Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1238

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1238/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ta’ l-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

ĠU L 121, 1.6.1995, p. 31–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1238/oj

31995R1238



Official Journal L 121 , 01/06/1995 P. 0031 - 0036


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1238/95

tal-31 ta’ Mejju 1995

li jistabbilixxi r-regoli ta’ l-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 rigward id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetajiet tal-pjanti (ir-Regolament Bażiku) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Billi r-Regolament (KE) Nru 2100/94 irid jiġi implimentat mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (L-Uffiċċju); billi l-introjtu ta’ l-Uffiċċju għandu fil-prinċipju jkun biżżejjed għalbiex jibbilanċja l-estimi finanzjarji ta’ l-Uffiċċju; billi dawn l-introjti għandhom ikunu jistgħu jiġu akkwistati mill-piżijiet li jridu jitħallsu għall-atti uffiċjali dikjarati fir-Regolament Bażiku u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1239/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ta’ l-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet talPjanti [2] (ir-Regolament tal-Proċedimenti) kif ukoll bil-piżijiet annwali li jitħallsu għat-tul taż-żmien ta’ dritt Komunitarju għall-varjetà ta’ pjanta;

Billi sussidju mill-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej jistgħu jkopru n-nefqa fuq il-fażi tal-bidu tal-ħidmiet ta’ l-Uffiċċju għall-perjodu transitorju taż-żmien iddefinit fl-Artikolu 113(3)(b) tar-Regolament; billi estensjoni ta’ dan il-perjodu taż-żmien għal sena bis-saħħa ta’ l-istess dispożizzjoni;

Billi din l-estensjoni tal-perjodu transitorju taż-żmien għandha tiġi kunsidrata jekk ma tkunx inkisbet esperjenza biżżejjed sabiex jiġu fissati livelli raġjonevoli tal-piżijiet li jiżguraw il-prinċipju tal-finanzjament minnu nnifsu filwaqt li ssalva l-attrazzjoni tas-sistema Komunitarja dwar il-protezzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti; billi din l-esperjenza tista’ tinkiseb biss billi jiġu osservati n-numru ta’ l-applikazzjonijiet għal dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta, l-ispejjeż imħallsa lill-Uffiċċji ta’ Eżamijiet u t-tul attwali taż-żmien konċess lid-drittijiet Komunitarji għall-varjetà tal-pjanti;

Billi l-livell tal-piżijiet għandu jkun imsejjes fuq il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda fi ħdan l-Uffiċċju, u b’mod partikolari l-impatt ekonomiku u l-effettività taħt il-profil tal-ġestjoni u ta’ l-ispejjeż;

Billi, fl-interessi tal-maniġġjar simplifikat mill-personal ta’ l-Uffiċċju, għandhom mhux biss jiġu sabbiliti l-piżijiet, imma wkoll imposti u mħallsa fl-istess unità ta’ munita korrenti kif użata għall-estimi finanzjarji ta’ l-Uffiċċju;

Billi l-piż ta’ l-applikazzjoni għandu jkun piż uniformi li jkopri biss l-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta magħmula rigward kull speċie mogħtija ta’ pjanta;

Billi l-limitu taż-żmien għall-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku għandu jiġi kunsidrat bħala l-perjodu taż-żmien bejn l-atti meħtieġa għall-ħlas u l-irċevuta attwali ta’ dan il-ħlas mill-Uffiċċju, b’mod partikolari l-ħtieġa għall-irkupru bil-ħeffa ta’ l-ispejjez diġà miġrura mill-Uffiċċju fuq in-naħa l-waħda u sabiex jiġi faċilitat l-inkartament ta’ l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-possibiltà ta’ distanzi kbar bejn l-applikant u l-Uffiċċju, fuq in-naħa l-oħra;

Billi t-total tal-piżijiet ta’ l-eżami li huma imposti għal eżami tekniku għandu, fil-prinċipju, jibbilanċja l-piżijiet totali li jridu jitħallsu mill-Uffiċċju lill-Uffiċċji kollha ta’ Eżamijiet; billi l-ispejjez għall-manteniment tal-ġabra ta’ riferiment ma għandhomx bi ħtieġa jkunu koperti għal kollox bil-piżijiet imposti ta’ l-ezamijiet; billi l-livell tal-piż ta’ l-eżami għandu jvarja bejn tliet gruppi ta’ speċie ta’ pjanti fid-dawl ta’ l-esperjenza disponibbli mill-arranġamenti nazzjonali eżistenti għall-protezzjoni tal-varjeta tal-pjanti;

