semen

ta’ l-ekwini. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċertifikaw li d-dettallji stabbiliti fl-Artikolu 1 huma indikati f’dawk id-dokumenti, permezz tal-formula li ġejja:

"Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu d-dettallji msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE."

Artikolu 3

Id-dettallji li ġejjin għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat ta’ l-ova ta’ ekwidi rreġistrati:

1. Data li tikkonċerna d-debba donatur:

- d-data kollha speċifikata fl-Artikolu 1, Nru 1.

2. Data dwar l-ova:

- identifikazzjoni,

- id-data tal-ġbir,

- l-isem u l-indirizz tal-grupp(i) tal-ġbir ta’ l-ova inkluż in-numru tar-reġistrazzjoni,

- l-isem u l-indirizz tad-destinatarju.

Jekk ikun hemm aktar minn ovum waħda f’tibna singola, dan għandu jiġi dikjarat fiċ-ċar u barra minn hekk l-ova kollha għandu jkollha l-istess omm.

Artikolu 4

Id-dettallji previsti fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu ndikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness II;

2. fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-ova ta’ l-ekwini. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċertifikaw li d-dettallji stabbiliti fl-Artikolu 3 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formola li ġejja:

"Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu d-dettallji msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE."

Artikolu 5

Id-dettallji li ġejjin għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat ta’ l-embriji ta’ l-ekwidi rreġistrati:

1. Data dwar iż-żiemel donatur u d-debba donatur:

- id-data kollha speċifikata fl-Artikolu 1, Nru 1.

2. Data dwar l-embriji:

- identifikazzjoni,

- id-data tal-ġbir,

- id-data ta’ l-inseminazzjoni jew ta’ l-akkoppjament,

- l-isem u l-indirizz tal-grupp(i) tal-ġbir ta’ l-embriji nkluż in-numru tar-reġistrazzjoni,

- l-isem u l-indirizz tad-destinatarju.

Jekk hemm aktar minn embriju wieħed f’tibna singola, dan għandu jiġi dikjarat fiċ-ċar u barra minn hekk l-embriji kollha għandu jkollhom l-istess parentela.

Artikolu 6

Id-dettallji previsti fl-Artikolu 5 jistgħu jiġu indikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness III;

2. fid-dokumentazzjoni li jakkumpanja l-embriju(i) ta’ l-ekwini. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċertifikaw li d-dettallji stabbiliti fl-Artikolu 5 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formula li ġejja:

"Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu d-dettallji msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE."

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Jannar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top