EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995F1127(03)

Att tal-Kunsill tas-26 ta' lulju 1995 li jfassal il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (95/C 316/03)

ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

31995F1127(03)



Official Journal C 316 , 27/11/1995 P. 0048 - 0048


Att tal-Kunsill

tas-26 ta' lulju 1995

li jfassal il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej

(95/C 316/03)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (ċ) tiegħu,

Billi bil-għan li jinkisbu l-għanjiet ta' l-Unjoni, l-Istati Membri jikkunsidraw il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi fnanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej bħala materja ta' interess komuni, li tidħol taħt il-kooperazzjoni pprovvduta fil-Titolu VI tat-Trattat;

Billi, sabiex tiġi miġġielda din il-frodi bl-aqwa saħħa, huwa meħtieġ li jitfassal ftehim ta' l-ewwel, li jrid jiġi ssupplimentat qasir wara bi strument legali ieħor, hekk illi tittejjeb l-effikaċja tal-protezzjoni skond il-liġijiet kriminali dwar l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;

WARA LI DDEĊIEDA illi hawnhekk hija mfassla l-Konvenzjoni, li t-test tagħha huwa mogħti fl-Anness u li ġiet iffirmata llum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni,

JIRRAKKOMMANDA illi tiġi adottata mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

J. A. Belloch Julbe

--------------------------------------------------

Top