Billi l-piżijiet annwali għat-tul taż-żmien tad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta għandhom jikkostitwixxu sors miżjud ta’ l-introjtu għall-Uffiċċju, iżda għandhom, inter alia, ikopru l-ispejjez li għandhom x’jaqsmu mal-verifika teknika tal-varjetajiet wara l-konċessjoni ta’ dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanti u, b’konsegwenza ta’ dan, għandhom isegwu l-aggruppament stabbilit għall-piżijiet ta’ l-eżami;

Billi l-piż ta’ l-appell għandu jkun uniformi sabiex ikopri l-komponenti ewlenin ta’ l-ispiża li għandha x’taqsam mal-proċeduri ta’ l-appell, bl-eċċezzjoni ta’ l-ispejjez li għandhom x’jaqsmu ma’ eżami tekniku skond l-Artikoli 55 u 56 tar-Regolament Bażiku jew ta’ kull smigħ ta’ xhieda; billi żewġ dati differenti għall-ħlasijiet għandhom iservu bħala inċentiv lill-appellanti sabiex jikkunsidraw mill-ġdid l-appell tagħhom fid-dawl tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju skond l-Artikolu 70(2) tar-Regolament Bażiku;

Billi piżijiet oħra rigward talbiet speċifiċi għandhom fil-prinċipju jkopru l-ispejjeż li jkunu miġrura waqt il-proċessar tagħhom mill-Uffiċċju, inkluz it-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq dawn it-talbiet;

Billi sabiex jiżgura l-flessibiltà fil-ġestjoni ta’ l-ispejjez, il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jingħata l-poter li jistabbilixxi l-piżijiet li jridu jitħallsu għar-rapporti ta’ l-eżamijiet li jkunu diġà jeżistu fid-data ta’ l-Applikazzjoni u li ma jkunux disponibbli lill-Uffiċċju, u għal servizzi speċifiċi mogħtija;

Billi jistgħu jiġu imposti ħlasijiet ogħla min-normal sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż mhux meħtieġa għall-Uffiċċju li jinħolqu min-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa ta’ applikanti partikolari għad-drittijiet Komunitarji tal-varjetajiet tal-pjanti, jew il-pussessuri tagħhom;

Billi fid-dawl ta’ l-Artikolu 117 tar-Regolament Bażiku, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli;

Billi ġie konsultat il-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċċju;

Billi d-dispożizzjonijiet li ġew provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet tal-Varjetajiet tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skop

1. Il-piżijiet mistħoqqa lill-Uffiċċju, kif ipprovvdut fir-Regolament Bażiku u fir-Regolament tal-Proċeduri, għandhom ikunu imposti skond dan ir-Regolament.

2. Il-piżijiet dovuti lill-Uffiċċju għandhom ikunu stabbiliti, imposti u mħallsa f`ecu.

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull impost miżjud, mistħoqq lill-Uffiċċju.

4. Id-dettalji tal-piżijiet li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku jew ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu regolati bir-regoli nazzjonali rilevanti ta’ l-Istati Membri interessati.

5. Meta l-President ta’ l-Uffiċċju jingħata l-poter u l-manjiera li fihom iridu jiħallsu, dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ppublikati fuq il-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Uffiċċju.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Għal kull materja individwali, parti għall-proċedimenti kif speċifikat fir-Regolament tal-Proċedimenti għandha tkun obbligata li tħallas il-piżijiet jew l-imposti miżjuda. Fil-kaz ta’ numru ta’ partijiet għall-proċedimenti li jaġixxu flimkien jew f’isimhom jiġi segwit kors komuni ta’ azzjoni, kull parti għandha tkun disponibbli għal dan il-ħlas bħala debitur konġunt.

2. Għajr jekk ipprovvdut xorta oħra f’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, inkluz dispożizzjonijiet rigward l-ilsna, kif stabbiliti fir-Regolament Bażiku u r-Regolament tal-Proċedimenti.

