Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0039

    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/39/KE tas-17 ta’ Lulju 1995 li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali

    ĠU L 197, 22.8.1995, p. 29–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/39/oj

    31995L0039



    Official Journal L 197 , 22/08/1995 P. 0029 - 0031


    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/39/KE

    tas-17 ta’ Lulju 1995

    li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [1], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħhom,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-Kummissjoni ġiet ordnata, fi ħdan il-qafas tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 86/363/KEE, biex tħejji lista ta’ residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tagħhom għall-approvazzjoni mill-Kunsill;

    Billi r-residwi tal-pestċidi jistgħu jinstabu fiċ-ċereali u f’oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimalibħala riżultat ta’ prattiċi agrikoli; billi huwa meħtieġ li jkun ikkunsidrat it-tagħrif relevanti għaż-żewġ tipi ta’ l-użu awtorizzati ta’ pestiċidi u, kif inhu xieraq, provi ssorveljati u studji fuq l-ikel għall-annimali;

    Billi biex ikun ikkalkulat aħjar il-potenzjal massimu tad-dieta mittiekla tar-residwi tal-pestiċidi, ikun prudenti li jkunu stabbiliti simultanjament, meta jkun xieraq, il-livelli massimi tar-residwi għall-pestiċidi individawli fil-komponenti kollha ewlenin ta’ l-ikel; billi dawn il-livelli jirrappreżentaw l-użu tal-kwantitajiet minimi tal-pestiċida meħtieġa biex jintlaħaq il-kontroll adekwat, applikat b’tali mod li l-ammont ta’ residwu ikun l-anqas possibbli jew tossikoloġikament aċċettabbli;

    Billi, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u l-kriterji tas-saħħa pubblika u l-agrikoltura, id-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE jeħtieġ li jkunu emendati biż-żieda ta’ disposizzjonijiet marbuta mar-residwi ta’ pestiċidi oħra għaċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali, prinċipalment methidathion, methomyl thiodicarb, amitraz, pirimiphos-methyl, aldicarb u thiabendazole;

    Billi, b'dana kollu, it-tagħrif disponibbli mhuwiex biżżejjed skond in-normi kurrenti biex ikunu stabbiliti l-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċida għal ċerti residwi ta’ pestiċidi/kumbinazzjonijiet ta’ prodotti; billi f’dawn il-każi perjodu ta’ żmien li ma jeċċedix aktar minn erba’ snin jidher li jkun raġonevoli għall-ġenerazzjoni tat-tagħrif meħtieġ; billi l-livelli massimi għandhom għalhekk ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ dan it-tagħrif sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2000; billi n-nuqqas li jkun ipprovvdut it-tagħrif meħtieġ iwassal għall-istabbiliment ta’ livelli fil-limitu xieraq tad-determinazzjoni; billi impriżi sodisfaċenti biex ikun iġġenerat it-tagħrif meħtieġ għandhom jingħataw fi żmien sena mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva;

    Billi l-livelli massimi tar-residwu stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom ikunu rriveduti fil-qafas tar-ri-evalutazzjoni ta’ sustanzi attivi li hemm provvediment dwarhom fil-programm ta’ ħidma li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3],

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Ir-residwi tal-pestiċida li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE:

    Residwi tal-pestiċida | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) |

    METHADATHION | 0,02 [4] |

    METHOMYL THIODICARB | 0,05 [4] |

    Residwu: is-somma ta' methomyl u thiodicarb espressa bħala methomyl | |

    AMITRAZ | 0,02 [4] |

    Residwu: amitraz u l-metaboliti kollha li jkollhom 2,4 demethylaniline espress bħala amitraz | |

    PIRIMIPHOS-METHYL | 5 |

    ALDICARB | 0,05 [4] |

    Residwu: is-somma ta' aldicarb, is-sulfoxide u s-sulfone tiegħu espressa bħala aldicarb | |

    THIABENDAZOLE | [5]qamħ, ross 0,05 [4]: oħrajn |

    L-Artikolu 2

    1. Ir-residwi tal-pestiċidi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE:

    Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) |

    ta' xaħam, li jkun hemm fil-laħam, preparazzjonijiet ta' laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602. [7] [10] | għall-ħalib mhux maħdum krema sħiħa tal-ħalib tal-baqra li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nru 0401, 0402, 040500 u 0406, f'konformita ma' [8] [10] | ta' bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nri 040700 u 0408 [9] [10] |

