EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R2802

Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 2802/95 tal-4 ta' Diċembru 1995 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 291, 6.12.1995, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/04/1999

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2802/oj

31995R2802



Official Journal L 291 , 06/12/1995 P. 0005 - 0006


Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 2802/95

tal-4 ta' Diċembru 1995

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2588/95 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

Billi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika tal-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali biex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull sud-diviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti,

Billi, bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissuktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

Billi t-taqsima tan-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fit-terminu preskritt mill-presidenti tiegħu fir-rigward tal-prodotti Nru 1 fit-tabella annessa;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tan-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana fir-rigward tal-prodotti Nru 2 fit-tabella annessa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissuktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fl-4 ta' December 1995.

Għall-Kummissjoni

Karel Van Miert

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1

[2] ĠU L 264, tas-7.11.1995, p. 4

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Xiropp lewn l-ambra maħsub biex jikkorreġi nuqqassijiet fil-ħadid ġewwa flixken ta' 125 ml.Il-komposizzjoni tiegħu (kull 100 g) huwa kif ġej:—sodium feredetate4,13 g [1] [2]—sorbitol24 g—gliċerina13 g—aċidu ċitriku0,1 g—alkoħol etiliku 95o0,09 g—aġent għat-togħma0,01 g—propyl parahydroxybenzoate0,01 g—methyl parahydroxybenzoate0,08 g—ilma kwant.suff. | 22029010 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, in-nota 1 (a) tal-Kapitolu 30, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 2202, 220290 u 22029010. |

2.Xarba ħelwa, togħma ta' tuffieħ magħmulha mis-sidru, xiropp taz-zokkor, togħma tat-tuffieħ u alkoħol, f'kontenituri li fihom anqas minn 2 litri bil-karatterisitiċ analitiċi li ġejjin:Densità f'20 °C1,0472 g/cm3Saħħa alkoħolika bil-volum (piknometru)19,5 % vol.Estratt niexef190 g/lkontenut taz-zokkor (bil-HPLC)—fruttożju5,7 % bil-piż—glukożju6,3 % bil-piż—sakkarożju5,4 % bil-piż | 22060051 | Il-klassifikazzjoni hi determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 220600 u 22060051. Ara wkoll in-Noti Spjegattivi SA għall-intestatura 2206, tieni paragrafu. |

[1] Sodium feredetate huwa kompost li jinħall tal-ħadid ta' sodium ethylenediamine tetraacetate kristallizzat.

[2]

--------------------------------------------------

Top