Artikolu 3

Il-metodu tal-ħlas

1. Il-piżijiet u l-impost miżjuda mistħoqqa lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bit-trasferiment fil-kont tal-bank miżmum mill-Uffiċċju.

2. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista jippermetti l-għamliet alternattivi ta’ ħlas li ġejjin skond ir-regoli dwar il-metodi tax-xogħol li għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 36(1)(d) tar-Regolament Bażiku:

(a) il-kunsinna jew għotja ta’ ċekkijiet li jiġu magħmulha li jitħallsu f`ecu lill-Uffiċċju;

(b) it-trasferiment fl-ecu f’kont ta’ l-imposti miżmum mill-Uffiċċju; jew

(ċ) il-ħlas f’ kont ta’ imposti miżmum fl-ecu mill-Uffiċċju.

Artikolu 4

Id-data trid tiġi meqjusa bħala d-data li fiha jiġi rċevut il-ħlas

1. Id-data li fiha ħlas ta’ piżijiet ta’ imposti miżjuda għandhom jiġu kunsidrati li ġew rċevuti mill-Uffiċċju għandha tkun id-data li fiha l-ammont tat-trasferiment referit fl-Artikolu 3(1) jiddaħħal f’kont bankarju miżmum mill-Uffiċċju.

2. Meta l-President ta’ l-Uffiċċju jippermetti għamliet oħra ta’ ħlas skond l-Artikolu 3(2), għandu fl-istess waqt jinkludi wkoll fil-kundizzjonijiet id-data li trid tiġi meqjusa bħala d-data li fiha l-ħlas ikun ġie rċevut.

3. Meta l-ħlas jiġi kunsidrat li ma ġiex rċevut mill-Uffiċċju fil-limitu taż-żmien mitlub, dan il-limitu taż-żmien għandu jiġi kunsidrat li jkun ġie osservat vis-a-vis l-Uffiċċju jekk tiġi prodotta xhieda dokumentata biżżejjed f’dan iż-żmien limitat sabiex juri illi l-persuna li tkun għamlet il-ħlas tkun ħadet il-passi meħtieġa.

4. Għandu jkun ikkunsidrat bħala "meħtieġ" fit-tifsira tal-paragrafu 3 jekk il-persuna li tagħmel il-ħlas mistħoqq tkun tat ordni lill-istabbiliment bankarju jew lill-Uffiċċju postali sabiex jitrasferixxu l-ammont tal-ħlas f’ecu fil-kont tal-bank miżmum lill-Uffiċċju.

5. Xhieda dokumentata għandha titqies bħala "biżżejjed" fit-tifsira tal-paragrafu 3 jekk tiġi prodotta irċevuta ta’ rikkonoxximent għad-dispożizzjoni tal-ordni tat-trasferiment, maħruġa mill-istabbiliment bankarju jew l-Uffiċċju postali.

Artikolu 5

L-isem tal-persuna li tagħmel il-ħlas u l-iskop tal-ħlas

1. Persuna li tagħmel ħlas tal-piżijiet jew ta’ l-imposti miżjuda għanda tindika bil-kitba isimha u l-iskop ta’ dan il-ħlas.

2. Jekk l-Uffiċċju ma jistax jistabilixxi l-iskop tal-ħlas, għandu jeħtieġ lill-persuna li tkun għamlet il-ħlas li tgħarrafa bih bil-kitba fi żmien xahrejn. Jekk l-iskop ma jiġix indikat f’dan il-perjodu taż-żmien, il-ħlas jiġi meqjus li ma jkunx sar u għandu jiġi rifjutat lill-persuna li tkun għamlitu.

Artikolu 6

Il-ħlas mhux biżżejjed

Limitu ta’ żmien għall-ħlas tal-piżijiet jew ta’ l-imposti miżjuda għandu, fil-prinċipju, jittieħed li jkun ġie osservat biss jekk l-ammont sħiħ tal-piż jew ta’ l-imposta miżjuda jkunu ġew imħallsa fiż-żmien stabbilit. Jekk il-piżijiet jew l-imposti miżjuda ma’ jitħallsux fl-intier tagħhom, l-ammont li jkun ġie mħallas għandu jiġi rifjutat wara li jkun skada kull limitu taż-żmien tal-ħlas. L-Uffiċċju jista ’, madankollu, meta jiġi kunsidrat bħala ġustifikat, jagħlaq għajnejh dwar kull nuqqas żgħir, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tagħmel il-ħlas.