    METHIDATHION | 0,02 [6] | 0,02 [6] | 0,02 [6] |

    PIRIMIPHOS-METHYL | 0,05 [6] | 0,05 [6] | 0,05 [6] |

    2. Ir-residwi tal-pestiċida li ġejjin għandhom jiżdiedu mas-Sezzjoni B ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE:

    Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) |

    ta' laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta' laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali kif hemm elenkat fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602. | għall-ħalib u prodotti tal-ħalib li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nru 0401, 0402, 040500 u 0406 | ta' bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nri 0407 00 u 0408 |

    METHOMYL | 0,02 [11] | 0,02 [11] | 0,02 [11] |

    THIODICARB | | | |

    Residwu: is-somma ta' methomyl u thiodicarb espressa bħala methomyl | | | |

    AMITRAZ | Laħam tat-tjur | | 0,02 [11] |

    Residwi: amitraz u il-metaboliti kollha li jkollhom 2,4 dimethylaniline espress bħala amitraz | 0,02 [11] | | |

    ALDICARB | 0,01 [11] | 0,01 [11] | 0,01 [11] |

    Residwu: is-somma ta' aldicarb, is-sulfoxide u s-solfone tiegħu espressi bħala aldicarb | | | |

    THIABENDAZOLE | 0,1 | | 0,1 [11] |

    Residwu: is-somma ta' thiabendazole u 5-hydroxythiabendazole | (bl-eċċezzjoni tal-laħam u prodotti oħra tan-ngħaġ, ċanga u mogħoż) | | |

    L-Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Awissu 1996.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Lulju 1995.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Atienza Serna

    [1] ĠU L 221, 7. 8. 1986, p. 37. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/29/KE (ĠU L 189, 23. 7. 1994, p. 67).

    [2] ĠU L 221, 7. 8. 1986, p. 43. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/29/KE (ĠU L 189, 23. 7. 1994, p. 67).

    [3] ĠU L 230, 19. 8. 1991, p. 1.

    [4] Jindika l-limitu l-baxx tad-determinazzjoni analitika.

    [6] Jindika l-limitu l-baxx tad-determinazzjoni analitika.

    [7] Fil-każ ta' l-oġġetti ta' l-ikel b'kontenut ta' xaħam ta' 10% jew anqas bil-piż, ir-residwu jkun irrelatat mal-piż totali ta' l-oġġett ta' l-ikel bl-għadam. F'dawn il-każi, il-livell massimu ikun wieħed minn kull sitta (1/6) tal-valur irrelatat mal-kontenut ta' xaħam, iżda għandu jkun inqas minn 0,01 mg/kg.

    [8] Biex ikunu stabbiliti r-residwi fil-ħalib mhux maħdum tal-baqra u fil-krema sħiħa tal-ħalib tal-baqra, kontenut ta' xaħam ta' 4% bil-piż għandu jittieħed bħala bażi. Għall-oġġetti l-oħra ta' l-ikel elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri 0401, 0402, 040500 u 0406:

    - b'kontenut ta' xaħam ta' anqas minn 2% bil-piż, il-livell massimu għandu jittieħed bħala nofs dak stabbilit għal ħalib mhux maħdum u krema sħiħa tal-ħalib,

    - b'kontenut ta' xaħam ta' 2% jew aktar bil-piż, il-livell massimu jiġi espress f'mg/kg ta' xaħam. F'dawn il-każi, il-livell massimu ikun 25 darba aktar minn dak stabbilit għal ħalib mhux maħdum u krema sħiħa tal-ħalib.

    [9] Għal bajd u prodotti tal-bajd b'kontenut ta' xaħam ogħla minn 10%, il-livell massimu jiġi espress f'mg/kg ta' xaħam. F'dan il-każ il-livell massimu ikun 10 darbiet aktar għoli mil-livell massimu għal bajd frisk.

    [10] In-noti fil-qiegħ (1), (2) u (3) ma japplikawx fil-każi meta l-limitu l-baxx tad-determinazzjoni analitika jkun indikat.

    [11] Jindika il-livell ta' taħt tad-determinazzjoni analitika.

    --------------------------------------------------

    Top