Artikolu 7

Il-piż ta’ l-applikazzjoni

1. L-applikant għal dritt Komunitarji għal varjetà ta’ pjanta għandu jħallas piż ta’ l-applikazzjoni ta’ 1000 ECU għall-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 113(2)(a) tar-Regolament Bażiku.

2. L-applikant għandu jieħu l-passi meħieġa għall-ħlasijiet tal-piż ta’ l-applikazzjoni, skond l-Artikolu 3, qabel jew fid-data li l-applikazzjoni tkun ġiet inkartata fl-Uffiċċju dirett jew f’wieħed mill-Uffiċċji sekondarji stabbiliti jew l-aġenziji nominati, skond l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Bażiku; l-Artikolu 4(4) għandu japplika mutatis mutandis.

3. Jekk il-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni ikun kkunsidrat li ma giex irċevut fl-istess żmien li tkun ġiet rċevuta l-applikazzjoni mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jispeċifika, skond l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku, perjodu taż-żmien ta’ ġimagħtejn li fih id-data formali ta’ l-applikazzjoni, assenjata skond l-Artikolu 51 imsemmi hawn fuq, ma għandhiex tkun affettwata; talba ġdida għall-ħlas kif iprovvdut fl-Artikolu 83(2) tar-Regolament Bażiku ma tkunx maħruġa lill-applikant qabel l-egħluq tal-perjodu taż-żmien.

4. Jekk il-ħlas tal-piż ta’ applikazzjoni ikun kunsidrat li ma ġiex irċevut fiż-żmien speċifikat skond il-paragrafu 3, id-data tal-irċevuta tal-ħlas għamdha tiġi ttrattata bħala d-data ta’ l-applikazzjoni għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku.

5. Il-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk l-applikazzjoni tkun akkumpanjata b’xhieda dokumentarja biżżejjed illi jkunu ttieħdu l-passi meħtieġa sabiex isir il-ħlas; l-Artikolu 4(5) għandu japplika mutatis mutandis.

6. Sakemm il-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni jkun kunsidrat li ma ġiex irċevut mill-Uffiċċju, dan m’ għandux jippubblika l-applikazzjoni interessata u għandu jiddiferixxi l-eżami tekniku.

Artikolu 8

Il-ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-eżami tekniku

1. Il-piżijiet sabiex tiġi rranġata u mwettqa l-eżami teknika ta’ varjetà li tkun bla ħsara għal applikazzjoni għall-"piż ta’ l-eżami" għad-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanti għandhom jitħallsu skond l-Anness I għal kull perjodu mibdi taż-żmien tat-tkabbir. Fil-kaz tal-varjetajiet li għalihom irid jintuża ripetutament materjal b’komponenti speċifiċi għall-produzzjoni tal-materjal, għandu jkun mistħoqq il-piż ta’ l-eżami stabbilit fl-Anness 1 rigward din il-varjetà għal kull komponent li għalih ma tkunx disponibli deskrizzjoni uffiċjali u li ukoll trid tiġi eżaminata; madankollu, f’kull cirkostanza ma għandux jaqbez it-3000 ECU.

2. Il-piż ta’ l-eżami għall-ewwel perjodu taż-żmien tat-tkabbir għandu jkun mistħoqq u mħallas mhux aktar tard minn xahar wara d-data tal-egħluq ta’ meta jkun ġie rċevut il-materja ta’ l-eżami tekniku.

3. Il-piż ta’ l-eżamin għal kull perjodu sussegwenti taż-żmien tat-tkabbir għandu jkun mistħoqq u mħallas sa mhux aktar tard minn xahar qabel id-data ta’ dan il-perjodu taż-żmien sakemm l-Uffiċċju ma jiddeċedix xorta oħra.

4. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jippubblika d-dati għall-ħlas għall-piżijiet ta’ l-eżami fil-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Uffiċċju.

5. Fil-kaz ta’ rapport ta’ eżami dwar ir-riżultati ta’ eżami tekniku li jkun diġà twettaq, skond l-Artikolu 27 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, qabel id-data ta’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku, għandu jkun mistħoqq piż amministrattiv f’dak il-limitu taż-żmien kif l-Uffiċċju jispeċifika.

Artikolu 9

Il-piż annwali

1. L-Uffiċċju għandu jimponi fuq pussessur ta’ dritt Komunitarji għal varjetà ta’ pjanta (minn hawn ’il quddiem referit bħala l-pussessur) piż għal kull sena tal-perjodu taż-żmien tad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta (piż annwali) kif stabbilit fl-Anness II.

2. Id-data tal-ħlas tal-piż annwali għandha tkun l-aħħar jum tax-xahar kalendarju wara x-xahar kalendarju li fih ikun ġie konċess id-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta, u għal kull sena sussegwenti fil-jum korrispondenti.

3. L-Uffiċċju għandu joħroġ lill-pussessur talba li jkun fiha s-suġġett tal-ħlas, l-ammont mistħoqq, id-data tal-ħlas, u tagħrif dwar il-possibbiltà ta’ impost miżjud skond l-Artikolu 13(2)(a).

4. L-Uffiċċju ma għandu jirrifondi l-ebda ħlas li jkun ġie effettwat sabiex jinżamm fis-seħħ id-dritt Komunitarju għall-varjeta tal-pjanti.

Artikolu 10

Il-piżijiet għall-proċessar ta’ talbiet speċifiċi

1. Il-piżijiet għall-proċessar ta’ talba, li jitħallsu mill-persuna li tagħmel din it-talba, għandhom ikunu kif ġej:

(a) għal applikazzjoni għal dritt obbligatorju ta’ l-isfruttament, inkluz kull dħul fir-Reġistri, applikazzjoni għad-dritt ta’ l-isfruttament li jrid jingħata mill-Uffiċċju skond l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Bażiku, jew talba li temenda dawn id-drittijiet ta’ l-isfruttament, ġaladarba mgħotijin (piż obbligatorju ta’ liċenzja), għajr għall-Kummissjoni jew għal Stat Membru fiċ-ċirkostanzi referiti fl-Artikolu 29(2) tiegħu: 1500 ECU;

(b) għal talba għad-dħul li ġej fir-Reġistru Komunitarju għad-drittijiet għal varjetajiet tal-pjanti (piż ta-Reġistru):

- it-trasferiment ta’ dritt Komunitarju għal varjetà tal-pjanti, dritt kontrattwali ta’ l-isfruttament,

- l-identifikazzjoni tal-varjetajiet bħala bidu jew essenzjalment idderivati,

- li jiġu istitwiti l-azzjonijiet rigward il-pretensjonijiet riferiti fl-Artikoli 98(1), (2) u 99 tar-Regolament Bażiku,

- dritt Komunitarju għal varjetà tal-pjanti mogħti bħala garanzija jew bħala s-suġġett tad-drittijiet in rem, jew

- kull imposta ta’ ezekuzzjoni kif referit fl-Artikolu 24 tar-Regolament Bażiku: 300 ECU;

(ċ) għal talba għad-dħul fir-Reġistru ta’ l-Applikazzjonijiet għad-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti jew ir-Reġistru tad-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti, għajr dawk diġà referiti fil-(a) u fil-(b) hawn fuq: 100 ECU;

(d) għal talba sabiex jiġi stabbiliti l-ammont ta’ l-ispejjez skond l-Artikolu (5) tar-Regolament: 100 ECU;

2. Il-piżijiet referiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mistħoqqa u mħallsa fid-data ta’ meta tkun irċevuta t-talba li għalihom tkun saret. Meta l-ħlas ma jkunx ġie rċevut fiż-żmien stabbilit, għandu japplika l-Artikolu 83(2) tar-Regolament Bażiku.

Artikolu 11

Il-piż għal Appell

1. L-appellant għandu jħallas piż ta’ Appell ta’ 1500 ECU għall-proċessar ta’ Appell, kif ipprovvdut fl-Artikolu 113(2)(ċ) tar-Regolament Bażiku.

2. Terz mill-piż ta’ l-appell għandu jkun mistħoqq fid-data li l-appell jiġi rċevut fl-Uffiċċju; l-Artikolu 83(2) tar-Regolament Bażiku għandu japplika għal dan it-terz.. Il-bqija taż-żewġ terzi tal-piż ta’ l-appell għandha tkun mistħoqqa, fuq it-talba ta’ l-Uffiċċju, fi żmien xahar wara l-bgħit tal-każ mill-korp rilevanti ta’ l-Uffiċċju tal-Bord ta’ l-Appell.

3. Għandha tiġi ordnata rifużjoni tal-piż ta’ l-appell diġà mħallsa, fil-kaz ta’ reviżjoni interlokutorja, taħt l-awtorità tal-President ta’ l-Uffiċċju u f’kazijiet oħra mill-Bord ta’ l-Appelli, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 83(4) tar-Regolament Bażiku.

4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Kummissjoni jew għal Stat Membru, meta l-appellant ikun kontra d-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolament Bażiku.

Artikolu 12

Il-piżijiet stabbiliti mill-President ta’ l-Uffiċċju

1. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jistabilixxi l-piżijiet fuq il-materji li ġejjin:

(a) il-piż amministrattiv referit fl-Artikolu 8(5);

(b) il-piżijiet għall-ħruġ tal-kopji, iċċertifikati jew le, kif b’mod partikolari riferiti fl-Artikolu 84(3) tar-Regolament tal-Proċedimenti; u

(ċ) il-piżijiet rigward il-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Uffiċċju (l-Artikolu 89 tar-Regolament Bażiku, l-Artikolu 87 tar-Regolament tal-Prroċedimenti) u dwar kull pubblikazzjoni oħra maħruġa mill-Uffiċċju.

2. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jiddeċċiedi li jagħmel is-servizzi imsemmija taħt il-paragrafu 1 (b) u (ċ) dipendenti fuq ħlas bil-quddiem.

Artikolu 13

L-imposti miżjuda

1. L-Uffiċċju jista jagħmel imposti miżjuda fuq il-piż ta’ l-applikazzjoni jekk jistabbilixxi illi:

(a) denominazzjoni proposta ma tistax tiġi approvata, skond l-Artikolu 63 tar-Regolament Bażiku, għar- raġuni li tkun identika għal denominazzjoni ta’ varjetà oħra jew għar-raġuni li tkun differenti minn denominazzjoni ta’ l-istess varjetà; jew

(b) applikant għad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta jagħmel proposta ġdida għal denominazzjoni ta’ varjetà għajr jekk kien meħtieġ mill-Uffiċċju li jagħmel dan jew għajr jekk ikun segwa applikazzjoni għal dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta skond l-Artikolu 21(3) tar- Regolament tal-Proċedimenti.

L-Uffiċċju ma għandux jippubblika proposta għal denominazzjoni ta’ varjetà qabel il-ħlas ta’ imposta miżjuda magħmula skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel subparagrafu.

2. L-Uffiċċju jista jagħmel imposta miżjuda fuq il-piż annwali jekk jistabilixxi illi:

(a) il-pussessur ikun naqas li jħallas il-piż annwali skond l-Artikolu 9(2) u (3); jew

(b) id-denominazzjoni ta’ varjetà trid tiġi emendata fil-kaz ta’ dritt konfliġġenti minn qabel ta’ parti terza,

kif stabbilit fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament Bażiku. 3. L-imposti miżjuda riferiti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu imposti skond ir-regoli tal-metodi tax-xogħol li jridu jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 36(1)(d) tar-Regolament Bażiku, għandhom jammontaw għal 20 % tal-piż interessat, bla ħsara għall-minimu ta’ 100 ECU, u għandhom ikunu mistħoqqa u mħallsa fi żmien xahar mid-data li fiha l-Uffiċċju joħroġ talba.

Artikolu 14

Id-derogi

1. Minkejja l-Artikolu 7, id-data formali ta’ l-applikazzjoni assenjata taħt l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku għandha tibqa’ valida rigward l-applikazzjonijiet kollha inkartati skond l-Artikolu 116(1) jew (2) tiegħu jekk tiġi prodotta xhieda biżżejjed l-iktar sat-30 ta’ Settembru 1995 illi l-applikant għad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta jkun wettaq l-atti meħtieġa għall-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni.

2. Minkejja l-Artikolu 8(5), għandu jitħallas piż amministrattiv ta’ 100 ECU meta jitwettaq eżami tekniku tal-varjetà fuq il-bażi tas-sejbiet disponibbli minn kull proċediment għall-konċessjoni ta’ dritt nazzjonali għall-varjetà tal-pjanta skond l-Artikolu 116(3) tar-Regolament Bażiku. Dan il-piż amministrattiv għandu jkun mistħoqq l-aktar tard sat-30 ta’ Novembru 1995.

3. Minkejja l-Artikolu 8(5), l-awtoritajiet li quddiemhom ikunu saru l-proċedimentri għall-konċessjoni tad-dritt nazzjonali għal varjetaàta’ pjanta jistgħu jimponu fuq l-applikant għal dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta piż talli għamlu disponibbli d-dokumenti rilevanti fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament tal-Proċedimenti. Dan il-piż ma għandux jaqbeż il-piż impost fl-Istat Membru interessat għat-trasmissjoni ta’ rapport ta’ l-eżami mill-awtorità ta’ l-eżamijiet f’pajjiz ieħor; il-ħlas tiegħu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ħlasijiet li jridu jintgħamlu skond il-paragrafi 1 u 2.

4. Minkejja l-Artikolu 8, piż tar-rapport ta’ 300 ECU għandu jkun mistħoqq fil-kaz ta’ rapport ta’ eżami referit fl-Artikolu 94 tar-Regolament tal-Proċedimenti f’dawk il-limiti taż-żmien kif għandu jispeċifika l-Uffiċċju.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-31 ta’ Mejju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 227, ta’ l-1.9.1994, p.1

[2] Ara paġna 37 ta’ dan il-Gurnal Uffiċjali

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Il-piż mistħoqq ta' l-eżami li jrid jitħallas skond l-Artikolu 8 għandu jkun kif ġej:

Il-Grupp A | ECU 1000 |

Il-Grupp A għandu x'jaqsam mal-prodotti agrikoli li ġejjin: Iz-zfunnerija, iċ-ċereali, il-qoton, il-patata, iż-żerriegħa tal-lift, iż-żerriegħa tas-sojja, il-ward tax-xemx |

Il-Grupp B | ECU 800 |

Il-Grupp B għandu x’jaqsam ma’; |

1.il-prodotti agrikoli (inklużi tipi ta' ħaxix), għajr dawk riferiti fil-Grupp A; |

2.il-ħxejjex ta' l-ikel li ġejjin:il-brinġiel, il-qarabagħli, il-ħjar, l-indivja, il-fażola ħadra, il-ħass, il-bettieħ, il-basal, il-bżar, it-tuffieħ tadam, il- piżelli ħodor, id-dulliegħ; |

3.il-pjanti ornamentali li ġejjin:l-alstromeria, l-anthurium, l-azalea, il-begonia (elatior), il-crystanthemum, id-dianthus, l-euphoria pulcherrima, il-fuchsia, il-gerbera, l-impatiens, il-kalanchoe, il-ġilju, l-orchidaceae, il-pelargonium, il-pentas, il-petunia, il-warda tal-Madonna, is-saint-paulia, is-spathiphullum. |

Il-Grupp Ċ | ECU 700 |

Il-Grupp Ċ għandu x;jaqsam mal-ġeneri jew l-ispeċji kollha, għajr dawk riferiti fil-Gruppi A u B. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Il-piż annwali li jrid jitħallas skond l-Artikolu 9 għal kull sena tat-tul taż-żmien għandu jkun, fuq il-bażi tal-gruppi stabbiliti fl-Anness I, kif ġej:

(fecu) |

Il-Grupp | Is-Sena |

A | B | Ċ |

1 | 400 | 400 | 400 |

2 | 600 | 600 | 600 |

3 | 800 | 800 | 800 |

4 | 1000 | 700 | 700 |

5 | 1100 | 800 | 800 |

6 | 1200 | 1000 | 900 |

7 snin u sussegwenti | 1300 | 1100 | 1000 |

--------------------------------------------------

Top